RAPPORT dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Aproċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem

6.7.2010 - (2009/2151(INI))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: João Ferreira

Proċedura : 2009/2151(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0227/2010

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Aproċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem

(2009/2151(INI))

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2009 bl-isem 'Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem'[1] u l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanjaha[2], u d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2007 dwar ir-rinfurzar tas-sistemi Ewropej ta’ twissija bikrija[3],

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar in-nirien fil-foresti fis-sajf tal-2009[4] tal-4 ta’ Settembru 2007 dwar id-diżastri naturali[5], tas-7 ta' Settembru 2006 dwar in-nirien fil-foresti u l-għargħar[6], tal-5 ta' Settembru 2002 dwar l-għargħar fl-Ewropa[7], tal-14 ta' April 2005 dwar in-nixfa fil-Portugall[8], tat-12 ta’ Mejju 2005 dwar in-nixfa fi Spanja[9], tat-8 ta’ Settembru 2005 dwar id-diżastri naturali (nirien u għargħar) fl-Ewropa[10], ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-18 ta' Mejju 2006 dwar id-diżastri naturali (nirien fil-foresti, nixfa u għargħar) – aspetti agrikoli[11], aspetti tal-iżvilupp reġjonali[12] u aspetti ambjentali[13], ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2010 dwar id-diżastru naturali kbir fir-reġjun awtonomu ta' Madejra u l-effetti tat-tempesta 'Xynthia' fl-Ewropa[14], u r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[15],

- wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kapaċità tal-Unjoni Ewropea fir-reazzjoni għad-diżastri[16], u l-punti minn 12 sa 15 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2006 dwar il-kapaċità tal-Unjoni li tiffaċċja l-emerġenzi, il-kriżijiet u d-diżastri[17]

- wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/162/KE, Euratom tal-5 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili[18],

- wara li kkunsidra d-Direttiva 1996/82/KE tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (id-Direttiva Seveso II)[19],

- wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (id-Direttiva dwar l-Għargħar)[20],

- wara li kkunsidra d-Direttiva 85/337/KEE tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (id-Direttiva EIA)[21],

- wara li kkundisra l-Qafas għall-Azzjoni 2005-2015: Bini tal-Kapaċità ta’ Reżistenza tal-Pajjiżi u tal-Komunitajiet quddiem id-Diżastri, adottat fit-22 ta’ Jannar 2005 f’Kobe, Hyogo[22],

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika adottata fil-5 ta' Ġunju 1992 f’Rio de Janeiro,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

- wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0227/2010),

A.  billi l-prevenzjoni għandha tkun fażi dejjem aktar importanti fiċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri, u għandha tingħata importanza soċjali akbar,

B.   billi diżastri naturali jikkompromettu l-ekosistemi u l-bijodiversità, jaffettwaw l-iżvilupp sostenibbli u jipperikolaw il-koeżjoni soċjali,

C.  billi fatturi bħalma huma, inter alia, l-użu eċċessiv tal-art, it-tkabbir industrijali u urban diżordinat, l-eżodu rurali, id-deżertifikazzjoni u l-okkorrenza akbar ta’ avvenimenti klimatiċi estremi jagħmlu lill-Istati Membri, u b’mod partikolari r-reġjuni ta’ konverġenza, aktar vulnerabbli għad-diżastri, kemm id-diżastri naturali u kemm dawk ikkawżati mill-bniedem,

D.  billi t-tibdil fil-klima, iktar ma jgħaddi żmien, iktar qed jikkawża diżastri naturali b’mod frekwenti (għargħar, perjodi ta’ nixfa estrema u nirien) li jwasslu għal telf ta’ ħajja umana u dannu ambjentali, ekonomiku u soċjali serju,

E.   billi d-diżastri ġeneralment iħallu bosta effetti, li mhux dejjem ikunu ħtija tal-avvenimenti naturali estremi biss, iżda sikwit ikunu ikkawżati mill-interazzjoni żbaljata tal-bniedem mal-ambjent fiżiku ta' madwaru,

F.   billi d-diżastri jistgħu jiġu kkawżati minn inċidenti teknoloġiċi u industrijali li jistgħu jinvolvu r-rilaxx ta' sustanzi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari (CBRN) perikolużi b'effetti kbar fuq is-saħħa, l-uċuħ tar-raba', l-infrastruttura, jew il-bhejjem,

G.  billi sikwit fil-biċċa l-kbira l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali u mill-bniedem setgħet tiġi evitata; billi, barra minn hekk, il-politiki tal-UE għandhom jiżguraw inċentivi konsistenti sabiex l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jiżviluppaw, jiffinanzjaw u jimplimentaw politiki ta’ prevenzjoni u konservazzjoni aktar effiċjenti;

H.  billi approċċ olistiku, proattiv, intelliġenti u effikaċi għall-prevenzjoni tad-diżastri għandu jintegra diversi livelli ta’ koperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u għandu wkoll jinvolvi parteċipanti oħrajn b’rabtiet mal-art u li, għalhekk, ikollhom tagħrif dwarha,

I.    billi l-miżuri ta' prevenzjoni tad-diżastri fis-seħħ dehru li huma difettużi, u l-proposti preċedenti tal-Parlament Ewropew għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ, u dan qiegħed ifixkel l-implimentazzjoni ta' strateġija konsolidata għall-prevenzjoni ta' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem fil-livell tal-UE,

J.    billi perjodi ta’ nixfa u nirien persistenti wkoll qed jgħaġġlu l-proċess ta’ deżertifikazzjoni, partikolarment fin-Nofsinhar tal-Ewropa, u fuq kollox qegħdin jolqtu żoni ta’ foresta u artijiet vasti msaġġra fil-Mediterran li huma magħmula minn speċi unika li mhix nattiva u li hija tassew vulnerabbli għan-nar, u dan qiegħed jhedded il-ħajja taċ-ċittadini u l-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjonijiet milquta,

K.  billi l-okkupazzjoni jew l-użu bbilanċjat tal-art, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f’armonija man-natura, ir-rispett għall-enerġija, ir-riżorsi naturali u l-ambjent, it-tisħiħ tal-koeżjoni fl-UE, il-ġlieda kontra d-depopolazzjoni rurali, id-deżertifikazzjoni u l-erożjoni tal-ħamrija, kif ukoll iż-żamma tal-attività agrikola li tkun ambjentalment sostenibbli huma wħud mill-elementi fundamentali għall-prevenzjoni tad-diżastri,

L.   billi l-foresti għandhom rwol kruċjali għall-preservazzjoni tal-ambjent permezz tal-bilanċi maħluqa kemm fiċ-ċiklu tal-karbonju kif ukoll fiċ-ċiklu tal-ilma,

1.  Jinnota li d-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jista' jkollhom konsegwenzi serji ħafna għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni u l-Istati Membri; jenfasizza li l-għan prinċipali tal-prevenzjoni tad-diżastri huwa l-ħarsien tal-ħajja umana, is-sikurezza u l-integrità fiżika tal-persuni, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, l-ambjent, l-infrastrutturi ekonomiċi u soċjali, inklużi s-servizzi bażiċi, id-djar, il-komunikazzjonijiet, it-trasport u l-wirt kulturali;

2.  Jenfasizza li approċċ proattiv huwa effikaċi aktar u jiswa anqas minn wieħed ibbażat sempliċement fuq ir-reazzjoni għad-diżastri; huwa tal-fehma li l-għarfien tal-kuntest lokali ġeografiku, ekonomiku u soċjali huwa fundamentali għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem;

3.  Jilqa’ l-impenn li daħlet għalih il-Kummissjoni biex tiżgura li l-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-prevenzjoni tad-diżastri jitqiesu b’mod aktar koerenti fil-politiki u fil-programmi tal-UE, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta' approċċ olistiku għall-prevenzjoni tad-diżastri; ifakkar li għandu jitqies kull tip ta' diżastru naturali u kkawżat mill-bniedem u dawn jistgħu jinkludu, fost perikli oħrajn[23], għargħar, tempesti, nixfiet, tsunamijiet, terremoti, nirien fil-foresti, ċirkostanzi ta’ temperaturi estremi, eruzzjonijiet vulkaniċi, valangi tas-silġ, valangi tal-ħamrija, inċidenti teknoloġiċi u industrijali, erożjoni tal-ħamrija, kontaminazzjoni tas-sottoswol u tal-ilma tal-pjan kif ukoll it-tniġġis tal-ibħra, tal-għadajjar u tax-xmajjar;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn l-Istati Membri sabiex tipprevjeni diżastri kkawżati mill-bniedem, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet reġjonali jintbagħtu għal taħriġ fil-ġestjoni tad-diżastri;

5.  Iqis li, minħabba d-dimensjoni u/jew in-natura transkonfinali tad-diżastri, jidher li jkun xieraq u neċessarju li tissaħħaħ il-kooperazzjoni, kemm jekk tkun fil-livell reġjonali kif ukoll jekk tkun fil-livell tal-UE, ibbażata fuq il-komplementarjetà tal-azzjoni, it-tixrid tal-aqwa prattiki u l-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri;

6.  Jieħu nota tal-proposta għall-ħolqien ta’ netwerk magħmul minn rappreżentanti ta’ diversi servizzi nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kollha; jenfasizza li dan in-netwerk għandu jiffunzjona fl-ambitu tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali b’responsabilitajiet fir-rigward tal-ġestjoni tad-diżastri, l-ippjanar spazjali kif ukoll l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju; jenfasizza l-irwol ta' dan in-netwerk fl-iskambju ta' esperjenza u miżuri ta' prevenzjoni u fit-twaqqif ta' metodoloġija komuni u rekwiżiti minimi għall-identifikazzjoni tal-perikli u tar-riskji fil-livell tal-UE; jitlob għall-inklużjoni f'dan in-netwerk ta' rappreżentanti mill-agrikoltura u biex tingħata konsiderazzjoni wkoll għas-smigħ ta' organizzazzjonijiet tal-UNEP, soċjali u mhux governattivi li jaħdmu f'dan il-qasam u parteċipanti oħrajn b'rabtiet mal-art u, għalhekk, li jkollhom tagħrif dwarha;

7.  Iqis essenzjali l-kooperazzjoni fir-rigward tat-tixrid tal-informazzjoni u tal-esperjenza, l-applikazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi kif ukoll il-koordinazzjoni ta’ strateġiji għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ intervent;

8.  Jistieden lir-reġjuni jibnu fuq netwerks ta' koordinazzjoni territorjali u transkonfinali eżistenti sabiex jiżviluppaw kooperazzjoni li tiffoka b’mod aktar partikulari fuq il-prevenzjoni tad-diżastri; jemmen li l-istrutturi ta' kooperazzjoni transkonfinali, bħalma huma l-makroreġjuni, li jikkooperaw fuq bażi funzjonali, jistgħu jsiru pjattaformi effikaċi għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri; jissuġġerixxi li jsir użu mill-esperjenza siewja miksuba f'dan il-qasam permezz ta' proġetti implimentati fil-passat fl-Inizjattiva Komunitarja INTERREG;

9.  Huwa tal-fehma li azzjonijiet u strateġiji kkoordinati bejn l-Istati Membri, is-setturi differenti u l-parteċipanti differenti involuti fiċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri jistgħu jwasslu għal vantaġġi konkreti fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri; jenfasizza r-rwol li x-xogħol volontarju jista' jkollu f'dawn l-istrateġiji u jistieden lill-Istati Membri jrawmu l-kooperazzjoni għal dan il-għan fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jissuġġerixxi li tiġi valutata l-possibilità, fil-kuntest tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011, li tiġi organizzata l-kooperazzjoni tax-xogħol volontarju fil-livell tal-Istati Membri għall-prevenzjoni tad-diżastri;

10. Iħeġġeġ li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-pajjiżi ġirien tal-UE u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fi proġetti transkonfinali li jiskambjaw l-aħjar prattiki u jxerrdu tagħrif prattiku permezz tal-programmi tal-politika Ewropea tal-viċinat u l-programmi tal-iżvilupp;

11. Jenfasizza li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għandu jkun inkluż fl-għoti tal-għajnuna; jinnota li għandha tingħata assistenza fuq il-bażi tal-bżonnijiet, mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza, il-kulur, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, il-politika jew opinjoni oħra, l-oriġini nazzjonali jew soċjali, il-proprjetà, it-twelid jew xi status ieħor ta’ min ikun se jirċievi l-għajnuna;

12. Jirrimarka li l-problemi ambjentali, ikkawżati u aggravati mit-tibdil fil-klima, huma attwalment responsabbli għal żieda fil-migrazzjoni furzata u għalhekk jixtieq jenfasizza r-rabta li qiegħda dejjem tikber bejn dawk li qed ifittxu refuġju u ż-żoni ta' taħsir ambjentali; jitlob li jkun hemm protezzjoni aħjar u r-ristabbiliment tar-‘refuġjati tal-klima’;

13. Jenfasizza li huma r-reġjuni u l-komunitajiet lokali li jbatu l-konsegwenzi tad-diżastri naturali u li, ġeneralment, la l-materjal u r-riżorsi umani tagħhom, u lanqas l-kompetenza jew ir-riżorsi finanzjarji tagħhom ma huma biżżejjed biex jaffaċċjaw id-diżastri b’approċċ purament nazzjonali u/jew reġjonali, u li dawn id-diżastri jitolbu reazzjoni effikaċi bbażata fuq is-solidarjetà f’livell Ewropew;

14. Jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu l-inugwaljanzi li jeżistu bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri f’termini ta’ kapaċità ta’ protezzjoni tal-popolazzjonijiet tagħhom, u tal-proprjetà tagħhom, fosthom il-wirt kulturali, u jappoġġa l-isforzi tagħhom għat-titjib tal-prevenzjoni, b'mod partikolari fir-reġuni u l-Istati Membri li huma vulnerabbli ħafna għar-riskju ta’ diżastri; iħeġġeġ biex tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni Ewropej l-iktar iżolati, dawk b’popolazzjoni żgħira ħafna, iż-żoni tal-muntanji u dawk li jinsabu fil-fruntieri tal-Ewropa, kif ukoll dawk l-iktar żvantaġġati f’termini ekonomiċi;

15. Jinsisti li l-karatteristiki u l-limitazzjonijiet naturali ta’ reġjuni iżolati, reġjuni muntanjużi, reġjuni b’densità ta’ popolazzjoni baxxa u dawk li jbatu minn depopolazzjoni, reġjuni mbegħdin u periferiċi estremi, ġżejjer, reġjuni żvantaġġati b'mod naturali, kif ukoll reġjuni li għandhom taħlita ta' riskji, jeħtieġ jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati kif jixraq; jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet addizzjonali li jridu jaffaċċjaw dawn ir-reġjuni meta jkunu qed ifittxu soluzzjoni għad-diżastri; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lil dawk ir-reġjuni permezz tal-istrumenti finanzjarji diversi disponibbli, u jitlob sabiex il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà għal dawn iż-żoni jsiru aktar flessibbli;

16. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi rivedut ir-Regolament tal-Fond ta’ Solidarjetà, billi l-kriterji ta’ eliġibilità jiġu adattati għall-karatterstiki ta’ kull reġjun u ta’ kull diżastru, fosthom id-diżastri li jevolvu bil-mod, bħan-nixfa, billi tingħata attenzjoni partikolari lis-setturi produttivi, lir-reġjuni l-aktar vulnerabbli kif ukoll lill-popolazzjonijiet milquta, u billi jingħata lok għal mobilizzazzjoni aktar flessibbli u f'waqtha; iqis li l-operazzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Artikolu 4 tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) huma restrittivi wisq; hu tal-fehma li, meta jiġu stabbiliti l-limiti ta’ eliġibilità, hu importanti li titqies id-dimensjoni reġjonali billi, jekk dan ma jsirx, ir-reġjuni li jħabbtu wiċċhom ma' diżastri serji ħafna jistgħu jsibu ruħhom esklużi għax il-limitu minimu stipulat għall-Istat Membru kollu ma jkunx intlaħaq;

17. Jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq qafas finanzjarju adegwat b’riżorsi finanzjarji xierqa għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra d-diżastri, li jsaħħaħ u jgħaqqad l-istrumenti eżistenti bħalma huma l-politika ta’ koeżjoni, il-politika tal-iżvilupp rurali, il-politika reġjonali, il-Fond ta’ Solidarjetà, is-Seba’ Programm Qafas kif ukoll il-programmi Life+; f’dan l-ambitu, jitlob li l-prevenzjoni tiġi kkunsidrata fil-Perspettiva Finanzjarja tal-2014-2020;jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-possibbiltà li tipproponi l-ġbir aktar sistematiku tar-riżorsi disponibbli sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta' prevenzjoni fl-UE;

18. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-pressjonijiet attwali fuq il-baġit minħabba l-kriżi ma jwasslux għal tnaqqis fir-riżorsi allokati għall-politiki eżistenti ta’ prevenzjoni tad-diżastri u, bħala parti mir-reviżjoni attwali baġitarja, tagħmel valutazzjoni bir-reqqa ta’ kull lakuna fil-qasam tal-prevenzjoni u tivverifika li kull tip ta’ diżastru jkun kopert mill-istrumenti disponibbli;

19. Jirrimarka li l-politika ta’ koeżjoni hija għodda essenzjali fil-prevenzjoni tar-riskju tad-diżastri naturali; iqis li għandu jkun possibbli li l-fondi u l-istrumenti diversi joperaw b’mod flessibbli u b’mod koordinat sabiex jitjiebu l-funzjonament u l-effikaċja ta’ din il-politika; jenfasizza li l-prevenzjoni tar-riskji għandha tkun f’sintonija ma’ politiki oħra segwiti fil-qasam tal-prevenzjoni, sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-miżuri u jiżdiedu l-effikaċja u l-valur miżjud tagħhom;

20. Jerġa’ jikkonferma l-ħtieġa li ssir verifika li l-fondi tal-UE jkunu ntużaw adegwatament, u li jitħallsu lura l-fondi użati ħażin;

21. Jenfasizza li r-responsabilità għall-prevenzjoni tad-diżastri tinsab primarjament f'idejn l-Istati Membri u li l-prinċipju ta' sussidjarjetà f'dan il-qasam għandu jkompli jiġi kkunsidrat;

22. Jistieden lill-Istati Membri responsabbli mill-ġestjoni tal-art jintroduċu kriterji u leġiżlazzjoni għall-prevenzjoni ta’ katastrofi f’żoni li jinsabu f’riskju ta’ għargħar u ta’ valangi tal-ħamrija u riskji ġeoloġiċi oħrajn, filwaqt li jqisu l-problemi kkawżati mid-deforestazzjoni bla rażan u, aktar minn hekk, biex jipprojbixxu l-kostruzzjoni f’dawn iż-żoni;

23. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-possibilità li jtejbu l-inklużjoni tal-prevenzjoni tad-diżastri fil-programmazzjoni operattiva nazzjonali tal-fondi tal-UE, kif ukoll fil-programmi operattivi nazzjonali, reġjonali u lokali; iqis li l-parteċipanti pubbliċi kollha involuti fil-protezzjoni ambjentali għandhom ikunu involuti u jipparteċipaw b'mod effikaċi f'dan il-proċess; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ tfassil mill-ġdid tal-programmi operattivi identifikati mill-Istati Membri f’dan il-qasam, bil-ħsieb li jiskambjaw l-esperjenza; jitlob lill-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jipprovdu dettalji tal-programmi operattivi tagħhom fis-seħħ li jindirizzaw id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem;

24. Iqis li, inter alia, il-miżuri ta’ prevenzjoni msemmija hawn taħt għandhom ikunu appoġġati bi prijorità mill-UE fir-rigward tal-Istati Membri:

a) it-tħejjija u r-reviżjoni ta’ leġiżlazzjoni relatata mas-sikurezza tal-bini u l-użu tal-art;

b) azzjoni biex tirrimedja għal sitwazzjonijiet li jwasslu għal riskji fil-ġejjieni: naturalizzazzjoni mill-ġdid tax-xmajjar; riabilitazzjoni u protezzjoni tal-baċiri tax-xmajjar, tal-artijiet mistagħdra u l-ekosistemi relatati; monitoraġġ tal-erożjoni u s-sedimentazzjoni fil-kanali tal-ilma; żieda fil-volum tal-fluss tal-ilma minn taħt il-pontijiet u mill-passaġġi tal-ilma; tindif u ppjanar mill-ġdid tal-foresti; riforestazzjoni; u interventi ta’ protezzjoni u ħarsien tal-kosta;

c) il-protezzjoni u l-organizzazzjoni mill-ġdid taż-żoni abitati, speċjalment dawk urbani, li huma partikolarment vulnerabbli għal ċerti tipi ta’ diżastri, bil-parteċipazzjoni tal-abitanti;

d) il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tas-sikurezza ta’ infrastrutturi kbar eżistenti, b’mod partikolari digi, pajpijiet taż-żejt, pontijiet stradali u ferrovjarji, u faċilitajiet għall-enerġija, il-provvista tal-ilma, is-sanitazzjoni, il-komunikazzjonijiet u t-telekomunikazzjonijiet;

e) is-sostenibiltà tal-attività agrikola f’żoni milquta mid-depopolazzjoni u soġġetti għar-riskju ta’ diżastri naturali u l-kontribut fir-rigward tal-integrazzjoni mill-ġdid tal-attività umana bil-ħolqien ta' infrastrutturi li jippermettu li dawk li joqogħdu f’dawn iż-żoni jibqgħu fit-territorju;

25. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fil-promozzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-prevenzjoni u fl-adozzjoni tal-aħjar prattiki, filwaqt li jipprovdu informazzjoni rilevanti aġġornata u taħriġ lill-pubbliku ġenerali permezz ta' mezzi li huma faċilment aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha dwar ir-riskji identifikati u l-proċeduri li għandhom jiġu adottati meta jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta' diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem; iħeġġeġ li, fl-iskemi ta’ taħriġ għall-popolazzjonijiet, għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ mill-età tal-iskola ’l fuq u lill-komunitajiet rurali; fil-kuntest tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, jenfasizza wkoll ir-rwol tal-linja unika Ewropea tat-telefon ta' emerġenza '112' u l-ħtieġa li din issir aktar magħrufa;

26. Ifakkar li l-ilma spiss ikun imdaħħal f’diżastri naturali, mhux biss minħabba l-għargħar – li spiss ikun marbut ma’ ppjanar inadegwat – il-ġlata, is-silġ u l-kontaminazzjoni tal-baċini tax-xmajjar, imma wkoll minħabba l-iskarsezza tiegħu, li tista’ ġġib bidliet sinifikanti bħad-deżertifikazzjoni ta’ żoni kbar tal-Ewropa tan-Nofsinhar u tax-Xlokk;

27. Jenfasizza l-fatt li l-perjodi ta’ nixfa persistenti fl-aħħar snin aġevolaw iż-żieda tan-nirien fil-foresti fl-Ewropa, u fl-istess ħin aggravaw id-deżertifikazzjoni ta’ numru kbir ta’ reġjuni;

28. Fid-dawl tal-interkonnessjonijiet bejn il-perjodi ta’ nixfa, in-nirien fil-foresti u d-deżertifikazzjoni, jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal direttiva, simili għad-direttiva dwar l-għargħar, biex tippromwovi l-adozzjoni ta’ politika tal-UE dwar l-iskarsezza tal-ilma, in-nixfa u l-adattament għat-tibdil fil-klima; għal dan l-għan, itenni wkoll l-importanza tal-ħolqien ta’ Osservatorju Ewropew dwar in-Nixfa, li jservi bħala ċentru ta’ studju, mitigazzjoni u monitoraġġ tal-effetti tan-nixfa;

29. Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippromwovi t-tħaddim tal-Osservatorju Ewropew dwar in-Nixfa u d-Deżertifikazzjoni li jkun responsabbli għall-istudju, il-mitigazzjoni u l-monitoraġġ tal-effetti tan-nixfa u tad-deżertifikazzjoni, biex jitjieb it-teħid strateġiku ta' deċiżjonijiet u jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri; jikkunsidra li għandhom jitqiesu l-interkonnessjonijiet bejn in-nixfa, in-nirien fil-foresti, id-deżertifikazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima u li l-objettivi serji u bbażati fuq is-solidarjetà għandhom ikunu stabbiliti fil-kuntest tal-prevenzjoni tar-riskju tan-nixfa u l-politika ta' ġestjoni.

30. Billi l-foresti huma importanti għall-produzzjoni tal-injam, iż-żamma tal-bijodiversità, il-prevenzjoni tal-għargħar, il-valangi u l-erożjoni, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma tal-pjan u l-qbid tal-karbonju, il-fatt li huma mhedda min-nar għandu jkun kwistjoni ta' tħassib għall-Istati Membri kollha; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tippreżenta u twettaq, flimkien mal-Istati Membri, inizjattivi u proposti leġiżlattivi fil-qasam tal-protezzjoni tal-foresti u tal-prevenzjoni tan-nirien; iqis li jkun tajjeb li jiġu appoġġati proġetti ta’ afforestazzjoni u riforestazzjoni, filwaqt li tingħata preferenza lill-ispeċijiet indiġeni u d-diversità tal-foresti, għall-benefiċċju tal-bijodiversità u għal reżistenza akbar għan-nirien, it-tempesti u l-mard, kif ukoll għall-ġbir u l-użu sostenibbli tal-bijomassa residwa tal-foresti – li hi sors ta' enerġija rinnovabbli; iqis li, fil-qafas ta' kooperazzjoni ġenwina f'dan il-qasam, għandhom ikomplu l-ġbir regolari tad-data, il-preparazzjoni ta’ mapep tar-riskju, il-preparazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju tan-nirien, l-identifikazzjoni tar-riżorsi meħtieġa u ta’ dawk disponibbli fis-27 Stat Membru u l-koordinazzjoni f'livelli differenti;

31. Minħabba li t-tqabbid tan-nirien u ż-żieda fil-frekwenza tagħhom huma fil-fatt reati ambjentali, huwa jistieden lill-Kummissjoni tistudja u tipproponi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew modi ta’ kif għandhom jiġu implimentati miżuri koersivi li jistgħu jiskoraġġixxu n-negliġenza u l-azzjoni deliberata fir-rigward tat-tqabbid tan-nirien;

32. Jenfasizza l-importanza li l-prevenzjoni tiġi kkunsidrata minn perspettiva transsettorjali, billi tiġi inkorporata fil-politiki settorjali rilevanti għall-promozzjoni tal-okkupazzjoni bbilanċjata tal-art u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali koeżiv li jkun f’armonija man-natura;

33. Jirrikonoxxi li xi wħud mill-politiki settorjali wasslu għall-fatt li ċerti reġjuni jkunu aktar esposti għar-riskju billi jinkoraġġixxu l-abbandun tal-kampanja u l-konċentrazzjoni eċċessiva tal-popolazzjoni f’żoni urbani;

34. Iqis li l-produzzjoni agrikola u tal-foresti hija vulnerabbli għall-fenomeni tal-klima bħal nixfa, ġlata, silġ, nirien tal-foresti, tempesti, għargħar, xita qalila u tempesti, għar-riskji tas-saħħa bħal infestazzjonijiet, mard tal-annimali, epidemiji u epidemiji kkawżati mill-annimali, għall-qerda minħabba l-annimali selvaġġi, u għall-konsegwenzi tal-attivitajiet umani bħat-tibdil fil-klima, it-tniġġis, ix-xita tal-aċidu u l-kontaminazzjoni ġenetika mhux intenzjonata u mhux maħsuba, għaċ-ċediment tal-art minħabba problemi relatati mal-ippjanar urban u reġjonali, għall-inċidenti teknoloġiċi u inċidenti relatati mat-trasport, għad-deżertifikazzjoni taż-żoni muntanjużi u għan-nirien fil-foresti prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ manutenzjoni tal-foresti u l-imġiba kriminali, u għall-kontaminazzjoni tax-xmajjar minħabba t-tixrid kimiku mill-fabbriki, it-tixrid tan-nutrijenti u n-negliġenza tal-viżitaturi tal-foresti;

35. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-aħjar prattiki agrikoli, li f’xi wħud mill-Istati Membri diġà wasslu biex titnaqqas bin-nofs il-kwantità ta’ nitroġenu użata fil-fertilizzanti, mingħajr ma naqset il-produzzjoni agrikola;

36. Isostni li element essenzjali fil-prevenzjoni effikaċi ta’ diżastri naturali tirrikjedi politika agrikola li hi ambjentalment u soċjalment ibbilanċjata u li tqis il-ħtieġa li jiġu appoġġati u stimulati l-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi u r-reġjuni diversi; jippromwovi b’mod effikaċi t-tisħiħ ta’ inċentivi għal xogħlijiet agroambjentali u agrorurali, l-inkoraġġiment sabiex in-nies joqogħdu f’żoni rurali, bħala fattur ewlieni fil-konservazzjoni tal-ekosistemi, l-ittrattar tat-tendenza attwali tad-depopolazzjoni u t-tifqir ta’ dawn il-postijiet u t-tnaqqis tal-pressjoni fuq iż-żoni urbani; barra minn hekk, jenfasizza r-rwol tal-bdiewa bħala kustodji tal-kampanja u jiddispjaċih għan-nuqqas ta' elementi ewlenin dwar is-settur agrikolu fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni;

37. Jissuġġerixxi l-ħolqien ta' skema agrikola Ewropea ta' assigurazzjoni pubblika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal sistema Ewropea ta' assigurazzjoni pubblika li tindirizza aħjar ir-riskju u n-nuqqas ta' stabilità fid-dħul tal-bdiewa relatati mad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem; jenfasizza li din għandha tkun iktar ambizzjuża mill-mudell preżenti sabiex tkun evitata l-multipliċità ta’ skemi differenti ta’ assigurazzjoni fl-UE, u b'hekk jinħolqu żbilanċi enormi fid-dħul tal-bdiewa; iqis b'urġenza li għandha tkun aċċessibbli wkoll għall-bdiewa fl-Istati Membri kollha skema ta' kumpens minimu għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem;

38. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jdaħħlu fil-kalkolu tal-primjums agroambjentali l-ispejjeż żejda mġarrba mill-bdiewa biex jittieħdu miżuri mfassla għall-prevenzjoni tan-nirien (bħat-tindif tal-waqqafa tan-nar, it-tneħħija ta’ pjanti arborej mejta, il-ħdim tal-art tul il-perimetru tal-għelieqi, eċċ.) u għad-disponiment tal-ilmijiet (tindif tal-fossijiet u l-kanali);

39. Jinnota l-importanza tal-istudju dwar miżuri ta’ adattament rurali u urbani, minħabba ż-żieda fl-okkorrenza u d-daqs ta’ avvenimenti klimatiċi estremi f’żoni ġeografiċi diversi; iqis li l-effetti negattivi prevedibbli tat-tibdil fil-klima se jirrapreżentaw restrizzjoni addizzjonali għall-attività agrikola u għas-sigurtà u s-sovranità alimentari, u jenfasizza l-ħtieġa ta' reazzjoni għal din u u għal sfidi oħrajn fil-kuntest tal-adattament għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tal-effetti negattivi tiegħu;

40. Jenfasizza l-importanza tar-Riċerka u l-Iżvilupp pubbliċi fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri u jitlob biex jiżdiedu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp tal-Istati Membri, speċjalment dawk li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' riskji simili; jitlob biex jitjiebu s-sistemi ta' twissija bikrija fl-Istati Membri u biex jinħolqu u jissaħħu r-rabtiet bejn is-sistemi diversi ta' twissija bikrija; jirrakkomanda lill-Kummissjoni tqis kif jixraq dawn il-ħtiġijiet u tiżgura l-finanzjament xieraq;

41. Jenfasizza l-ħtieġa li s-sistemi għall-kura tas-saħħa tal-Istati Membri jitħejjew mill-perspettiva tal-istruttura tar-riżorsi umani, il-prattika tajba u l-għarfien tar-riskji sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mas-sitwazzjonijiet ta' diżastri;

42. Jenfasizza li huwa importanti li jkun hemm ġbir komprensiv ta’ data u informazzjoni dwar ir-riskji u l-ispejjeż tad-diżastri u li dawn jiġu skambjati fil-livell tal-UE, bil-ħsieb li jsiru studji komparattivi u li jiġi ddeterminat l-impatt transkonfinali tad-diżastri li jista' jkun hemm, biex b’hekk l-Istati Membri jkollhom il-possibilità li jiġbru l-informazzjoni dwar il-kapaċitajiet nazzjonali ċivili u dwar ir-riżorsi mediċi, u li jintużaw u jiġu żviluppati l-istrutturi li diġà jeżistu, bħaċ-Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni (MIC) iżjed milli jinbnew oħrajn ġodda;

43. Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni għadha m'għamlitx studju dwar il-prattiki ta’ identifikazzjoni tal-perikli u tar-riskji fl-Istati Membri, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tagħha tat-23 ta’ Frar 2009 dwar ‘Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem’; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi dan l-impenn b’mod effikaċi fl-ewwel nofs tas-sena 2010;

44. Iqis li għandhom jiġu stabbiliti metodoloġija komuni u rekwiżiti minimi għall-identifikazzjoni tal-perikli u r-riskji fil-livell tal-UE;

45. Jenfasizza l-importanza li jitfasslu standards biex janalizzaw u jesprimu l-impatt soċjoekonomiku tad-diżastri fuq il-komunitajiet;

46. Jirrakkomanda l-inklużjoni aktar komprensiva tal-kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni tad-diżastri fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA), partikolarment rigward il-valutazzjoni, il-komunikazzjoni u x-xandir tar-riskji;

47. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

NOTA SPJEGATTIVA

F’dawn l‑aħħar snin, l-Istati Membri tal-UE esperjenzaw numru konsiderevoli ta’ diżastri. Bħala gwida, huwa interessanti li wieħed jinnota li l-Kummissjoni rċeviet matul l-ewwel sitt snin tal-Fond ta’ Solidarjetà, 62 applikazzjoni għal fondi minn 21 pajjiż differenti[1]. Minn dawn, kważi terz kienu marbuta ma’ diżastri li jaqgħu fil-kategorija ta’ “diżastri maġġuri”. Diżastri oħra ma wasslux għat‑tressiq ta’ applikazzjonijiet għal mobilizzazzjoni ta’ fondi, għalkemm l-impatt tagħhom fuq il-popolazzjonijiet affettwati, fuq l-ambjent u fuq l-ekonomija kien sinifikanti u f’ħafna każijiet anki fit‑tul.

Id‑danni huma kważi dejjem diffiċli li jiġu kkalkulati, l‑aktar minħabba l‑imwiet tan-nies. Madankollu, l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali tad‑diżastri huma kbar ħafna.

Huwa f’dan il-kuntest li l-prevenzjoni għandu jkollha importanza soċjali dejjem akbar, billi ssir fażi dejjem aktar importanti fiċ‑ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri.

Billi l-Istati Membri huma l-ewwel u l‑aktar responsabbli għall-protezzjoni taċ-ċittadini tagħhom u għal‑prevenzjoni tad-diżastri, il‑ħtieġa ta’ aktar koperazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni, ta’ koordinazzjoni aħjar tal-isforzi u ta’ tisħiħ tas‑solidarjetà u tal‑għajnuna reċiproka hija kompletament ġustifikata.

Biex jintlaħaq dan il-għan, huwa propost li tiġi stabbilita koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali b’responsabilitajiet relatati maċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri, l‑ippjanar spazjali u l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju. Jidher li jkun tajjeb li jinħoloq netwerk li jistabbilixxi forum għall-iskambju ta’ esperjenzi u miżuri ta’ prevenzjoni, li fih l‑organizzazzjonijiet soċjali attivi f’dan is-settur ikunu jistgħu wkoll sa ċertu punt jipparteċipaw. Għandu jiġi nnotat ir-rwol importanti li għandhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-għarfien dettaljat tal-karatteristiċi u l-kundizzjonijiet lokali.

L-okkorrenza u l-kobor tad-diżastri huma influwenzati minn ħafna fatturi, ħafna drabi megħjuna minn politiki li jiġġeneraw interazzjoni inadegwata bejn il-bniedem u l-ambjent tiegħu. Fatturi bħalma huma, b’mod partikolari, l-użu intensiv tal-art, it-tkabbir industrijali u urban diżordinati, l‑eżodu rurali, id-deżertifikazzjoni u ż‑żieda fl-okkorrenza ta’ avvenimenti klimatiċi estremi jagħmlu lill‑Istati Membri aktar vulnerabbli għad‑diżastri, kemm naturali u kemm dawk ikkawżati mill‑bniedem. B’mod ġenerali, din il-vulnerabilità tiżdied aktar fil-każ ta’ reġjuni ta’ konverġenza. Huwa għalhekk importanti li l‑prevenzjoni titqies f’perspettiva trasversali, billi tiġi integrata fil-politiki settorjali importanti għall-promozzjoni tal-użu bilanċjat tal‑art u tal‑iżvilupp ekonomiku u soċjali koerenti, f’bilanċ man-natura. Barra minn hekk, għandu jiġi rikonoxxut li wħud minn dawn il-politiki settorjali (bħall‑PAK, pereżempju) wasslu biex żdiedet l-espożizzjoni għar‑riskju ta’ ċerti reġjuni u l-popli tagħhom. Huwa għalhekk importanti li ssir il‑korrezzjoni rispettiva tagħhom.

Għandu jitfakkar ukoll li d-diżastri għandhom tendenza li jolqtu l‑aktar lil dawk l‑aktar żvantaġġjati li m’għandhomx l‑opportunità li jiddedikaw ir-riżorsi tagħhom għall-protezzjoni tagħhom u tal-familja tagħhom, jew inkella tal-proprjetà tagħhom.

Jidher li huwa xieraq u neċessarju li jinħoloq, fil-livell tal-UE, qafas finanzjarju xieraq għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill‑bniedem, li jsaħħaħ u jistruttura l-istrumenti eżistenti, inklużi dawk fl-oqsma tal‑politika ta’ koeżjoni, tal‑politika reġjonali u tal‑politika tal‑iżvilupp rurali, fost l‑oħrajn. L-iffinanzjar tal-UE għandu jiffoka fuq sett ta’ miżuri ta’ prevenzjoni li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri sabiex, b’mod ġenerali, jiġu rrimedjati sitwazzjonijiet li jiffavorixxu r‑riskji, jiġu protetti ż‑żoni abitati, tiġi mmoniterjata s-sigurtà ta’ infrastrutturi kbar u jiġu żviluppati jew reveduti regolamenti dwar is-sigurtà tal‑bini u l‑użu tal-art.

Barra minn dan, jidher li huwa neċessarju li l‑prevenzjoni tad-diżastri tiġi integrata aħjar fl-ipprogrammar operattiv nazzjonali ta’ fondi mill-UE, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tappoġġja l‑ħtiġijiet tat‑tfassil mill-ġdid tal-programmi operattivi identifikati mill-Istati Membri f’dan il-qasam. Il-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet naturali tar-reġjuni b’popolazzjoni baxxa u tar‑reġjuni estremament periferiċi għandhom jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati kif jixraq.

L-iżvilupp, min‑naħa tal-Istati Membri, tal-kapaċità ta’ riċerka u żvilupp (R & D) fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri huwa kruċjali. Fir‑rigward ta’ dan l-aspett hemm ukoll lok għal tkabbir potenzjali u mixtieq tal‑koordinazzjoni u l‑koperazzjoni bejn l-Istati Membri, partikolarment għal dawk li jiffaċċjaw dan it‑tip ta’ riskji. Huwa rrakkomandat li din il-ħtieġa u l-iffinanzjar tagħha jingħataw il‑konsiderazzjoni dovuta. Dejjem f’dan l‑istess qasam, jidher li huwa importanti li min-naħa l-waħda jissaħħu s‑sistemi ta’ twissija bikrija tal-Istati Membri u jissaħħu r‑rabtiet eżistenti bejn is‑sistemi differenti ta’ twissija rapida, u min-naħa l‑oħra li jiġu studjati u żviluppati miżuri ta’ adattament kemm fil-livell rurali u kemm f’dak urban minħabba ż‑żieda fl-okkorrenza ta’ avvenimenti klimatiċi estremi.

L‑approċċ Komunitarju għall-prevenzjoni tad-diżastri għandu jinkludi, bħala l‑preokkupazzjoni ċentrali, it-tnaqqis tal-inegwaljanzi li jeżistu bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri f’dan il-qasam, b’mod partikolari billi jikkontribwixxi fit‑titjib tal-prevenzjoni fir-reġjuni u l-Istati Membri partikolarment esposti għar‑riskju u li għandhom inqas mezzi finanzjarji.

L‑isforzi għandhom jiffukaw fuq ċerti tipi ta’ diżastri naturali b’evidenza ta’ rikorrenza, speċjalment f’reġjuni ta’ konverġenza, billi jiġi propost li, f’konformità mar-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew, jiġi stabbilit osservatorju Ewropew dwar in‑nixfa u tittieħed ukoll inizjattiva speċifika fil-qasam tal-protezzjoni tal-foresti u l-prevenzjoni tan-nirien.

  • [1]  KUMM(2009) 193 finali

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (28.4.2010)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem
(2009/2151(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Viktor Uspaskich

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkludi s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:

1. Jenfasizza ir-rwol important li għandhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali fiċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri; jemmen bis-sħiħ li l-parteċipazzjoni attiva ta' dawn l-awtoritajiet kemm fl-ippjanar kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-prevenzjoni tad-diżastri hija l-aħjar mod biex jiġi żgurat li jinstabu l-aktar soluzzjonijiet effettivi u funzjonali; jenfasizza wkoll l-importanza li l-pubbliku u l-partijiet privati interessati, inklużi l-organizzazzjonijiet volontarji, jiġu kkonsultati u involuti f'dan il-proċess;

2.   Jenfasizza li approċċ proattiv huwa effettiv aktar u jiswa anqas minn wieħed ibbażat sempliċiment fuq reazzjoni għad-diżastri; huwa tal-opinjoni li l-għarfien tal-kuntenst lokali ġeografiku, ekonomiku u soċjali huwa fundamentali għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem;

3.   Jenfasizza li huma r-reġjuni u l-komunitajiet lokali li jbatu l-konsegwenzi tad-diżastri naturali u li, ġeneralment, la l-materjal u r-riżorsi umani tagħhom, u lanqas l-għarfien jew ir-riżorsi finanzjarji tagħhom m’huma biżżejjed biex jaffaċċjaw id-diżastri b’approċċ purament nazzjonali u/jew reġjonali, u li dawn id-diżastri jitolbu reazzjoni effikaċi bbażat fuq is-solidarjetà f’livell Ewropew;

4.   Huwa tal-opinjoni li strateġija komuni u azzjonijiet ikkoordinati bejn is-setturi differenti u l-parteċipanti differenti involuti fiċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri biss jistgħu jwasslu għall-vantaġġi konkreti fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri kif ukoll il-proċess tat-tħejjija, tar-rispons u tal-irkupru; jissottolinja ir-rwol li x-xogħol volontarju jista’ jkollu fl-istrateġija komuni u jissuġġerixxi li l-azzjonijiet jinkludu komponent ta’ volontarjat; jistieden lill-Istati Membri biex għal dan il-għan jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jissuġġerixxi li tiġi evalwata l-possibilità, fil-kuntest tas-Sena Ewropea ta’ Volontarjat 2011, li tiġi organizzazzata kooperazzjoni tax-xogħol volontarju fil-livell tal-Istati Membri bl-għan li jkun hemm prevenzjoni u ġestjoni tad-diżastri;

5.   Jirrakomanda strateġija globali għall-UE kollha li tintroduċi protokoll għal azzjoni uniformi għal kull tip ta’ diżastru, inklużi n-nirien fil-foresti; jisħaq dwar ir-responsabilità primarja tal-Istati Membri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri; iqis li din l-istrateġija għandha tiżgura solidarjetà totali bejn il-pajjiżi u tagħti attenzjoni partikulari lir-reġjuni iżolati u l-aktar imbiegħda u ċerti reġjuni oħra jew ġżejjer fl-Unjoni Ewropea li għandhom karatteristiċi speċjali u ħtiġijiet speċifiċi marbuta mal-ġeografija u t-topografija tagħhom u mal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-abitanti tagħhom; jenfasizza, madankollu, li m'hemm ebda pjan biex jinbidlu jew jiddgħajfu l-kompetenzi nazzjonali fil-protezzjoni ċivili u fil-prevenzjoni tad-diżastri permezz tal-linji gwida tal-UE;

6.   Jenfasizza l-importanza ta’ miżuri li jżidu s-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni pubblika, li huma essenzjali għal skopijiet ta’ salvataġġ, kemm f’termini ta’ prevenzjoni tad-diżastri u kemm ta’ reazzjoni tal-pubbliku waqt u wara l-kriżi; Jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-evalwazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili u t-taħriġ fil-qafas tal-Programm tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tħejji linji gwida Komunitarji għad-diversi diżastri possibbli; jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal aktar informazzjoni marbuta mal-linja telefonika Ewropea unika tal-emerġenza '112';

7.  Jenfasizza li l-effetti tad-diżastri mhumiex limitati għall-fruntieri formali u amministrattivi tar-reġjuni u tal-Istati Membri; jemmen, għaldaqstant, li l-identifikazzjoni b'mod partikulari ta' żoni li huma suġġetti għar-riskju għandha ssir id f'id mat-twaqqif ta' objettivi prijoritarji u mekkaniżmi ta' kooperazzjoni f'dawn l-oqsma; jistieden lir-reġjuni biex jibnu fuq netwerks ta' kooperazzjoni territorjali u transkonfinali eżistenti sabiex jiżviluppaw kooperazzjoni li tiffoka b’mod aktar partikulari fuq il-prevenzjoni tad-diżastri; jemmen li l-istrutturi ta' kooperazzjoni transkonfinali, bħalma huma l-makroreġjuni, li jikkooperaw fuq bażi funzjonali indipendentement mill-fruntieri amministrattivi, jistgħu jsiru pjattaformi effettivi għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri;

8.   Jirrakkomanda l-użu tal-esperjenza siewja miksuba f’dan il-qasam permezz ta’ proġetti implimentati fil-passat permezz tal-Inizjattiva Komunitarja INTERREG u jqis li aktar sfruttament tal-opportunitajiet offruti fil-kuntest tal-Objettiv Territorjali Ewropew huwa ta’ importanza kruċjali; jemmen f’dan il-kuntest li r-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) jista’ jikkostittwixxi strument importanti għal aktar tisħiħ tal-kooperazzjoni intergovernattiva, transkonfinali u interreġjonali, anke ma’ pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE, u qafas stabbli għall-iskambju u t-trasferiment ta’ għarfien teknoloġiku u l-aqwa prattiki fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri u għat-twaqqif ta’ bażijiet ta’ dejta konġunti u sistemi ta’ twissija bikrija fost il-membri tiegħu;

9.   Isostni li l-politika ta’ koeżjoni hija għodda essenzjali fil-prevenzjoni tar-riskju tad-diżastri naturali; iqis li għandu jkun possibbli li d-diversi fondi u strumenti joperaw b’mod flessibbli u b’mod koordinat sabiex jitjieb il-funzjonament u l-effikaċja ta’ dik il-politika; jenfasizza li l-prevenzjoni tar-riskji għandha tkun f’sintonija ma’ politiki oħra segwiti fil-qasam tal-prevenzjoni, sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-miżuri u jiżdiedu l-effikaċja u l-valur miżjud tagħhom.

10. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex testendi l-lezzjonijiet mitgħallma minn eżerċizzji li saru dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, b'attenzjoni partikulari għal dawk il-partijiet tal-Ewropa, li jiffaċċjaw taħlita ta’ riskji bħalma huma l-għargħar, iċ-ċikluni, l-eruzzjonijiet vulkaniċi u t-terremoti; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel inventarju ta’ sorsi ta’ informazzjoni u xxerred l-aqwa prattiki fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskji; jappoġġja l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tar-riċerka f’dan il-qasam u jemmen li r-rabta bejn l-osservazzjoni u s-sistemi ta’ twissija bikrija għandha tissaħħaħ;

11. Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li għandha l-għan li teżamina l-possibilità li tiġi mtejba l-integrazzjoni tal-prevenzjoni tad-diżastri fil-Programmi Operattivi stabbiliti għall-perjodu 2007-2013, u jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu minn fondi strutturali li huma allokati b'mod dirett għall-prevenzjoni tar-riskju sabiex l-azzjonijiet f'dan il-qasam jittieħdu mingħajr dewmien matul il-perjodu tal-programmar attwali; ifakkar, madankollu, l-bżonn ta’ azzjoni kkoordinata f'dan ir-rigward; jissuġġerixxi li fl-istrateġija għall-perjodu ta’ programmar li jmiss il-Kummissjoni tikkunsidra l-ħtieġa li tintroduċi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-prevenzjoni tad-diżastri li jkopru l-oqsma kollha ta’ azzjoni;

12. Jinnota li t-tibdil fil-klima qiegħed dejjem jiggrava d-diżgrazzji naturali, inkluż l-għargħar u d-diżastri relatati mal-idroloġija, li għalihom il-prevenzjoni adegwata u koordinata sew hija essenzjali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tesplora, bħala parti mir-reviżjoni tal-baġit attwali, kull possibilità biex ittejjeb is-sistemi eżistenti ta’ prevenzjoni tad-diżastri, inkluża l-possibilità tal-użu tar-riżorsi tat-twissija bikrija u tal-osservazzjoni satellitarja attwalment disponibbli għall-evalwazzjoni tar-riskji ta’ nixfa u deżertifikazzjoni;

13. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pressjonijiet attwali fuq il-baġit minħabba l-kriżi ma jwasslux għal tnaqqis fir-riżorsi allokati għall-politiki eżistenti ta’ prevenzjoni tad-diżastri u, bħala parti mir-reviżjoni attwali baġitarja, tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa ta’ kull lakuna fil-qasam tal-prevenzjoni u tivverifika li kull tip ta’ diżastru jkun kopert mill-istrumenti disponibbli.

14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tinsiex li l-immaniġġjar u l-konservazzjoni aħjar tal-artijiet msaġġrin huma ewlenin fost il-prijoritajiet tagħha fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; iqis li d-dispożizzjoni ta' politika forestali ġenwina tkun ta’ kontribut kbir mhux biss għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, iżda wkoll għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali.

15. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel abbozz ta' pjan ta' azzjoni Ewropew dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tad-diżastri kif ukoll dwar il-pjanijet ta' emerġenza kkoordinata li jinkorporaw forzi nazzjonali għall-kooperazzjoni transkonfinali f'każijiet ta' emerġenza;

16. Huwa tal-opinjoni li l-iffinanzjar tal-infrastruttura taħt il-Fondi Strutturali fil-perjodi tal-ipprogrammar li ġejjin għandhom ikunu marbuta ma' implimentazzjoni minn qabel ta' miżuri speċifiċi filwaqt li jżommu mal-istandards tal-prevenzjoni tad-diżastri;

17. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproċedi immedjatament bi proposta ġdida bl-għan li tkompli tiffaċilita r-regoli amministrattivi u żżid il-flessibilità tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.4.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

 

+:

–:

0:

37

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Charalampos Angourakis, Jean-Paul Besset, Victor Boştinaru, Zuzana Brzobohatá, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Ricardo Cortés Lastra, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Monika Smolková, Nuno Teixeira, Michael Theurer, Michail Tremopoulos, Viktor Uspaskich, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vasilica Viorica Dăncilă, Ivars Godmanis, Catherine Grèze, Veronica Lope Fontagné, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (17.3.2010)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem
(2009/2151(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Maria do Céu Patrão Neves

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa’ l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem[1]; jappoġġa l-opinjoni li l-prevenzjoni tad-diżastri ma tistax tkun separata mill-intervent; jafferma mill-ġdid il-ħidma preċedenti tal-Parlament[2] dwar dan is-suġġett u jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma preżentatx proposti leġiżlattivi bi qbil mal-proposti tal-Parlament; jenfasizza l-bżonn li jiġu stabbiliti leġiżlazzjoni u linji gwida komprensivi bi standards minimi, li jirriflettu approċċ globali lejn politika tal-UE effettiva dwar il-ġestjoni tad-diżastri; ifakkar li, fin-nuqqas ta’ dan, it-Trattat ta’ Lisbona jawtorizza r-rikors għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri, u li dan is-suġġett jista’ jiġi ttrattat ukoll f’dan l-ambitu;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa approċċ lejn id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem li jkun marbut mill-qrib mal-istadji kollha: prevenzjoni, tħejjija, reazzjoni immedjata u rkupru, kollha marbuta mill-qrib ma’ politika ta’ ġestjoni ta’ malajr u effettiva; ifakkar li ż-żieda fil-kapaċità tar-reazzjoni għandha tqis it-tipi kollha ta’ diżastri (kemm fi ħdan l-UE, kif ukoll lil hinn minnha, kemm f’każ ta’ diżastri naturali, kif ukoll dawk ikkawżati mill-bniedem), l-istrumenti kollha tal-UE, u l-koordinazzjoni interistituzzjonali;

3.  Jappoġġa strateġija unika għall-UE kollha permezz tal-introduzzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni uniformi għal kull tip ta’ diżastru, li jiżgura solidarjetà totali bejn il-pajjiżi meta wieħed ikun qed ifittex soluzzjoni għad-diżastri; iħeġġeġ biex f’din l-istrateġija tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni Ewropej l-iktar iżolati, dawk b’popolazzjoni żgħira ħafna, iż-żoni tal-muntanji u dawk li jinsabu fil-fruntieri u dawk l-iktar żvantaġġati f’termini ekonomiċi;

4.  Jappoġġa l-elementi prinċipali tal-approċċ Komunitarju, imma jqis li dawn mhumiex biżżejjed għas-settur agrikolu; hu tal-fehma li hu essenzjali li jkun hemm prevenzjoni tad-diżastri li tkun ibbażata fuq l-għarfien; jenfasizza l-bżonn li tinħoloq bażi tad-data ta’ rekords dwar id-diżastri ekonomiċi u soċjali, fl-interess ta’ sorveljanza effiċenti, inkluż l-immappjar taż-żoni li huma f’riskju miżjud, kif ukoll li jiġu fformulati miżuri xierqa għan-natura speċifika tar-riskji maġġuri f’kull reġjun;

5.   Jinkoraġġixxi r-rabta bejn l-atturi u l-politiki matul iċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri, filwaqt li jenfasizza l-benefiċċji ta’ forza ta’ reazzjoni rapida li ttejjeb il-koordinazzjoni u s-solidarjetà fost l-Istati Membri, u dan għaliex ebda pajjiż m’għandu r-riżorsi neċessarji u suffiċjenti biex jiffaċċja, waħdu, id-diżastri naturali; jappoġġa l-inizjattiva li jitniehed grupp ta' partijiet interessati u jitlob li jiddaħħlu r-rappreżentanti mill-agrikoltura fil-mekkaniżmi proposti għall-ġestjoni tal-kriżi bil-għan, inter alia, li l-prinċipju tal-multifunzjonalità jsir realtà;

6.   Jenfasizza l-fatt li l-effetti tad-diżastri naturali qegħdin jeċċedu l-fruntieri legali u amministrattivi tar-reġjuni u tal-Istati Membri u għalhekk l-immappjar tar-riskju għandu jkun akkumpanjat minn mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni territorjali b’firxa wiesgħa li joperaw indipendentement minn dawn il-fruntieri fil-livell tal-makroreġjun, sabiex il-ġlieda kontra d-diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem tkun iktar effettiva kemm f’dik li hi l-prevenzjoni kif ukoll f’dak li hu l-intervent;

7.  Iħeġġeġ li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-pajjiżi ġirien tal-UE u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fi proġetti transkonfinali li jiskambjaw l-aħjar prattiki u jxerdu għerf prattiku permezz tal-programmi tal-politika Ewropea tal-viċinat u tal-programmi ta’ żvilupp;

8.  Iqis li l-aktar esperjenzi reċenti u dawk tal-aħħar snin juru biċ-ċar il-ħtieġa ta’ konsolidazzjoni ikbar tal-kapaċitajiet ta’ prevenzjoni, ta’ tħejjija u ta’ intervent tal-Protezzjoni Ċivili Ewropea fir-rigward kemm tad-diżastri naturali u kemm ta’ dawk ikkawżati mill-bniedem, u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri rilevanti bħala turija viżibbli tas-solidarjetà tal-Ewropa ma’ pajjiżi milquta minn każ ta’ force majeure; jappoġġa attivitajiet immirati biex itejbu l-ħeffa tal-Protezzjoni Ċivili tal-Istati Membri, b’mod partikulari permezz ta’ skambju ta’ esperti, l-aqwa prattiki, eżerċiżżji u proġetti ta’ tħejjija;

9.  Jiddispjaċih ħafna għat-telf serju u għall-għadd kbir ta’ vittmi tad-diżastri naturali li dan l-aħħar laqtu xi wħud mill-Istati Membri u huwa tal-fehma li għandu jiġi eżaminat mill-aktar fis jekk il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ tnaqqis tar-riskju humiex adattati biex iwasslu għat-tagħlimiet neċessarji sabiex fil-futur fl-Istati Membri jkun hemm prevenzjoni tal-effetti qerrieda ta’ diżastri bħal dawn u tkun tista’ titnaqqas il-gravità tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex titlob mill-Istati Membri programmi operazzjonali għal intervent f’każijiet ta’ diżastri naturali bil-għan li jingħata lok għall-iskambju ta’ esperjenzi biex wieħed ikun jista’ jiġbed konklużjonijiet dwar miżuri ta’ emerġenza, dwar il-koordinazzjoni tal-organi amministrattivi u tas-servizzi operattivi, kif ukoll dwar id-disponibilità ta’ riżorsi umani u materjali meħtieġa;

10. Jitlob lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali biex jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ kuxjenza fir-rigward tal-prevenzjoni tad-diżastri, partikolarment fi skejjel u komunitajiet rurali;

11. Ifakkar li investimenti fl-immaniġġjar sostenibbli tal-ekosistema jew immaniġġjar ambjentali xieraq joffri soluzzjonijiet li ma jiswewx ħafna flus sabiex titnaqqas il-vulnerabilità tal-komunità għad-diżastri; ekosistemi b’saħħithom jaġixxu bħala difiża naturali kontra avvenimenti li magħhom hemm marbut il-perikolu u ta’ spiss jintefqu inqas flus għall-installazzjoni jew il-manutenzjoni tagħhom, u ta’ spiss huma iktar effettivi minn strutturi fiżiċi tal-inġinerija; skont il-Bank Dinji (2004), investimenti f’miżuri ta’ prevenzjoni, inkluża l-manutenzjoni ta’ ekosistemi b’saħħithom, jiswew seba’ darbiet inqas mill-ispejjeż li jintefqu f’każ ta’ diżastri;

12. Jirreferi għall-ħtieġa li fiċ-ċiklu tal-immaniġġjar tad-diżastri jiġu inklużi l-persuni li jirrappreżentaw l-agrikoltura, sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni realistika ta’ dan is-settur, sabiex ikunu jistgħu jiġu kkoordinati aħjar riżorsi eżistenti u b’hekk il-kapaċità tal-Unjoni li tirreaġixxi mill-aktar fis tkompli tissaħħaħ;

13.  Iqis li l-produzzjoni agrikola u tal-foresti hija vulnerabbli għall-fenomeni tal-klima bħal nixfa, ġlata, silġ, nirien tal-foresti, tempesti, għargħar, xita qalila u tempesti, għal riskji tas-saħħa bħal infestazzjonijiet, mard tal-annimali, epidemiji u epidemiji kkawżati mill-annimali, għall-qerda minħabba l-annimali salvaġġi, u għall-konsegwenzi tal-attivitajiet umani bħat-tibdil fil-klima, it-tniġġis, ix-xita tal-aċidu u l-kontaminazzjoni ġenetika mhux intenzjonata u mhux maħsuba, għal ċediment tal-art minħabba problemi relatati mal-ippjanar urban u reġjonali, għall-inċidenti teknoloġiċi u inċidenti relatati mat-trasport, għad-deżertifikazzjoni taż-żoni muntanjużi u għal nirien fil-foresti prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ manutenzjoni tal-foresti u mġiba kriminali, u għall-kontaminazzjoni tax-xmajjar minħabba t-tixrid kimiku mill-fabbriki, it-tixrid tan-nutrienti u n-negliġenza tal-viżitaturi tal-foresti;

14.  Jenfasizza li d-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem jipperikolaw il-vijabilità ekonomika tal-irziezet u jwasslu għal tnaqqis fil-popolazzjoni, jintensifikaw l-erożjoni u d-deżertifikazzjoni, jagħmlu dannu lill-ekosistemi, jipperikolaw il-bijodiversità u jeffettwaw serjament il-kwalità tal-ħajja tal-bqija tal-popolazzjoni rurali; jemmen li l-konsegwenzi huma iktar kritiċi f’żoni bi żvantaġġi naturali u bl-ebda possibilità ta’ diversifikazzjoni ekonomika, fejn l-agrikoltura, li toffri mezz ta’ għajxien, hija s-settur prinċipali jew l-uniku settur tal-ekonomija, fatt li f’dan is-settur iwassal għal nuqqas ta’ provvisti tal-ikel, nuqqas ta’ postijiet tax-xogħol fir-reġjun ikkonċernat u għal migrazzjoni tal-popolazzjoni għal żoni urbani;

15. Jenfasizza l-irwol li għandhom il-bdiewa bħala gwardjani tal-kampanja fl-Unjoni Ewropea; iqis, għalhekk li huwa neċessarju li tiġi promossa l-manutenzjoni tal-attivitajiet agrikoli b’mod vijabbli bl-għan li jiġu kkontrollati l-abbandun tal-produzzjoni u d-depopolazzjoni ta’ żoni rurali, fenomenu li jkompli jżid ir-riskju ta’ nirien fil-foresti;

16.  Ifakkar li l-agrikoltura hija kruċjali f’dan il-kuntest, peress li din tiżgura l-eżistenza ta' ekonomiji rurali u tnaqqas il-migrazzjoni lejn żoni urbani, filwaqt li tipprovdi kundizzjonijiet ambjentali tajbin għall-art, tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju u tikkontribwixxi għall-qbid tagħhom, filwaqt li tittejjeb iż-żamma tal-ħamrija li twassal s-sistemi tax-xmajjar u tal-ilmijiet tal-kosta lejn l-istat naturali tagħhom u tippromwovi l-irkupru tal-ispazji naturali;

17. ifakkar li l-pjanti jieħdu s-CO2 mill-arja għall-proċess tal-fotosintesi u jipproduċu bijomassi, li jistgħu jinbidlu f’bijogass, bijofjuwils u prodotti industrijali; ifakkar ukoll li l-użu li dejjem jikber ta’ prodotti agrikoli għall-produzzjoni ta’ prodotti industrijali bħall-polimeri, lubrikanti, prodotti għat-trattament tas-superfiċji, solventi u fibri wkoll jista’ jwassal għal fatt li jkun hemm tnaqqis fid-dipendenza fuq sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli;

18. Huwa tal-opinjoni li hemm sensiela sħiħa ta’ pjanti tal-enerġija, li, flimkien mal-enerġija tar-riħ u tax-xemx, jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-garanzija tal-enerġija fl-UE;

19. Huwa tal-opinjoni li l-impatti negattivi prevedibbli tat-tibdil fil-klima fuq il-produzzjoni agrikola se jitfgħu iktar pressjoni biex tinżamm is-sigurtà tal-ikel bħal kwisjoni ta’ neċessità, li se tmur għall-agħar b'żieda demografika ta' biljuni sal-2050, li tkun teħtieġ żieda korrispondenti ta' 70% tal-kapaċità ta' produzzjoni %; dawn l-aspetti kollha jagħmluha ċara li s-sigurtà tal-prodotti tal-ikel, it-trażżin tat-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali u t-tnaqqis tal-faqar huma tabilħaqq marbutin flimkien;

20. Javża dwar il-bżonn li l-Politika Agrikola Komuni tal-futur għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha mezzi finanzjarji, li permezz tal-adattazzjoni għat-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi diżastrużi tiegħu, partikolarment permezz tal-prevenzjoni tal-konsegwenzi tad-diżastri naturali, tkompli tiżgura l-provvista tal-prodotti tal-ikel lill-popolazzjoni Ewropea, u b’hekk sfidi oħra possibbli jkunu jistgħu jiġu ffaċċjati;

21. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tistudja l-vijabilità tal-istabbiliment ta’ Fond ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fil-kuntest tal-prospettivi finanzjarji li jmiss, bl-għan li jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra d-diżastri naturali fid-diversi setturi ekonomiċi;

22. Ifakkar li l-foresti huma importanti l-ewwel nett għall-produzzjoni tal-injam, imma wkoll għaż-żamma tal-bijodiversità, il-prevenzjoni tan-nirien, l-għargħar, il-valangi u l-erożjoni, il-ġestjoni tar-riżorsi ta’ taħt l-art, il-ġestjoni tal-pajsaġġ u għas-sekwestru tal-karbonju; għalhekk l-UE teħtieġ minnufih politika dwar il-foresti, li tikkunsidra d-diversità tal-foresti Ewropej u tħares il-preservazzjoni u l-protezzjoni tagħhom u l-adattament tagħhom għall-miżuri kontra r-riskji li jiffaċċjaw,ibbażati fuq tagħrif xjentifiku;

23. Jenfasizza l-fatt li l-perjodi ta’ nixfa persistenti fl-aħħar snin aġevolaw iż-żieda tan-nirien fil-foresti fl-Ewropa, u b’hekk fl-istess ħin aggravaw id-deżertifikazzjoni ta’ numru kbir ta’ reġjuni;

24. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex, bħad-direttiva dwar l-għargħar li diġà teżisti, tippreżenta proposta għal direttiva għall-ġlieda kontra n-nixfa, bl-għan li tinkiseb koordinazzjoni aħjar tal-politiki tal-Istati Membri fil-qasam u li jsir l-aħjar użu mil-istrumenti Komunitarji disponibbli;

25.  Iqis li n-nirien tal-foresti huma problema serja f’ħafna partijiet tal-Ewropa u għandhom jittieħdu miżuri hemm sabiex tkun evitata l-afforestazzjoni densa u li tinbidel il-kompożizzjoni tal-foresta; jemmen li għandha tingħata preferenza lill-ispeċi indiġeni u lill-foresti mħallta fl-interess ta’ reżistenza ikbar għan-nirien, għat-tempesti u għall-ħsara mill-insetti, billi jiġu osservati l-kondizzjonijiet naturali differenti fil-foresti Nordiċi Boreali meta mqabbla mal-foresti fin-Nofsinhar tal-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu dispożizzjonijiet legali b’sanzjonijiet dwar ir-responsabilità ċivili u kriminali għall-vandali, u biex tikkoordina timijiet ta’ valutazzjoni li jkunu kkonsultati dwar l-irkupru taż-żona milquta, sabiex tiġi evitata l-attività spekulattiva;

26. Jappoġġa l-ħolqien ta’ politika ġenwina tal-foresta maħluqa biex ittejjeb il-ġestjoni u l-konservazzjoni tal-foresti, filwaqt li jqis l-irwol fundamentali li għandhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, li qed iħalli impatt li dejjem qed jikber fuq id-diżastri naturali;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex idaħħlu fil-kalkolu tal-primjums agroambjentali l-ispejjeż żejda appoġġati mill-agrikolturi għall-adozzjoni ta’ interventi finalizzati fil-prevenzjoni tan-nirien (bħat-tindif tal-waqqafa tan-nar, tneħħija ta’ pjanti arborej mejta, ħdim tal-art tul il-perimetru tal-għelieqi, eċċ.) u disponiment tal-ilmijiet (tindif tal-art imtarrġa u kanali);

28. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu użu mill-aħjar prattiki agrikoli, li f’xi wħud mill-Istati Membri diġà wasslu biex titnaqqas bin-nofs il-kwantità ta’ nitroġenu użata fil-fertilizzanti, mingħajr ma naqset il-produzzjoni agrikola;

29.  Ifakkar li l-ilma spiss ikun imdaħħal f’diżastri naturali, mhux biss minħabba l-għargħar - li spiss ikun marbut ma’ ppjanar inadegwat - ġlata, silġ u kontaminazzjoni tal-baċini tax-xmajjar, imma wkoll minħabba l-iskarsezza tiegħu, li tista’ ġġib bidliet sinifikanti bħad-deżertifikazzjoni ta’ żoni kbar tal-Ewropa tan-Nofsinhar u tax-Xlokk;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti rapport dwar l-implimentazzjoni fl-Istati Membri tal-Artikoli 70 u 71 tad-dispożizzjonijiet tal-Kontrolli tas-Saħħa fuq l-assikurazzjoni tar-riskju u l-iskema ta’ fond reċiproku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal sistema Ewropea konġunta li tindirizza aħjar ir-riskju u n-nuqqas ta' stabilità tad-dħul tal-bdiewa relatati mad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem; jisħaq li din għandha tkun iktar ambizzjuża mill-mudell preżenti sabiex tkun evitata l-multipliċità ta’ skemi differenti ta’ assikurazzjoni fl-UE, u b'hekk jinħolqu żbilanċi enormi bejn id-dħul tal-bdiewa;

31. Iqis li huwa imperattiv li sistema ta’ kumpens minimu għal diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem tkun aċċessibbli bl-istess mod għall-bdiewa kollha Ewropej, u jilmenta li l-Artikolu 11, paragrafu 8 tar-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1857/2006[3] minħabba s-sistema ta’ assigurazzjoni ferm differenti bejn Stat Membru u ieħor ma jistax jiġi traspost u jirrakkomanda li l-promozzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni għandha tingħata prijorità għall-kalkolu ta’ primjums ta’ assigurazzjoni agrikola;

32.  Ifakkar li l-iskemi ta’ assikurazzjoni huma previsti skont il-kaxxa l-ħadra tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u li l-imsieħba kummerċjali tagħna, bħall-Istati Uniti tal-Amerika (il-Counter-Cyclical Programme u d-Disaster Assistance Programmes), jużawhom sistematikament biex jassiguraw id-dħul minn ażjendi agrikoli u forestali bħala kumpens għall-effetti tad-diżastri naturali kif ukoll għal telf ta’ dħul minħabba n-nuqqas ta’ stabilità fis-suq;

33. Jirreferi għall-istrateġiji ta’ mmaniġġjar li diġà jeżistu għat-tnaqqis tar-riskji fil-livelli operattivi, bħal pereżempju strateġiji operattivi interni jew dawk orjentati għas-suq; jikkonferma li tali strateġiji għad-diversifikazzjoni, produzzjoni adattata, rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, metodi ta’ koltivazzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ħamrija u li jiffrankaw l-ilma, swieq bil-quddiem, assigurazzjoni u kuntratti qegħdin fuq quddiem nett u għandhom jiġu kumplimentati permezz ta’ strumenti ta’ monitoraġġ;

34. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ l-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn l-Istati Membri sabiex tipprevieni diżastri kkawżati mill-bniedem, u jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li awtoritajiet reġjonali jintbagħtu għal taħriġ fl-immaniġġjar tad-diżastri;

35.  Iqis li għandu jkun provdut qafas finanzjarju xieraq dwar ir-reazzjoni għad-diżastri u dan jista’ jkun artikulat aħjar permezz tal-Fond ta’ Solidarjetà, il-Politika għall-Iżvilupp Rurali, il-Politika Reġjonali, is-Seba’ Programm Qafas, l-għajnuniet statali, il-Programm Fokus Forestali u tal-programmi Life+; jitlob li fondi speċjali, barra l-PAK, jintużaw għal miżuri privati ta’ prevenzjoni bħal pereżempju miżuri sabiex il-foresti jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima u għall-attivitajiet ta’ riċerka adegwati, għar-riforestazzjoni, il-protezzjoni tal-artijiet mistgħadra u l-ekosistemi assoċjati, l-immoniterjar tal-erożjoni u s-sedimentazzjoni fil-kors tal-ilma, li huma użi differenti għall-irkupru tal-art ta’ riskju għoli; jerġa' jitlob li l-prevenzjoni u l-intervent u l-informazzjoni tal-popolazzjoni jiddaħħlu b’mod xieraq fil-prospettivi finanzjarji li jmiss;

36. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ konsolidazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ diżastri naturali ta’ kull tip bis-saħħa tat-tfassil ta’ kunċett Komunitarju għal koordinazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri u għat-titjib tal-funzjonalità u l-koordinazzjoni tad-diversi strumenti Komunitarji (Fondi Strutturali, Fond ta’ Solidarjetà, mekkaniżmi għar-reazzjoni immedjata u strumenti għall-prevenzjoni tad-diżastri);

37. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timmobilizza l-Fond ta’ Solidarjetà attwali tal-UE bl-iktar mod flessibbli possibbli u mingħajr dewmien sabiex ikunu megħjuna l-vittmi tad-diżastri naturali u titlob l-introduzzjoni ta’ kriterji aktar trasparenti;

38. Jistieden lill-Kummissjoni biex tissimplifika u tħaffef il-proċess, b’kunsiderazzjoni tal-estimi inizjali tad-dannu dirett fuq pajjiż milqut minn diżastru sabiex il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE joffri l-effiċjenza massima;

39. Jitlob li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE jitkabbar biex jiddefinixxi ‘diżastru’ bħala avveniment maġġuri distruttiv li jikkawża dannu serju lill-popolazzjoni u lill-ambjent, inklużi diżastri li jevolvu bil-mod bħan-nixfa; iqis li f’din is-sitwazzjoni l-adozzjoni ta’ miżuri ta' emerġenza tar-razzjonar tal-ilma mill-gvern ċentrali jew reġjonali għandhom iqajmu azzjoni mill-Fond Soċjali tal-UE;

40. Jirrakkomanda li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE jitkabbar biex ikopri d-danni li sofrew l-agrikoltura u l-foresti;

41. Huwa tal-fehma li l-miżuri eleġibbli għall-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Fond Soċjali tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jikkostitwixxu limitazzjoni żejda u ma jikkunsidrawx ċirkostanzi oħrajn simili, bħal pereżempju n-nixfa. f’dan il-kuntest u minkejja l-fatt li mhux prattikabbli għall-vittmi ewlenin (persuni privati u negozji) li jirċievu għajnuna diretta, hemm bżonn li tiddaħħal klawsola ġdida aktar flessibbli fil-FSUE li tippermetti l-għoti ta’ għajnuniet indiretti;42.  Jitlob li fil-Fond Soċjali tal-Unjoni Ewropea tiddaħħal kategorija ġdida ta’ miżuri oħra li huma ta’ interess pubbliku fir-rigward tat-tiġdid tal-ħajja soċjali u ekonomika tal-popolazzjoni u/jew tar-reġjunijiet milquta’ biex ikunu jistgħu jitqiesu avvenimenti li l-impatti tagħhom jaffettwaw proprjetà privata li għandha funzjoni bħal dik tal-proprjetà pubblika peress li bla dubju hija ta’ importanza għall-benesseri ġenerali;

43. Hu tal-fehma li, fl-istabbiliment ta’ limiti ta’ eliġibilità, hu vitali li titqies id-dimensjoni reġjonali, peress li jekk ma jsirx dan ir-reġjuni li jħabbtu wiċċhom ma' diżastri serji ħafna jistgħu jsibu ruħhom esklużi għax il-limitu massimu stipulat għall-Istat Membru kollu ma jkunx intlaħaq; iqis li għandha tiġi kkunsidrata wkoll is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni mbiegħda u iżolati, bħall-ġżejjer u r-reġjuni l-iktar imbiegħda;

44. Iqis li waqt l-istipulazzjoni tal-limiti f’paragrafu 15, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dawk iż-żoni kollha rurali bi żvantaġġi naturali speċifiċi u ż-żoni abbandunati, b’tali mod li jinċentiva li dawn ma jibqgħux jiġu abbandunati;

45. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa r-rikostruzzjoni ta’ reġjuni agrikoli li jkunu ġarrbu ħsarat gravi, biex tipprova tippromwovi l-ħolqien ta’ impjiegi u biex tieħu l-miżuri meħtieġa għat-taffija tal-piżijiet soċjali marbuta mat-telf ta’ impjiegi u sorsi oħra ta’ dħul mill-agrikoltura.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Richard Ashworth, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Giovanni La Via, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Spyros Danellis, Lena Ek, Véronique Mathieu, Maria do Céu Patrão Neves, Daciana Octavia Sârbu

  • [1]  COM(2009)0082.
  • [2]  Rapport tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar id-diżastri naturali (nirien fil-foresti, nixfa u għargħar) – l-aspetti agrikoli (C 297 E, 7.12.2006, p. 363); riżoluzzjoni tas-16 ta’ Frar 2006 dwar il-ġestjoni tar-riskju u tal-kriżi fis-settur agrikolu (C 290 E, 29.11.2006, p. 407); riżoluzzjoni tad-19 ta’ Ġunju 2008 dwar it-Titjib tal-kapaċità tal-Unjoni fir-reazzjoni għad-diżastri (C 286 E, 14.8.2008, p. 15).
  • [3]  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (28.4.2010)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem
(2009/2151(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Antigoni Papadopoulou

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem; ifakkar li diżastri kkawżati mill-bniedem jaffettwaw lill-Istati Membri kollha u lill-pajjiżi kandidati u jinkludu, fost perikli oħrajn[1], għargħar, tempesti, nixfa, terremoti[2], tsunamijiet, nirien fil-foresti, avvenimenti ta’ temperaturi estremi, eruzzjonijiet vulkaniċi, valangi tas-silġ, valangi tal-ħamrija, inċidenti teknoloġiċi u industrijali, erożjoni tal-ħamrija, valangi, kontaminazzjoni tal-sottoswol u tal-ilma tal-pjan u t-tniġġis tal-ibħra, tal-għadajjar u tax-xmajjar;

2.   Jenfasizza li, filwaqt li jkun infurzat l-approċċ tal-Unjoni, huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li jinqalgħu tipi differenti ta' diżastri fi Stati Membri differenti, u li għaldaqstant jeħtieġ jittieħdu miżuri differenti;

3.   Jenfasizza li, filwaqt li d-diżastri jistgħu jkunu r-riżultat ta’ ħafna affarijiet, mhux dejjem jistgħu jiġu attribwiti għal fenomeni naturali estremi, iżda ta’ spiss huma r-riżultat tar-relazzjoni ‘difettuża’ tal-bniedem mal-ambjent fiżiku ċirkostanti u ta’ inċidenti teknoloġiċi u industrijali li jistgħu jinvolvu r-rilaxx ta’ aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari (CBRN) perikolużi, b’effetti serji fuq is-saħħa, l-uċuħ tar-raba’, l-infrastruttura jew il-bhejjem;

4.   Jappoġġja l-elementi prinċipali tal-approċċ tal-Unjoni; jiddispjaċih, madankollu, li l-proposti tal-Parlament Ewropew preċedenti għadhom ma ġewx implimentati kompletament, u li dan jikkawża xkiel għall-implimentazzjoni ta’ strateġija konsolidata tal-Unjoni għall-prevenzjoni ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem;

5.   Jemmen li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem għandha tagħti bidu għal diskussjonijiet ta’ politika bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-partijiet interessati varji, inklużi l-organizzazzjonijit mhux governattivi u membri oħra tas-soċjetà ċivili;

6.  Jinnota li d-diżastri naturali u d-diżastri kkawżati mill-bniedem ikollhom konsegwenzi serji ħafna fuq l-ekonomija tar-reġjuni, b'effett negattiv fuq l-infrastruttura, l-impjiegi, il-patrimonju naturali u kulturali, l-ambjent, it-turiżmu u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż; jipproponi li fil-proċess ta’ tħejjija tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna l-ġdid u tal-qafas finanzjarju għall-2014-2020, il-prijoritajiet għal politika ta’ sigurtà barranija koerenti jinkludu l-approċċ tal-Unjoni fir-rigward tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inkluż mekkaniżmu xieraq għall-għoti ta’ għajnuna umanitarja fi żminijiet ta’ kriżi kemm fi ħdan l-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi;

7.   Jenfasizza l-importanza tal-klawżola ta’ solidarjetà ġdida stipulata fl-Artikolu 222 tat-Trattat FUE sabiex jiġu żgurati sforzi ta’ għajnuna bil-mezzi kollha u koordinazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri f’każ ta’ diżastru naturali jew wieħed ikkawżat mill-bniedem.

8.   Jenfasizza, f’dak ir-rigward, l-importanza li jiġi involut il-Kumitat Permanenti għall-Kooperazzjoni Operattiva dwar is-Sigurtà Interna (COSI) kif jissemma fl-Artikolu 71 tat-Trattat FUE u inhu kif stipulat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/131/UE tal-25 ta’ Frar 2010 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat Permanenti għall-kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna[3]; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-fatt li l-COSI mhuwiex entità leġiżlattiva u m’għandux ikollu prerogattivi leġiżlattivi jew kważi leġiżlattivi; jinsab tassew imħasseb minħabba n-nuqqas ta’ superviżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali u jitlob li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jkunu informati tajjeb u kif suppost dwar l-attivitajiet tal-COSI, biex b’hekk tiġi pprovduta s-superviżjoni demokratika neċessarja;

9.   Huwa tal-fehma li l-COSI għandu jipprovdi appoġġ interoperabbli fil-fażijiet kollha (tħejjija, rispons, irkupru) tal-mobilizzazzjoni ta’ strumenti fir-rigward tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, u li l-qafas operattiv tiegħu għandu jirrifletti l-oqsma kollha li għandu jkopri (kooperazzjoni bejn il-pulizija u d-dwana, fruntieri esterni, sigurtà interna u diżastri) skont l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna tal-UE;

10.  Jenfasizza li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għandu jkun inkluż fl-għoti tal-għajnuna; jinnota li għandha tingħata assistenza fuq il-bażi tal-bżonnijiet, mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza, il-kulur, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, il-politika jew opinjoni oħra, l-oriġini nazzjonali jew soċjali, il-proprjetà, it-twelid jew xi status ieħor ta’ min ikun se jirċievi l-għajnuna;

11.  Ifakkar li d-drittijiet umani bażiċi jkunu mhedda f’sitwazzjonijiet ta’ diżastru u emerġenza; jitlob li jkun hemm monitoraġġ effettiv tal-isforz ta’ għajnuna sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem jiġu rispettati, inkluża sensiela vasta ta’ azzjonijiet preventivi li jirrigwardaw il-vjolenza fiżika u sesswali, l-abbuż mentali, it-traffikar tal-bnedmin, l-immigrazzjoni sfurzata u l-imġiba kriminali;

12.  Jenfasizza li n-nisa ta’ spiss ikunu dawk li jintlaqtu l-agħar mill-effetti li jħalli warajh diżastru naturali jew wieħed ikkawżat mill-bniedem, peress li huma iktar dipendenti mill-irġiel, għall-għajxien tagħhom, fuq riżorsi naturali li huma mhedda minn perikli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tadotta strateġiji li huma sensittivi għaż-żewġ sessi sabiex wieħed ikun jista’ jirrispondi għall-bżonnijiet tas-sigurtà tal-bniedem u għall-kriżijiet ambjentali u umanitarji kkawżati minn diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem;

13.  Jenfasizza li d-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem jistgħu jikkawżaw dannu serju, kif rajna riċentement wara l-isbruffar tal-vulkan fl-Islanda, lill-ekonomija u lil infrastruttura kritika inklużi l-utilitajiet bażiċi, il-komunikazzjonijiet u t-trasport; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi prijoritajiet ċari fir-rigward tal-assistenza lil pajjiżi li jkunu ntlaqtu minn xi diżastru, bħal pereżempju l-ippjanar ta’ xelters u siti u l-provvista ta’ ilma u kondizzjonijiet tajba għall-ħarsien tas-saħħa f’ammonti li jkunu suffiċjenti u siguri;

14.  Jenfasizza li protezzjoni ċivili effettiva hija bbażata fuq metodi prinċipali speċifiċi bħal pereżempju l-prevenzjoni, il-parteċipazzjoni attiva u l-involviment ta’ kulħadd, it-tħejjija, ir-rispons, il-mekkaniżmi ta’ rkupru u rikostruzzjoni;

15.  Jiġbed l-attenzjoni għal ħolqien ta’ sistema ta’ twissija bikrija u forzi ta’ reazzjoni immedjata li għandhom ikunu akkumpanjati minn programmi ta’ taħriġ u proġetti ta’ ħolqien ta’ kuxjenza fost il-pubbliku;

16.  Jenfasizza li huwa importanti li jkun hemm ġbir komprensiv ta’ data u informazzjoni dwar ir-riskji u l-ispejjeż tad-diżastri u li dawn jiġu skambjati fil-livell tal-UE, bil-ħsieb li jsiru studji komparattivi u li jiġi ddeterminat l-impatt transkonfinali probabbli tad-diżastri, biex b’hekk l-Istati Membri jkollhom il-possibilità li jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċitajiet nazzjonali ċivili u dwar ir-riżorsi mediċi, u li għandna nużaw u niżviluppaw l-istrutturi li diġà jeżistu bħaċ-Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni (MIC) iżjed milli nibnu oħrajn ġodda;

17. Jirrimarka li l-problemi ambjentali, ikkawżati u aggravati mill-bidla fil-klima, huma attwalment responsabbli għal żieda fil-migrazzjoni sfurzata u għalhekk jixtieq jenfasizza r-rabta li qiegħda dejjem tikber bejn dawk li qed ifittxu kenn politiku u oqsma ta' taħsir ambjentali; jitlob li jkun hemm protezzjoni aħjar u għar-ristabbiliment tar-‘refuġjati tal-klima’;

18.  Iqis li għandu jkun hemm mekkaniżmu b’saħħitu ta’ koordinazzjoni trasversali sabiex tiġi żgurata l-firxa tal-aħjar prattiki li jistgħu jtejbu l-kooperazzjoni fir-rigward tat-tħejjija, ir-reazzjoni u l-irkupru;

19.  Jindika li l-aċċess għall-kura tas-saħħa jkun kritiku immedjatament wara li jseħħ diżastru; huwa tal-fehma li għandha tingħata prijorità lill-kura medika u kirurġika ta’ emerġenza mogħtija lil min ikun salva iżda jkun ferut, lit-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard li jittieħed, lill-appoġġ psikosoċjali mogħti lil nies li jkunu qed isofru minn telf jew trawma u kundizzjonijiet soċjali u ta’ għajxien ristretti severi, u lill-appoġġ għal ikel adegwat għat-trabi u t-tfal żgħar u lill-ġestjoni tal-problema ta’ nuqqas ta’ ikel sustanzjuż;

20.  Iqis li mekkaniżmi finanzjarji importanti tal-UE, bħall-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili għandhom, meta wieħed iqis li d-diżastri kull ma jmur qegħdin jiżdiedu u jsiru iktar gravi, jiffukaw iżjed fuq miżuri preventivi, u li l-possibilitajiet ta’ finanzjament għal azzjonijiet fi ħdan l-UE u l-pajjiżi terzi għandhom immedjatament jiġu estiżi mingħajr l-ebda proċedura burokratika;

21.  Iqis li l-finanzjament li jkollu l-għan li jikkumplimenta l-isforzi nazzjonali għall-protezzjoni, primarjament tan-nies, iżda wkoll tal-ambjent u l-proprejtà, inkluż il-wirt kulturali, f’każ ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, għandu jkun immaniġjat minn strumenti finanzjarji eżistenti;

22.  Huwa tal-fehma li huwa evidenti li hemm valur miżjud meta kulħadd jaħdem id f’id meta jseħħ diżastru naturali jew wieħed ikkawżat mill-bniedem; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jiżviluppaw kooperazzjoni riinfurzata fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri u approċċ olistiku lejn politika aktar effettiva tal-UE dwar il-ġestjoni tad-diżastri; jilqa', għalhekk, il-passi li diġà ttieħdu mill-Kunsill fir-rigward tal-iżvilupp ta' qafas tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tad-diżastri u tan-nirien fil-foresti;

23.  Jinnota l-importanza li tiġi żgurata superviżjoni effettiva u demokratika tal-attivitajiet ta’ sigurtà; jenfasizza l-involviment li dejjem qed jikber min-naħa tal-Parlament Ewropew fit-tiswir ta’ politiki ta’ sigurtà wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li jfisser li konsultazzjoni effettiva fl-istadji kollha hija essenzjali;

24.  Jiġbed l-attenzjoni għall-prevenzjoni u l-antiċipazzjoni ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u għall-mitigazzjoni tal-impatt possibbli tagħhom sabiex tiġi adottata strateġija bbażata fuq approċċ proattiv u intelliġenti; iqis, għaldaqstant, li huwa essenzjali li wieħed jiżgura li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri tkun konformi mar-regoli bażiċi ta’ sikurezza li għandhom jiġu osservati, pereżempju, fil-qasam tal-kostruzzjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.4.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Clemente Mastella, Louis Michel, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Axel Voss, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Ana Gomes, Nadja Hirsch, Franziska Keller, Petru Constantin Luhan, Mariya Nedelcheva, Norica Nicolai, Cecilia Wikström

  • [1]  Din hija lista mhux eżawrjenti ta' diżastri naturali u ta' diżastri kkawżati mill-bniedem; għalhekk tipi oħra ta' diżastri naturali u ta' diżastri kkawżati mill-bniedem li ma humiex imniżżla f'din l-opinjoni jistgħu jiġu inklużi fil-lista.
  • [2]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2007 dwar l-impatt reġjonali tat-terremoti (ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 269).
  • [3]  ĠU L 52, 3.3.2010, p.50.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.6.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

6

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Esther de Lange, Anne Delvaux, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Nick Griffin, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, João Ferreira, Christofer Fjellner, Marisa Matias, Bill Newton Dunn, Rovana Plumb, Michail Tremopoulos, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Anna Záborská