RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulazzjoni)

15.6.2010 - (COM(2008)0809 – C6‑0471/2008 – 2008/0240(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Jill Evans
(Riformulazzjoni - Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1Recastingam


Proċedura : 2008/0240(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0196/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulazzjoni)

(COM(2008)0809 – C6‑0471/2008 – 2008/0240(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari - riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0809),

- wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0471/2008),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu: “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3)u l-Artikolu 114 tat-Trattat FUE,

- wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2009[1],

- wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Mejju 2010[2]

- wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0196/2010),

1.   Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   agħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 tagħti l-ewwel prijorità lill-prevenzjoni fil-leġiżlazzjoni dwar l‑iskart. Il-prevenzjoni hija definita fost l-oħrajn bħala miżuri li jnaqqsu l-kontenut ta' sustanzi ta' ħsara f'materjali u prodotti.

Ġustifikazzjoni

Ir-riformulazzjoni tal-RoHS għandha titqiegħed fil-kuntest tal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fil-qafas tad-direttiva dwar l-iskart fl-2008. Il-prevenzjoni hija l-akbar prijorità fil-ġerarkija li torbot tal-iskart. Il-prevenzjoni tinkludi miżuri li jnaqqsu l-kontenut ta' sustanzi ta' ħsara f’materjali u prodotti. It-tfassil mill-ġdid tar-riformulazzjoni tal-RoHS huwa għalhekk opportunità importanti biex dan l-obbligu jinbidel f'azzjoni konkreta, iżjed u iżjed minħabba l-fatt li t-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) qed ikompli joħloq ħafna problemi matul it-trattament tal-iskart.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 1988 dwar programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jikkumbatti t-tniġġis ambjentali mill-kadmju1 tistieden lill-Kummissjoni biex taħdem mingħajr dewmien fuq l-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi għal programm bħal dan. Is-saħħa tal-bniedem ukoll trid tiġi protetta u għandha għalhekk tiġi implimentata strateġija ġenerali li b’mod partikolari tirrestrinġi l-użu tal-kadmju u tistimula r-riċerka fis-sostituti. Dik ir-Riżoluzzjoni tenfasizza li l-użu tal‑kadmju għandu jiġi limitat għall-każijiet fejn l-użu tiegħu huwa xieraq u fejn ma jkunux jeżistu alternattivi aktar sikuri.

 

1 ĠUC 30, 4.2.1988, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-1988 (Premessa 4 tal-RoHS attwali) għandha terġa' tiddaħħal għax hija r-referenza politika għall-ġlieda kontra t-tniġġis ambjentali mill-kadmju.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 1996 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart u dwar l-abbozz tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-politika tal-iskart1, talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għal direttivi dwar għadd ta' flussi ta' skart prijoritarju, inkluż l-iskart elettriku u elettroniku. Il-Parlament Ewropew, fl-istess riżoluzzjoni, talab lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iressqu proposti ħalli titnaqqas il-preżenza ta' sustanzi ta’ ħsara fl-iskart bħal ma huma l-klorin, il-merkurju, il-klorur tal-polyvinyl (PVC), il-kadmju u metalli tqal oħra.

 

1 OJ C 362, 2.12.1996, p. 241.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-1996 (Premessa 4 tal-RoHS attwali) għandha terġa' tiddaħħal bħala tifkira importanti li fl-1996 il-Parlament kien diġà talab għal restrizzjonijiet konkreti għall-PVC.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 3 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d) Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE1 jfakkar li l-objettiv tal-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu ma jistax jintlaħaq għal kollox mill-Istati Membri minħabba l-effetti transkonfinali ta' dawk is-sustanzi li jniġġsu, u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. Bi qbil ma' dak ir-Regolament, ir-rilaxxi ta' sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, bħal ma huma d-diossini u l-furani, li huma prodotti sekondarji mhux intenzjonati tal-proċessi industrijali, għandhom jiġu identifikati u mnaqqsa kemm jista' jkun malajr bl-għan aħħari li, fejn hu possibbli, jiġu eliminati. Trattament termali u rimi mhux ikkontrollat ta' skart magħmul mit-tagħmir elettriku u elettroniku, li fih ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati jew PVC, jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-formazzjoni tad-diossini u l-furani.

 

1 ĠU L 158, , 30.4.2004, p. 7.

Ġustifikazzjoni

Ir-riformulazzjoni tal-RoHS għandha bżonn titqiegħed fil-kuntest tal-obbligi internazzjonali tal-UE biex jitnaqqsu r-rilaxxi tad-diossini u l-furani bil-għan li jkomplu jiġu mminimizzati u, fejn hu possibbli, jiġu għal kollox eliminati. Id-destin finali ta' kwantitajiet kbar ta' WEEE jibqa' mhux ċar. L-inċinerazzjoni b'temperatura għolja tibqa' l-eċċezzjoni. It-trattament mhux ta' standard tal-WEEE – fl-UE jew f'pajjiżi terzi – jirriskja li jibqa' realtà għal ammonti sinifikanti. Il-problemi tal-emissjonijiet tad-diossini u l-furani jistgħu jiġu indirizzati biss permezz tal-għażla tal-materjali fl-istadju tal-iddisinnjar.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3e) L-istudju kkumissjonat mill-Kummissjoni dwar is-sustanzi ta’ ħsara f’tagħmir elettriku u elettroniku jirrakkomanda ħafna t-tneħħija gradwali ta’ organobromini u organoklorini minħabba l-potenzjal tagħhom li jiffurmaw id-diossini u l-furani polibrominati u poliklorinati f’operazzjonijiet għat-trattament tal-iskart, u jagħti prijorità lit-tneħħija tal-PVC fuq l-għażliet selettivi tal-ġestjoni tar-riskju ħalli jiġi ggarantit rilaxx imnaqqas tal-PVC, tal-addittivi tiegħu u tal-prodotti tal-kombustjoni perikolużi. Jirrakkomanda wkoll it-tikkettjar tal-metall berillju u l-ossidu tal-berillju u t-tneħħija volontarja flimkien mas-sorveljanza tas-suq ta’ bosta sustanzi eżaminati oħra.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għar-rakkomadazzjonijiet tal-Öko-Institut bl-għażliet differenti tiegħu, filwaqt li wieħed jikkunsidra li s-suġġerimenti jmorru lil hinn mir-rakkomadazzjoni li jiġu inklużi sustanzi fl-Anness IV.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 3f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3f) Hemm inċertezza xjentifika fir-rigward tas-sikurezza tan-nanomaterjali għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, m’hemm l-ebda definizzjoni ta’ nanomaterjal li hemm kunsens internazzjonali dwarha u lanqas m’hemm linji gwida ta’ prova li hemm kunsens internazzjonali dwarhom. Fit-28 u d-29 ta’ Settembru 2005, il-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar ir-Riskji għas-Saħħa Emerġenti u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) adotta opinjoni dwar in-nanoteknoloġiji li kkonkludiet li jeżistu “nuqqasijiet kbar fl-għarfien meħtieġ għall-evalwazzjoni tar-riskju” u kkonkludiet li “l-metodi tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi eżistenti jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha li jirriżultaw fir-rigward tan-nanopartiċelli”. Hemm evidenza xjentifika li qed tiżdied li ċerti nanotubi tal-karbonju jistgħu jaġixxu bħall-fibri tal-asbestos u għalhekk ikollhom impatt qawwi fuq is-saħħa tal-bniedem. L-istess japplika għall-partiċelli tan‑nanofidda li jistgħu jispiċċaw fl‑ambjent u li jista’ jkollhom impatti qawwija fuq l‑organiżmi tal-ħamrija, dawk akkwatiċi u terrestri.

Ġustifikazzjoni

Proġett ta’ riċerka tal-2009 dwar in-nanoteknoloġiji emerġenti sab li madwar 807 prodott li huma disponibbli fis-suq għandhom fihom nanomaterjali, li wħud minnhom huma EEE. Hemm qbil komuni fost in-nanotossikoloġisti li r-riskji ta’ impatti severi fuq is-saħħa u l-ambjent huma reali, u għalhekk huwa meħtieġ li jkun hemm miżuri ta’ prekawzjoni fir-rigward tan-nanomaterjali. Din l-emenda hi marbuta mal-emenda tal-Artikolu 4(1) b ġdid, li jissuġġerixxi t-tikkettjar għan-nanofidda u n-nanotubi tal-karbonju.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Is-sustanzi koperti b'din id-Direttiva huma rriċerkati u evalwati tajjeb xjentifikament u ġew soġġetti għal miżuri differenti kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll f'dak nazzjonali.

(6) Is-sustanzi koperti b’din id-Direttiva għandhom ikunu rriċerkati u evalwati tajjeb xjentifikament qabel ma jiġu stabbiliti r-restrizzjonijiet u qabel ma jsiru soġġetti għal miżuri differenti kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll f’dak nazzjonali. Is-sustanzi elenkati fl-Anness III għandhom ikunu rriċerkati u evalwati tajjeb xjentifikament qabel ma jiġu stabbiliti r-restrizzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-valutazzjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III għandha ma tlestietx. Is-sustanzi elenkati fl-Anness III huma skedati għall-valutazzjoni, li għandha ssir bir-reqqa; madankollu, din il-ħidma għadha ma tlestietx.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva jqisu linji gwida u rakkomandazzjonijiet eżistenti u huma bbażati fuq valutazzjoni ta' tagħrif xjentifiku u tekniku disponibbli. Il-miżuri huma meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell magħżul ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, filwaqt li jqisu r-riskji li jistgħu jinħolqu fil-Komunità minħabba n-nuqqas ta’ dawn il-miżuri. Il-miżuri għandhom jibqgħu jiġu rriveduti u, jekk ikun meħtieġ, aġġustati sabiex iqisu t-tagħrif tekniku u xjentifiku disponibbli.

 

(7) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva jqisu linji gwida u rakkomandazzjonijiet eżistenti u huma bbażati fuq valutazzjoni ta' tagħrif xjentifiku u tekniku disponibbli. Il-miżuri huma meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell magħżul ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, filwaqt li jqisu r-riskji li jistgħu jinħolqu fl-Unjoni minħabba n-nuqqas ta' dawn il-miżuri. Il-miżuri għandhom jibqgħu jiġu rriveduti u, jekk ikun meħtieġ, aġġustati sabiex iqisu t-tagħrif tekniku u xjentifiku disponibbli. B’mod partikolari, ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jiġu kkawżati mill-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, b’attenzjoni speċjali mogħtija lill-Eżabromoċiklododekan (HBCDD), Bis (2-etileżil) ftalat, Ftalat tal-benżil butil (BBP) u Dibutilftalat (DBP), għandhom jitqiesu bħala prijorità.

Ġustifikazzjoni

Sustanzi li diversi korpi esprimew xi tħassib dwarhom.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Din id-Direttiva tissupplimenta l-leġiżlazzjoni ġenerali tal-Komunità rigward il-ġestjoni tal-iskart, bħad-Direttiva 2008/[…]/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart.

(8) Din id-Direttiva tissupplimenta l-leġiżlazzjoni ġenerali tal-UE rigward il-ġestjoni tal-iskart, bħad-Direttiva 2008/[…]/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiki (REACH)1.

 

1 ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ddikjarat b'mod speċifiku li l-RoHS jissupplimenta r-REACH. L-RoHS u r-REACH għandhom objettivi, skop, żmien u għajnuna differenti. L-RoHS inħoloq biex jindirizza l-problemi speċifiċi ta' livell dejjem jikber ta' skart, ir-REACH jittratta s-sustanzi kimiċi fil-livell ġenerali, bl-ebda fokus speċjali fuq l-iskart. Ir-REACH huwa liġi reġjonali li għadha fl-infanzja tagħha, l-RoHS diġà qed tilħaq standard globali. Inħolqu problemi ewlenin bil-WEEE minħabba l-polimeri, li huma eżenti mir-REACH. L-RoHS għandu jiġi żviluppat iżjed biex jindirizza l-problemi speċifiċi tal-irkupru u r-rimi tal-WEEE fil-bidu.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għandu jitqies l-iżvilupp tat-tagħmir elettriku u elettroniku mingħajr metalli tqal, PBDE u PBB.

(11) Għandu jitqies l-iżvilupp tekniku tat-tagħmir elettriku u elettroniku mingħajr metalli tqal, ritardanti tal-fjammi tan-nar brominati, ritardanti tal-fjammi tan-nar klorinati,PVC u l-plastiċizzanti ta' ħsara tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-industrija tal-elettroniċi hija avvanzata ħafna fl-inizjattiva globali tagħha biex telimina gradwalment l-użu ta' ritardanti tal-fjammi tan-nar brominati/klorinati u l-PVC. Kumpaniji ewlenin tal-elettroniċi diġà eliminaw b'mod gradwali l-użu ta' dawn is-sustanzi f'ċertu prodotti tagħhom jew fil-prodotti kollha (eż. 50% tal-mobajls il-ġodda kollha huma diġà b'aloġenu baxx). Kważi l-kumpaniji ewlenin kollha tal-elettroniċi impenjaw ruħhom li jagħmlu dan għall-prodotti tal-konsumaturi (eż. l-ishma tas-suq għall-kompjuters personali b'aloġenu baxx se jkunu madwar 40% fis-sena jew sentejn li ġejjin). Fil-passat diġà saru azzjonijiet simili min-naħa ta' xi manifatturi ta' 'white goods' (tagħmir tal-kċina).

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Hekk kif ikun hemm disponibbli evidenza xjentifika u filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-prekawzjoni, il-projbizzjoni ta' sustanzi perikolużi oħra u s-sostituzzjoni tagħhom b'alternattivi li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent li jiżguraw tal-anqas l-istess livell ta' protezzjoni għall-konsumaturi għandhom jiġu eżaminati, b'attenzjoni għall-koerenza ma' leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, u b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH). Għandu jitqies b'mod speċifiku l-potenzjal ta' impatt fuq l-SMEs.

(12) Perjodikament, u hekk kif ikun hemm disponibbli evidenza xjentifika u filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-prekawzjoni, il-projbizzjoni ta’ sustanzi perikolużi oħra u s-sostituzzjoni tagħhom b’sustanzi jew teknoloġiji alternattivi li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent li jiżguraw tal-anqas l-istess livell ta’ protezzjoni għall-konsumaturi għandhom jiġu eżaminati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistudja l-impatti negattivi ta’ sustanzi ta’ ħsara oħrajn u l-fattibilità li dawn jiġu sostitwiti, b’mod partikolari lejn tmiem il-ħajja tat-tagħmir elettriku u elettroniku, bil-għan li jsiru proposti leġiżlattivi ħalli jissaħħu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fuq bażi regolari. Dan l-eżami għandu jinkludi stima sħiħa tal-impatt b’konsultazzjoni tal-partijiet interessati relevanti. L-eżami għandu wkoll jagħti attenzjoni għall-koerenza ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE u jimmassimizza s-sinerġiji mal-ħidma mwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għandu jitqies b'mod speċifiku l-potenzjal ta' impatt fuq l-SMEs.

Ġustifikazzjoni

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-iżvilupp ta’ enerġiji rinnovabbli huwa wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni u l-kontribut tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli għall-objettivi ambjentali u klimatiċi huwa kruċjali. Id-Direttiva 2009/28/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE tfakkar li għandha tiġi żgurata l-koerenza bejn dawn l-objettivi u l-bqija tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-Direttiva m’għandhiex tipprojbixxi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli li mhumiex ta’ periklu għall-ambjent, huma sostenibbli u ekonomikament vijabbli, bħall-panils solari fotovoltajċi, li għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva. Studji tal-impatt indipendenti mitluba mill-Kummissjoni jirrakkomandaw ukoll li l-panils solari fotovoltajċi jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva.

 

1 ĠU L 140, 05.06.2009, p. 16.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni tad-Direttiva RoHS għandha tkun koerenti mal-objettivi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima u għandha tippermetti l-iżvilupp tal-enerġiji sostenibbli u ekonomikament vijabbli. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jkun permess li xi elementi jiġu esklużi speċifikament mill-ambitu ta’ din id-Direttiva biex l-UE tiġi megħjuna tilħaq l-iktar objettivi wiesa’ tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta' sostituzzjoni għandhom ikunu permessi jekk is-sostituzzjoni ma tkunx possibbli mil-lat xjentifiku u tekniku, b'kunsiderazzjoni speċifika għas-sitwazzjoni tal-SMEs jew jekk l-impatti negattivi ambjentali, għas-saħħa jew soċjoekonomiċi kkawżati bis-sostituzzjoni x'aktarx li se jkunu akbar mill-benefiċċji għas-saħħa, ambjentali jew soċjoekonomiċi tas-sostituzzjoni, jew id-disponibbiltà u l-affidabbiltà tas-sostituti mhumiex żgurati. Is-sostituzzjoni tas-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku għandha titwettaq ukoll b’tali mod li tkun kompatibbli mas-saħħa u s-sikurezza tal-utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. It-tqegħid fis-suq ta’ apparat mediku jeħtieġ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, skont id-Direttivi 93/42/KE u 98/79/KE, li jista’ jkun li tkun teħtieġ l-involviment ta’ korp notifikat maħtur mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri. Jekk tali korp notifikat jiċċertifika li s-sikurezza tas-sostitut potenzjali għall-użu maħsub fl-apparat mediku jew f'apparat mediku in vitro ma ntwerietx, dan jitqies bħala impatt negattiv ċar fuq is-sikurezza soċjoekonomika, tas-saħħa u tal-konsumatur. Għandu jkun possibbli li ssir applikazzjoni għall-eżenzjonijiet ta' tagħmir li jaqa' taħt l-ambitu ta' din id-Direttiva mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, anke jekk dan iseħħ qabel l-inklużjoni ta' dak it-tagħmir fl-ambitu.

(13) Eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta’ sostituzzjoni għandhom ikunu permessi jekk is-sostituzzjoni ma tkunx possibbli mil-lat xjentifiku u tekniku, b’kunsiderazzjoni speċifika għas-sitwazzjoni tal-SMEs jew jekk l-impatti negattivi ambjentali u għas-saħħa kkawżati bis-sostituzzjoni x’aktarx li se jkunu akbar mill-benefiċċji għas-saħħa u ambjentali tas-sostituzzjoni. Is-sostituzzjoni tas-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku għandha titwettaq ukoll b’tali mod li tkun kompatibbli mas-saħħa u s-sikurezza tal-utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Il-kunsiderazzjonijiet soċjoekonomiċi għandhom jitqiesu meta jiġi deċiż iż-żmien ta' eżenzjoni. Għandu jkun hemm il-possibilità ta' perjodu ulterjuri ta' eżenzjoni wara l-iskadenza tal-eżenzjoni f’każ li jkun hemm bżonn ta’ aktar żmien biex tiġi żgurata disponibilità adegwata ta’ sostituti, inkluż għal raġunijiet ta’ restrizzjonijiet ta’ proprjetà intellettwali. It-tqegħid fis-suq ta’ apparat mediku jeħtieġ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, skont id-Direttivi 93/42/KE u 98/79/KE, li jista’ jkun li tkun teħtieġ l-involviment ta’ korp notifikat maħtur mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri. Jekk tali korp notifikat jiċċertifika li s-sikurezza tas-sostitut potenzjali għall-użu maħsub fl-apparat mediku jew f'apparat mediku in vitro ma ntwerietx, dan jitqies bħala impatt negattiv ċar fuq is-sikurezza soċjoekonomika, tas-saħħa u tal-konsumatur. Għandu jkun possibbli li ssir applikazzjoni għall-eżenzjonijiet ta' tagħmir li jaqa' taħt l-ambitu ta' din id-Direttiva mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, anke jekk dan iseħħ qabel l-inklużjoni ta' dak it-tagħmir fl-ambitu.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Eżenzjonijiet mill-projbizzjoni għal ċerti materjali jew komponenti speċifiċi għandhom ikunu limitati fl-ambitu tagħhom, sabiex ikun hemm tneħħija gradwali tas-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, ladarba l-użu ta' dawk is-sustanzi f'tali applikazzjonijiet għandu jiġi evitat.

(14) Eżenzjonijiet mill-projbizzjoni għal ċerti materjali jew komponenti speċifiċi għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ każ b’każ u għandhom ikunu limitati fl-ambitu u t-tul taż-żmien tagħhom, sabiex ikun hemm tneħħija gradwali tas-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, ladarba l-użu ta' dawk is-sustanzi f'tali applikazzjonijiet għandu jiġi evitat.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Jista’ jkun hemm żieda fl-użu tan-nanomaterjali f’tagħmir elettriku u elettroniku minħabba l-iżvilupp addizzjonali tat-tekonoloġija. Hemm informazzjoni inadegwata dwar l-użu ta’ nanomaterjali għajr in‑nanofidda u ċerti nanotubi tal-karbonju f’tagħmir elettriku u elettroniku u dwar ir-riskji assoċjati ma’ dan l-użu. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa s-sikurezza tan-nanomaterjali f’tagħmir elettriku u elettroniku, l-operaturi ekonomiċi għandhom jinnotifikaw l-użu tan-nanomaterjali f’tagħmir elettriku u elettroniku u għandhom jipprovdu d-dejta relevanti kollha fir-rigward tas-sikurezza tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-informazzjoni li waslitilha u għandha tressaq proposta leġiżlattiva għall-immaniġġjar adegwat tar-riskju, jekk ikun meħtieġ. Il-produtturi għandhom jittikkettjaw it-tagħmir elettriku u elettroniku li jkun fih nanomaterjali li jistgħu jwasslu li l-konsumaturi jkunu esposti, biex jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.

imħassar

(Din l-emenda hija marbuta mas-sostituzzjoni tal-“proċedura regolatorja bi skrutinju” ta’ qabel bil-proċedura l-ġdida tal-atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.)

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa 20 kif emendata tkopri d-dispożizzjonijiet neċessarji.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) B'mod partikolari l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadatta l-Annessi II, III, IV u VI għall-progress tekniku u xjentifiku u tadotta miżuri oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/95/KE, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20) Sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku u sabiex tadotta miżuri oħra meħtieġa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-adattament tal-Annessi V, VI, VIa u VIb, l-adozzjoni ta’ format għall-applikazzjonijiet għal eżenzjonijiet, regoli ddettaljati għall-konformità mal-valuri massimi ta’ konċentrazzjoni, dwar it-teħid ta’ kampjuni u ispezzjonijiet, id-definizzjoni ta’ nanomaterjali, l-istandards għall-identifikazzjoni ta’ nanomaterjali, l-applikazzjoni tat-tikkettjar tan-nanomaterjali u l‑adattamenti għal REACH.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Għandha ssir analiżi bir-reqqa tal-valur miżjud tad-Direttiva RoHS fil-kuntest tar‑reviżjoni li se ssir tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku bil-għan li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-irkupru u r-rimi, bla ħsara għall-ambjent, tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku.

Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku bil-għan li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u l-irkupru u r-rimi, bla ħsara għall-ambjent, tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku.

Ġustifikazzjoni

Is-suġġett għandu jirrifletti l-kontenut tal-premessi. Il-Premessa 4 tgħid: Anke jekk il-WEEE jinġabar separatament u jkun sottomess għall-proċessi ta' riċiklaġġ, il-kontenut tal-merkurju, il-kadmju, iċ-ċomb, il-kromju VI, il-PBE u l-PDBE x’aktarx li joħolqu riskji għas-saħħa jew għall-ambjent". Il-Premessa 5 mbagħad tgħid li "l-aktar mod effikaċi sabiex jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk is-sustanzi...huwa s-sostituzjoni". Għalhekk it-tneħħija gradwali ta' sustanzi ta' ħsara tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent u mhux biss permezz ta' rkupru u rimi li ma jkunx ta' ħsara għall-ambjent.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2- paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir elettriku u elettroniku li jaqa’ taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness I kif speċifikat fl-Anness II.

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir elettriku u elettroniku, inklużi l-kejbils, oġġetti tal-konsum u aċċessorji, li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

L-RoHS għandu japplika għall-EEE kollha, mhux biss għal ċertu kategoriji, u jinkludu l-kejbils, l-oġġetti tal-konsum u l-aċċessorji. Anness II mhuwiex ċar: jingħad li huwa "lista li torbot ta' prodotti", imma safrattant il-lista mhijiex waħda li ma tispiċċa qatt, iżda tagħti biss ċertu eżempju: "it-tagħmir, inkluż". Dan ma jsolvix il-problema ta' interpretazzjonijiet differenti tal-kategoriji. Anness II għandu jitħassar u minflok għandha tapplika d-definizzjoni ġenerali tal-EEE. Il-kategoriji fl-Anness I għandhom jinżammu, kompluti b'kategorija li tgħaqqadhom kollha, biex jiġu indirizzati restrizzjonijiet u żmien differenti għal kategoriji differenti tal-EEE.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Paragrafu 1 għandu japplika għal tagħmir elettriku u elettroniku li, fl‑1 ta’ Lulju 2014, ikun jaqa' taħt il-kategorija 11 tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Il-ftuħ tal-ambitu tal-RoHS għal iżjed mill-10 kategoriji attwali jeħtieġ fażi tranżitorja li tippermetti l-manifatturi li japplikaw għal eżenzjonijiet.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2- paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sikurezza u s-saħħa, rigward kimiċi, b'mod partikolari r-Regolament (KE) 1907/2006 kif ukoll għal-leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika dwar il-ġestjoni tal-iskart.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa, rigward kimiċi, b’mod partikolari r-Regolament (KE) 1907/2006 u d-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw1 kif ukoll għal-leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika dwar il-ġestjoni tal-iskart.

 

____________

1 ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda teskludi b’mod espliċitu l-vetturi li m’għadhomx jintużaw u l-komponenti elettroniċi ta’ dawn il-vetturi mill-ambitu tad-Direttiva RoHS. Dawn il-vetturi qatt mhuma se jidħlu fil-fluss tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku. Billi huma rregolati minn leġiżlazzjoni oħra, huma għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tad-Direttiva RoHS.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a) tagħmir li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari;

a) tagħmir li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari;

(b) tagħmir li huwa ddisinjat speċifikament bħala parti minn tip ieħor ta' tagħmir li ma jaqax fl-ambitu ta' din id-Direttiva u jista' jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir;

(b) tagħmir li huwa ddisinjat speċifikament bħala parti minn tip ieħor ta' tagħmir li ma jaqax fl-ambitu ta' din id-Direttiva u jista' jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir;

(c) tagħmir li mhuwiex maħsub biex jitqiegħed fis-suq bħala unità funzjonali jew kummerċjali waħda.

 

 

(ba) mezzi ta' trasport għall-persuni u għall‑merkanzija;

 

(bb) installazzjonijiet fissi ta’ daqs kbir, ħlief għal tagħmir ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll;

 

(bc) għodod industrijali fissi ta’ daqs kbira, ħlief għal tagħmir ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll;

 

(bd) it-teknoloġija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinovabbli maħsuba sabiex tintuża f’sistema li hija ddisinjata, armata u installata għall-użu permanenti f’post definit biex tiġi prodotta l-enerġija għall- applikazzjonijiet pubbliċi, kummerċjali u residenzjali;

 

(be) tagħmir li huwa mmanifatturat fl-Unjoni jew li huwa importat, u speċifikament maħsub għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp u mhux mqiegħed fis-suq biex jinbiegħ lill-pubbliku inġenerali;

 

(bf) makkinarju mobbli mhux tat-triq maħsub esklużivament għall-użu professjonali;

 

(bg) tagħmir maħsub biex jintbagħat fl-ispazju;

 

Mhux aktar tard minn [...*], il‑Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jeżamina l-ħtieġa ta’ aktar esklużjonijiet ta’ tagħmir tal-kategorija 11 mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn il-kontribut fuq żmien fit‑tul għall‑objettivi ta’ din id‑Direttiva bl-inklużjoni ta’ dan it-tagħmir ikun baxx wisq meta mqabbel mal-ispiża tiegħu fuq żmien fit-tul. Ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, ikun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

 

3a. Minkejja l-esklużjoni mill-ambitu ta’ din id-Direttiva ta’ ċerti EEEs, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jnaqqsu l‑esponiment għas-sustanzi elenkati fl-Anness IV fil-materjali u l-komponenti tal-EEEs għall-konsumaturi, il-ħaddiema u l-ambjent, għal livell kemm jista’ jkun baxx f’termini tekniċi u prattiċi.

 

* Daħħal id-data: tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Sa mhux aktar tard mill‑31 ta’ Diċembru 2014, l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill‑Kunsill li jeżamina l-ambitu ta’ din id‑Direttiva fir-rigward tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(3);

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li issa jistgħu jsiru dispożizzjonijiet għall-eżenzjonijiet, l-ambitu tal-leġiżlazzjoni għandu jkun soġġett għal reviżjoni li ssegwi l-istimi xierqa tal-impatt.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) "dipendenti" tfisser apparat li jeħtieġ l-elettriku sabiex iwettaq tal-anqas waħda mill-funzjonijiet bażiċi tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) “manifattur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li timmanifattura l-EEE jew li għandha l-EEE ddisinjat jew immanifatturat taħt isimha jew bit-trejdmark tagħha;

(b) “manifattur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li timmanifattura l-EEE jew li għandha l-EEE ddisinjat jew immanifatturat, jew li tikkumerċjalizza tali prodott, taħt isimha jew bit-trejdmark tagħha;

Ġustifikazzjoni

Billi r-Regolament (KE) 765/2008 iservi bħala referenza għar-riformulazzjomni tal-ROHS attwali, id-definizzjonijiet għandhom jikkonformaw ma’ xulxin biex jiġu evitati konfużjoni jew interpretazzjonijiet differenti.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentanti awtorizzat, l-importatur u d-distributur,

Ġustifikazzjoni

Fid-direttiva, it-terminu “operaturi ekonomiċi” jintuża f'ħafna postijiet. L-istess definizzjoni li hija mogħtija fid-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti għandha tapplika.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) “speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jniżżel ir-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfati minn prodott, proċess jew servizz;

Ġustifikazzjoni

Fid-direttiva, it-terminu “speċifikazzjoni teknika” jintuża f'ħafna postijiet. L-istess definizzjoni li hija mogħtija fid-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti għandha tapplika.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt k a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) “teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà jista’ jinkiseb mill-utent aħħari;

Ġustifikazzjoni

Fid-direttiva, it-terminu “teħid lura” jintuża f'ħafna postijiet. L-istess definizzjoni li hija mogħtija fid-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti għandha tapplika.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt k b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kb) “irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li prodott fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

Ġustifikazzjoni

Fid-direttiva, it-terminu “irtirar” jintuża f'ħafna postijiet. L-istess definizzjoni li hija mogħtija fid-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti għandha tapplika.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) “materjal omoġenju” tfisser materjal ta' kompożizzjoni kollha kemm hi uniformi li ma jistax jinfired b'mod mekkaniku f'materjali differenti, jiġifieri l-materjali, fil-prinċipju, ma jistgħux jiġu sseparati b'azzjonijiet mekkaniċi bħal proċessi żvitar, qtugħ, tgħaffiġ, tħin u brix;

(l) “materjal omoġenju” tfisser:

materjal li jikkonsisti kollu kemm hu minn materjal wieħed biss; jew

 

- taħlita ta' diversi materjali li ma jistgħux jinfirdu b'mod mekkaniku f'materjali differenti, ħlief għaż-żebgħa ta' barra; jew

 

- iż-żebgħa ta' barra.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jkun hemm distinzjoni bejn il-materjali li jikkonsistu minn materjal wieħed biss u dawk li jikkonsistu minn ħafna materjali li ma jistgħux jinfirdu b'mod mekkaniku. Iż-żebħat ta' barra għandhom jitqiesu fihom infushom bħala materjal omoġenju.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(la) “kejbils” tfisser il-kejbils kollha fl-EEEs u l-kejbils kollha li jservu ta’ konnessjoni jew estensjoni biex iqabbdu t‑tagħmir man-netwerk rilevanti;

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(lb) “frid b’mod mekkaniku” tfisser li l‑materjali jistgħu, bi prinċipju, jinfirdu b’azzjonijiet mekkaniċi, bħal proċessi ta’ żvitar, qtugħ, tgħaffiġ, tħin u brix;

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni hija importanti biex jiġi żgurat li tinkiseb ċertezza legali fir-rigward tal-kampjuni u l-ittestjar. Sabiex tiġi provduta ċertezza legali għandu ikun hemm definizzjoni separata ta’ “frid b’mod mekkaniku”.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)“monitoraġġ u strumenti ta' kontroll industrijali tfisser monitoraġġ u strumenti ta' kontroll iddisinjati esklussivament għal użu industrijali jew professjonali.

(p) "monitoraġġ u strumenti ta' kontroll industrijali" tfisser monitoraġġ u strumenti ta' kontroll iddisinjati esklussivament għal użu industrijali.

Ġustifikazzjoni

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, normalment tiddistingwi bejn l-użu mill-pubbliku, mill-professjonali jew fl-industrija. Id-distinzjoni bejn il-pubbliku u l-professjonali tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Id-distinzjoni hija aktar u aktar imċajpra għax persuni mill-pubbliku jista' jkollhom aċċess għall-prodotti professjonali filwaqt li l-professjonali jistgħu jużaw prodotti li jkunu disponibbli sew għall-pubbliku. Biex tiġi evitata iżjed konfużjoni, id-definizzjoni ta' strumenti industrijali għall-immonitorjar u l-kontroll għandha tkun limitata esklussivament għal "użu industrijali".

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt p a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pa) “oġġetti tal-konsum” tfisser kwalunkwe unità li fiha parti elettrika jew elettronika, li hija neċessarja għall-funzjonament ta’ EEE u li viċe versa ma tistax taħdem mingħajr l-EEE;

(Sostituzzjoni tal-Emenda 26.)

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-interdipendenza bejn l-EEE u l-oġġetti tal-konsum, l-oġġetti tal-konsum għandhom jiġu inklużi fid-Direttiva, iktar u iktar billi huma normalment għandhom ħajja iqsar u għalhekk isiru skart aktar malajr mill-EEE. Definizzjoni għandha għalhekk tiġi inkluża. Din id-definizzjoni hija limitata għal unitajiet li għandhom partijiet elettriċi/elettroniċi. Għalhekk għandha tinkludi pereżempju l-kartriġis tat-toner attwali, iżda teskludi s-CDs, il-karti tal-istampar, it-trab tal-makni tal-ħasil tal-platti jew il-golji.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt p b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pb) “nanomaterjali” tfisser kwalunkwe materjal prodott b’mod intenzjonat li għandu dimensjoni jew aktar ta’ 100 nm jew anqas jew li huwa kompost minn partijiet funzjonali diskreti, minn ġewwa jew fuq il-wiċċ, li ħafna minnhom għandhom dimensjoni jew aktar ta’ 100 nm jew anqas, inklużi l-istrutturi, l‑agglomerati jew l‑aggregati, li jista’ jkollhom daqs ta’ aktar minn 100 nm iżda li għandhom proprjetajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala.

 

Il-proprjetajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala jinkludu:

 

(i) dawk relatati ma’ erja tal-wiċċ speċifika kbira tal-materjali kkunsidrati, u/jew

 

(ii) proprjetajiet fiżjoċikimiċi speċifiċi li huma differenti minn dawk tan-nanoforma tal-istess materjal.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi introdotta definizzjoni tan-nanomaterjali. Id-definizzjoni hawnhekk hija dik li sar ftehim dwarha mit-tliet istituzzjonijiet fil-kuntest tar-regolament dwar l-ikel ġdid.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fid-dawl tad-diversi definizzjonijiet ta' nanomaterjali ppubblikati minn diversi korpi fil-livell internazzjonali u l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kontinwi fil-qasam tan-nanoteknoloġiji, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti delegati skont l-Artikolu 18, taġġusta u tadatta l-punt (pa) tal-Artikolu preżenti għall-progress tekniku u xjentifiku, billi tqis id-definizzjonijiet sussegwentement maqbula fuq livell internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt p c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pc) “‘aċċessorju” tfisser kwalunkwe unità li fiha parti elettrika jew elettronika jew aktar minn waħda, imfassla biex tintuża mal-EEE, li mhijiex meħtieġa għall-funzjonament tal-EEE, iżda li ma tistax taħdem mingħajr l-EEE;

Ġustifikazzjoni

L-RoHS għandha tinkludi wkoll l-aċċessorji. Definizzjoni għandha għalhekk tiġi inkluża. Din id-definizzjoni hija limitata għal unitajiet li għandhom partijiet elettriċi/elettroniċi. Għalhekk, tinkludi pereżempju lentijiet separati għall-kameras diġitali, iżda teskludi l-basket tal-kamera jew il-lenti.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt p d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pd) “parti elettrika jew elettronika” tfisser kwalunkwe unità b’żewġ kondutturi taċ‑ċomb jew ta’ metall ieħor jew aktar, li tkun parti minn ċirkwit elettriku, biex tipprovdi funzjoni diskreta;

Ġustifikazzjoni

Billi d-definizzjonijiet li għadhom kif ġew introdotti għall-“oġġett tal-konsum” u l-“aċċessorju” jirreferu għall-fatt li fihom “parti elettrika jew elettronika”, għandha tingħata definizzjoni għal dawn il-partijiet.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt p e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pe) “mezz ta’ trasport” tfisser vettura użata għat-trasport tal-persuni jew ta’ merkanzija, bħal karozzi, xarabanks, trakkijiet, trams, ferroviji, vapuri u ajruplani;

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt p f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pf) "stallazzjoni fissa ta’ daqs kbir" tfisser kombinazzjoni partikolari ta' diversi tipi ta' apparat u, fejn applikabbli, strumenti oħra, li huma mmuntati, installati b'mod permanenti f'lok predefinit. Hija m’għandha tinkludi ebda komponenti elettriċi u elettroniċi li jistgħu, matul iċ‑ċiklu tal‑ħajja tal‑istallazzjoni kkonċernata, jiġu ssostitwiti minn żmien għal żmien u li jistgħu wkoll iwettqu l-funzjoni tagħhom mingħajr ma jkunu parti minn dik l‑istallazzjoni;

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt p g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pg) “għodod industrijali fissi ta’ daqs kbir” tfisser ġabra ta’ magni, tagħmir, u/jew komponenti, maħsuba biex jintużaw flimkien fl-industrija biex iwettqu biċċa xogħol speċifika. Hija tiġi installata minn persunal speċjalizzat responsabbli biss mill-attività ta’ istallazzjoni, u huma stazzjonati b’mod permanenti matul il-fażi tal-użu tagħhom. Hija m’għandhiex tinkludi komponenti elettriċi u elettroniċi li jistgħu, matul iċ‑ċiklu tal‑ħajja tal‑għodda kkonċernata, jiġu ssostitwiti minn żmien għal żmien u li jistgħu wkoll iwettqu l-funzjoni tagħhom ukoll mingħajr ma jkunu parti minn dik l‑għodda;

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt p h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ph) “makkinarju mobbli mhux tat-triq maħsub esklużivament għall-użu professjonali” tfisser tagħmir kif definit mid-Direttiva 97/68/KE li huwa disponibbli biss biex jintuża minn professjonisti;

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-EEE inklużi l-ispare parts għat-tiswija jew għall-użu mill-ġdid tiegħu mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi elenkati fl-Anness IV.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-EEE, inklużi l-ispare parts għat-tiswija jew għall-użu mill-ġdid tiegħu, il-kejbils, l‑oġġetti tal-konsum u l‑aċċessorjii, u l‑partijiet għar‑rikalibrazzjoni jew għall‑aġġornament tal-funzjonalitajiet jew għat‑tkabbir tal-kapaċità mqiegħda fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi elenkati fl-Anness IV.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal spare parts għat-tiswija jew l-użu mill-ġdid ta' dawn li ġejjin:

4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal kejbils, oġġetti tal-konsum, aċċessorji jew spare parts għat-tiswija jew l-użu mill‑ġdid, u lanqas għall-partijiet għar‑rikalibrazzjoni jew l‑aġġornament tal‑funzjonalitajiet jew it‑tkabbir tal‑kapaċità, ta’ dawn li ġejjin:

(a) L-EEE mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2006.

(a) L-EEE mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2006.

(b) Apparat mediku mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2014.

(b) Apparat mediku mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2014.

(c) Apparat mediku dijanjostiku in vitro mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2016.

(c) Apparat mediku dijanjostiku in vitro mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2016.

(d) Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2014.

(d) Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2014.

(e) Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2017.

(e) Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2017.

(f) L-EEE li bbenefika minn eżenzjoni u tqiegħed fis-suq qabel skadiet dik l-eżenzjoni.

 

(f) L-EEE li bbenefika minn eżenzjoni u tqiegħed fis-suq qabel skadiet dik l-eżenzjoni, safejn hija kkonċernata l-eżenzjoni relevanti.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 - paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-użu mill-ġdid ta’ spare parts li jkunu ġew irkuprati mill-EEE li tqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006 f’tagħmir imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2016, bil-kundizzjoni li l-użu mill-ġdid isir f’sistemi ta’ ritorn minn negozju għal negozju b’ċiklu magħluq u li tista’ ssirilhom verifika, u li l-użu mill-ġdid tal-partijiet jiġi nnotifikat lill-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-effiċjenza tar-riżorsi, l-UE teħtieġ tippromwovi iktar l-użu mill-ġdid. Ir-rimi, il-qerda jew is-sostituzzjoni prematura tal-ispare parts li jaħdmu tajjeb u li jistgħu jintużaw mill-ġdid, minħabba l-fatt li jkunu tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006 u ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet tal-RoHS, tista’ tikkawża piż ambjentali mhux meħtieġ. Jekk din l-eżenzjoni temporanja ma tkunx permessa, dan iwassal għar-rimi tat-tagħmir kollu inkluża l-maġġoranza tal-partijiet li huma konformi mal-RoHS. Billi l-użu mill-ġdid isir f’sistema ta’ ritorn magħluqa, it-tmiem il-ħajja ta’ dawn il-partijiet se jkun ikkontrollat u mmaniġġjat kif xieraq.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal apparat mediku attiv impjantabbli. Sal-2020 il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-esklużjoni ta' apparat mediku impjantabbli bil-għan li tipproponi l-inklużjoni.

5. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal apparat mediku attiv impjantabbli. Sal-2020 il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-esklużjoni ta’ apparat mediku impjantabbli bil-għan li tevalwa d-disponibilità ta’ alternattivi xierqa, sikuri u affidabbli bbażati fuq il-pariri xjentifiċi u teknoloġiċi li tipproponi l-inklużjoni.

Ġustifikazzjoni

Maħsuba biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda konflitt mal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-apparat mediku attiv impjantabbli jkun disponibbli.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Annessi V u VI.

6. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Annessi V, VI u VIa.

(Korrezzjoni ta’ ommissjoni, li tisostitwixxi l-Emenda 33. Marbuta mal-Emendi tal-Artikolu 2(1) u 4(1a), l-Anness I u l-Anness VIa)

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta’ ambitu miftuħ teħtieġ Anness separat li jippermetti li jkun hemm applikazzjonijiet eżentati mill-projbizzjoni fl-Artikolu 4(1) għall-EEE li attwalment ma kinux jaqgħu fl-ambitu tal-RoHS jiġifieri dawk li ma jaqgħux taħt l-ambitu tal-ebda waħda mill-ewwel 10 kategoriji. Jeħtieġ li jkun hemm possibilità għal eżenzjonijiet mir-restrizzjoni l-ġdida proposta fil-paragrafu 1.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Meta jkun hemm riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, li jkun ġej mill-użu ta' sustanzi, b'mod partikolari s-sustanzi elenkati fl-Anness III, li jeħtieġ li jiġi indirizzat f'livell Komunitarju, il-lista tas-sustanzi pprojbiti fl-Anness IV għandha tiġi rriveduta bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-proċess stabbilit fl-Artikoli 69 sa 72 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).

imħassar

(Marbuta mal-emenda li terġa' ddaħħal l-Artikolu 6 tal-RoHS f'forma modifikata)

Ġustifikazzjoni

L-RoHS huwa direttiva dwar kwistjoni waħda: direttiva li tevita milli jkun hemm sustanzi ta’ ħsara fl-EEE. Mhuwiex aċċettabbli li s-setgħa għal deċiżjonijiet dwar l-essenza vera tal-RoHS tiġi ddelegata lill-komitoloġija, aħseb u ara lil metodoloġija fil-komitoloġija li għad trid tiġi definita, iktar u iktar li l-leġiżlatur awtorizza b'mod ċar lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti bħal dawn f'kodeċiżjoni (Art. 6). Li jsir dan ifisser li issa ma jistax ikun hemm restrizzjonijiet ġodda, li tmur kontra r-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-istudju tal-Kummissjoni. Biex l-RoHS iżomm il-forza prinċipali tiegħu, hemm bżonn jiġu adottati issa restrizzjonijiet ġodda, u mhux imressqa għal żmien mhux determinat fil-futur.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha, għall-finijiet ta' adattament tal-annessi għall-progress xjentifiku u tekniku, tadotta l-miżuri li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni għandha, għall-finijiet ta' adattament tal-Annessi V, VI u VIa għall-progress xjentifiku u tekniku, u filwaqt li tqis il-kriterji stipulati fl-Artikolu 6a, tadotta l-miżuri li ġejjin:

(a) kwalunkwe emenda meħtieġa għall-Anness II.

 

(b) Tinkludi materjali u komponenti tal-EEE fl-Annessi V u VI fejn tiġi ssodisfata waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Tinkludi materjali u komponenti tal-EEE għal applikazzjonijiet speċifiċi fl-Annessi V, VI u VIa fejn tiġi ssodisfata waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

- it-tneħħija jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz ta' bidliet fid-disinn jew fil-materjali u l-komponenti li ma jeħtieġu l-ebda materjal jew sustanza msemmi(ja) fl-Artikolu 4(1) mhijiex prattika mil-lat xjetnifiku jew tekniku;

- it-tneħħija jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz ta' bidliet fid-disinn jew fil-materjali u l-komponenti li ma jeħtieġu l-ebda materjal jew sustanza msemmi(ja) fl-Artikolu 4(1) mhijiex prattika mil-lat tekniku;

 

- id-disponibbiltà u l-affidabbiltà tas-sostituti mhumiex żgurati,

- l-affidabbiltà tas-sostituti mhijiex żgurata,

- l-impatti negattivi ambjentali, għas-saħħa jew is-sikurezza tal-konsumatur jew soċjoekonomiċi kkawżati mis-sostituzzjoni x'aktarx li huma ogħla mill-benefiċċji ambjentali, għas-saħħa jew is-sikurezza tal-konsumatur u/jew soċjoekonomiċi tagħhom;

- l-impatti negattivi ambjentali, għas-saħħa u għass-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati mis-sostituzzjoni x'aktarx li huma ogħla mill-benefiċċji ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur ibbażati, fejn ikun il-każ, fuq evalwazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom,

(c) jitħassru l-materjali u l-komponenti tal-EEE mill-Annessi V u VI fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) ma għadhomx qed jiġu ssodisfati.

(b) jitħassru l-materjali u l-komponenti tal-EEE mill-Annessi V u VI fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ma għadhomx qed jiġu ssodisfati.

Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).

Il-Kummissjoni tadotta kull tali miżura permezz ta’ att delegat individwali skont l-Artikolu 18.

2. Il-miżuri adottati skont il-punt b tal-paragrafu 1 għandu jkollhom perjodu ta' validità massima ta' erba' snin u jistgħu jiġġeddu. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi f’limitu ta’ żmien xieraq dwar kwalunkwe applikazzjoni għat-tiġdid li titressaq mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel tiskadi eżenzjoni.

2. Il-miżuri adottati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkollhom perjodu ta’ validità ta’ mhux iżjed minn erba’ snin għall-kategoriji 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness I, u perjodu ta’ validità ta’ mhux iżjed minn tmien snin għat-tagħmir tal-kategoriji 8 u 9 tal-Anness I, Il-perjodu ta’ validità jiġi deċiż fuq il-bażi ta’ każ b’każ. Dawn il-miżuri jistgħu jiġġeddu.

 

Il-Kummissjoni għandha tqis l-impatti soċjoekonomiċi kif definit fl-Anness XVI tar-Regolament (KE) 1907/2006 meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-perjodu ta’ validità ta’ eżenzjoni jew it-tiġdid ta’ eżenzjoni.

 

Fejn il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ aktar ħin sakemm tiġi applikata l‑projbizzjoni jew sakemm tiskadi l‑eżenzjoni, skont il-każ, biex tiġi żgurata disponibilità adegwata ta’ sostituti, inklużi raġunijiet ta’ restrizzjonijiet tal-proprjetà intellettwali, hija għandha tikkonċedi perjodu ulterjuri wara l-applikazzjoni tal-projbizzjoni jew l-iskadenza tal-eżenzjoni. Id-dewmien tal-perjodu ulterjuri għandu jiġi deċiż fuq bażi każ b’każ u m’għandux jaqbeż it-18-il xahar mill-applikazzjoni tal-projbizzjoni jew l-iskadenza tal-eżenzjoni.

 

L-eżenzjonijiet speċifiċi fl-Annessi V, VI u Via għandhom jindikaw id-data tal-għoti tal-eżenzjoni, tat-tiġdid tagħha, tal-iskadenza tagħha, u tal-perjodu ulterjuri konċess.

 

2a. L-applikazzjonijiet għall-għoti, tiġdid jew it-tħassir ta’ eżenzjoni mill-Artikolu 4(1) għandhom jsiru lill-Kummissjoni skont l-Anness VIb. Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ eżenzjoni għandha tirrifletti l-aktar sitwazzjoni riċenti.

 

2b. Il-Kummissjoni għandha:

 

(a) tagħti rċevuta bil-miktub għall‑applikazzjoni fi żmien 15-il ġurnata mill-wasla tagħha. L-irċevuta għandha turi d-data ta’ meta rċeviet l-applikazzjoni;

 

(b) tassenja numru għall-applikazzjoni, li għandu jintuża għall-korrispondenza kollha li tirrigwarda l-applikazzjoni sakemm ir-reviżjoni titqies konkluża;

 

(c) tinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni u għandha tagħmel l-applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni supplimentari provduta mill-applikant u li hija disponibbli għalihom;

 

(d) tagħmel sommarju tal-applikazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

 

(e) twettaq studju indipendenti dwar il‑ġustifikazzjoni tal-applikazzjoni.

 

2c. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel ma tibda tapplika l-projbizzjoni, jew qabel l-eżenzjoni tiskadi, skont il-każ.

 

Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni mhux aktar tard minn 6 xhur qabel ma tibda tapplika l-projbizzjoni, jew qabel l-eżenzjoni tiskadi, skont il-każ. F’każ li l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni sa dakinhar, l-eżenzjoni tkun valida jew tibqa’ valida sa sitt xhur wara li l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni.

3. Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha fost l-oħrajn tikkonsulta l-produtturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, ir-riċiklaturi, l-operaturi tat-trattament, l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-għaqdiet tal-impjegati u l-konsumaturi.

3. Qabel ma jiġu emendati l-Annessi V, VI u VIa, il-Kummissjoni għandha fost l-oħrajn tikkonsulta lill-opertauri ekonomiċi, ir-riċiklaturi, l-operaturi tat-trattament, l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-għaqdiet tal-impjegati u l-konsumaturi. Kummenti li jaslu mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ tali konsultazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni għandha tagħti tagħrif dwar l-informazzjoni li tirċievi u tagħmilha disponibbli pubblikament.

4. Sakemm il-materjali u l-komponenti jiġu inklużi fl-Annessi V u VI għal din id-Direttiva, abbażi tal-Artikolu 5(1)(b) ta' din id-Direttiva, dawk l-applikazzjonijiet għandhom ukoll jiġu kkunsidrati bħala eżentati mir-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

 

 

3a. Minkejja l-inklużjoni ta' materjali u komponenti fl-Annessi V, VI jew VIa, l‑Istati membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l‑operaturi ekonomiċi jnaqqsu l-espożizzjoni għas-sustanzi elenkati fl-Anness IV f'materjali u komponenti tal-EEE għall-konsumaturi, il-ħaddiema u l-ambjent għal livell baxx kemm jista' jkun teknikament u prattikament possibbli.

 

3b. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18, tadotta format armonizzat għall-applikazzjonijiet skont il-paragrafu 2a.

 

3c. Il-Kummissjoni għandha tadotta gwida komprensiva dwar l-applikazzjoni tal‑paragrafu 2a, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni tal-SMEs.

 

3d. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18, timmodifika Anness VIb biex iżżid aktar elementi miegħu.

 

3e. Mhux aktar tard minn [...*], il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18, liema mill-eżenzjonijiet mogħtija fl-Anness V għandhom japplikaw ukoll għat-tagħmir tal-kategoriji 8 u 9. F’każ li ma tittieħed l-ebda deċiżjoni sa dak iż-żmien, l-eżenzjonijiet mogħtija fl-Anness V għandhom ikunu validi wkoll għal dan it-tagħmir.

 

* Daħħal id-data: tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Nanomaterjali

 

1. L-operaturi ekonomiċi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu ta’ nanomaterjali fl-EEE u għandha tiġi provduta d-dejta kollha relevanti fir-rigward tas-sigurtà tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent fuq iċ-ċiklu tagħhom tal-ħajja.

 

2. Mhux aktar tard minn [...*], wara li kkunsidrat l-għarfien provdut minn operaturi ekonomiċi skont il‑paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa s-sigurtà ta’ nanomaterjali fl-EEE għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, b’mod partikolari waqt l-użu u t-trattament, u tikkommunika s-sejbiet tagħha f’rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għal ġestjoni ta’ riskju adegwata ta’ nanomaterjali fl-EEE, jekk ikun meħtieġ.

 

3. Mhux aktar tard minn [...**], l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu tikketti fuq l‑EEE li fihom nanomaterjali li jistgħu jwasslu li l-konsumaturi jkunu esposti.

 

4. Mhux aktar tard minn [...**], il‑Kummissjoni għandha tiżviluppa standard għall-identifikazzjoni u l-kxif ta’ nanomaterjali permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18.

 

5. Mhux aktar tard minn [...**], il‑Kummissjoni għandha tiżviluppa regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar‑rekwiżiti ta’ ttikkettjar tal-paragrafu 3 permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18.

 

* Daħħal id-data: 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad‑Direttiva.

 

** Daħħal id-data: 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad‑Direttiva.

 

*** Daħħal id-data: 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad‑Direttiva.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri ta' implimentazzjoni

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għal:

Mhux aktar tard minn [...*], il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18, regoli dettaljati għal:

- applikazzjonijiet għall-eżenzjoni inklużi l-format u t-tip ta' tagħrif li għandhom jiġu pprovduti meta jitressqu dawk l-applikazzjonijiet, inkluża l-analiżi tal-alternattivi u, jekk hemm alternattivi adegwati disponibbli, il-pjanijiet ta' sostituzzjoni kif imsemmi fir-Regolament (KE) 1907/2006.

 

- Konformità mal-valuri ta' konċentrazzjoni massima tal-Artikolu (4)(2)

- konformità mal-valuri massimi ta' konċentrazzjoni tal-Artikolu (4)(2), fost l‑oħrajn billi jiġi definit volum de minimis, u regoli speċifiċi għaż-żebgħa fuq barra,

 

- it-teħid ta’ kampjuni u l-ispezzjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku,

 

- format armonizzat għal dikjarazzjoni dwar materjali, komponenti u partijiet tal-EEE, inklużi dettalji dwar il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi regolati b'din id‑Direttiva,

- L-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2), b'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa ta' ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi sakemm tittieħed id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-eżenzjonijiet.

- l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-tikkettar għal nanomaterjali tal-Artikolu 5a(3).

Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).

 

 

* Daħħal id-data: tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Reviżjoni

 

Qabel [...*], u perjodikament wara dik id‑data il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis il-prinċipju prekawzjonarju, u abbażi ta’ studju tal-impatt, tirrevedi u temenda l-lista tas-sustanzi pprojbiti tal-Anness IV jekk jitqies li xi sustanza, jew grupp ta’ sustanzi simili fl-EEE jew fl-iskart li jirriżulta minnu, tkun jew ikunu detrimentali għall-irkupru jew ir-rimi – bla ħsara għall-ambjent – ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku jew tħalli impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent waqt l-użu u t-trattament ta’ skart ta’ EEE.

 

Matul dik ir-reviżjoni għandha tingħata attenzjoni partikolari dwar jekk dawn is‑sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi:

 

(a) jistgħux iħallu impatt negattiv fuq il‑possibilitajiet li jsiru preparamenti għall-użu mill-ġdid tal-EEE jew riċiklaġġ ta’ materjali ġejjin mill-iskart ta’ EEE;

 

(b) jistgħux iwasslu għal tixrid mhux ikkontrollat jew tixtrid diffuż fl-ambjent tas-sustanza jew ta’ esidwi perikolużi, jew tal-prodotti ta’ trasformazzjoni jew ta’ degradazzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u, b’mod partikulari, matul it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew trattament ieħor ta’ materjali mill-iskart tal-EEE, inkluż matul operazzjonijiet mhux konformi mal-istandards fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi terzi;

 

(c) jistgħux iwasslu li l-ħaddiema involuti fil-ġbir jew it-trattament ta’ skart ta’ EEE jkunu esposti b’mod inaċċettabbli;

 

(d) jistgħux iwasslu għal kwantitajiet sinifikanti ta’ skart perikoluż sekondarju waqt it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew trattament ieħor ta’ materjali mill-iskart tal-EEE;

 

(e) jistgħux jiġu sostitwiti b’sostituti aktar sikuri jew teknoloġiji alternattivi permezz ta' bidliet fid-disinn jew fil-materjali u l-komponenti li għandhom anqas impatti negattivi fuq l-irkupru jew ir-rimi – bla ħsara għall-ambjent – ta’ skart ta’ EEE jew impatt anqas negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent.

 

Waqt dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi operaturi ekonomiċi, riċiklaturi, operaturi tat-trattament, organizzazzjonijiet ambjentali u assoċjazzjonijiet tal-impjegati u tal‑konsumaturi. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll kwalunkwe dossjer relevanti ppreżentat mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew leġiżlazzjoni oħra tal-UE. Hija għandha tqis ukoll il‑possibilità li tagħti eżenzjonijiet lil dawk l‑applikazzjonijiet li fihom dawn is-sostituti jew teknoloġiji alternattivi għadhom mhux disponibbli.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness IV, jekk ikun il-każ, sa dawk id-dati u perjodikament wara dawk id-dati, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18.

 

Fi kwalunkwe mument, Stat Membru jew il-Parlament Ewropew jista’ jitlob lill-Kummissjoni li tippreżenta tali proposta. Din it-talba għandha tkun ġustifikata kif xieraq abbażi tal-kriterji stipulati f’dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-talba u tadotta miżuri, jekk ikun il-każ, mhux aktar tard minn tnax-il xhar wara li tirċievi t‑talba, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18.

 

* Daħħal id-data: erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.

 

** Daħħal id-data: tmien snin wara d-dħul fis-seħħ tad‑Direttiva.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6b

 

Adattament għar-REACH

 

Meta limitazzjonijiet ġodda dwar it-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ sustanzi użati fl-EEE huma adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għaldaqstant l-Annessi relevanti ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu emendati, li jikkorrispondu d-data ta’ estinzjoni għal sustanzi ta’ tħassib kbir ħafna li għalihom ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni, jew id-data ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni, skont il-każ.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta tali miżuri permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18.

(Bdil tal-emenda 49 mir-rapporteur. Marbuta mas-sostituzzjoni tal-“proċedura regolatorja bi skrutinju” ta’ qabel bil-proċedura l-ġdida tal-atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.)

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn jiġi introdott mekkaniżmu li jippermetti li r-restrizzjonijiet jew it-tneħħija gradwali b’awtorizzazzjoni kif inhuma adottati f’REACH jiġu ttrasferiti fl-RoHS.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 - parti introduttorja (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(Din l-emenda teħtieġ tibdil konsegwenzjali fl-artikolu sħiħ; il-paragrafi jsiru punti u l-istruttura grammatikali tagħhom trid tiġi adattata kif xieraq.)

Ġustifikazzjoni

Din hija korrezzjoni ta' żball tal-abbozzar fil-proposta tal-Kummissjoni. Direttiva ma tistax tistabbilixxi b'mod dirett obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi. Tista' tistabbilixxi biss obbligi fuq l-Istati Membri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jieħdu ċertu azzjoni.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa u jwettqu l-proċedura ta' kontroll intern tal-produzzjoni stabbilita fil-modulu A tal-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmel dan.

2. Il-manifatturi jfasslu d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa u jwettqu l-proċedura ta' kontroll intern tal-produzzjoni stabbilita fil-modulu A tal-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmel dan, sakemm il-leġiżlazzjoni speċifika ma teħtiġx dokumentazzjoni teknika u proċeduri ta' kontroll intern li għall-inqas ikunu stretti daqs il-proċedura stipulata f'dak il-modulu.

Fejn ikun intwera permezz ta' dik il-proċedura li l-EEE huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE u jwaħħlu l-marka CE.

Fejn ikun intwera permezz ta' dawk il-proċeduri li l-EEE huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi jfasslu dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE u jwaħħlu l-marka CE.

Ġustifikazzjoni

Fejn diġà tapplika leġiżlazzjoni komparabbli (eż. għal apparat mediku), u fejn fiha mill-inqas l-elementi speċifikati fl-Anness VII, għandu jkun aċċettabbli li tiġi provduta d-dikjarazzjoni ta' konformità bi qbil ma' dik il-leġiżlazzjoni sabiex tiġi evitata burokrazija doppja.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu ttestjar permezz ta' kampjuni tal-EEE kummerċjalizzat, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, tal-EEE li ma jkunx konformi u ta' prodotti li nġabru lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.

5. Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent jew l-irkupru u r-rimi li jkun tajjeb għall-ambjent ippreżentati minn prodott, il-manifatturi jwettqu ttestjar permezz ta' kampjuni tal-EEE kummerċjalizzat, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, tal-EEE li ma jkunx konformi u ta' prodotti li nġabru lura, u jżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.

Ġustifikazzjoni

L-RoHS ġie adottat biex jindirizza r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, b'mod partikolari matul it-tmiem tal-ħajja, minħabba l-użu ta' ċertu sustanzi jew materjali ta' ħsara fl-EEE. Dan għandu jiġi rifless fit-tqegħid tal-kliem ta' dan l-artikolu.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trejdmark reġistrat tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-EEE jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-EEE. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

7. Il-manifatturi jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trejdmark reġistrat tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-EEE jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-EEE. F'każ li leġiżlazzjoni applikabbli speċifika diġà tistipula tali rekwiżiti, minflok għandhom japplikaw ir-rekwiżiti f'dik il-leġiżlazzjoni. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

Ġustifikazzjoni

F'każ li diġà tapplika leġiżlazzjoni komparabbli (eż. għal apparat mediku), id-dispożizzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni għandhom japplikaw.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li l-EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq mhux konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja ta' armonizzazzjoni applikabbli, għandhom jieħdu minnufih il-miżuri korrettivi meħtieġa biex l-EEE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn l-EEE jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih dwar dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-EEE disponibbli, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li l-EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq mhux konformi mad-Direttiva, għandhom jieħdu minnufih il-miżuri korrettivi meħtieġa biex l-EEE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, il-manifatturi jinformaw minnufih dwar dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-EEE disponibbli, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-konformità għandha tkun din id-Direttiva, li tinkludi referenzi relevanti għal-leġiżlazzjoni Komunitarja ta' armonizzazzjoni, u mhux biss tal-aħħar. It-tħassir ta' "għandhom" ikompli mat-tiswija ta' żball tal-abbozzar mill-Kummissjoni (ara l-emenda 50) Direttiva ma tistax tistabbilixxi b'mod dirett obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi. Tista' tistabbilixxi biss obbligi fuq l-Istati Membri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jieħdu ċertu azzjoni.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-EEE, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa mill-EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

9. Il-manifatturi, fuq talba minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-EEE, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità.

Ġustifikazzjoni

L-obbligi tal-manifatturi fir-rigward tal-prodotti li mhumiex f’konformità diġà huma regolati f’Direttivi oħra bil-Metodu l-Ġdid li jirregolaw is-sigurtà tal-prodott.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 - parti introduttorja (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(Din l-emenda teħtieġ tibdil konsegwenzjali fl-artikolu sħiħ; il-paragrafi jsiru punti u l-istruttura grammatikali tagħhom trid tiġi adattata kif xieraq.)

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifattur jista', permezz ta' mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.

1. Il-manifattur għandu l-possibilità li jaħtar rappreżentant awtorizzat permezz ta' mandat bil-miktub.

L-obbligi stipulati fl-Artikolu 7(1) u t-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stipulati fl-Artikolu 7(1) u t-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Ġustifikazzjoni

Tibdil fil-kliem minħabba l-parti introduttorja ġdida (ara emenda 50).

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perjodu ta’ għaxar snin;

(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perjodu ta’ għaxar snin wara li l-EEE ikun tqiegħed fis-suq;

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal ‘magħmula disponibbli fis-suq’ għandha tinbidel ma’ ‘mqiegħda fis-suq. Il-Qafas Leġiżlattiv Ġdid jirreferi dejjem għal “mqiegħda fis-suq” meta jiddefinixxi d-data tal-bidu għall-perjodu ta’ żmien li għalih tinżamm id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità. Dan għaliex “tqegħid fis-suq” ifisser “l-ewwel darba li prodott jitqiegħed fis-suq Komuni” (l-Artikolu R1(2) tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE) u li għalhekk hija data unika fissa. F’kuntrast, prodott jista’ jkollu ħafna dati “magħmula disponibbli” u tali referenza se twassal għal inċertezza legali.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - parti introduttorja (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(Din l-emenda teħtieġ tibdil konsegwenzjali fl-artikolu sħiħ; il-paragrafi jsiru punti u l-istruttura grammatikali tagħhom trid tiġi adattata kif xieraq.)

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trejdmark reġistrat tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-EEE jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-EEE.

3. Ħlief fil-każ meta jkunu indikati l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, l-importaturi jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trejdmark reġistrat tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-EEE jew fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-EEE. F'każ li leġiżlazzjoni applikabbli speċifika diġà tistipula tali rekwiżiti, minflok għandhom japplikaw ir-rekwiżiti f'dik il-leġiżlazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Mhux meħtieġ li jissemma l-importatur flimkien mar-rappreżentant awtorizzat għax dan joħloq piż amministrattiv mhux neċessarju. Speċjalment dan huwa l-każ meta mudell jiġi impurtat minn diversi partijiet. Kieku dan jevita piż amministrattiv mhux neċessarju għall-industrija u konfużjoni għall-konsumaturi.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati mill-EEE, l-importaturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu ttestjar permezz ta' kampjuni tal-EEE kummerċjalizzat, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, tal-EEE li ma jkunx konformi u tal-EEE li nġabar lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.

5. Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati mill-EEE għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent jew l-irkupru u r-rimi li jkun tajjeb għall-ambjent, l-importaturi jwettqu ttestjar permezz ta' kampjuni tal-EEE kummerċjalizzat, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, tal-EEE li ma jkunx konformi u ta' prodotti li nġabru lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.

Ġustifikazzjoni

L-RoHS ġie adottat biex jindirizza r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, b'mod partikolari matul it-tmiem tal-ħajja, minħabba l-użu ta' ċertu sustanzi jew materjali ta' ħsara fl-EEE. Dan għandu jiġi rifless fit-tqegħid tal-kliem ta' dan l-artikolu.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-importaturi għandhom, għal perjodu ta’ għaxar snin, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

7. L-importaturi jżommu, għal perjodu ta’ għaxar snin wara li l-EEE jkun tqiegħed fis-suq, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

(Li tibdel l-emenda 59)

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta’ għaxar snin jeħtieġ punt tat-tluq ċar.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 - parti introduttorja (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(Din l-emenda teħtieġ tibdil konsegwenzjali fl-artikolu sħiħ; il-paragrafi jsiru punti u l-istruttura grammatikali tagħhom trid tiġi adattata kif xieraq.)

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jagħmlu l-EEE disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli.

1. Meta jagħmlu l-EEE disponibbli fis-suq, id-distributuri jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli, b’mod partikolari li l-EEE jkollu fuqu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa f’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra fl-Istati Membri fejn l-EEE għandu jsir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7(6) u 7(7) u l-Artikolu 9(3).

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jiġu enfasizzati dispożizzjonijiet speċifiċi fil-kuntest tal-obbligu ta’ attenzjoni mistħoqqa lid-distributuri.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 - paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel ma jagħmlu l-EEE disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-EEE jkollu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti finali l-oħra fl-IStat Membru fejn l-EEE ikun se jsir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u fl-Artikolu 9(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tfisser li kull distributur ikollu jiftaħ il-pakkett oriġinali ta’ kull EEE qabel ma jagħmlu disponibbli fis-suq. Dan imur wisq lil hinn. Minflok, jiġi propost biex jiġu enfasizzati dawn il-kwistjonijiet fil-kuntest tal-obbligu tal-’attenzjoni mistħoqqa’ fl-Artikolu 10(1). Dan jiżgura li d-distributuri huma responsabbli biex jiżguraw li jagħmlou disponibbli biss prodotti li huma konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, mingħajr ma jkunu obbligati li joħorġu mill-pakkett kull oġġett singolu.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' din id-Direttiva u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur taħt l-Artikolu 7, meta jqiegħed l-EEE fis-suq f'ismu jew taħt it-trejdmark tiegħu jew jimmodifika EEE li diġà jkun tqiegħed fis-suq b'tali mod li jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li importatur jew distributur jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' din id-Direttiva u li jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur taħt l-Artikolu 7, meta jqiegħed l-EEE fis-suq f'ismu jew taħt it-trejdmark tiegħu jew jimmodifika EEE li diġà jkun tqiegħed fis-suq b'tali mod li jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Din hija korrezzjoni ta' żball tal-abbozzar fil-proposta tal-Kummissjoni (ara emenda 50). Direttiva ma tistax tistabbilixxi b'mod dirett obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi. Tista' tistabbilixxi biss obbligi fuq l-Istati Membri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jieħdu ċertu azzjoni.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi ekonomiċi għandhom, jekk mitluba, jgħarrfu għal għaxar snin, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi, meta jintalbu, jgħarrfu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan li ġej, għal perjodu ta’ għaxar snin:

Ġustifikazzjoni

Din hija korrezzjoni ta' żball tal-abbozzar fil-proposta tal-Kummissjoni (ara emenda 50). Direttiva ma tistax tistabbilixxi b'mod dirett obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi. Tista' tistabbilixxi biss obbligi fuq l-Istati Membri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jieħdu ċertu azzjoni.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 4 ġew issodisfati.

1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti speċifikati f’din id-Direttiva ġew issodisfati.

Ġustifikazzjoni

Il-konformità għandha tiġi ddikjarata mad-Direttiva sħiħa.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE għandu jkollha l-istruttura li sservi ta' mudell u għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Anness VII u għandha tiġi aġġornata.

2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE għandu jkollha l-istruttura li sservi ta' mudell u għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Anness VII u għandha tiġi aġġornata, sakemm ma tkunx tapplika leġiżlazzjoni speċifika li teħtieġ dikjarazzjoni ta' konformità li fiha jkun hemm tal-anqas l-elementi speċifikati fl-Anness VII. Din għandha tinqaleb fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih il-prodott jitpoġġa fis-suq jew qed isir disponibbli fis-suq minn manifattur, importatur jew distributur.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ li diġà tapplika leġiżlazzjoni komparabbli (eż. għal apparat mediku), u fil-każ li fiha mill-inqas l-elementi speċifikati fl-Anness VII, għandu jkun aċċettabbli li tiġi prevista dik id-dikjarazzjoni ta' konformità sabiex tiġi evitata burokrazija doppja. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE għandha tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali rispettivi ta' kull Stat Membru li fih l-EEE jitqiegħed fis-suq jew isir disponibbli fis-suq.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Taħt il-marka CE għandu jkun hemm in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn dak il-korp ikun involut fil-fażi ta' kontroll tal-produzzjoni.

imħassar

In-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

 

Ġustifikazzjoni

Din hija korrezzjoni ta' żball fil-proposta tal-Kummissjoni. M'hemm l-ebda korp notifikat għall-RoHS.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippreżumu li t-tagħmir elettriku u elettroniku bil-marka CE huwa konformi ma' din id-Direttiva.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-valuri massimi ta’ konċentrazzjoni speċifikati (jiġifieri limiti %) għar-RoHS japplikaw fil-livell tal-"materjal omoġenu", l-ittestjar għall-konformità għandu jsir f’dal-livell ukoll. Fil-livell tal-prodott lest, huwa possibbli li jiġi ttestjat prodott lest, iżda mhuwiex possibbli li l-prodott lest jitkisser f’eluf ta’ materjali omoġeni u kull wieħed minnhom jiġi ttestjat individwalment. Skont ir-RoHS attwali, mhuwiex prattiku għall-manifatturi tal-prodotti lesti biex jagħmlu l-ittestjar tagħhom stess. Għaldaqstant, il-manifatturi jikkontrollaw il-katina tal-provvista tagħhom u jużaw id-dokumentazzjoni biex juru l-konformità.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tagħmir elettriku u elettroniku li fuqhom twettqu t-testijiet u l-kejl skont l-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha rilevanti ta' din id-Direttiva li magħha huma marbuta t-tali standards.

Materjali, komponenti, jew parts ta’ tagħmir elettriku u elettroniku li għaddew mit-testijiet jew il-kejl, jew li ġew evalwati, skont l-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha rilevanti ta’ din id-Direttiva li magħha huma marbuta t-tali standards.

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti lesti ma jistgħux jiġu “ttestjati” biex jagħtu prova ta’ konformità ma’ din id-Direttiva, jistgħu jiġu “evalwati” biss skont standards ta’ konformità speċifiċi.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Oġġezzjoni formali għal standard armonizzat

 

L-Artikolu R9 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE dwar qafas komuni għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq għandu japplika.

Ġustifikazzjoni

It should be possible for a Member State or the Commission to formally object to a harmonized standard. Amendment 66 was an exact copy of Article R9 from the new legislative framework (NLF), which contains comitology provisions. Due to the new Treaty, the comitology procedures no longer apply for new legislative acts. However, the recast of RoHS cannot align acts other than RoHS to the provisions of the new Treaty. To introduce the possibility for a formal objection to a harmonised standard without prejudice to a future alignment of NLF, there should only be a reference to the relevant article.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumitat

Eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart 2006/12/KE tal-5 ta' April 2006.

1. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5 u 6 għandhom jiġu mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill‑Kunsill.

 

3. Is-setgħat biex jiġu adottati atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni suġġetti għall‑kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 18a u 18b.

(Marbut mas-sostituzzjoni tal-“proċedura regolatorja bi skrutinju” ta’ qabel mal-proċedura l-ġdida ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.)

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest ta’ din id-direttiva, jidher xieraq li jingħataw is-setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati għal perjodu ta’ żmien mhux determinat.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fit-tmexxija tal-attivitajiet tagħha, jkun hemm parteċipazzjoni bilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membriu tal-partijiet kollha interessati kkonċernati, bħall-industrija, inklużi l-SMEs u l-industrija tas-snajja’, il-gruppi tal-protezzjoni ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Dawk il-partijiet għandhom jiltaqgħu f’forum konsultattiv. Ir-regoli tal-proċedura tal-forum għandhom jiġu stabbiliti mill‑Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Biex jitnaqqsu l-inċertezza legali u r-riskji ekonomiċi, il-mekkaniżmu tal-eżenzjonijiet għandu jsir jaħdem iktar u jsir aktar ċar u trasparenti. Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati għandha tiġi mtejba fl-istabbiliment ta’ regoli tal-proċeduri aktar ċari. Għaldaqstant, għandu jinħoloq Forum Konsultattiv simili għad-Direttiva 2009/125KE dwar id-Disinn Eko biex jiżgura mekkaniżmu konsultattiv tal-partijiet interessati kontinwu u strutturat fil-proċess ta’ implimentazzjoni tad-direttiva.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 18 tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill

 

2. L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha timpenja ruħha biex tinforma l-istituzzjoni l-oħra u l-Kummissjoni fi żmien raġjonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, waqt li tindika liema setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u raġunijiet possibbli għal revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew aktar tard kif speċifikat fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(Marbut mas-sostituzzjoni tal-“proċedura regolatorja bi skrutinju” ta’ qabel mal-proċedura l-ġdida ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.)

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi inkluża l-possibilità li tiġi revokata d-delega tas-setgħat.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 18b

 

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn.

 

2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l‑Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall‑att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-atti delegati jistgħu jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, huwa ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall‑att delegat.

(Marbut mas-sostituzzjoni tal-“proċedura regolatorja bi skrutinju” ta’ qabel mal-proċedura l-ġdida ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.)

Ġustifikazzjoni

Proċedura ta’ xahrejn u xahrejn għandha tiġi inkluża għal oġġezzjonijiet kontra l-atti delegati. Dan jippermetti dħul fis-seħħ relattivament malajr f’każijiet mhux kontroversjali, filwaqt li jiggarantixxi biżżejjed ħin fil-każ ta’ każijiet kontroversjali.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn […].

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn […*].

 

* Daħħal id-data: 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ din id‑Direttiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni ma speċifikatx meta d-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw, għax riedet iżżomm dan il-punt miftuħ għal-leġiżlatur. Fl-opinjoni tagħha, m'hemmx bżonn tressaq l-applikazzjoni tal-miżuri wara d-data ta' traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali. Għalhekk huwa propost li l-Istati Membri għandhom jibdew japplikaw id-dispożizzjonijiet 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kategoriji ta' tagħmir elettriku u elettroniku koperti b'din id-Direttiva

Kategoriji ta' tagħmir elettriku u elettroniku koperti b'din id-Direttiva

1. Tagħmir kbir li jintuża fid-djar

1. Tagħmir kbir

2. Tagħmir żgħir li jintuża fid-djar

2. Tagħmir żgħir

3. Tagħmir tal-IT u t-telekomunikazzjoni

3. Tagħmir tal-IT u t-telekomunikazzjoni

4. Tagħmir tal-konsumaturi

4. Tagħmir tal-konsumaturi

5. Tagħmir tad-dawl

5. Tagħmir tad-dawl

6. Għodda elettriċi u elettroniċi (bl-eċċezzjoni ta' għodda industrijali fissa li tintuża fuq skala kbira)

6. Għodda elettriċi u elettroniċi

7. Ġugarelli, tagħmir ta' divertiment u tal-isport

7. Ġugarelli, tagħmir ta' divertiment u tal-isport

8. Apparat mediku.

8. Apparat mediku.

9. Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll inklużi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali

9. Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll inklużi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali

10. Apparat ta' distribuzzjoni awtomatiku

10. Apparat ta' distribuzzjoni awtomatiku

 

11. Tagħmir elettriku u elettroniku ieħor mhux kopert mill-kategoriji t’hawn fuq

Ġustifikazzjoni

It-terminu "li jintuża fid-djar" wassal għall-konfużjoni u għalhekk għandu jitħassar. Huwa diffiċli li wieħed jara għaliex għodod industrijali fuq skala kbira għandhom ikunu esklużi mill-ambitu, meta wieħed iqis li l-immonitorjar u l-istrumenti ta’ kontroll inklużi dawk industrijali huma inklużi. Fid-dawl tal-ambitu differenti tar-restrizzjonijiet u ż-żmien korrispondenti applikabbli għal kategoriji differenti tal-EEE, għandha tinżamm lista ta’ kategoriji tal-EEE, imma kompluta minn kategorija li tinkludi l-EEE kollu li mhuwiex kopert mill-għaxar kategoriji attwali. Dan għandu jiżgura ambitu miftuħ mingħajr ma tintilef il-possibilità li tinħoloq differenza bejn il-kategoriji differenti.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Anness imħassar

Ġustifikazzjoni

L-RoHS għandu japplika għall-EEE kollu, mhux biss għal ċertu kategoriji.oHS għandu japplika għall-EEE kollu, mhux biss għal ċertu kategoriji. Anness II mhuwiex ċar: intenzjonat li jkun "lista li torbot ta' prodotti", imma safrattant il-lista mhijiex waħda li ma tispiċċa qatt, iżda tagħti biss ċertu eżempju: "it-tagħmir, inkluż". Dan ma jsolvix il-problema ta' interpretazzjonijiet differenti ta' dawn il-kategoriji. Anness II għandu jitħassar u minflok għandha tapplika d-definizzjoni ġenerali tal-EEE.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sustanzi msemmija fl-Artikolu 4(7)

Sustanzi msemmija fl-Artikolu 6a

1. Eżabromoċiklododekan (HBCDD)

1. Eżabromoċiklododekan (HBCDD) u d-diastereoisomers identifikati ewlenin kollha;

2. Bis (2-etileżil) ftalat (DEHP)

2. Bis (2-etileżil) ftalat (DEHP)

3. Ftalat tal-benżil butil (BBP)

3. Ftalat tal-benżil butil (BBP)

4. Dibutilftalat (DBP)

4. Dibutilftalat (DBP)

 

5. Komposti arseniċi

 

6. Berillju u l-komposti tiegħu

 

7. Trijossidu tal-antimonju

 

8. Trijossidu tad-dinikel

 

9. Bisphenol A

 

10. Organobromini

 

11. Organoklorini

 

12. Polivinilklorur (PVC)

 

13. Dinitrotoluene

 

14. Diaminodifenilmetan (MDA)

 

15. 5-tert-butil-2,4,6-trinitro-m-xylene (musk xylene)

 

16. Alkani, kloro (paraffini klorinati short-chain)

 

17. Fibri taċ-ċeramika refrattivi aluminosilikati

 

18. Antraċene

 

19. Żejt tal-antraċene

 

20. Żejt tal-antraċene, pasta tal-antraċene

 

21. Żejt tal-antraċene, pasta tal-antraċene, frazzjoni tal-antraċene

 

22. Żejt tal-antraċene, pasta tal-antraċene, frazzjoni ħafifa tad-distillazzjoni

 

23. Żejt tal-antraċene, antraċene baxx

 

24. Bis(tributiltin)ossidu (TBTO)

 

25. Dikloridu tal-kobalt

 

26. Pentaossidu dijarseniku

 

27. Triossidu dijarseniku

 

28. Ftalat tad-diiżobutil

 

29. Kromat taċ-ċomb

 

30. Kromat molibdat sulfate aħmar taċ-ċomb

 

31. Biarsenat taċ-ċomb

 

32. Sulfokromat isfar taċ-ċomb

 

33. Żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja

 

34. Dikromat tas-sodju

 

35. Arsenat tat-trietil

 

36. Tris(2-kloroetil)fosfat

 

37. Fibri taċ-ċeramika refrattivi aluminosilikati taż-żirkonju

Ġustifikazzjoni

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Anness IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sustanzi pprojbiti msemmija fl-Artikolu 4(7) u valuri ta' konċentrazzjoni massima ttolerati skont il-piż f'materjali omoġenji

Sustanzi pprojbiti msemmija fl-Artikolu 4(7) u valuri ta' konċentrazzjoni massima ttolerati skont il-piż f'materjali omoġenji

Ċomb (0.1 %)

Ċomb (0.1 %)

Merkurju (0.1 %)

Merkurju (0.1 %)

Kadmju (0.01%)

Kadmju (0.01%)

Kromju eżavalenti (0.1 %)

Kromju eżavalenti (0.1 %)

Bifenili polibrominati (PBB) (0.1 %)

Bifenili polibrominati (PBB) (0.1 %)

Eteri difenili polibrominati (Polybrominated diphenyl ethers, PBDE) (0.1%)

Eteri difenili polibrominati (Polybrominated diphenyl ethers, PBDE) (0.1%)

 

Nanofidda (limitu ta’ detezzjoni)

 

Nanotubi tal-karbonju b’diversi ħitan twal (limitu ta’ detezzjoni)

Ġustifikazzjoni

In-nanofidda diġà qed jiġi użat bħala antimikrobiku fl-EEE, pereżempju bħala kisi għall-mowbajls, jew rilaxxat ukoll mill-magni tal-ħsil. Minbarra li tali użi huma żejda, jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. In-nanotubi tal-karbonju jistgħu jintużaw fl-EEE, madankollu ntwera li jista’ jkollhom proprjetajiet bħall-absestos. L-awtoritajiet rispettati bħall-Kummissjoni Irjali tar-RU dwar it-Tniġġis Ambjentali, l-Eżekuttiv tas-Saħħa u s-Sigurtà tar-RU jew l-Aġenzija Ambjentali Ġermaniża qajjmu tħassib dwar dawn in-nanomaterjali jew rakkomandati wkoll kontra l-użu tagħhom.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Anness V – titolu u parti introduttorja (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjonijiet eżentati mill-projbizzjoni fl-Artikolu 4(1)

Applikazzjonijiet eżentati mill-projbizzjoni fl-Artikolu 4(1) fir-rigward tal-kategoriji 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7 u 10

 

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l‑eżenzjonijiet għall‑applikazzjonijiet f'dan l-Anness għandhom jiskadu fil-[…*].

 

* Daħħal id-data: 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-intenzjoni tal-Kummissjoni, jiġifieri li l-Anness V mhux validu għall-kategoriji 8 u 9. Dan għandu jinqara flimkien mal-kompromess 2a punt 4a, li joħloq mekkaniżmu ta’ reviżjoni tal-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet f’dan l-Anness għall-kategoriji 8 u 9, bl-applikazzjoni awtomatika tal-eżenzjonijiet f’dan l-anness għall-kategoriji 8 u 9 f’każ li ma tittieħed l‑ebda deċiżjoni fi żmien 18-il xahar.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Anness VI - sottotitolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tagħmir li juża jew li jindividwa radjazzjoni jonizzanti

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fl-istudju tagħha mitlub mill-Kummissjoni (2006-0383), l-ERA kkonkludiet li l-inklużjoni tat-tagħmir mediku fl-ambitu huwa possibbli, iżda l-manifatturi jeħtieġu ċerti eżenzjonijiet. L-ERA tirrakkomanda wkoll li eżenzjoni temporanja għaċ-ċomb fl-istann għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid aktar qrib fiż-żmien meta d-Direttiva RoHS tiġi emendata. Fil-kors ta’ Rapport ERA ġdid (2009-0394) il-manifatturi ta’ xi apparati mediċi kumplessi skoprew li dawn għadhom ma jistgħux jiżguraw affidabilità għal żmien twil mingajr ċomb. Dan għandu jiġi kkunsidrat fir-riformulazzjoni.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Anness VI – parti introduttorja (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-applikazzjonijiet f'dan l-Anness għandhom jiskadu tmien snin wara d-dati msemmija fl-Artikolu 4(3).

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Anness VI - punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5 Iċ-ċomb f'ilqugħ ta' protezzjoni mir-radjazzjoni jonizzanti

5 Iċ-ċomb f’ilqugħ ta’ protezzjoni, il-kollimaturi u t-tagħmir u l-grilji ta’ kontroll kontra t-tifrix tar-radjazzjoni jonizzanti

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Anness VI – parti introduttorja.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Anness VI - punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6 Iċ-ċomb f'oġġetti tal-ittestjar bir-raġġi X

6 Iċ-ċomb f’oġġetti tal-ittestjar tar-radjazzjoni jonizzanti u indikaturi bir-raġġi X

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Anness VI – parti introduttorja.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Anness VI - punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8 Sors tal-iżotopi tal-kadmju radjuattiv għal spettrometri fluworexxenti portabbli tar-raġġi. Sensers, ditekters u elettrodi (kif ukoll l-oġġett 1)

8 Sors tal-iżotopi tal-kadmju radjuattiv għal spettrometri fluworexxenti portabbli tar-raġġi

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Anness VI – parti introduttorja.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Anness VI – sottotitolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Oħrajn

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Anness VI – parti introduttorja.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Anness VI - punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċomb u l-kadmju f'lampi tal-ispettroskopija ta' assorbiment atomiku

Ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Anness VI – parti introduttorja.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Anness VI - punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11 Iċ-ċomb f'ligi bħala supertrażmettituri u trażmettituri termali fl-MRI

11 Iċ-ċomb f’ligi bħala supertrażmettituri u trażmettituri termali fl-MRI u l-MEG

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Anness VI – parti introduttorja.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Anness VI - punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17 Iċ-ċomb fi stannijiet f'defibrillaturi ta' emerġenza portabbli

17 Iċ-ċomb fi stannijiet fi

 

- defibrillaturi portabbli tal-klassi II,

 

- tagħmir li jintlibes mill-pazjenti u tagħmir portabbli ultrasoniku u tagħmir portabbli tal-monitoraġġ tal-pazjent tal-klassi II

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Anness VI – parti introduttorja.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Anness VI – punti 20a – 20w (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

20a Iċ-ċomb fl-istann u t-terminali ta’ komponenti u t-terminali ta’ konnessjoni ta’ Dijanjosi bl-immaġni bir-Reżonanza Manjetika u Manjetoenċefalografija li jaħdmu f’temperaturi aktar baxxi minn -50◦C.

 

20b Iċ-ċomb f’kisjiet tat-terminazzjonijiet ta’ komponenti mhux manjetiċi fl-Imaging bir-Reżonanza Manjetika u Manjetoenċefalografija u fl-istann użat biex jgħaqqad flimkien dawn il‑komponenti mhux manjetiċi.

 

20c Iċ-ċomb fl-istannijiet u fil-kisjiet tat-terminazzjonijiet tal-komponenti użati għall-bini ta’ skedi ta’ ċirkuwiti elettroniċi ta’ tagħmir mediku li jinkludi BGA, CSP, QFN, u tagħmir simili u tagħmir mediku użat għad-dijanjosi bl-immaġni inklużi CT, PET, SPECT, MEG, MRI u d‑dijanjosi molekulari bl-immaġni u għat-tagħmir mediku użat għat-terapija bir-radjazzjoni u bil-partikoli.

 

20d Iċ-ċomb fl-istann użat għall-bini ta’ skedi ta’ ċirkuwiti elettroniċi użati għall-immuntar ta’ array detectors diġitali semikondutturali, pereżempju l-cadmium zinc telluride u d-detectors ta’ raġġi X diġitali pin-grid array.

 

20e Iċ-ċomb u l-kromju eżavalenti fil-komponenti mfassla b’mod speċifiku għas-setturi industrijali li mhumiex fl-ambitu tad-direttiva RoHS u użati bħala komponenti fit-tagħmir mediku.

 

20f Iċ-ċomb bħala lubrikant niexef fil-ligi tar-ramm u tal-aluminju għal postijiet esposti għar-radjazzjoni jonizzanti.

 

20g Iċ-ċomb għal siġilli tal-vakum tal-intensifikaturi tal-immaġni.

 

20h Il-kromju eżavalenti f’dispensers in-situ alkali.

 

20i Il-cadmium f’fosfori tal-output tal-intensifikaturi tal-immaġni.

 

20j Aċetat taċ-ċomb għall-użu bħala markatur f’head-frames stereotattiċi għall-użu fis-CT u fl-MRI.

 

20k Il-kromju taċ-ċomb u eżavalenti f’komponent minn tubi ta’ raġġi X użati li tqiegħdu fis-suq tal-UE qabel l-1 ta’ Jannar 2014 u użati mill-ġdid fit-tubi ta’ raġġi X ġodda mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2019.

 

20l Il-merkurju f'bozoz dritti fluworexxenti għal għanijiet speċjali.

 

20m Iċ-ċomb fil-ħġieġ tat-tubi tar-raġġi katowd (CRT), il-komponenti elettroniċi u t-tubi fluworexxenti.

 

20n Iċ-ċomb bħala element ta’ liga fl-azzar li jkun fih sa 0.35 % ċomb skont il-piż, fl-aluminju li jkun fih sa 0.4 % ċomb skont il-piż, u bħala liga tar-ram li jkun fih sa 4 % ċomb skont il-piż.

 

20o

 

- Ċomb fl-istann tat-tip li jdewweb f’temperaturi għolja (jiġifieri l-ligi b'bażi ta' ċomb li jkun fihom 85% ċomb jew aktar skont il-piż).

 

- Iċ-ċomb fl-istannijiet għal servers, sistemi ta' ħażna ta’ memorja u ta' memorja array, tagħmir infrastrutturali tan-netwerks għas-swiċċjar, is-sinjalar, it-trażmissjoni kif ukoll il-ġestjoni tan-netwerks għat-telekomunikazzjoni.

 

- Iċ-ċomb fil-partijiet elettroniċi taċ-ċeramika (eż. tagħmir piezoelettroniku).

 

20p Il-kadmju u l-komposti tiegħu f’kuntatti elettroniċi u kisi tal-kadmju għajr l-applikazzjonijiet ipprojbiti skont id-Direttiva 91/338/KEE li temenda d-Direttiva 76/769/KEE.

 

20q Iċ-ċomb użat fis-sistemi konformi ta’ konnetturi bil-pinnijiet.

 

20r Iċ-ċomb u l-kadmju fi ħġieġ ottiku u ħġieġ għall-filtri.

 

20s Iċ-ċomb fi stannijiet li jikkonsistu f'aktar minn żewġ elementi għall-konnessjoni bejn il-pinnijiet u l-pakkett ta' mikroproċessuri b'kontenut ta' ċomb ta' aktar minn 80% u inqas minn 85% skont il-piż.

 

20t Iċ-ċomb fi stannijiet biex titwettaq konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-dada tas-semikonduttur u l-carrier f’ċirkwit integrat ta' pakketti Flip Chip.

 

20u Iċ-ċomb f’finituri ta’ komponenti “fine pitch” li ma jkunux konnetturi b’pitch ta’ 0.65 mm jew inqas b’oqsfa taċ-ċomb NiFe u ċomb f’finituri ta’ komponenti fine pitch li ma jkunux konnetturi b’pitch ta’ 0.65 mm jew inqas b’oqsfa tar-ram u ċ-ċomb.

 

20v Iċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-istannjar ma’ kapasiters ċeramiċi b’aktar minn saff wieħed b’toqob niffieda metallizzati, kemm ta’ forma diskoidali kif ukoll lixxa (machined through hole discoidal multilayer capacitors).

 

20w L-ossidu taċ-ċomb f’seal frit użat fil-produzzjoni ta’ twieqi għat-tubi tal-lejżer tal-Argon u l-Kripton.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Anness VI – parti introduttorja.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Anness VI a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness VIa

 

Applikazzjonijiet eżentati mill-projbizzjoni fl-Artikolu 4(1) fir-rigward tal-Kategorija 11

 

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-applikazzjonijiet f’dan l-Anness għandhom jiskadu erba’ snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 2(1a).

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Anness VI b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness VIb

 

Applikazzjoni għal eżenzjoni mill-Artikolu 4(1) jew biex tiġġedded tali eżenzjoni

 

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati minn manifattur, rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur, jew kull attur fil-katina tal-provvista u għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

 

(a) l-isem, l-indirizz, u d-dettalji tal-kuntatt tal-applikant;

 

(b) l-informazzjoni dwar il-materjal jew il-komponent u l-użi speċifiċi tas-sustanza fil-materjal u l-komponent ikkonċernat u l-karatteristiċi partikolari tiegħu;

 

(c) ġustifikazzjoni li tista’ tiġi vverifikata u li hija ddokumentata bis-sħiħ fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5;

 

(d) analiżi ta’ sustanzi, materjali jew disinni alternattivi eventwali fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi, meta jkunu disponibbli, l-informazzjoni u l-istudji rivisti minn pari dwar riċerka indipendenti, u attivitajiet tal-iżvilupp mill-applikant;

 

(e) analiżi tad-disponibilità tal-alternattivi msemmija fil-punt (d);

 

(f) kalendarju tal-azzjonijiet proposti mill-applikant biex jiżviluppa, biex jitlob biex jiġu żviluppati u/jew biex jiġu applikati alternattivi eventwali msemmiija fil-punt (d);

 

(g) fejn ikun il-każ, indikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi meqjusa bħala proprjetà flimkien ma’ ġustifikazzjoni li tista’ tiġi vverifikata;

 

(h) proposta għal test preċiż u ċar tal‑eżenzjoni;

 

(i) sommarju tal-applikazzjoni.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Anness VII - punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fejn applikabbli, referenzi għall-istandards rilevanti armonizzati użati, jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li l-konformità hija dikjarata f'rabta magħhom:

6. Fejn applikabbli, referenzi għall-istandards rilevanti armonizzati użati, jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li l-konformità hija dikjarata f'rabta magħhom:

Ġustifikazzjoni

Dan huwa allinjament konformi mal-introduzzjoni ta' definizzjoni għal 'speċifikazzjoni teknika'.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Anness VII - punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fejn applikabbli, il-korp notifikat ... (isem, numru) … imwettaq … (deskrizzjoni tal-intervent ) … u ħareġ iċ-ċertifikat: …

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din hija korrezzjoni ta' żball fil-proposta tal-Kummissjoni. M'hemm l-ebda korp notifikat għall-RoHS.

  • [1]  ĠU C 306, 16.12.2009, p. 36–38
  • [2]  ĠU C 141, 29.5.2010, p. 55–64

NOTA SPJEGATTIVA

"Ċertu kumpaniji ewlenin ħadmu minn jeddhom biex il-proċess jimxi pass aktar 'il quddiem biex jitneħħew b'mod gradwali s-sustanzi organiċi brominati u klorinati, imma dak mhux biżżejjed biex jissolvew il-problemi fil-katina tal-provvista. Aħna nemmnu li l-leġiżlazzjoni biss tista' timmotiva l-katina sħiħa tal-provvista biex jitneħħew b'mod gradwali s-sustanzi ta' ħsara u biex jinħolqu prodotti HSF [ħielsa mis-sustanzi ta' ħsara]. Biex nobdu l-prinċipju prekawzjonarju u biex nissodisfaw ir-responsabilità korporattiva tagħna, Acer se jappoġġa b'mod proattiv lill-RoHS 2.0 għall-projbizzjoni tal-Kimiki organo- CL/BR kollha."

Il-Progress tal-Ambjent Acer - Prodotti Ħielsa mill-Aloġenu[1]

1. Sfond

Skont il-Kummissjoni, kull sena, fl-UE waħidha, jinbiegħu madwar 9,3 miljun tunnellata ta' tagħmir elettriku u elettroniku (EEE), fejn l-ikbar parti huwa tagħmir kbir tad-djar u apparat tal-IT u t-telekommunikazzjoni. Hekk kif is-suq qed ikompli jikber u ċ-ċikli ta' innovazzjoni saħansitra qegħdin jiqsaru aktar, il-bdil tat-tagħmir qed jaċċelera, u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) qed isir l-iktar fluss ta' skart li qed jikber b'rata mgħaġġla. Iż-żieda fil-WEEE huwa stmat li jikber għal 12.3 miljun tunnellata sal-2020.

Il-WEEE huwa fluss ta' skart kumpless li jinkludi għadd ta' sustanzi ta' ħsara. Dawn is-sustanzi, jew il-prodotti ta' trasformazzjoni tagħhom, jistgħu jsibu ruħhom fl-ambjent u jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem, speċjalment jekk ma jkunux trattati kif suppost. Ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiżdiedu iżjed minħabba operazzjonijiet ta' riċiklar/irkupru li ma jkunux ta' standard fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Skont l-Artikolu 174(2) tat-Trattat, il-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn. Il-ġerarkija tal-iskart fid-direttiva qafas tal-iskart tagħti l-ewwel prijorità lill-prevenzjoni, li hija definita fost l-oħrajn bħala l-użu ta' miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart li jnaqqsu l-ammont ta' sustanzi perikolużi fil-materjali u l-prodotti.

Id-Direttiva attwali tal-RoHS, adottata fl-2003, ibbażata fuq proposta magħmula fl-2000, fittxet li tneħħi b'mod gradwali l-ewwel għadd ta' sustanzi ta' ħsara fl-EEE, speċjalment ċertu metalli tqal u żewġ gruppi ta' ritardanti tal-fjammi tan-nar brominati. Din wasslet għal tnaqqis ta' iżjed minn 100, 000 tunnellata ta' dawn is-sustanzi milli jintremew u potenzjalment jidħlu f'kuntatt mal-ambjent.

L-RoHS kien strument importanti mhux biss biex iwaqqaf standard Ewropew, imma wkoll standard globali għall-manifatturi. Dan ma waqqafx l-iżvilupp kontinwu ta' prodotti ġodda imma l-oppost - il-prodotti ġew disinjati mill-ġdid biex ikunu konformi mal-RoHS. U ħafna kumpaniji diġà qed imorru lil hinn minn dak biex jitneħħa b'mod gradwali l-użu tal-komposti aloġenati.

2. Kwistjonijiet ewlenin

Ir-riformulazzjoni hija opportunità importanti biex il-progress jagħmel pass ulterjuri. Ir-rapporteur tagħkom se jikkonċentra fuq l-ispjegazzjonijiet fir-rigward tar-restrizzjonijiet il-ġodda proposti għax dawn ġew mitluba speċifikament matul id-dibattitu tal-kumitat fl-4 ta' Novembru 2009.

Il-kwistjonijiet ewlenin l-oħrajn, bħal ma huma

- ambitu miftuħ (Artikolu 2),

- id-differenza bejn l-RoHS u r-REACH (Premessa 8 u Artikolu 4(7)),

- modifiki tal-kriterji għal eżenzjoni (Artikolu 5(1)),

- kriterji biex jiġi deċiż it-tul ta' żmien ta' perjodi ta' eżenzjoni/perjodi ulterjuri ta' eżenzjoni (Artikolu 5(2)),

- kodeċiżjoni għal restrizzjonijiet futuri minflok il-komitoloġija (Artikolu 6)

għandhom ikunu spjegati b'mod suffiċjenti fil-ġustifikazzjonijiet tal-emendi relevanti.

Il-proposti għal dispożizzjonijiet speċifiċi dwar in-nanomaterjali se jiżdiedu f'Jannar 2010 wara evalwazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni.

3. Restrizzjonijiet ġodda

Il-problema ta' sustanzi ta' ħsara fl-EEE, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-iskart, għadha ma ssolvitx bl-RoHS 1.0. Din diġà kienet ċara għall-koleġiżlatur fl-2003. L-Artikolu 6 tal-RoHS tobbliga b'mod espliċitu lill-Kummissjoni li teżamina l-fattibilità li jinbidlu sustanzi u materjali perikolużi oħrajn użati fl-EEE u biex tressaq proposti ħalli, jekk xieraq, l-ambitu tal-Artikolu 4 jiġi estiż.

a) Evidenza dwar l-impatt negattiv tar-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati u l-PVC

Il-Kummissjoni studjat sustanzi u materjali perikolużi oħrajn. Hija saqsiet l-Öko-Institut biex janalizza sustanzi li kienu għadhom mhumiex regolati mill-RoHS, biex jagħżel sustanzi kandidati għall-inklużjoni potenzjali fid-Direttiva tal-RoHS, biex jevalwa s-sostituti possibbli, u biex jipproponi għażliet għall-politika għal kull sustanza kandidata[2]. L-Öko-Institut ilu jirrevedi l-eżenzjonijiet mill-Artikolu 4 tal-RoHS għall-Kummissjoni sa mill-2005 - għalhekk jista' jitqies bħala awtorità ta' referenza dwar ir-restrizzjonijiet tal-RoHS.

Ir-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati

L-istudju jgħid hekk:

"il-grupp ta' sustanzi organobromini u organoklorini tqiesu fl-istudju preżenti u t-tneħħija gradwali tagħhom mill-EEE hija rrakkomandata sew mill-awturi".

Ir-raġunijiet ewlenin huma dawn li ġejjin:

- il-potenzjal li jiġu ffurmati d-diossini u l-furani f'każ ta' nirien mhux ikkontrollati (nirien inċidentali) u hekk kif ikun hemm kokombustjoni f'temperaturi iktar baxxi jew f'inċineraturi li ma jaħdmux sew,

- il-formazzjoni ta' diossini u furani u prodotti perikolużi ta' kombustjoni oħrajn jistgħu jiġu evitati biss bl-applikazzjoni ta' teknoloġiji avvanzati ta' rimi.

Madankollu, it-teknoloġiji avvanzati lanqas biss jeżistu fl-Istati Membri kollha tal-UE, aħseb u ara fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. U fejn jeżistu, m'hemm l-ebda ħtieġa biex jintużaw għal dawn il-flussi ta' skart.

Raġunijiet ulterjuri għal tneħħija gradwali jistgħu jinsabu fil-memorandum spjegattiv tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-WEEE u l-RoHS tat-13 ta' Ġunju 2000[3]:

Is-sustanzi aloġenati li jinsabu fil-WEEE, b'mod partikolari r-ritardanti tal-fjammi tan-nar brominati huma wkoll ta' tħassib matul... ir-riċiklar tal-plastik. Minħabba r-riskju li jiġu ġġenerati d-diossini u l-furani, is-soltu r-riċiklaturi jevitaw milli jirriċiklaw plastik ritardat bil-fjammi tan-nar mill-WEEE. Minħabba n-nuqqas ta' identifikazzjoni proprja ta' plastik li jkollu r-ritardanti tal-fjammi tan-nar u d-diffikultà inerenti biex jintgħażel il-plastik tar-ritardant tal-fjammi tan-nar mill-plastik ordinarju, ħafna mir-riċiklaturi ma jipproċessaw l-ebda plastik mill-WEEE."

L-użu ta' ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati huwa impediment għar-riċiklar tal-plastiks fil-WEEE fis-sħuħija tiegħu.

Il-problemi t'hawn fuq għadhom s'issa ma ġewx solvuti bit-tneħħija gradwali ta' żewġ gruppi biss tar-ritardanti tal-fjammi tan-nar brominati (PBDE u PBB).

PVC

L-istudju tal-Kummissjoni jagħmel ir-rakkomandazzjoni li ġejja:

"It-tneħħija gradwali tal-PVC għandu ... jkollha l-prijorità fuq il-miżuri selettivi tal-ġestjoni tar-riskju ħalli jiġi ggarantit rilaxx imnaqqas tal-PVC, tal-addittivi tiegħu u tal-prodotti tal-kombustjoni perikolużi".

Il-problemi tal-iskart tal-PVC in ġenerali diġà ġew dokumentati sew mill-Kummissjoni Ewropea fl-2000 fuq il-bażi ta' ħames studji. Is-sejbiet issemmew b'mod espliċitu fil-Memorandum Spjegattiv tal-proposta mill-2000:

Kwantitajiet sinifikanti tal-PVC jinsabu fil-WEEE[4]. Hemm evidenza sostanzjali li tappoġġa l-opinjoni li l-PVC mhuwiex tajjeb għall-inċinerazzjoni, b'mod partikolari minħabba l-kwantità u n-natura perikoluża tar-residwi tal-gass taċ-ċumnija li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni.[5] Barra minn hekk, it-telf ta' plastiċizzanti, speċjalment il-ftalati, mill-miżbli tal-PVC huwa informazzjoni magħrufa u jaf ikollu effetti potenzjalment ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent[6]. Għandu wkoll jitqies li vera ftit mill-iskart tal-PVC, b'mod partikolari fil-WEEE huwa attwalment irriċiklat[7].

Sfortunatament, l-evidenza dwar il-PVC ġiet tard wisq għall-inklużjoni fl-RoHS. Imma l-problema għadha hemm - għandha bżonn tiġi ttrattata issa!

b) L-azzjoni mill-manifatturi

L-industrija tal-manifattura tal-elettroniċi diġà kienet fehmet fl-2003 il-problemi tas-sustanzi aloġenati fis-sħuħija tagħhom. Kumpaniji ewlenin ħadu azzjoni individwali biex jikkonvertu l-aloġenu baxx (ħielsa mir-ritardanti tal-fjammi tan-nar u l-PVC)[8]. Issa hemm inizjattiva globali biex isir dan, u hija avvanzata sew[9]. Skont il-Greenpeace, l-ishma fis-suq ta' prodotti bħal dawn diġà huma 50% għall-mowbajls (Nokia, Sony Ericsson u Apple), u mistennija li jkunu 'l fuq minn 40% għall-PCs il-ġodda fis-sena jew sentejn li ġejjin (Acer u HP). Din l-inizjattiva tinkludi wkoll il-katina tal-provvista (eż. manifatturi tal-komponenti tal-plastik), li minn naħa l-oħra taffettwa l-manifatturi tal-EEE ta' kategoriji oħra.

Jekk l-industrija tal-elettroniċi bil-prodotti kumplessa ħafna tagħha tista' taqleb għal aloġenu baxx fis-snin li ġejjin, m'għandhiex tkun problema għal fost l-oħrajn is-settur tal-'white goods' li jagħmel l-istess. Bħala eżempju, fl-Isvezja, l-Electrolux qed toffri tip ta' friġġ ħieles mill-PVC[10].

Meta azzjoni bħal din tittieħed fl-istadju tal-iddisinnjar, skont l-industrija, din ma toħloqx spejjeż żejda. Minflok, hija għandha tiffranka spejjeż sinifikanti f'termini ta' ħsara għas-saħħa u l-ambjent. Imma biex tkun verament ta' suċċess, l-operaturi ekonomiċi għandhom bżonn iċ-ċertezza li hija provduta l-aħjar minn qafas leġiżlattiv ċar.

c) Evidenza dwar sostituti

Ir-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati

Il-Kummissjoni targumenta li d-data disponibbli ma tippermettix li jkun hemm deċiżjoni dwar restrizzjonijiet ulterjuri tar-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati. Fl-istess ħin, huma jgħidu li "ċertu " informazzjoni hija disponibbli dwar is-sostituti u li "huwa deċiż li ma joħolqux ftit mill-perikli (bħal persistenza, bioakkumulazzjoni jew tossiċità għar-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati)"[11]

Għal ħafna snin kien hemm kontroversja simili dwar DecaBDE. Wara li ma ġietx ikkunsidrata d-disponibilità ta' sostituti aktar sikuri, il-Kummissjoni kellha tammetti fi studju fl-2007 li "jeżistu sostituti fis-suq ... u li data dwar dan jissuġġerixxi li l-effetti negattivi potenzjali ambjentali u fuq is-saħħa tal-bniedem ta' għall-inqas ċertu sostituti jaf ikun minimali."[12]

B'konsegwenza, għad-DecaBDE, il-Kummissjoni tikkunsidra li "l-inċertezzi li baqa' dwar it-tossiċità u d-degradazzjoni tiegħu għal prodotti pprojbiti oħra, kif ukoll id-disponibilità kummerċjali ta' sostituti jiġġustifikaw iż-żamma tal-projbizzjoni ta' din is-sustanza"[13].

Huwa diffiċli li jinftiehem għaliex l-istess analiżi għandha twassal għal projbizzjoni f'każ (DecaBDE), imma mhux f'każ simili ieħor (ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati oħra).

PVC

Il-Kummissjoni ma tiddubitax id-disponibilità ta' sostituti aktar sikuri għall-PVC fl-evalwazzjoni tal-impatt tagħha, imma tqajjem biss il-kwistjonijiet ta' spejjeż. Jekk l-ispejjeż esterni tal-PVC kellhom jiġu internalizzati, l-użu tiegħu jagħmlu għali b'mod projbittiv. Il-fatt li l-PVC mhuwiex għali ma jistax jintuża bħala argument kontra l-bidla tiegħu meta dan joħloq spejjeż esterni sinifikanti minħabba l-problemi differenti dokumentati sew tat-trattament tal-iskart tal-PVC.

3. Konklużjonijiet

Il-prevenzjoni aħjar mill-kura. Huwa aħjar li jiġu indirizzati l-problemi ambjentali fis-sors - kif fil-fatt huwa meħtieġ bħala prijorità mit-Trattat u implimentat fid-direttiva qafas tal-iskart.

Għalhekk, ir-rapporteur tagħkom jissuġġerixxi, ibbażat fuq

a) l-istudji tal-Kummissjoni dwar l-RoHS, il-PVC u r-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati,

b) azzjonijiet mill-operaturi ekonomiċi u

c) informazzjoni dwar is-sostituti

li r-ritardanti tal-fjammi tan-nar brominati u klorinati kif ukoll il-PVC u l-addittivi perikolużi tiegħu jitneħħew b'mod gradwali.

  • [1]               http://www.acer-group.com/public/Sustainability/sustainability_main04-3.htm
    Il-Grupp Acer huwa familja ta' erba' marki -- Acer, Gateway, Packard Bell u eMachines. Huwa t-tielet l-ikbar kumpanija fid-dinja għall-ġarr totali tal-PCs, u huwa n-Nru 2 għan-notebooks. Id-dħul fl-2008 laħaq il-US$16.65 biljun.
  • [2]                http://ec.europa.eu/environment/waste/weee/pdf/hazardous_substances_report.pdf
  • [3]               COM(2000) 347 finali
  • [4]               Skont is-Sur Rohr, Umwelt Wirschaftsforum, Nru 1, 1992, iżjed minn 20% tal-plastik użat f'tagħmir elettriku u elettroniku huwa PVC.
  • [5]               Aspetti ambjentali tal-PVC (Kopenħagen 1996), Karta dwar il-Pożizzjoni Daniża dwar l-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar il-PVC (The Hague 1997), Ministeru tad-Djar, Ippjanar Spazjali u l-Ambjent. L-influwenza tal-PVC fuq il-kwantità u l-periklu tar-residwi tal-gassijiet taċ-ċumnija mill-inċinerazzjoni, Studju għad-DĠ ENV, Teknoloġiji Bertin, 2000.
  • [6]               The Behaviour of PVC in Landfill, Study for DG ENV, Argus in association with University Rotstock, 1999.
  • [7]               Prognos, Study for DG XI, Mechanical recycling of PVC wastes, January 2000.
  • [8]             http://www.greenpeace.org/international/campaigns/toxics/electronics/how-the-companies-line-up
  • [9]             http://thor.inemi.org/webdownload/newsroom/Presentations/NEPCON_China_2009/HFR-Free_Conversion.pdf
  • [10]             http://www.electrolux.se/node38.aspx?productID=18360
  • [11]             Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tar-riformulazzjoni tal-RoHS, SEC(2008)2930
                   http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52008SC2930:EN:NOT
  • [12]             http://ecb.jrc.ec.europa.eu/documents/Existing-Chemicals/Review_on_production_process_of_decaBDE.pdf
  • [13]             Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tar-riformulazzjoni tal-RoHS, SEC(2008)2930

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

PRESIDENT

Ref.: D(2009)61414

Is-Sur Jo LEINEN

President tal-Kumitat għall-Ambjent,

Is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

ASP 12G205

Brussell

Suġġett :      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulazzjoni)

                    (COM(2008)809 - C7-0471/2008 - 2008/0240(COD

Għażiż President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li tiegħu għandi l-unur inkun il-President, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 87 dwar it-Tfassil mill-ġdid, kif jidher fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jistipula li:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tinforma lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid."

Wara li kiseb l-opinjoni tas-Servizz Legali, li rappreżentanti tiegħu ħadu sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta tat-tfassil mill-ġdid, u f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapportuer għall-opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta kkonċernata ma fiha l-ebda bidla sostanzjali għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta jew fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u li, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti b'dawk it-tibdiliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr bidliet sostanzjali fihom.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 87, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali qies li l-adattamenti tekniċi ssuġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv msemmi kienu neċessarji biex jiżguraw li l-proposta tikkonforma mar-regoli dwar it-tfassil mill-ġdid.

Biex nikkonkludu, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Novembru 2009, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'19-il vot favur u ebda astensjoni[1], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq f'konformità mas-suġġerimenti tiegħu u skont l-Artikolu 87.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner LEHNE

Mehmuż: Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

  • [1]  Klaus-Heiner Lehne (President), Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Antonio López-Istúriz White, Tadeusz Zwiefka, Luigi Berlinguer, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Alexandra Thein, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Jiří Maštálka, Francesco Enrico Speroni, Kurt Lechner, Sergio Gaetano Cofferati, Edit Herczog, Edvard Kožušník, Sajjad Karim.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

 

                     Brussel, 26.03.2009

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI       TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                       TAL-KUNSILL

                                                       TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

COM(2008) 809 final of 3.12.2008 - 2008/0240 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iżjed strutturat tat-teknika għal tfassil mill-ġdid għal atti legali, u b’mod partikulari il-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti fis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fis-16 ta’ Diċembru 2008 għall-iskop li janalizza, fost oħrajn, il-proposta msemmija qabel li tressqet mill-Kummissjoni.

Waqt il-laqgħa[1], l-evalwazzjoni tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi f'tagħmir tal-elettriku u elettroniku, wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.

1) Fir-rigward tal-memorandum spjegattiv, sabiex ikun hemm abbozz li jkun kompletament konformi mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti mill-Ftehima Interistituzzjonali, dan id-dokument kellu jistqarr ir-raġunijiet għal kull emenda sostantiva proposta u kellu jispeċifika liema dispożizzjonijiet ta' att preċedenti ma jkunux inbidlu fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii) ta' dik il-ftehima.

2) Fil-premessa 2, it-test inizjali tat-tieni sentenza ("Jidher għalhekk meħtieġ li l-liġijiet tal-Istati Membri f’dan il-qasam jitqarrbu [...]") għandu jinbidel b'test adattat li għandu jinqara kif ġej: "Jidher għalhekk meħtieġ li jiġu stipulati regoli f’dan il-qasam [...]".

3) Il-partijiet li ġejjin tat-test tar-riformulazzjoni tal-proposta kellhom jiġu identifiki billi tintuża tipa ta’ kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jimmarka bidliet sostanzjali:

- fi premessa 13, il-kelma "l-uman" ((li kienet immarkata b'ingassatura doppja) u l-kelma "is-saħħa";

- fl-Artikolu 19, l-ewwel sentenza, il-kliem finali "u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ikunu implimentati";

- il-kliem kollu tat-tielet sentenza tal-Artikolu 19.

4) Il-partijiet li ġejjin tat-test imfassal mill-ġdid jikkorrispondu mal-partijiet tat-test li hemm applikabbli bħalissa tad-Direttiva 2002/95/KE li fir-rigward tiegħu ma jidhirx li qed tiġi proposta xi bidla, u li għalhekk ma kellhomx jiġu mmarkati b'tipa ta’ kulur griż:

- fl-Artikolu 2(2), il-kliem "rekwiżiti ta'";

- fl-Artikolu 3(a), il-kliem "minn hawn 'l quddiem";

- fl-Artikolu 4(1), it-tħassir propost tal-kliem "mill-1 ta' Lulju 2006" u l-bdil propost tal-kelma "mpoġġi" bil-kelma "mqiegħed".

5) fl-Artikolu 5(b), it-tielet inċiż, il-punteġġjatura għandha tiġi kompluta fir-rigward tal-kliem inizjali "l-impatti negattivi ambjentali għas-saħħa jew is-sikurezza tal-konsumatur jew impatti soċjoekonomiċi".

6) Fl-Anness VIII, Parti A, il-kliem "imsemmija fl-Artikolu 12" għandhom jiġu adattati biex jinqraw "imsemmija fl-Artikolu 12", u l-indikazzjoni "p. 219" li tidher b'konnessjoni mal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/717/KE fil-Ġurnal Uffiċjali għandhom jiġu kkoreġuti biex jiġu jinqraw "p. 48".

7) Fl-Anness VII, Parti B, il-kliem "imsemmija fl-Artikolu 13" għandu jkun adattat biex jiġi jinqara "msemmija fl-Artikolu 21".

B'konsegwenza ta' dan, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma fiha l-ebda emenda sostanzjali minbarra dawk identifikati bħala tali fiha jew f'din l-opinjoni. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att iżjed bikri b'dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta għandha fiha kodifikazzjoni ċara tat-test eżistenti, mingħajr xi tibdil fis-sustanza tiegħu.

C. PENNERA                       J.-C. PIRIS                                      C.-F.DURAND

Jurisconsult                            Jurisconsult                                       Director General

  • [1]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, li kienet il-verżjoni tal-lingwa ewlenija tat-test li kien qed jiġi diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Restriction of the use of certain hazardous substances in electrical and electronic equipment (recast version)

Referenzi

COM(2008)0809 – C6-0471/2008 – 2008/0240(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.12.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

19.10.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.10.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Jill Evans

31.8.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

4.11.2009

1.12.2009

6.4.2010

 

Data tal-adozzjoni

2.6.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Françoise Grossetête, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

José Manuel Fernandes, Judith A. Merkies, Rovana Plumb, Bart Staes, Thomas Ulmer, Kathleen Van Brempt

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Willy Meyer