RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport

22.6.2010 - (06103/4/2010 – C7‑0119/2010 – 2008/0263(COD)) - ***II

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Anne E. Jensen

Proċedura : 2008/0263(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0211/2010
Testi mressqa :
A7-0211/2010
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport

(06103/4/2010 – C7‑0119/2010 – 2008/0263(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06103/4/2010 – C7‑0119/2010),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0887),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0512/2008),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata 'Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa' (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2009[2],

–   wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7‑0211/2010),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

1.  Kuntest u kummenti dwar il-proċedura

Fis-16 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni ressqet lill-Parlament Ewropew (PE) u lill-Kunsill proposta għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport[1]. Id-Direttiva proposta tipprovdi qafas legali għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Iskjerament ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa li tressaq mal-proposta tal-Kummissjoni[2].

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali adotta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fit-13 ta' April 2009[3]. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalkemm ġie kkonsultat, irrinunzja milli joħroġ opinjoni[4].

Matul is-seduta tiegħu tat-23 ta' April 2009 l-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari riżoluzzjoni leġiżlattiva li temenda l-proposta tal-Kummissjoni[5].

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data adotta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fit-22 ta' Lulju 2009[6].

Fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta' Lulju 2009, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) ikkonferma l-ewwel qari tal-PE adottat matul is-sitt leġiżlatura għal din il-leġiżlatura u r-Rapporteur ingħatat mandat biex jinbdew negozjati mal-Kunsill bil-għan ta' ftehim bikri fit-tieni qari.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE u d-dikjarazzjoni konġunta dwar arranġamenti prattiċi għall-proċedura ta' kodeċiżjoni[7], saru numru ta' kuntatti informali bejn il-Kunsill u l-PE bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari. F'dan il-kuntest, il-korpi responsabbli taż-żewġ istituzzjonijiet[8] laħqu ftehim li kien ikkonfermat minn COREPER fid-9 ta' Diċembru 2009 u fl-10 ta' Marzu 2010 kif ukoll fil-livell tal-Kumitat TRAN permezz tal-ittri tal-President tiegħu, tas-16 ta' Diċembru 2009 u l-11 ta' Marzu 2010.

Fl-10 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (PLO) stabbilita fl-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jinkorpora l-ftehim.

2.  Il-proposta tal-Kummissjoni: għan u elementi ewlenin

L-għan ġenerali (ambitu) huwa li jkun stabbilit qafas għall-iskjerament u l-użu koordinati tas-SIT u l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet fil-qasam tat-trasport bit-triq, inklużi l-interfaces ma' modi oħra ta' trasport.

L-għanijiet speċifiċi jinkludu ż-żieda tal-interoperabilità tas-sistemi, l-iżgurar ta' aċċess bla intoppi, it-trawwim tal-kontinwità tas-servizzi u l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni effiċjenti bejn il-partijiet interessati kollha tas-SIT.

L-obbligi għall-Istati Membri għandhom l-għan li jiżguraw l-iskjerament u l-użu koordinati ta' applikazzjonijiet u servizzi interoperabbli tas-SIT.

L-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet komuni mill-Kummissjoni megħjuna minn Kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri (Kumitat Ewropew SIT) skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (PRS), tkopri, b'mod partikolari, erba' oqsma ta' prijorità:

1. L-użu ottimali tad-data tat-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar

2. Il-kontinwità tas-servizzi tas-SIT fil-ġestjoni tat-traffiku u tal-merkanzija fil-kurituri Ewropej tat-trasport u fil-konurbazzjonijiet

3. Is-sikurezza tat-toroq u l-applikazzjonijiet ta' sigurtà tas-SIT

4. L-integrazzjoni tal-vetturi fl-infrastruttura tat-trasport.

Il-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar is-SIT għandu jitwaqqaf u għandhom ikunu mistiedna rappreżentanti tal-partijiet interessati rilevanti tas-SIT.

Ir-rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet tat-tip maħruġa mill-korpi nazzjonali qed jiġi propost biex ikopri apparat u softwer relatati mal-infrastruttura tat-toroq.

Dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data qed ikunu proposti biex ikunu żgurati l-privatezza u s-sigurtà.

Prinċipji ewlenin bħall-effikaċja, l-effiċjenza f'sens ta' nfiq, il-kontinwità u l-interoperabilità ġeografiċi, u l-livell ta' maturità għandhom jitqiesu mill-Istati Membri.

3.  L-ewwel qari tal-Parlament

Ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament adottata minn maġġoranza kbira ħafna (529 favur, 42 kontra u 16-il astensjoni) fl-ewwel qari kellha 58 emenda. F'dawn l-emendi l-PE qabel kollox ipprova jappoġġja l-iskjerament koordinat u koerenti u l-użu interoperabbli tas-SIT kif ukoll jiddefinixxi l-qafas fejn se japplikaw is-servizzi u l-applikazzjonijiet tas-SIT. Il-modifiki l-aktar importanti jkopru l-kwistjonijiet li ġejjin:

Suġġett u ambitu: Il-Parlament speċifika l-ħtieġa għal skjerament u użu koerenti tas-SIT, inkluża SIT interoperabbli (Emenda 6) u li d-Direttiva għandha tapplika għall-vjaġġaturi, il-vetturi u l-infrastruttura kollha tas-SIT u l-interazzjoni tagħhom fil-qasam tat-trasport bit-toroq, inkluż it-trasport urban, u l-interfaces ma' modi oħra ta' trasport (Emenda 7). Id-dispożizzjonijiet dwar utenti vulnerabbli tat-trasport (Emendi 10, 11, 59, 50 u 55) u dwar il-ġestjoni tal-mobilità u t-traffiku, fosthom id-dispożizzjoni dwar il-ħruġ ta' biljetti interoperabbli multimodali (Emenda 9) kienu adottati fl-ambitu u l-ispeċifikazzjonijiet.

L-adozzoni ta' speċifikazzjonijiet komuni tkun limitata għall-erba' oqsma ta' prijorità proposti filwaqt li l-possibilità li l-Kummissjoni temenda l-kontenut tal-ispeċifikazzjonijiet permezz tal-komitoloġija (PRS) tħassret (Emendi 19 u 37). L-ispeċifikazzjonijiet dwar l-interoperabilità u dwar ir-responsabilità għandhom ikunu pprovduti, jekk meħtieġ, u l-obbligi għall-fornituri tas-servizzi għandhom ikunu definiti (Emendi 23 u 24). Intalbet valutazzjoni tal-impatt qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet u ntalbu wkoll miri u skadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom (Emendi 26 u 43).

Iddaħħal livell minimu ta' applikazzjonijiet u servizzi tas-SIT għat-TENT-T għall-erba' oqsma ta' prijorità li ġejjin fejn il-Kummissjoni tiddefinixxi speċifikazzjonijiet għall-iskjerament u l-użu obbligatorji tagħhom (Emendi 12 u 20):

a) l-għoti ta' servizzi ta' tagħrif dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar f'ħin reali fl-UE kollha;

b) id-data u l-proċeduri għall-għoti ta' servizzi ta' tagħrif universali minimi dwar it-traffiku bla ħlas;

c) l-introduzzjoni armonizzata tal-eCall fl-Ewropa kollha;

d) miżuri xierqa dwar postijiet sikuri ta' parkeġġ għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali u dwar sistemi ta' parkeġġ u prenotazzjoni kkontrollati b'mod telematiku.

L-obbligi għall-Istati Membri dwar l-iskjerament tas-SIT ikopru, meta jkun possibbli, ir-retrokompatibilità (Emenda 14), japplikaw għall-modi kollha ta' trasport u għall-interfaces bejniethom (Emenda 57) u jevitaw li jinħolqu l-frammentazzjoni u d-diskontinwità ġeografiċi (Emenda 15) b'dispożizzjoni speċjali dwar il-partikolaritajiet morfoloġiċi (Emenda 18).

Rigward il-protezzjoni tad-data l-Parlament ipprova jiżgura l-privatezza, l-użu ta' data anonima, il-limitazzjoni tal-iskop u l-kunsens minn qabel għall-ipproċessar tad-data personali (Emendi 32-36).

Rigward l-approvazzjoni tat-tip il-Parlament daħħal firxa wiesgħa ta' dispożizzjonijiet ġodda dwar l-approvazzjoni tat-tip li jkopru l-applikazzjoni tas-softwer u l-konformità tas-suq (Emendi 27-29), standards u regolamenti tekniċi (Emendi 30 u 31).

4. Valutazzjoni tal-ewwel qari tal-Kunsill u kummenti

Il-Kunsill japprova l-ftehim milħuq bejn il-korpi responsabbli tal-Parlament u tal-Kunsill matul in-negozjati li saru fi trilogi informali.

Numru limitat ħafna ta' emendi tal-Parlament ma ġewx inkorporati għalkollox, parzjalment jew bħala prinċipju aċċettati mill-Kunsill (Emendi 2, 5, 16, 53, 12, 21 u 57). Oqsma li dwarhom il-PE wera interess kbir, eż. l-ambitu, l-utenti vulnerabbli tat-toroq, l-ispeċifikazzjonijiet għal oqsma ewlenin tas-SIT, ir-responsabilità u l-protezzjoni tad-data, huma koperti fit-test. Jiddaħħlu xi elementi ġodda, eż. l-adozzjoni ta' miżuri mhux vinkolanti filwaqt li oħrajn jiġu ċċarati, eż. dispożizzjonijiet dwar l-iskjerament u l-istandards u l-valutazzjoni tal-konformità.

Suġġett u ambitu: L-iskjerament u l-użu koerenti tas-SIT huma inklużi u d-dimensjoni transkonfinali hija miżjuda fl-Artikolu 1(1). Id-definizzjoni dwar l-utenti vulnerabbli tat-toroq hija stabbilita (Artikolu 4) b'dispożizzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness I (Qasam ta' prijorità III, 4.2) u fil-prinċipji fl-Anness II (a). Id-dimensjoni urbana u l-ħruġ ta' biljetti interoperabbli multimodali jkunu koperti bl-ispeċifikazzjonijiet b'rabta mal-arkitettura tas-SIT u l-kontinwità tat-traffiku rispettivament (Anness I).

L-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet u standards komuni (Artikolu 2) fl-erba' oqsma ta' prijorità hija kkonfermata. L-ispeċifikazzjonijiet dwar l-interoperabilità u dwar il-kontinwità huma previsti fl-Artikolu 6(1) u (3), fosthom, meta rilevanti, dispożizzjonijiet funzjonali, tekniċi, organizzattivi u dwar is-servizzi għad-diversi partijiet interessati. Hija meħtieġa valutazzjoni tal-impatt qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjoni.

L-iskjerament (Artikolu 5): Filwaqt li l-Kunsill aċċetta l-idea tal-Parlament li jitfasslu azzjonijiet ta' prijorità fi ħdan l-oqsma ta' prijorità tas-SIT, ma setgħux jaċċettaw l-iskjerament awtomatiku jew mandatorju tas-SIT kif propost mill-Parlament, l-aktar minħabba l-impatt finanzjarju tiegħu li mhuwiex magħruf. Minflok, ftiehmu dwar proposta leġiżlattiva għall-iskjerament skont il-PLO (li kienet il-proċedura ta' kodeċiżjoni), tnax-il xahar wara l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet (Artikolu 6(2)).

Is-sitt azzjonijiet ta' prijorità għall-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tas-SIT (Artikolu 3) jikkorrispondu għall-erba' oqsma ewlenin li l-Parlament ried bħala livell minimu ta' SIT mill-ewwel qari. Il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni li tipprovdi impenn favur l-adozzjoni mħaffa tal-ispeċifikazzjonijiet b'kalendarju strett:

(a)       l-għoti ta' servizzi ta' tagħrif dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha; (2014)

(b)       l-għoti ta' servizzi ta' tagħrif dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha; (2013)

(c)       id-data u l-proċeduri għall-forniment, meta jkun possibbli, ta' informazzjoni minima universali tat-traffiku relatata mas-sikurezza tat-toroq mingħajr ħlas għall-utenti; (2012)

(d)       dispożizzjoni armonizzata għal eCall interoperabbli fl-UE kollha; (2012)

(e)       l-għoti ta' servizzi ta' informazzjoni għal postijiet ta' parkeġġ sikuri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali; (2012)

(f)        l-għoti ta' servizzi ta' prenotazzjoni għal postijiet ta' parkeġġ sikuri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali; (2013).

Rigward il-protezzjoni tad-data (Artikolu 10) it-test jirrifletti għalkollox il-kontenut tal-emendi tal-Parlament.

Rigward ir-reponsabilità (Artikolu 11), tiddaħħal dispożizzjoni sabiex il-prodotti jkunu koperti skont il-leġiżlazzjoni tal-KE. Għas-servizzi tas-SIT, il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni għall-adozzjoni ta' linji gwida.

Atti ta' komitoloġija/delegati: Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, id-dispożizzjonijiet tal-Komitoloġija msemmija fil-PRS huma sostitwiti b'atti delegati (Artikolu 290 TFUE). Il-Kummissjoni, skont is-sistema tal-atti delegati, għandha tadotta l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Anness I filwaqt li tibda b'dawk inklużi fl-azzjonijiet ta' prijorità. It-tul ta' żmien tas-setgħa ta' delega mogħtija lill-Kummissjoni ġie stabbilit għal seba' snin.

5.   Kontenut tar-rakkomandazzjoni

Ir-Rapporteur tixtieq tirrakkomanda l-aċċettazzjoni tal-ewwel qari tal-Kunsill. Il-kontenut tat-test tal-Kunsill jirrifletti ħafna l-ewwel qari tal-Parlament. It-test huwa r-riżultat ta' negozjati iebsa li saru bejn il-Presidenza Svediża u l-Presidenza Spanjola u t-tim ta' negozjar tal-Parlament minn Ottubru 2009 sa Marzu 2010.

Ir-Rapporteur tixtieq jenfasizza dan li ġej:

- l-approċċ volontarju dwar is-SIT ma ħadimx u jinħtieġ livell minimu ta' standardizzazzjoni biex l-utenti jkunu jistgħu jużaw is-sistemi SIT matul il-vjaġġi.

- l-attitudni tal-Kunsill inbidlet drammatikament fil-perjodu ta' żmien li għadda, billi inizjalment l-Istati Membri kienu kontra att leġiżlattiv.

L-adozzjoni tad-Direttiva dwar is-SIT tħaffef l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet SIT fit-trasport bit-triq u għall-interfaces ma' modi oħra ta' trasport, li mxiet bil-mod fis-snin li għaddew. Filwaqt li tittratta l-iskjerament frammentat li jwassal għal mużajk ta' soluzzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, id-Direttiva l-ġdida dwar is-SIT tipprovdi qafas tal-UE għal skjerament koerenti tas-SIT.

Għalhekk il-ftehim iwitti t-triq sabiex jitnaqqas id-dewmien fir-rigward tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT u biex jitneħħew l-ineffiċjenzi fl-ivvjaġġar billi t-trasport isir aktar effijenti u sikur, filwaqt li jikkontribwixxi għall-għan politiku li t-trasport isir aktar nadif.

  • [1]  COM(2008) 887 finali – 2008/0263 (COD)
  • [2]  . COM(2008) 886 finali/2
  • [3]  . ĠU C 277, 17.11.2009, p. 85.
  • [4]  . KtR. Rinunzja 13.03.2009.
  • [5]  T6-0283/2009.
  • [6]  . ĠU C 47, 25.02.2010, p. 6.
  • [7]  . ĠU C 145, 30.6.2007, p. 5.
  • [8]  . COREPER u Kumitat TRAN.

ANNESS

Directive on ITS

Steps and informal meetings between the EP negotiating team (1)

and the Presidency of the Council

Date

Place

Meeting on ITS draft Directive

2009

23 April

Strasbourg

EP adopts its first reading

21 July

Brussels

TRAN Committee meeting: confirmation of the first reading and decision on the mandate to enter into negotiations

14 October

Brussels

The first technical informal trilogue/ SE Presidency*

3 November

Brussels

Second technical informal trilogue *

10 November

 

Brussels

 

TRAN Committee meeting: report back

Third technical informal trilogue *

19 November

Brussels

Fourth technical informal trilogue *

24 November

Strasbourg

First informal trilogue / SE Presidency**

1 December

Brussels

Second informal trilogue / SE Presidency**

2 December

Brussels

TRAN Committee meeting: report back

8 December

 

Brussels

 

Third informal trilogue / SE Presidency**

Agreement in substance of the Directive

16 December

Strasbourg

TRAN Coordinators meeting: report back

TRAN Chair letter confirming the agreement on the substance of the Directive without Comitology provisions and adaptation to Lisbon Treaty.

2010

3 March

Brussels

Fourth informal trilogue / ES Presidency*

Agreement on Comitology provisions: introduction of implementing acts and delegated acts

11 March

 

TRAN Chair letter to Coreper confirming the early second reading agreement

10 May

Brussels

Council adopts its first reading

(1) Rapporteur Ms A. E. Jensen, Shadow-rapporteurs: Mr D-L. Koch (EPP); Ms S-A. Ţicău (S&D); Ms F. Brepoels (Greens/EFA); Mr R. Czarnecki (ECR).

* Council represented by Chair of Working Party on Intermodal Questions and Networks.

** Council represented by Chair of COREPER I.

PROĊEDURA

Titolu

Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u interkonnessjonijiet ma’ modi oħra ta’ trasport

Referenzi

06103/4/2010 – C7-0119/2010 – 2008/0263(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

23.4.2009                     T6-0283/2009

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2008)0887 - C6-0512/2008

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

20.5.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

20.5.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Anne E. Jensen

12.5.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.6.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Antonio Cancian, Luis de Grandes Pascual, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Ville Itälä, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Gesine Meissner, Vilja Savisaar, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Thomas Ulmer, Dominique Vlasto, Artur Zasada

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Philip Bradbourn, Frieda Brepoels, Anne E. Jensen, Dominique Riquet, Alfreds Rubiks, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Morten Løkkegaard, Traian Ungureanu

Data tat-tressiq

28.6.2010