RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (Kodifikazzjoni)

30.6.2010 - (COM(2010)0204 – C7‑0112/2010 – 2010/0110(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2010/0110(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0222/2010
Testi mressqa :
A7-0222/2010
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (Kodifikazzjoni)

(COM(2010)0204 – C7‑0112/2010 – 2010/0110(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0204),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 46 tat-Trattat FUE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0112/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta’...,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0222/2010),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jadotta l-proposta tal-Kummissjoni, kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

Anness: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, l-4 ta' Ġunju 2010

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni)

COM(2010)204 tal-5.5.2010 – 2010/0110(COD)

Fid-dawl tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat bil-għan li ssir kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jikkonsisti fis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ltaqa’ fit-12 ta’ Mejju 2010 bl-iskop li jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq, li tressqet mill-Kummissjoni.

Waqt l-eżami[1] tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika r-Regolament tal-Kunsill Nru 1612/68/KEE tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, il-Grupp, bi qbil komuni, innota li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi, mingħajr tibdil sustanzjali tal-atti li hija tittratta.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                            L. ROMERO REQUENAĠurikonsult

        Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni oriġinali tad-dokument ta' ħidma.

PROĊEDURA

Titolu

Il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni - Kodifikazzjoni

Referenzi

COM(2010)0204 – C7-0112/2010 – 2010/0110(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

5.5.2010

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.5.2010

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

9.6.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

23.6.2010