RAPPORT dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

6.7.2010 - (08029/2010 – C7‑0090/2010 – 2010/0816(NLE)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur għal opinjoni: Elmar Brok
Rapporteur for the opinion (*):
Guy Verhofstadt, Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
(*) Associated committee – Rule 50 of the Rules of Procedure

Proċedura : 2010/0816(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0228/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

(08029/2010 – C7‑0090/2010 – 2010/0816(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (08029/2010),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli fil-plenarja lill-Parlament Ewropew fid-data ..., dwar l-organizzazzjoni bażika tal-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar ir-responsabbiltà politika,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C7‑0090/2010),

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0228/2010),

1.  Japprova kif emendata l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà;

2.  Huwa determinat li jsaħħaħ il-koooperazzjoni tiegħu mal-Parlamenti nazzjoanli tal-Istati Membri kif jesiġi t-Trattat, fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-unjoni, u speċjalment rigward il-PESK u l-PSDK;

3.  Huwa tal-fehma li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju għandhom, flimkien ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill, jispeċifikaw aktar ir-rwol tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda l-poteri ta' sottodelegazzjoni tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet biex jimplimentaw approprjazzjonijiet operazzjonali, b'mod partikolari billi jkun żgurat ukoll fir-Regolament Finanzjarju li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tiggarantixxi li s-sottodelgazzjoni tal-poteri ma taffettwax il-proċedura ta' kwittanza;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fid-dokument komprensiv ta' ħidma tagħha dwar l-infiq relatat mal-azzjoni esterna tal-UE, li għandu jitfassal flimkien mal-Abbozz ta' baġit tal-UE, dettalji li, inter alia, jolqtu l-pjanijiet ta' stabbiliment tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-infiq għall-azzjoni esterna għal kull pajjiż u kull missjoni;jinnota li biħsiebu jimmmodifika r-Regolament Finanzjarju skont dan;

5.  Itenni li, fl-eventwalità ta' nuqqas ta' qbil dwar istruzzjonijiet mill-Kummissjoni lil Kpaijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE li, skont l-Artikolu 221(2) tat-TFUE, jitqiegħdu taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, u fil-każ li ma jkunx hemm qbil bejn ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarji responsabbli għall-programmazzjoni tal-istrumenti rilevanti tal-assistenza esterna, ikun kompitu tal-Kulleġġ tal-Kummissarji li jieħdu d-deċiżjoni finali.

6.  Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli biex tiżgura li d-dispożizzjonjiet stipulati fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, skont liema tal-anqas 60 % tal-persunal kollu tas-SEAE fil-livell AD għandhom ikunu uffiċjali permanenti, ikunu riflessi fil-gradi kollha tal-ġerarkija tas-SEAE;

7.  Huwa tal-fehma li miżuri addizzjonali speċifiċi maħsuba fl-Artikolu 6(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-bilanċ ġeografiku u tal-ġeneru għandhom jinkludu, f'dak li jirrigwarda l-bilanċ ġeografiku, miżuri analogi għal dawk li dwarhom jiddisponi r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 401/2004[1];

8.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

9.  Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà;

10. Jagħti istruzzjonjiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(1) L-għan ta' din id-Deċiżjoni hu li jistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ("SEAE"), korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, stabbilit bl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE"), kif emendat bit-Trattat ta' Lisbona.

(1) L-għan ta' din id-Deċiżjoni hu li jistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ("SEAE"), korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, stabbilit bl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE"), kif emendat bit-Trattat ta' Lisbona. Din id-deċiżjoni, u b'mod partikulari r-referenza għat-terminu "Rappreżentant Għoli" se jkunu interpretati skont il-funzjonijiet differenti tiegħu skont l-Artikolu 18 tat-TUE.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(3) Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE. Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta' President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-SEAE ser jappoġġa wkoll ir-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni, għar-responsabbiltajiet tiegħu fil-Kummissjoni għal responsabbiltajiet inkombenti għal din tal-aħħar fir-relazzjonijiet esterni u fil-koordinazzjoni ta' aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni.

(3) Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli, li huwa wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni u l-President tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, fit-twettiq tal-mandat tiegħu biex imexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE kif deskritta, b'mod partikulari, fl-Artikoli 18 u 27 TUE. Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta' President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-SEAE ser jappoġġa wkoll ir-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni, għar-responsabbiltajiet tiegħu fil-Kummissjoni għal responsabbiltajiet inkombenti għal din tal-aħħar fir-relazzjonijiet esterni u fil-koordinazzjoni ta' aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(3a) Fil-kontribut tiegħu għal programmi ta' koperazzjoni esterna, is-SEAE għandu jipprova jiżgura li dawn il-programmi jkunu mfasslin skont l-għanijiet tal-azzjoni esterna kif stipulat fl-Artikolu 21 TUE, b'mod partikolari fil-paragrafu (2)(d) tiegħu u li jkunu jirrispettaw l-objettivi tal-politika tal-iżvilupp tal-UE skont l-Artikolu 208 TFUE. F'dan il-kuntest is-SEAE għandu wkoll jippromwovi l-ilħiq tal-objettivi tal-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp u tal-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(5) Il-Parlament Ewropew ser ikollu rwol sħiħ fl-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklu¿ il-funzjonijiet tiegħu ta' kontroll politiku kif previst fl-Artikolu 14(1) tat-TUE, kif ukoll fi kwistjonijiet leġislattivi u baġitarji kif stipulati fit-Trattati. Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE, ir-Rappreżentant Għoli ser jikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK u ser jiżgura li l-fehmiet tal-Parlament Ewropew jiġu kkunsidrati kif dovut. Is-SEAE ser jassisti lir-Rappreżentant Għoli f'dan ir-rigward.

(5) Il-Parlament Ewropew ser ikollu rwol sħiħ fl-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż il-funzjonijiet tiegħu ta' kontroll politiku kif previst fl-Artikolu 14(1) tat-TUE, kif ukoll fi kwistjonijiet leġislattivi u baġitarji kif stipulati fit-Trattati. Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE, ir-Rappreżentant Għoli ser jikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK u ser jiżgura li l-fehmiet tal-Parlament Ewropew jiġu kkunsidrati kif dovut. Is-SEAE ser jassisti lir-Rappreżentant Għoli f'dan ir-rigward. Għandhom isiru arranġamenti speċifiċi rigward l-aċċess tal-Membri tal-Parlament Ewropew għal dokumenti u informazzjoni kklassifikati fil-qasam tal-PESK. Sakemm isiru tali arranġamenti, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-2002 dwar dokumenti u informazzjoni kklassifikati fil-qasam tal-PSDK.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7) Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati mal-persunal tas-SEAE u r-reklutaġġ tagħhom. Għal kwistjonijiet relatati mal-persunal tiegħu, is-SEAE għandu jiġi ttrattat bħala istituzzjoni fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal. F'konformità mal-Artikolu 27(3) tat-TUE, is-SEAE għandu jkun magħmul minn uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Ir-Rappreżentant Għoli ser ikun l-Awtorità li Taħtar, fir-rigward kemm ta' uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("Regolamenti tal-Persunal") u aġenti soġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra. Ir-Rappreżentant Għoli ser ikollha wkoll awtorità fuq l-Esperti Nazzjonali Sekondati ("SNEs") fil-post fis-SEAE. In-numru ta' uffiċjali u aġenti oħra għandu jiġi deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u ser ikun rifless fil-pjan ta' stabbiliment.

(7) Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati mal-persunal tas-SEAE u r-reklutaġġ tagħhom fejn it-tali dispożizzjonijiet ikunu meħtieġa biex jistabbilixxu l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE. B'mod parallel, għandhom isiru l-emendi meħtieġa, skont l-Artikolu 336 tat-TFUE, għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("Regolamenti tal-Persunal") u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra ta' dawn il-Komunitajiet ("CEOS") mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 298 tat-TFUE. Għal kwistjonijiet relatati mal-persunal tiegħu, is-SEAE għandu jiġi ttrattat bħala istituzzjoni fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-Rappreżentant Għoli ser ikun l-Awtorità li Taħtar, fir-rigward kemm ta' uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u aġenti soġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra. In-numru ta' uffiċjali u aġenti oħra għandu jiġi deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u ser ikun rifless fil-pjan ta' stabbiliment.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7a) Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jaħdmu biss skont l-interessi tal-Unjoni.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 b (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7b) Il-ħatriet għandhom isiru abbażi tal-mertu waqt li jirriflettu bilanċ ġeografiku u tas-sessi adegwat. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha. Ir-reviżjoni li għandha ssir fl-2013 għandha wkoll tkopri din il-kwistjoni, bl-inklużjoni, fejn ikunu xierqa, ta' suġġerimenti għal miżuri addizzjonali speċifiċi biex ikunu korretti żbilanċi possibbli.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 c (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7c) F'konformità mal-Artikolu 27(3) tat-TUE, is-SEAE għandu jkun magħmul minn uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Għal dak il-għan, id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni ser jiġu trasferiti lis-SEAE, flimkien ma' uffiċjali u aġenti temporanji li jokkupaw post f'tali dipartimenti jew funzjonijiet. Qabel l-1 ta' Lulju 2013, is-SEAE se jirrekluta esklussivament uffiċjali li joriġinaw mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni kif ukoll persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Wara dik id-data, l-uffiċjali kollha u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu jistgħu japplikaw għal postijiet vakanti fis-SEAE.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 d (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7d) Is-SEAE jista', f'każi speċifiċi, jirrikorri għal esperti nazzjonali sekondati speċjalizzati (SNEs), li fuqhom ir-Rappreżentant Għoli mhu se jkollu l-ebda awtorità. Esperti nazzjonali sekondati fil-post fis-SEAE mhux se jingħaddu fit-terz li għandhom jirrappreżentaw l-istaff mill-Istati Membri meta s-SEAE jilħaq il-kapaċità sħiħa. It-trasferiment tagħhom fil-fażi tat-twaqqif tas-SEAE mhux se jkun awtomatiku u se jsir bil-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-oriġini. Sal-iskadenza tal-kuntratt ta' SNE tttrasferit lis-SEAE skont l-Artikolu 6a, il-funzjoni se tkun ikkonvertita f'post ta' aġent temporanju fil-każijiet fejn il-funzjoni mwettqa mis-SNE tikkorrispondi għal funzjoni normalment imwettqa minn persunal fil-livell AD, sakemm il-kariga meħtieġa tkun disponibbli skont l-organigramma.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 e (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7e) Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jaqblu dwar il-modalitajiet marbuta mal-kwistjoni tal-istruzzjonijiet mill-Kummissjoni lid-delegazzjonijiet. Dawn għandhom jipprevedu b'mod partikolari li meta l-Kummissjoni toħroġ istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, hija għandha simultanjament tipprovdi kopja ta' dawn lill-Kap tad-Delegazzjoni u l-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(8) Sabiex tiġi żgurata l-awtonomija baġitarja meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tas-SEAE, ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jittratta lis-SEAE bħala "istituzzjoni" fit-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju.

(8) Ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jinkludi lis-SEAE fl-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. F'konformità mar-regoli applikabbli, u bħalma hu l-każ għall-istituzzjonijiet l-oħrajn, parti mir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri se tkun iddedikata wkoll għas-SEAE u s-SEAE għandu jirreaġixxi għal dawn ir-rapporti. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli se jipprovdi lill-Parlament Ewropew bl-appoġġ kollu meħtieġ biex il-Parlament Ewropew iwettaq id-dritt tiegħu bħala awtorità tal-kwittanza. L-implimentazzjoni tal-baġit operattiv se tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 317 tat-TFUE. Id-deċiżjonijiet li jkollhom impatt finanzjarju għandhom b'mod partikulari jirrispettaw ir-responsabilitajiet stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament Finanzjarju, speċjalment l-Artikolu 75 tiegħu rigward l-operazzjonijiet tan-nefqa u l-Artikoli 64 sa 68 rigward ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(8a) L-istabbiliment tas-SEAE għandu jsir skont il-prinċipju ta' effiċjenza fl-infiq bl-għan tan-newtralità baġitarja. Għal dan il-għan, iridu jintużaw arranġamenti transizzjonali u l-bini gradwali tal-kapaċità. Għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-kompiti, tal-funzjonijiet u tar-riżorsi ma' strutturi oħra. Għandhom jittieħdu l-opportunitajiet kollha għar-razzjonalizzazzjoni.

Barra minn hekk, se jkun meħtieġ numru ta' postijiet addizzjonali għall-aġenti temporanji tal-Istati Membri li jridu jiġu ffinanzjati ġewwa l-qafas multiannwali kurrenti.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(12) Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fid-dawl tal-esperjenza fil-bidu tal-2014.

(12) Ir-Rappreżentant Għoli għandu, sa nofs l-2013, jirrevedi l-funzjonament u l-organizzazzjoni tas-SEAE, u, jekk ikun meħtieġ, jagħmel ukoll proposti għal reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni. Reviżjoni bħal din għandha tkun adottata mhux iktar tard mill-bidu tal-2014.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – kliem tal-bidu

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli:

1. Is-SEAE għandu jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandati tiegħu kif deskritt, b'mod partikolari, fl-Artikoli 18 u 27 tat-TUE:

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE;

- fit-twettiq tal-mandat tiegħu biex imexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea inkluża l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni ("PSDK"), biex jikkontribwixxi permezz tal-proposti tiegħu għall-iżvilupp ta' dik il-politika, li hu għandu jwettaq skont il-mandat tal-Kunsill u biex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE;

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Is-SEAE għandu jassisti lill-President tal-Kummissjoni, lill-Kummissjoni u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

2. Is-SEAE għandu jassisti lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni u lill-Kummissjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jaħdem f'kooperazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn il-politiki u l-politiki l-oħra tagħha.

1. Is-SEAE għandu jappoġġa u jaħdem f'kooperazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri kif ukoll mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn il-politiki u l-politiki l-oħra tagħha.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Is-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-kwistjionijiet kollha relatati mal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Is-SEAE għandu jieħu sehem fil-ħidma u l-proċeduri preparatorji relatati mal-atti li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni f'dan il-qasam. Dan il-paragrafu għandu jiġi implimentat f'konformità mal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-TUE, u mal-Artikolu 205 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE").

2. Is-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-azzjoni esterna tal-Unjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom ħlief dwar kwistjonijiet koperti mill-PSDK. Is-SEAE għandu jieħu sehem fil-ħidma u l-proċeduri preparatorji relatati mal-atti li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni f'dan il-qasam. Dan il-paragrafu għandu jiġi implimentat f'konformità mal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-TUE, u mal-Artikolu 205 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE").

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni adatti għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni.

4. Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni adatti għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikulari lill-Parlament Ewropew. Is-SEAE jista' wkoll jibbenefika mill-appoġġ u l-koperazzjoni ta' dawn l-istituzzjonijiet u l-korpi, inklużi l-aġenziji fejn ikun il-każ. L-awditur intern tas-SEAE se jikkoopera mal-awditur intern tal-Kummissjoni biex jiżgura l-konsistenza tal-politika ta' verifika, b'referenza partikolari għar-responsabilità tal-Kummissjoni għan-nefqa operattiva. Barra minn hekk, is-SEAE għandu jikkoopera mal-uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999. B'mod partikolari, huwa għandu b'ħeffa jadotta d-deċiżjoni rikjesta minn dan ir-Regolament dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni. Kif provdut f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, u l-istituzzjonijiet għandhom jagħtu l-appoġġ neċessarju sabiex l-aġenti tal-OLAF ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom.

(+

Emenda   20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Huwa għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u għandu jirrappreżenta s-SEAE.

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali eżekuttiv li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiġi assistit minn żewġ Viċi Segretarji Ġenerali.

2. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jiġi assistit minn żewġ Viċi Segretarji Ġenerali.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – kliem tal-bidu

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. L-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE għandha tiġi organizzata fid-direttorati ġenerali. Dawn għandhom jinkludu:

3. L-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE għandha tiġi organizzata fid-direttorati ġenerali. Dawn għandhom jinkludu b'mod partikolari:

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta' persunal, baġitarji, ta' sigurtà u tas-sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni taħt l-awtorità diretta tas-Segretarju Ġenerali;

- direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta' persunal, baġitarji, ta' sigurtà u tas-sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni li jaħdem fil-qafas tas-SEAE mmexxi mis-Segretarju Ġenerali eżekuttiv; Ir-Rappreżentant Għoli għandu jaħtar, skont ir-regoli normali tar-reklutaġġ, Direttur Ġenerali għall-baġit u l-amministrazzjoni li għandu jaħdem taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Dan għandu jirrispondi lir-Rappreżentant Għoli rigward il-ġestjoni amministrattiva u baġitarja interna tas-SEAE. Huwa għandu jsegwi l-istess linji tal-baġit u regoli amministrattivi applikabbli fil-parti tat-Taqsima III tal-baġit tal-UE li taqa' taħt l-Intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali;

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

id-direttorat għall-maniġġar ta' kriżijiet u l-ippjanar, l-ippjanar ċivili u l-kapaċità tat-tmexxija, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta' Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, impoġġija taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà; l-ispeċifiċitajiet ta' dawn l-istrutturi, kif ukoll il-partikularitajiet tal-funzjonijiet tagħhom, ir-reklutaġġ u l-istatus tal-persunal għandhom jiġu rispettati.

id-direttorat għall-ġestjoni ta' kriżijiet u l-ippjanar, l-ippjanar ċivili u l-kapaċità tat-tmexxija, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta' Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, impoġġija taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli, għandhom jgħinuh fil-kompitu tat-twettiq tal-PESK tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat waqt li jirrispettaw, skont l-Artikolu 40 tat-TUE, il-kompetenzi l-oħra tal-Unjoni.

L-ispeċifiċitajiet ta' dawn l-istrutturi, kif ukoll il-partikularitajiet tal-funzjonijiet tagħhom, ir-reklutaġġ u l-istatus tal-persunal għandhom jiġu rispettati.

Għandha tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa bejn l-istrutturi kollha tas-SEAE.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – inċiż -1 (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- dipartiment għall-ippjanar strateġiku tal-politika;

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

dipartiment legali taħt l-awtorità amministrattiva diretta tas-Segretarju Ġenerali li għandu jaħdem mill-qrib mas-Servizzi Legali tal-Kunsill u l-Kummissjoni;

dipartiment legali taħt l-awtorità amministrattiva eżekuttiva tas-Segretarju Ġenerali li għandu jaħdem mill-qrib mas-Servizzi Legali tal-Kunsill u l-Kummissjoni;

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Ir-Rappreżentant Għoli għandha jaħtar minn fost il-membri tal-persunal tas-SEAE l-presidenti tal-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, inkluż il-president tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà.

4. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jaħtar il-presidenti tal-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, inkluż il-president tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, skont il-modalitajiet stabbiliti fl-Anness II tad-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-1 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (2009/908/EU)1.

1 ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Id-deċiżjoni biex tinfetaħ delegazzjoni għandha tiġi adottata mir-Rappreżentant Għoli, wara konsultazzjoni mal-Kunsill u l-Kummissjoni. Id-deċiżjoni biex tingħalaq delegazzjoni għandha tiġi adottata mir-Rappreżentant Għoli, bi qbil mal-Kunsill u l-Kummissjoni.

1. Id-deċiżjoni biex tinfetaħ jew tingħalaq delegazzjoni għandha tiġi adottata mir-Rappreżentant Għoli, bi qbil mal-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Kull delegazzjoni tal-Unjoni għandha titmexxa minn Kap tad-Delegazzjoni.

2. Kull delegazzjoni tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt l-awtorità ta' Kap tad-Delegazzjoni.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

F'oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni tista' wkoll tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni.

F'oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni tista', skont l-Artikolu 221(2) TFUE, ukoll tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

5. L-operat ta' kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti.

5. L-operat ta' kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti. Minbarra l-miżuri interni tas-SEAE, l-OLAF għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu, b'mod partikulari billi jieħu miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

7. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jaqdu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE l-oħrajn, b'mod partikolari l-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew, fil-kuntatti uffiċjali tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-pajjiżi terzi li għalihom huma akkreditati.

7. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jaqdu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE l-oħrajn, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, fil-kuntatti tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-pajjiżi terzi li għalihom id-delegazzjonijiet huma akkreditati.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

8. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jirrappreżenta lill-UE fil-pajjiż fejn tinsab id-delegazzjoni, b'mod partikolari għall-konklużjoni tal-kuntratti u billi jkun parti għall-proċedimenti legali.

8. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jirrappreżenta lill-UE fil-pajjiż fejn id-delegazzjoni hija akkreditata, b'mod partikolari għall-konklużjoni tal-kuntratti u billi jkun parti għall-proċedimenti legali.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

9. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Huma għandhom, fuq bażi reċiproka, jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha.

9. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib u jaqsmu l-informazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 10

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

10. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li, fuq talba mill-Istati Membri, jappoġġaw lill-Istati Membri fir-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom u fir-rwol tagħhom li jipprovdu protezzjoni konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni f'pajjiżi terzi.

10. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom, skont l-Artikolu 35 subparagrafu 3 tat-Trattat UE u fuq talba mill-Istati Membri, jappoġġaw lill-Istati Membri fir-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom u fir-rwol tagħhom li jipprovdu protezzjoni konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni f'pajjiżi terzi.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

-1. Id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu, minbarra l-paragrafu 2, għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("Regolamenti tal-Persunal") u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ta' dawk il-Komunitajiet ("CEOS"), inklużi l-emendi li saru għal dawn ir-regoli, skont l-Artikolu 336 tat-TFUE, sabiex jiġu adattati għall-ħtiġijiet tas-SEAE.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jinkludi:

1. Is-SEAE għandu jinkludi uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, inklużi membri tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri maħturin bħala aġenti temporanji;

(a) uffiċjali aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, inklużi membri tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri maħturin bħala aġenti temporanji;

Ir-Regolamenti tal-Persunal u s-CEOS għandhom japplikaw għal dan il-persunal.

(b) jekk meħtieġ, u fuq bażi temporanja, esperti nazzjonali sekondati speċjalizzati (SNEs).

1 L-Artikolu 98(1), it-tieni subparagrafu tar-Regoli tal-Persunal għandu jgħid hekk: "Mill-1 ta' Lulju 2013, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tqis ukoll l-applikazzjonijiet ta' uffiċjali minn istituzzjonijiet oħra mingħajr ma tagħti prijorità lill-ebda waħda minn dawn il-kategoriji."

Emenda  38

Proposal for a decision

Article 6 – paragraph 1 a (new)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1a. Jekk ikun meħtieġ, is-SEAE jista', f'każijiet speċifiċi, jirrikorri għal numru limitat ta' esperti nazzjonali sekondati (SNEs) speċjalizzati.

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jadotta r-regoli, ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta' Diċembru 20071, li skontha l-SNEs jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-SEAE sabiex jipprovdu għarfien speċjalizzat.

1 ĠU L 327, 13 ta’ Diċembru 2007, paġna 10.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(1), it-tielet subparagrafu, 2(2) u 5(3), huma m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda Gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mis-SEAE jew kwalunkwe korp jew persuna oħra ħlief ir-Rappreżentant Għoli.

2. Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(1), it-tielet inċiż, 2(2) u 5(3), huma m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda Gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mis-SEAE jew kwalunkwe korp jew persuna oħra ħlief ir-Rappreżentant Għoli. Bi qbil mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tas-SEAE ma jistax jaċċetta ħlasijiet ta' kwalunkwe tip minn sors ieħor ħlief is-SEAE.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati konġuntament mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tas-SEAE msemmi fil-paragrafu 1, subparagrafu (a).

imħassar

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tadotta r-regoli, ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE tal-5 ta' Diċembru 2007, li skontha l-SNEs jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-SEAE sabiex jipprovdu ħiliet speċjalizzati.

imħassar

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

6. Il-ħatriet kollha fis-SEAE għandhom ikunu bbażati fuq il-mertu u fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha.

6. Ir-reklutaġġ fis-SEAE għandu jkun ibbażat fuq il-mertu filwaqt li jiżgura bilanċ ġeografiku u tas-sessi adegwat. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha. Ir-reviżjoni li għandha ssir fl-2013 għandha wkoll tkopri din il-kwistjoni, bl-inklużjoni, fejn ikunu xierqa, ta' suġġerimenti għal miżuri addizzjonali speċifiċi biex jikkoreġu żbilanċi possibbli.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

7. Il-membri kollha tal-persunal tas-SEAE koperti mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi, irrispettivament minn jekk humiex uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aġenti temporanji li ġejjin mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-postijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE.

7. Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u aġenti temporanji mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-postijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-Unjoni fl-implimentazzjoni tar-responsabilitajiet finanzjarji li jirriżultaw minn kwalunkwe responsabilità skont l-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju ta' aġenti temporanji tas-SEAE minn servizzi diplomatiċi nazzjonali.

Or. en

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

8. Id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. L-uffiċjali u l-aġenti temporanji li għandhom post f' dipartimenti jew funzjonijiet elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. Dan għandu japplika ukoll għal membri tal-persunal b'kuntratt u dawk lokali assenjati lil dawn id-dipartimenti u l-funzjonijiet. L-SNEs li jaħdmu f'dawk id-dipartimenti jew funzjonijiet għandhom ukoll jiġu trasferiti lis-SEAE.

imħassar

Dawn it-trasferiment għandom isiru effettivi fil-jum tal-adozzjoni tal-Baġit emendatorju tal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-postijiet u l-approprjazzjonijiet korrispondenti fis-SEAE.

Mat-trasferiment tagħhom lis-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli għandha tassenja kull uffiċjal għal post fil-grupp ta' funzjoni tiegħu li jikkorrispodi għall-grad tiegħu.

Or. en

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 9

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

9. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi l-proċeduri tal-għażla għall-persunal tas-SEAE, li għandhom ikunu bbażata fuq il-mertu u fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, b'kont dovut għall-bilanċ bejn is-sessi.

9. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jistabbilixxi l-proċeduri tal-għażla għall-persunal tas-SEAE, li għandha ssir permezz ta' proċedura trasparenti bbażata fuq il-mertu bl-għan li tikseb is-servizzi ta' persunal tal-ogħla livell ta' kapaċità, effiċjenza u integrità waqt li tiżgura bilanċ ġeografiku xieraq, ħtieġa ta' preżenza sinifikattiva ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha tal-UE fis-SEAE u bil-għan ta' bilanċ bejn is-sessi. Rappreżentanti tal-Istati Membri, tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandhom ikunu involuti fil-proċedura ta' reklutaġġ għall-postijiet vakanti fis-SEAE1.

1 Ara l-abbozz ta' dikjarazzjoni dwar il-proċedura tal-ħatra fit-tmiem.

Or. en

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 9 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

9a. Meta s-SEAE jkun laħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu, il-persunal mill-Istati Membri, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandu jirrappreżenta mill-inqas terz tal-persunal kollu tas-SEAE fil-livell AD. Bl-istess mod, l-uffiċjali permanenti tal-UE għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 60% tal-persunal kollu tas-SEAE, inklużi l-membri tal-persunal li jkunu ġejjin mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri li jkunu saru uffiċjali permanenti tal-UE, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal. Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-okkupazzjoni ta' postijiet fis-SEAE.

Or. en

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 9 b (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

9b. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jistabbilixxi r-regoli dwar il-mobilità sabiex ikun żgurat li l-membri tal-persunal tas-SEAE jkunu soġġetti għal livell għoli ta' mobilità. Modalitajiet speċifiċi għandhom japplikaw għall-persunal imsemmi fl-Artikolu 4 (3), it-tielet inċiż. Fil-prinċipju, il-persunal tas-SEAE kollu għandu perjodikament iservi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jistabbilixxi regoli għal dak l-għan.

Or. en

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 10

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

10. Il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal għal postijiet trasferiti fis-SEAE li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jibqgħu validi: huma għandhom jitkomplew u jitlestew taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli f'konformità mal-avviżi ta' post vakanti rilevanti u r-regoli applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

10. F'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-uffiċjali tiegħu li saru aġenti temporanji fis-SEAE b'garanzija ta' riintegrazzjoni immedjata fl-aħħar tal-perjodu ta' servizz tagħhom mas-SEAE. Dan il-perjodu ta' servizz, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50b tas-CEOS, ma għandux jaqbeż tmien snin, sakemm, ma jkunx estiż għal perjodu massimu ta' sentejn f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fl-interess tas-servizz1.

Matul l-istabbiliment tas-SEAE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu involuti fil-proċedura ta' reklutaġġ għall-postijiet vakanti fis-SEAE.

L-uffiċjali tal-UE li jservu fis-SEAE għandu jkollhom id-dritt li japplikaw għal postijiet fl-istituzzjoni tal-oriġini tagħhom taħt l-istess kondizzjonijiet bħal applikanti interni.

Il-persunal tal-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE għandu jkun magħmul minn uffiċjali u aġenti oħra minn, rispettivament, dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll persunal sekondat minn servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri.

Meta s-SEAE jkun laħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu, il-persunal mill-Istati Membri għandu jirrappreżenta tal-inqas terz tal-persunal tas-SEAE kollu fil-livell AD. Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-okkupazzjoni ta' postijiet fis-SEAE.

1L-Artikolu 50b(2) tas-CEOS se jgħid hekk: “2. Dawn jistgħu jkunu impjegati għall-perjodu massimu ta' erba' snin. Il-kuntratti jistgħu jiġġeddu għall-perjodu massimu ta' erba' snin. B'kollox, l-impjieg tagħhom ma għandux jaqbeż it-tmien snin. Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fl-interess tas-servizz, fi tmiem it-tminn sena, il-kuntratt jista' jiġi estiż għal perjodu massimu ta' sentejn. Tiġdid jew estensjoni għandhom jingħataw bil-kundizzjoni li s-sekondar mis-servizz diplomatiku nazzjonali jkun estiż għall-perjodu tat-tiġdid."

Or. en

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 11

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

11. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi r-regoli dwar il-mobbiltà sabiex ikun żgurat li l-membri tal-persunal tas-SEAE jkunu soġġetti għal grad suffiċjenti ta' mobbiltà. Modalitajiet speċifiċi għandhom japplikaw għall-persunal imsemmi fl-Artikolu 4 (3), it-tielet inċiż. Fil-prinċipju, il-persunal tas-SEAE kollu għandu perjodikament iservi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi regoli għal dak l-għan.

11. Għandhom jittieħdu passi sabiex il-persunal tas-SEAE jiġi pprovdut b'taħriġ komuni adegwat, li jibni b'mod partikolari fuq il-prattiki u l-istrutturi nazzjonali u tal-UE eżistenti. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jieħu miżuri adatti għal dak il-għan fis-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Or. en

Emenda  50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 12

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

12. F'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-uffiċjali tiegħu li saru aġenti temporanji fis-SEAE b'garanzija ta' rintegrazzjoni immedjata fl-aħħar tal-perjodu ta' sekondar tagħhom mas-SEAE. Wara li jiġi sekondat darbtejn wara xulxin, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li jestendi din il-garanzija f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tiegħu. L-uffiċjali tal-UE li jservu fis-SEAE għandu jkollhom id-dritt li japplikaw għal postijiet fl-istituzzjoni tal-oriġini tagħhom taħt l-istess kondizzjonijiet bħal applikanti interni.

imħassar

Or. en

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 13

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

13. Għandhom jittieħdu passi sabiex il-persunal tas-SEAE jiġi pprovdut b'taħriġ komuni adegwat, waqt li jibni b'mod partikolari fuq il-prattiki u l-istrutturi nazzjonali eżistenti. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu miżuri adatti għal dak l-għan fis-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

imħassar

Or. en

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Artikolu 6 a

Dispożizzjonijiet transizzjonali dwar il-persunal

1. Id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. L-uffiċjali u l-aġenti temporanji li għandhom post f'dipartimenti jew funzjonijiet elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. Dan għandu japplika mutatis mutandis għal persunal b'kuntratt u persunal lokali assenjat lil dawn id-dipartimenti u l-funzjonijiet. SNEs li jaħdmu f'dawk id-dipartimenti jew funzjonijiet ukoll għandhom ikunu trasferiti lis-SEAE bil-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ta' oriġini.

Dawn it-trasferimenti għandhom jibdew jgħoddu mill-1 ta' Lulju 2011.

Bi qbil mar-Regoli tal-Persunal, fil-waqt tat-trasferiment tagħhom lis-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli għandu jassenja kull uffiċjal għal post fil-grupp ta' funzjoni tiegħu li jikkorrispondi għall-grad tiegħu.

2. Il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal għal postijiet trasferiti fis-SEAE li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jibqgħu validi: huma għandhom jitkomplew u jitlestew taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli f'konformità mal-avviżi ta' post vakanti rilevanti u r-regoli applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

Or. en

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha taġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti għat-taqsima tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji korrispondenti. Dawn ir-regoli interni għandhom jistabbilixxu liema mis-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti jiġu ddelegati lis-Segretarju Ġenerali u l-kondizzjonijiet li taħthom is-Segretarju Ġenerali jista' jissottodelega dawn is-setgħat.

1. Id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzanti għas-sezzjoni tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ddelegati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji amministrattivi. L-infiq operattiv għandu jibqa' fis-sezzjoni tal-Kummissjoni tal-baġit.

Or. en

Emenda  54

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Fir-rigward tan-nefqa operattiva li tqum mill-implimentazzjoni tal-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabbiltà, l-Istrument għall-Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Industrijalizzati, id-Diplomazija ta' Komunikazzjoni u Pubblika kif ukoll il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni.

3. Meta jfassal l-estimi tan-nefqa amministrattiva għas-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli se jikkonsulta, rispettivament, lill-Kummissarju għall-Politika tal-Iżvilupp u lill-Kummissarju għall-Politika tal-Viċinat rigward ir-responsabbiltà rispettiva tagħhom.

Or. en

Emenda  55

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3a. Skont l-Artikolu 314 (1) tat-TFUE, is-SEAE għandu jipprepara estimi tan-nefqa tiegħu għas-sena finanzjarja sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawn l-estimi f'abbozz ta' baġit, li jista' jkun fih estimi differenti. Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' baġit kif previst fl-Artikolu 314(2) tat-TFUE.

Or. en

Emenda  56

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3b. Sabiex tiżgura t-trasparenza baġitarja fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-Abbozz ta' Baġit tal-UE, dokument ta' ħidma li juri, b'mod komprensiv, l-infiq kollu marbut mal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Or. en

Emenda  57

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju.

4. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Is-SEAE, f'dan il-kuntest, se jikkoopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta' kwittanza u jipprovdi, kif ikun xieraq, l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz ta' attendenza fil-laqgħat tal-korpi relevanti.

Or. en

Emenda  58

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – titolu

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Programmar

Strumenti u programmazzjoni tal-Azzjoni Esterna

Or. en

Emenda  59

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Fil-qafas tal-ġestjoni tal-programmi esterni ta' kooperazzjoni tal-UE, li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jikkontribwixxu għall-ipprogrammar u ċ-ċiklu ta' ġestjoni għall-istrumenti ġeografiċi u tematiċi li ġejjin, abbażi tal-objettivi tal-politika stabbiliti fl-istrumenti msemmijin:

1. Il-ġestjoni tal-programmi esterni ta' kooperazzjoni tal-UE hija responsabilità tal-Kummissjoni mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni u tas-SEAE fil-programmazzjoni, kif stabbilit fil-paragrafi li ġejjin.

- l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp,

- il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

- l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,

- l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari.

Or. en

Emenda  60

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. F'konformità mal-Artikolu 3, matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmar, ippjanar u implementazzjoni ta' dawn l-istrumenti, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. Il-proposti kollha għal deċiżjoni ser jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura l-koordinament politiku ġenerali tal-azzjoni esterna tal-UE, jiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE b'mod partikolari permezz tal-istrumenti ta' assistenza esterna:

l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari,

- l-Istrument għall-Istabilità, dwar l-assistenza prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-15 ta' Novembru 2006.

Or. en

Emenda  61

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Is-SEAE għandu b'mod partikolari jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin dwar il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta' programmar:

3. B'mod partikolari, is-SEAE għandu jikkontribwixxi għaċ-ċiklu ta' programmazzjoni u ġestjoni għall-istrumenti msemmija, fuq il-bażi tal-objettivi tal-politika stipulati fihom. Huwa għandu jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin rigward il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni:

(i) allokazzjonijiet tal-pajjiż biex jiġi ddeterminat il-pakkett finanzjarju globali għal kull reġjun (soġġett għall-analiżi dettaljata indikattiva tal-perspettivi finanzjarji). F'kull reġjun, ser jiġi riservat proporzjon tal-finanzjament għall-programmi reġjonali;

(ii) dokumenti ta' strateġija għall-pajjiż u reġjonali (CPSs/RSPs);

(ii) dokumenti ta' strateġija għall-pajjiż u reġjonali (CPSs/RSPs);

(iii) programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali (NIPs/RIPs).

(iii) programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali (NIPs/RIPs).

F'konformità mal-Artikolu 3, matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmazzjoni, ippjanar u implementazzjoni ta' dawn l-istrumenti, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3). Il-proposti kollha għal deċiżjoni ser jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

Or. en

Emenda  62

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt is-sorveljanza u l-gwida diretta tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Żvilupp u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

4. Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja konġuntament mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabilità tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Żvilupp u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

Il-programmi tematiċi, ħlief l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u l-parti tal-Istrument għall-Istabbiltà msemmija fis-seba' inċiż tal-paragrafu 2, għandhom jitħejjew mis-Servizz tal-Kummissjoni rilevanti taħt il-gwida tal-Kummissarju responsabbli għall-Iżvilupp u ppreżentati lill-Kulleġġ bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u Kummissarji rilevanti oħra.

Or. en

Emenda  63

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

5. Fir-rigward tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt is-sorveljanza u l-gwida diretta tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Viċinat u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

5. Fir-rigward tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja konġuntament mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabilità tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Viċinat u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

Or. en

Emenda  64

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

5a. Azzjonijiet imwettqa bil-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabbiltà ħlief il-parti msemmija fis-seba' inċiż tal-paragrafu 2, l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati, id-Diplomazija tal-Komunikazzjoni u Pubblika kif ukoll il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali huma r-responsabilità tar-Rappreżentant Għoli/tas-SEAE. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità diretta tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tiegħu ta' Viċi President tal-Kummissjoni1. Id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għal din l-implimentazzjoni għandu jkun fl-istess post bħas-SEAE.

Il-Kummissjoni se tiddikjara li r-Rappreżentant Għoli se jkollu l-awtorità meħtieġa f'dan il-qasam, b'rispett sħiħ tar-Regolament Finanzjarju.

Or. en

Emenda  65

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

6. Għandhom jitħejjew programmi tematiċi mis-Servizz tal-Kummissjoni adatt taħt il-gwida tal-Kummissarju responsabbli għall-Iżvilupp u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kulleġġ bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u Kummissarji rilevanti oħra.

imħassar

Or. en

Emenda  66

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli ta' sigurtà għas-SEAE u tieħu l-miżuri adatti kollha sabiex ikun żgurat li s-SEAE jimmaniġġa b'mod effettiv ir-riskji għall-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni tiegħu, u li jwettaq dmiru fir-responsabbiltajiet tal-kura. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-persunal kollu tas-SEAE, u għall-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus amministrattiv jew l-oriġini tagħhom.

1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu, wara li jikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fid-deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE, jiddeċiedi dwar ir-regoli ta' sigurtà għas-SEAE u jieħu l-miżuri adatti kollha sabiex ikun żgurat li s-SEAE jimmaniġġa b'mod effettiv ir-riskji għall-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni tiegħu, u li jwettaq dmiru fir-responsabbiltajiet tal-kura. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-persunal kollu tas-SEAE, u għall-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus amministrattiv jew l-oriġini tagħhom.

Or. en

Emenda  67

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1a. Sakemm tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:

- rigward il-protezzjoni ta' informazzjoni kklassifikata, is-SEAE għandu japplika d-deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE;

- rigward aspetti oħra ta' sigurtà, is-SEAE għandu japplika d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE.

Or. en

Emenda  68

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex it-trasferimenti msemmijin fl-Artikolu 6(8) jkunu jistgħu jiġu akkumpanjati mit-trasferimenti tal-bini tal-Kunsill u l-Kummissjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-SEAE.

1. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex it-trasferimenti msemmijin fl-Artikolu 6a jkunu jistgħu jiġu akkumpanjati mit-trasferimenti tal-bini tal-Kunsill u l-Kummissjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-SEAE.

Or. en

Emenda  69

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-SEAE fl-2012.

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-SEAE sa mhux iktar tard minn tmiem l-2011. Dan ir-rapport għandu b'mod partikolari jkopri l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 5(3) u (10).

Or. en

Emenda  70

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli, għandu jirrevedi din id-Deċiżjoni fid-dawl tal-esperjenza mhux aktar tard mill-bidu tal-2014, f'konformità mal-Artikolu 27 tat-TUE.

3. Sa nofs l-2013, ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrevedi l-funzjonament u l-organizzazzjoni tas-SEAE, b'mod li jkopri inter alia l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 (7) u (10). Din ir-reviżjoni, għandha, jekk ikun meħtieġ, tkun akkumpanjata minn proposti xierqa għal reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni. F'dan il-każ, il-Kunsill, skont l-Artikolu 27(3) TUE għandu jirrevedi din id-Deċiżjoni fid-dawl tar-reviżjoni mhux aktar tard mill-bidu tal-2014.

Or. en

Emenda  71

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Id-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni finanzjarja u r-reklutaġġ li jmorru lil hinn mir-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament Finanzjarju eżistenti għandhom jipproduċu biss l-effetti legali tagħhom ladarba jiġu adottati l-emendi meħtieġa għar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament Finanzjarju, kif ukoll tal-baġit emendatorju. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni bla xkiel tal-persunal tas-SEAE u sakemm jidħlu fis-seħħ il-modifiki tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-Regolament Finanzjarju meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jiddaħħlu arranġamenti mir-Rappreżentant Għoli, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, u għandhom isiru konsultazzjonijiet mal-Istati Membri.

4. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Id-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni finanzjarja u r-reklutaġġ għandhom jidħlu fis-seħħ ladarba jiġu adottati l-emendi meħtieġa għar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament Finanzjarju, kif ukoll il-baġit emendatorju. Għandhom isiru arranġamenti mir-Rappreżentant Għoli, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, u għandhom isiru konsultazzjonijiet mal-Istati Membri sabiex tkun żgurata transizzjoni bla xkiel.

Or. en

Emenda  72

Proposta għal deċiżjoni

Annex - paragraph 2 - introductory wording (new)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Il-persunal kollu fid-dipartimenti u l-funzjonijiet elenkati hawn taħt għandu jiġu trasferit en bloc għas-SEAE, ħlief għal numru limitat ta' persunal imsemmi hawn taħt bħala eċċezzjoni.

Or. en

Emenda  73

Proposta għal deċiżjoni

Annex - paragraph 2 - subparagraph 1 – indent 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Il-karigi kollha tal-ġerarkija

Il-karigi kollha tal-ġerarkija u l-persunal ta' appoġġ imqabbad direttament magħhom

Or. en

Emenda  74

Proposta għal deċiżjoni

Anness - paragrafu 2 - subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u l-Viċi Kapijiet tad-Delegazzjonijiet kollha

Il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u l-Viċi Kapijiet tad-Delegazzjonijiet kollha u l-persunal ta' appoġġ imqabbad direttament magħhom

Or. en

Emenda  75

Proposta għal deċiżjoni

Anness - paragrafu 2 - subparagrafu 3 – inċiż 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Karigi fil-ġerarkija applikabbli

Karigi fil-ġerarkija applikabbli u l-persunal ta' appoġġ imqabbad direttament magħhom

Or. en

  • [1]  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 401/2004 tat-23 ta' Frar 2004 li jdaħħal, fl-okkażjoni ta' l-adeżjoni ta' Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, miżuri speċjali tempoanji għar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 1).

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (1.7.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
(08029/2010 – C7‑0090/2010 – 2010/0816(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Ivailo Kalfin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni jaqbel mal-pożizzjoni li l-proposta tal-25 ta' Marzu 2010 għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi s-SEAE għandha titqies bħala parti minn pakkett (li jinkludi l-proposta nnifisha, il-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju, il-proposta biex jiġu emendati r-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll baġit emendatorju). Konsegwenza ta' dan, ir-rapporteur għal opinjoni huwa wkoll tal-fehma li n-negozjati jistgħu jibdew biss meta jkunu waslu l-proposti kollha.

Fir-rigward tal-proposta dwar is-SEAE, ir-rapporteur għal opinjoni jaqbel mal-linja ġenerali tal-kumitat ewlieni, b'mod partikolari kif espressa fid-dokument ta' ħidma li qed jiġi kontinwament aġġornat minn Elmar Brok (AFET) u Guy Verhofstadt (AFCO).

Għaldaqstant ir-rapporteur għal opinjoni ressaq emendi korrispondenti fl-oqsma ta' responsabilità tal-kumitat CONT, jiġifieri fir-rigward tal-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-baġit, id-dispożizzjonijiet dwar il-kwittanza kif ukoll il-kwestjonijiet tal-effikaċja tal-infiq.

Minbarra l-appoġġ għal-linja ġenerali tal-kamra, ir-rapporteur għal opinjoni ressaq ukoll emendi iktar speċifiċi fl-oqsma msemmija hawn fuq, b'mod partikolari:

- dispożizzjoni biex il-Kapijiet tad-Delegazzjoni jkunu suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal (bil-jeddijiet u l-obbligi kollha li jiżguraw livell korrispondenti ta' responsabilità),

- dispożizzjoni li tgħid li l-operat tad-delegazzjonijiet għandu jiġi vvalutat mill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli jew mid-deputat tagħha (biex il-proċess ta' valutazzjoni jingħata dimensjoni politika, kif ukoll biex jiġi limitat ir-rwol tas-Segretarju Ġenerali/Direttur Ġenerali).

- dispożizzjoni biex il-Parlament jiġi infurmat dwar id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-beni immobbli (il-politika tal-bini) u, fl-aħħarnett,

- dispożizzjonijiet sabiex id-dokumenti u r-rapporti jiġu ppreżentati mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli lill-Parlament (sabiex jiġi żgurat li jirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-proċedura ta' kwittanza).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(3a) Fil-kontribut tiegħu għal programmi ta' koperazzjoni esterna, is-SEAE għandu jipprova jiżgura li dawn il-programmi jikkorrespondu għall-objettivi tal-azzjoni esterna kif stipulat fl-Artikolu 21 TUE, b'mod partikolari fil-paragrafu (2)(d) tiegħu, u li jkunu jirrispettaw l-objettivi tal-politika tal-iżvilupp tal-UE skont l-Artikolu 208 TFUE. F'dan il-kuntest is-SEAE għandu wkoll jippromwovi l-ilħiq tal-objettivi tal-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp u tal-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7a) Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jaqblu dwar il-modalitajiet marbuta mal-kwistjoni tal-istruzzjonijiet mill-Kummissjoni lid-delegazzjonijiet. Dawn il-modalitajiet għandhom jiddisponu b'mod partikolari li meta toħroġ istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha simultanjament tibgħat kopja ta' dawn l-istruzzjonijiet lill-Kap tad-Delegazzjoni u l-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(8) Sabiex tiġi żgurata l-awtonomija baġitarja meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tas-SEAE, ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jittratta lis-SEAE bħala "istituzzjoni" fit-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju.

(8) Ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jinkludi lis-SEAE fl-ambitu tal-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. Skont ir-regoli applikabbli, u bħalma hu l-każ għal istituzzjonijiet oħra, parti mir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri se jkun dedikat ukoll għas-SEAE, u dan tal-aħħar se jagħti r-rispons għal dawn ir-rapporti. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat-TFUE u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-Parlament Ewropew l-appoġġ kollu meħtieġ biex jippermettilu jeżerċita l-jedd tiegħu bħala awtorità tal-kwittanza. L-implimentazzjoni tal-baġit operattiv għandu tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 317 tat-TFUE. Deċiżjonijiet li jkollhom impatt finanzjarju għandhom b'mod partikolari jirrispettaw ir-responsabilitajiet stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament Finanzjarju, b'mod speċjali fl-Artikolu 75 tiegħu dwar l-operazzjonijiet tal-infiq u l-Artikoli 64 sa 68 dwar l-obbligi tal-atturi finanzjarji.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(8a) It-twaqqif tas-SEAE għandu jkun iggwidat mill-prinċipju tal-infiq effikaċi li jimmira għan-newtralità baġitarja. Għal dan il-fini, se jeħtieġ li jintlaħqu arranġamenti tranżitorji u tisħiħ gradwali tal-kapaċità. Għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-kompiti, tal-funzjonijiet u tar-riżorsi ma' strutturi oħra. Għandhom jittieħdu l-opportunitajiet kollha għar-razzjonalizzazzjoni.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(12) Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fid-dawl tal-esperjenza fil-bidu tal-2014.

(12) Ir-Rappreżentant Għoli għandu, sa nofs l-2013, jespleta reviżjoni tal-funzjonament u l-organizzazzjoni tas-SEAE, u, jekk ikun meħtieġ, jagħmel ukoll proposti għal reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni. Il-miżuri li jirriżultaw minn tali reviżjoni għandhom ikunu adottati mhux iktar tard mill-bidu tal-2014.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni adatti għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni.

4. Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni adatti għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikulari lill-Parlament Ewropew. Is-SEAE jista' wkoll jibbenefika mill-appoġġ u l-koperazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet u korpi, inklużi l-aġenziji, fejn ikun il-każ. Is-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) tal-Kummissjoni għandu jkunu intitolat jivverifika l-baġits operazzjonali kollha kif implimentati mill-Kapijiet ta’ Delegazzjoni. Is-SEAE għandu jagħti kull assistenza lill-IAS f’dan is-sens. Barra minn dan, is-SEAE għandu jikkopera mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) skont ir-Regolament (KE) 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)1. Is-SEAE għandu, b'mod partikolari, jadotta malajr id-deċiżjoni rikjesta mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar termini u kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni. Kif dispost fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, u l-istituzzjonijiet għandhom jagħtu l-appoġġ neċessarju sabiex l-aġenti tal-OLAF ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom.

__________

1 ĠU L 136, 31.5.2009, p. 1.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Huwa għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u għandu jirrappreżenta s-SEAE.

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali eżekuttiv li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Huwa għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jaħtar, skont ir-regoli normali tar-reklutaġġ, Direttur Ġenerali għall-baġit u l-amministrazzjoni li għandu jaħdem taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Id-Direttur Ġenerali għall-baġit u l-amministrazzjoni għandu jirrispondi għar-Rappreżentant Għoli għall-ġestjoni amministrattiva u baġitarja interna tas-SEAE. Id-Direttur Ġenerali għall-baġit u l-amministrazzjoni għandu jsegwi l-istess linji baġitarji u regoli amministrattivi bħal dawk applikabbli taħt it-Taqsima III tal-Intestatura V tal-baġit ġenerali tal-UE.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta' persunal, baġitarji, ta' sigurtà u tas-sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni taħt l-awtorità diretta tas-Segretarju Ġenerali;

- direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta' persunal, baġitarji, ta' sigurtà u tas-sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni li jaħdem fi ħdan il-qafas tal-SEAE ġestit mis-Segretarju Ġenerali eżekuttiv;

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- id-direttorat għall-maniġġar ta' kriżijiet u l-ippjanar, l-ippjanar ċivili u l-kapaċità tat-tmexxija, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta' Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, impoġġija taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà; l-ispeċifiċitajiet ta' dawn l-istrutturi, kif ukoll il-partikularitajiet tal-funzjonijiet tagħhom, ir-reklutaġġ u l-istatus tal-persunal għandhom jiġu rispettati.

- id-direttorat għall-maniġġar ta' kriżijiet u l-ippjanar, l-ippjanar ċivili u l-kapaċità tat-tmexxija, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta' Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, impoġġija taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli, filwaqt li jgħinha fil-ħidma tat-twettiq tal-PESK tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-TUE filwaqt li, skont l-Artikolu 40 tal-istess TUE, jirrispetta l-kompetenzi l-oħra tal-Unjoni.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- Uffiċċju tal-Etika li jirrapporta direttament lis-Segretarju-Ġenerali;

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

F'oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni tista' wkoll tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni.

F'oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni tista' wkoll, bi qbil mal-Artikolu 221(2) tat-TFUE, tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jimplimenta krediti operattivi fir-rigward tal-proġetti tal-UE fil-pajjiż terz korrispondenti, fejn issottodelegat mill-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

4. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jimplimenta krediti operattivi fir-rigward tal-proġetti tal-UE fil-pajjiż terz korrispondenti, fejn issottodelegat mill-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Bl-iskop li tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-UE, il-Kummissjoni tista’ tagħti opinjoni dwar il-kandidati fil-lista ristretta stabbilita għal Kapijiet ta’ Delegazzjoni qabel ma jiġu nnominati mir-Rappreżentant Għoli. Barra minn hekk, sussegwentement għan-nomina, il-Kapijiet ta’ Delegazzjoni għandhom jiffirmaw Karta, proposta mill-Kummissjoni, li timponilhom obbligu vinkolanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għal ġestjoni baġitarja xierqa. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-jedd li f’kull ħin tirtira s-sottodelega tal-poteri li bihom jiġu implimentati l-krediti operazzjonali mill-Kapijiet ta’ Delegazzjoni, u b’hekk ma jiġux eżonerati mir-responsabilitajiet tagħhom fir-rigward tal-perijodu li matulu dawk il-poteri sottodelegati kienu vestiti fihom.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4a. Il-Kummissjoni għandha tipproponi kull miżura neċessarja ħalli tagħti assikurazzjoni sħiħa li s-sottodelega tal-poteri ma tkunx timpedixxi l-proċedura ta’ kwittanza fil-Parlament Ewropew, fejn il-Kummissjoni tkun assumiet responsabilità sħiħa għall-baġit operazzjonali tal-SEAE.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

5. L-operat ta' kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti.

5. L-operat ta' kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali eżekuttiv tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti. Barra l-miżuri interni meħuda mis-SEAE, l-OLAF għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu, partikolarment billi jwettaq miżuri ta’ kontra l-frodi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

6. Il-ħatriet kollha fis-SEAE għandhom ikunu bbażati fuq il-mertu u fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha.

6. Ir-reklutaġġ fis-SEAE għandu jkun ibbażat fuq il-mertu filwaqt li jkun żgurat bilanċ adegwat ġeografiku u tal-ġeneru. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza adegwata ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha. Għandhom jittieħdu miżuri konkreti analogi għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 401/2004 tat-23 ta' Frar 2004 li jdaħħal, fl-okkażjoni tal-adeżjoni ta' Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, miżuri speċjali temporanji għar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej1 biex tiġi żgurata r-rappreżentanza ġeografika adegwata fil-gradi kollha fis-SEAE, kemm fil-Kwartieri Ġenerali kemm fid-Delegazzjonijiet. Dawk il-miżuri għandhom japplikaw għal ċittadini minn Stati Membri sottorappreżentati.

__________

1 OJ L 67, 5. 3.2004, p. 1.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

7. Il-membri kollha tal-persunal tas-SEAE koperti mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi, irrispettivament minn jekk humiex uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aġenti temporanji li ġejjin mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-postijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE.

7. Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u aġenti temporanji mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-postijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-Unjoni fl-implimentazzjoni tar-responsabilitajiet finanzjarji li jirriżultaw minn kwalunkwe responsabilità skont l-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju ta' aġenti temporanji tas-SEAE minn servizzi diplomatiċi nazzjonali.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Artikolu 6a

Dispożizzjonijiet tranżitorji dwar il-persunal

1. Id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. L-uffiċjali u l-aġenti temporanji li għandhom kariga f'dipartimenti jew funzjonijiet elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. Dan għandu japplika mutatis mutandis għal persunal b'kuntratt u dak lokali assenjat lil dawn id-dipartimenti u l-funzjonijiet. SNEs li jaħdmu f'dawk id-dipartimenti jew funzjonijiet ukoll għandhom ikunu trasferiti lis-SEAE bil-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ta' oriġini.

Dawn it-trasferimenti għandhom jibdew jgħoddu mill-1 ta' Lulju 2011.

Skont it-termini tar-Regoli tal-Persunal, milli jsir it-trasferiment tagħhom mas-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli għandu jassenja kariga lil kull uffiċjal fil-grupp ta' funzjoni tiegħu li jikkorrispondi għall-grad tiegħu.

2. Il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal għal postijiet trasferiti fis-SEAE li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jibqgħu validi: Tali proċeduri għandhom jitkomplew u jitlestew taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli f'konformità mal-avviżi ta' karigi vakanti rilevanti u r-regoli applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha taġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti għat-taqsima tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji korrispondenti. Dawn ir-regoli interni għandhom jistabbilixxu liema mis-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti jiġu ddelegati lis-Segretarju Ġenerali u l-kondizzjonijiet li taħthom is-Segretarju Ġenerali jista' jissottodelega dawn is-setgħat.

1. Id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzanti għas-sezzjoni tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ddelegati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji amministrattivi korrispondenti. L-infiq operazzjonali għandu jibqa' fis-sezzjoni tal-Kummissjoni tal-baġit.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1a. Il-baġit tas-SEAE għandu jkun is-suġġett ta' proċedura ta' kwittanza mill-Parlament Ewropew.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Fir-rigward tan-nefqa operattiva li tqum mill-implimentazzjoni tal-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabbiltà, l-Istrument għall-Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Industrijalizzati, id-Diplomazija ta' Komunikazzjoni u Pubblika kif ukoll il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni.

3. Meta jitfasslu l-estimi tal-infiq amministrattiv għas-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli għandu jikkonsulta ma', rispettivament, il-Kummissarju għall-Politika tal-Iżvilupp u l-Kummissarju għall-Politika tal-Viċinat dwar kwistjonijiet fi ħdan l-oqsma ta' responsabilità rispettivi tagħhom.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3a. Skont l-Artikolu 314 (1) tat-TFUE, is-SEAE għandu jipprepara estimi tan-nefqa tiegħu għas-sena finanzjarja sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawk l-estimi f'abbozz ta' baġit, li jista' jkun fih estimi differenti. Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' baġit kif jiddisponi l-Artikolu 314(2) tat-TFUE.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3b. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza baġitarja fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-abbozz tal-baġit tal-UE, dokument ta' ħidma li jippreżenta, b'mod komprensiv, l-infiq kollu relatat mal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

B’mod partikolari dak id-dokument għandu jkun fih:

– l-organigramma tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu jindikaw il-grad u l-kategorija inklużi l-aġenti kuntrattwali u dawk lokali,

– preżentazzjoni linja b'linja tal-infiq marbut mal-azzjoni esterna tal-Unjoni għal kull pajjiż u kull missjoni.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju.

4. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat-TFUE u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Is-SEAE għandu, f'dan il-kuntest, jikkopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta' kwittanza u għandu jipprovdi, kif xieraq, l-informazzjoni addizzjonali kollha li tista' tkun meħtieġa, anke permezz ta' attendenza fil-laqgħat tal-korpi relevanti.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

5a. Azzjonijiet meħuda skont il-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabbiltà ħlief il-parti li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 1, l-Istrument għall-Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Industrijalizzati, il-Komunikazzjoni u d-Diplomazija Pubblika u l-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli/SEAE. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità diretta tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tiegħu ta' Viċi President tal-Kummissjoni. Id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għal din l-implimentazzjoni għandu jkun fl-istess sit bħas-SEAE.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Il-kondizzjonijiet li taħthom il-proprjetà immobbli ssir disponibbli għall-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE u għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu deċiżi konġuntament mar-Rappreżentant Għoli u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, kif adatt.

2. Il-kondizzjonijiet li taħthom il-proprjetà immobbli ssir disponibbli għall-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE u għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu deċiżi konġuntament mar-Rappreżentant Għoli u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, kif adatt. Kull sena għandha tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-SEAE fl-2012.

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tas-SEAE sa mhux iktar tard minn tmiem l-2011. Dan ir-rapport għandu b'mod partikolari jkopri l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5(3) u (10) u tal-Artikolu 8.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

1.7.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Bart Staes, Georgios Stavrakakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Christofer Fjellner, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elmar Brok, Sabine Verheyen

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (5.7.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
(08029/2010 – C7‑0090/2010 – 2010/0816(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Guy Verhofstadt(*)       Kumitat assoċjat – l-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(1) L-għan ta' din id-Deċiżjoni hu li jistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ("SEAE"), korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, stabbilit bl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE"), kif emendat bit-Trattat ta' Lisbona.

(1) L-għan ta' din id-Deċiżjoni hu li jistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ("SEAE"), korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, stabbilit bl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE"), kif emendat bit-Trattat ta' Lisbona. Din id-Deċiżjoni u b'mod partikolari r-referenza għat-terminu "Rappreżentant Għoli" għandhom ikunu interpretati skont il-funzjonijiet differenti tiegħu skont l-Artikolu 18 tat-Trattat UE.

(Emenda orizzontali: din il-bidla tapplika matul it-test sħiħ. L-adozzjoni tagħha sejra tinneċessita bidliet korrispondenti fit-test kollu)

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(3) Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE. Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta' President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-SEAE ser jappoġġa wkoll ir-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni, għar-responsabbiltajiet tagħha fil-Kummissjoni għal-responsabbiltajiet inkombenti għal din tal-aħħar fir-relazzjonijiet esterni u fil-koordinazzjoni ta' aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni.

(3) Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli, li hija wkoll Viċi President tal-Kummissjoni u l-President tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin, fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE kif deskritt, partikolarment, fl-Artikoli 18 u 27 tat-Trattat UE. Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta' President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-SEAE ser jappoġġa wkoll ir-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni, għar-responsabbiltajiet tagħha fil-Kummissjoni għal-responsabbiltajiet inkombenti għal din tal-aħħar fir-relazzjonijiet esterni u fil-koordinazzjoni ta' aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(3a) Fil-kontribut tiegħu għall-programmi ta' kooperazzjoni esterna tal-UE, Is-SEAE għandu jfittex jiżgura li dawn il-programmi jagħtu risposta għall-objettivi għall-azzjoni esterna kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat UE, b'mod partikolari l-paragrafu 2(d) tiegħu u li jirrispettaw l-objettivi tal-politika ta' żvilupp tal-UE f'konformità mal-Artikolu 208 TFUE. F'dan il-kuntest, is-SEAE għandu wkoll jippromwovi l-ilħiq tal-abjettivi tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-Kunsesn Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(5) Il-Parlament Ewropew ser ikollu rwol sħiħ fl-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż il-funzjonijiet tiegħu ta' kontroll politiku kif previst fl-Artikolu 14(1) tat-TUE, kif ukoll fi kwistjonijiet leġislattivi u baġitarji kif stipulati fit-Trattati. Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE, ir-Rappreżentant Għoli ser jikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK u ser jiżgura li l-fehmiet tal-Parlament Ewropew jiġu kkunsidrati kif dovut. Is-SEAE ser jassisti lir-Rappreżentant Għoli f'dan ir-rigward.

(5) Il-Parlament Ewropew ser ikollu rwol sħiħ fl-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż il-funzjonijiet tiegħu ta' kontroll politiku kif previst fl-Artikolu 14(1) tat-TUE, kif ukoll fi kwistjonijiet leġislattivi u baġitarji kif stipulati fit-Trattati. Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE, ir-Rappreżentant Għoli ser jikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK u ser jiżgura li l-fehmiet tal-Parlament Ewropew jiġu kkunsidrati kif dovut. Is-SEAE ser jassisti lir-Rappreżentant Għoli f'dan ir-rigward. Għandhom isisru arranġamenti speċifiċi rigward l-aċċess tal-Membri tal-Parlament Ewropew għad-dokumenti klassifikati u għall-informazzjoni fil-qasam tal-PESK. Sa ma jiġu adottati tali arranġamenti, id-dispożizzjonijiet eżistenti skont il-Ftehim Interistituzzjonali tal-2002 dwar id-dokumenti klassifikati u l-informazzjoni fil-qasam tal-PESK għandhom japplikaw.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7) Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati mal-persunal tas-SEAE u r-reklutaġġ tagħhom. Għal kwistjonijiet relatati mal-persunal tiegħu, is-SEAE għandu jiġi ttrattat bħala istituzzjoni fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal. F'konformità mal-Artikolu 27(3) tat-TUE, is-SEAE għandu jkun magħmul minn uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Ir-Rappreżentant Għoli ser ikun l-Awtorità li Taħtar, fir-rigward kemm ta' uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("Regolamenti tal-Persunal") u aġenti soġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra. Ir-Rappreżentant Għoli ser ikollha wkoll awtorità fuq l-Esperti Nazzjonali Sekondati ("SNEs") fil-post fis-SEAE. In-numru ta' uffiċjali u aġenti oħra għandu jiġi deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u ser ikun rifless fil-pjan ta' stabbiliment.

(7) Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati mal-persunal tas-SEAE u r-reklutaġġ tagħhom fejn tali dispożizzjonijiet ikunu neċessarji għall-istabbiliment tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE. B'mod parallel, għandhom isiru l-emendi meħtieġa, skont l-Artikolu 336 tat-TFUE, għar-Regolamenti takl-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("ir-Regolamenti tal-Persunal") u għall-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra ta' dawn il-Komunitajiet ("CEOS") bla preġudizzju għall-Artikolu 298 tat-TFUE.. Għal kwistjonijiet relatati mal-persunal tiegħu, is-SEAE għandu jiġi ttrattat bħala istituzzjoni fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-Rappreżentant Għoli ser ikun l-Awtorità li Taħtar, fir-rigward kemm ta' uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("Regolamenti tal-Persunal") u aġenti soġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra. In-numru ta' uffiċjali u aġenti oħra għandu jiġi deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u ser ikun rifless fil-pjan ta' stabbiliment.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7a) Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jimxu bl-interessi tal-Unjoni biss quddiem għajnejhom.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 b (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7b) Ir-reklutaġġ se jkun ibbażat biss fuq il-mertu filwaqt li jiżgura bilanċ adegwat ġeografiku u tal-ġeneru. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha. Ir-reviżjoni prevista għall-2013 għandha wkoll tkopri din il-kwistjoni, inklużi, skont kif ikun f'loku, suġġerimenti għal miżuri speċifiċi addizzjonali għall-korrezzjoni ta' żbilanċi possibbli.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 c (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7c) F'konformità mal-Artikolu 27(3) tat-TUE, is-SEAE għandu jkun magħmul minn uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Għal dak il-għan, id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni sejrin ikunu ttrasferiti lis-SEAE, flimkien mal-uffiċjali u l-aġenti temporanji li jokkupaw kariga f'tali dipartimenti u funzjonijiet. Qabel l-1 ta' Lulju 2013, is-SEAE sejjer jirrekluta esklussivament uffiċjali li joriġinaw mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal ġej mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Wara dik id-data, l-uffiċjali kollha u l-impjegati l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu eliġibbli biex japplikaw għal karigi battala fis-SEAE.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 d (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7d) Is-SEAE jista', f'każijiet speċifiċi, jirrikorri għal esperti nazzjanli ssekondati (SNEs), li r-Rappreżentant Għoli jkollu l-awtorità fuqhom. L-Esperti Nazzjonali Ssekondati fil-kariga fis-SEAE ma jingħaddux fost it-terz li għandu jirrappreżenta l-persunal mill-Istati Membri meta s-SEAE jilħaq l-għadd sħiħ tal-persunal tiegħu. It-trasferiment tagħhom waqt il-fażi tal-istabbiliment tas-SEAE mhuweix se jkun awtomatiku u se jsir bil-qbil tal-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-oriġini. Sa tmiem l-iskadenza tal-kuntratt ta' SNE trasferit għas-SEAE skont l-Artikolu 6 a, il-funzjoni sejra tiġi kkonvertita f'kariga ta' aġent temporanju meta l-funzjoni moqdija mill-SNE tikkorrispondi għal funzjoni normalment moqdija minn persunal fil-livell AD, sakemm il-kariga neċessarja tkun disponibbli skont il-pjan tal-istabbiliment.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 e (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7e) Il-Kummissjoni u s-SEAE sejrin jaqblu dwar modalitajiet rigward il-ħruġ ta' istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet mill-Kummissjoni. B'mod partikolari dawn għandhom jipprevedu li meta l-Kummissjoni toħroġ istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, fl-istess waqt tipprovdi kopja ta' dawn lill-Kap tad-Delegazzjoni u lill-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(8) Sabiex tiġi żgurata l-awtonomija baġitarja meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tas-SEAE, ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jittratta lis-SEAE bħala "istituzzjoni" fit-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju.

(8) Ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jinkludi lis-SEAE fl-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. F'konformità mar-regoli applikabbli, u bħalma hu l-każ għall-istituzzjonijiet l-oħrajn, parti mir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandu jkun iddedikat ukoll għas-SEAE u s-SEAE għandu jirreaġixxi għal dawn ir-rapporti. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli se tipprovdi lill-Parlament Ewropew bl-appoġġ kollu meħtieġ biex il-Parlament Ewropew iwettaq id-dritt tiegħu bħala awtorità tal-kwittanza. L-implimentazzjoni tal-baġit operattiv se tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 317 tat-TFUE. Deċiżjonijiet li jkollhom impatt finanzjarju għandhom b'mod partikolari jirrispettaw ir-responsabilitajiet stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament Finanzjarju, b'mod speċjali fl-Artikolu 75 dwar l-operazzjonijiet tal-infiq u l-Artikoli 64 sa 68 dwar l-obbligi tal-atturi finanzjarji.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(8a) L-istabbiliment tas-SEAE għandu jsir skont il-prinċipju ta' effiċjenza fl-infiq bl-għan tan-newtralità baġitarja. Għal dan il-għan, iridu jintużaw arranġamenti transizzjonali u l-bini gradwali tal-kapaċità. Għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-kompiti, tal-funzjonijiet u tar-riżorsi ma' strutturi oħra. Għandhom jittieħdu l-opportunitajiet kollha għar-razzjonalizzazzjoni.

Barra minn hekk, se jkun meħtieġ numru ta' postijiet addizzjonali għall-aġenti temporanji tal-Istati Membri li jridu jiġu ffinanzjati ġewwa l-qafas multiannwali kurrenti.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(12) Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fid-dawl tal-esperjenza fil-bidu tal-2014.

(12) Ir-Rappreżentant Għoli għandu, sa nofs l-2013, jirrevedi l-funzjonament u l-organizzazzjoni tas-SEAE, u, jekk ikun meħtieġ, jagħmel ukoll proposti għal reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni. Reviżjoni bħal din għandha tkun adottata mhux iktar tard mill-bidu tal-2014.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli:

1. Is-SEAE għandu jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandati tiegħu kif deskritt, b'mod partikolari, fl-Artikoli 18 u 27 tat-TUE:

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE;

- fit-twettiq tal-mandat tiegħu biex imexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni ("PSDK"), biex jikkontribwixxi permezz tal-proposti tiegħu għall-iżvilupp ta' dik il-politika, li hu għandu jwettaq skont il-mandat tal-Kunsill u biex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE;

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Is-SEAE għandu jassisti lill-President tal-Kummissjoni, lill-Kummissjoni u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

2. Is-SEAE għandu jassisti lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni u lill-Kummissjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jaħdem f'kooperazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn il-politiki u l-politiki l-oħra tagħha.

1. Is-SEAE għandu jappoġġa u jaħdem f'kooperazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri kif ukoll mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn il-politiki u l-politiki l-oħra tagħha.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Is-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-kwistjionijiet kollha relatati mal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Is-SEAE għandu jieħu sehem fil-ħidma u l-proċeduri preparatorji relatati mal-atti li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni f'dan il-qasam. Dan il-paragrafu għandu jiġi implimentat f'konformità mal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-TUE, u mal-Artikolu 205 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE").

2. Is-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-azzjoni esterna tal-Unjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom ħlief dwar kwistjonijiet koperti mill-PSDK. Is-SEAE għandu jieħu sehem fil-ħidma u l-proċeduri preparatorji relatati mal-atti li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni f'dan il-qasam. Dan il-paragrafu għandu jiġi implimentat f'konformità mal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-TUE, u mal-Artikolu 205 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE").

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni adatti għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni.

4. Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni adatti għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikulari lill-Parlament Ewropew. Is-SEAE jista' wkoll jibbenefika mill-appoġġ u l-kooperazzjoni ta' dawn l-istituzzjonijiet u l-korpi, inklużi l-aġenziji fejn ikun il-każ. L-awditur intern tas-SEAE se jikkoopera mal-awditur intern tal-Kummissjoni biex jiżgura l-konsistenza tal-politika ta' verifika, b'referenza partikolari għar-responsabilità tal-Kummissjoni għan-nefqa operattiva. Barra minn hekk, is-SEAE għandu jikkoopera mal-uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999. B'mod partikolari, huwa għandu b'ħeffa jadotta d-deċiżjoni rikjesta minn dan ir-Regolament dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni. Kif provdut f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, u l-istituzzjonijiet għandhom jagħtu l-appoġġ neċessarju sabiex l-aġenti tal-OLAF ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Huwa għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u għandu jirrappreżenta s-SEAE.

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali eżekuttiv li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Huwa għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiġi assistit minn żewġ Viċi Segretarji Ġenerali.

2. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jiġi assistit minn żewġ Viċi Segretarji Ġenerali.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – test introduttorju

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. L-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE għandha tiġi organizzata fid-direttorati ġenerali. Dawn għandhom jinkludu:

3. L-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE għandha tiġi organizzata fid-direttorati ġenerali. Dawn għandhom jinkludu b'mod partikulari:

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta' persunal, baġitarji, ta' sigurtà u tas-sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni taħt l-awtorità diretta tas-Segretarju Ġenerali;

- direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta' persunal, baġitarji, ta' sigurtà u tas-sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni li jaħdem fil-qafas tas-SEAE mmexxi mis-Segretarju Ġenerali eżekuttiv; Ir-Rappreżentant Għoli għandha taħtar, skont ir-regoli normali tar-reklutaġġ, Direttur Ġenerali għall-baġit u l-amministrazzjoni li għandu jaħdem taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Hu għandu jirrispondi għar-Rappreżentant Għoli għall-ġestjoni amministrattiva u baġitarja interna tas-SEAE. Huwa għandu jsegwi l-istess linji tal-baġit u regoli amministrattivi applikabbli fil-parti tat-Taqsima III tal-baġit tal-UE li taqa' taħt l-Intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali;

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- id-direttorat għall-maniġġar ta' kriżijiet u l-ippjanar, l-ippjanar ċivili u l-kapaċità tat-tmexxija, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta' Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, impoġġija taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà; l-ispeċifiċitajiet ta' dawn l-istrutturi, kif ukoll il-partikularitajiet tal-funzjonijiet tagħhom, ir-reklutaġġ u l-istatus tal-persunal għandhom jiġu rispettati.

- id-direttorat għall-ġestjoni ta' kriżijiet u l-ippjanar, l-ippjanar ċivili u l-kapaċità tat-tmexxija, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta' Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, impoġġija taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli, għandhom jgħinuh fil-kompitu tat-twettiq tal-PESK tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat waqt li jirrispettaw, skont l-Artikolu 40 tat-TUE, il-kompetenzi l-oħra tal-Unjoni.

L-ispeċifiċitajiet ta' dawn l-istrutturi, kif ukoll il-partikularitajiet tal-funzjonijiet tagħhom, ir-reklutaġġ u l-istatus tal-persunal għandhom jiġu rispettati.

Għandha tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa bejn l-istrutturi kollha tas-SEAE.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – inċiż 1 (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- dipartiment għat-tfassil tal-politika strateġika;

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- dipartiment legali taħt l-awtorità amministrattiva diretta tas-Segretarju Ġenerali li għandu jaħdem mill-qrib mas-Servizzi Legali tal-Kunsill u l-Kummissjoni;

- dipartiment legali taħt l-awtorità amministrattiva eżekuttiva tas-Segretarju Ġenerali li għandu jaħdem mill-qrib mas-Servizzi Legali tal-Kunsill u l-Kummissjoni;

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Ir-Rappreżentant Għoli għandha jaħtar minn fost il-membri tal-persunal tas-SEAE l-presidenti tal-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, inkluż il-president tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà.

4. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jaħtar il-presidenti tal-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, inkluż il-president tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, skont il-modalitajiet stabbiliti fl-Anness II tad-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-1 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (2009/908/EU)1.

1 ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Id-deċiżjoni biex tinfetaħ delegazzjoni għandha tiġi adottata mir-Rappreżentant Għoli, wara konsultazzjoni mal-Kunsill u l-Kummissjoni. Id-deċiżjoni biex tingħalaq delegazzjoni għandha tiġi adottata mir-Rappreżentant Għoli, bi qbil mal-Kunsill u l-Kummissjoni.

1. Id-deċiżjoni biex tingħalaq jew tinfetaħ delegazzjoni għandha tiġi adottata mir-Rappreżentant Għoli, bi qbil mal-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Kull delegazzjoni tal-Unjoni għandha titmexxa minn Kap tad-Delegazzjoni.

2. Kull delegazzjoni tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt l-awtorità ta' Kap tad-Delegazzjoni.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

F'oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni tista' wkoll tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni.

F'oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni tista', skont l-Artikolu 221(2) TFUE, ukoll tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

5. L-operat ta' kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti.

5. L-operat ta' kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti. Minbarra l-miżuri interni tas-SEAE, l-OLAF għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu, b'mod partikulari billi jieħu miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

7. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jaqdu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE l-oħrajn, b'mod partikolari l-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew, fil-kuntatti uffiċjali tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-pajjiżi terzi li għalihom huma akkreditati.

7. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jaqdu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE l-oħrajn, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, fil-kuntatti tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-pajjiżi terzi li għalihom id-delegazzjonijiet huma akkreditati.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

8. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jirrappreżenta lill-UE fil-pajjiż fejn tinsab id-delegazzjoni, b'mod partikolari għall-konklużjoni tal-kuntratti u billi jkun parti għall-proċedimenti legali.

8. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jirrappreżenta lill-UE fil-pajjiż fejn id-delegazzjoni hija akkreditata, b'mod partikolari għall-konklużjoni tal-kuntratti u billi jkun parti għall-proċedimenti legali.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

9. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Huma għandhom, fuq bażi reċiproka, jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha.

9. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib u jaqsmu l-informazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 10

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

10. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li, fuq talba mill-Istati Membri, jappoġġaw lill-Istati Membri fir-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom u fir-rwol tagħhom li jipprovdu protezzjoni konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni f'pajjiżi terzi.

10. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom, skont l-Artikolu 35 subparagrafu 3 tat-Trattat UE u fuq talba mill-Istati Membri, jappoġġaw lill-Istati Membri fir-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom u fir-rwol tagħhom li jipprovdu protezzjoni konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni f'pajjiżi terzi.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

-1. Id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu, minbarra l-paragrafu 2, għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("Regolamenti tal-Persunal") u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ta' dawk il-Komunitajiet ("CEOS"), inklużi l-emendi li saru għal dawn ir-regoli, skont l-Artikolu 336 tat-TFUE, sabiex jiġu adattati għall-ħtiġijiet tas-SEAE.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jinkludi:

1. Is-SEAE uffiċjali aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, inklużi membri tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri maħturin bħala aġenti temporanji1;

(a) uffiċjali aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, inklużi membri tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri maħturin bħala aġenti temporanji;

Ir-Regolamenti tal-Persunal u s-CEOS għandhom japplikaw għal dan il-persunal.

(b) jekk meħtieġ, u fuq bażi temporanja, esperti nazzjonali sekondati speċjalizzati (SNEs).

1 Artikolu 98(1), it-tieni paragrafu tar-Regoli tal-Persunal għandu jgħid hekk: "Mill-1 ta' Lulju 2013, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tqis ukoll l-applikazzjonijiet ta' uffiċjali minn istituzzjonijiet oħra mingħajr ma tagħti prijorità lill-ebda waħda minn dawn il-kategoriji."

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1a. Jekk ikun meħtieġ, is-SEAE jista', f'każijiet speċifiċi, jirrikorri għal numru limitat ta' esperti nazzjonali sekondati (SNEs) speċjalizzati.

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jadotta r-regoli, ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta' Diċembru 20071, li skontha l-SNEs jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-SEAE sabiex jipprovdu għarfien speċjalizzat.

1 ĠU L 327, 13 ta' Diċembru 2007, paġna 10.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(1), it-tielet subparagrafu, 2(2) u 5(3), huma m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda Gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mis-SEAE jew kwalunkwe korp jew persuna oħra ħlief ir-Rappreżentant Għoli.

2. Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(1), it-tielet inċiż, 2(2) u 5(3), huma m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda Gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mis-SEAE jew kwalunkwe korp jew persuna oħra ħlief ir-Rappreżentant Għoli.. Bi qbil mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tas-SEAE ma jistax jaċċetta ħlasijiet ta' kwalunkwe tip minn sors ieħor ħlief is-SEAE.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati konġuntament mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tas-SEAE msemmi fil-paragrafu 1, subparagrafu (a).

imħassar

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tadotta r-regoli, ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE tal-5 ta' Diċembru 2007, li skontha l-SNEs jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-SEAE sabiex jipprovdu ħiliet speċjalizzati.

imħassar

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

6. Il-ħatriet kollha fis-SEAE għandhom ikunu bbażati fuq il-mertu u fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha.

6. Ir-reklutaġġ fis-SEAE għandu jkun ibbażat fuq il-mertu filwaqt li jiżgura bilanċ adegwat ġeografiku u tal-ġeneru. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

7. Il-membri kollha tal-persunal tas-SEAE koperti mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi, irrispettivament minn jekk humiex uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aġenti temporanji li ġejjin mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-postijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE.

7. Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u aġenti temporanji mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-postijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-Unjoni fl-implimentazzjoni tar-responsabilitajiet finanzjarji li jirriżultaw minn kwalunkwe responsabilità skont l-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju ta' aġenti temporanji tas-SEAE minn servizzi diplomatiċi nazzjonali.

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

8. Id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. L-uffiċjali u l-aġenti temporanji li għandhom post f' dipartimenti jew funzjonijiet elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. Dan għandu japplika ukoll għal membri tal-persunal b'kuntratt u dawk lokali assenjati lil dawn id-dipartimenti u l-funzjonijiet. L-SNEs li jaħdmu f'dawk id-dipartimenti jew funzjonijiet għandhom ukoll jiġu trasferiti lis-SEAE.

imħassar

Dawn it-trasferiment għandom isiru effettivi fil-jum tal-adozzjoni tal-Baġit emendatorju tal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-postijiet u l-approprjazzjonijiet korrispondenti fis-SEAE.

Mat-trasferiment tagħhom lis-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli għandha tassenja kull uffiċjal għal post fil-grupp ta' funzjoni tiegħu li jikkorrispodi għall-grad tiegħu.

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 9

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

9. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi l-proċeduri tal-għażla għall-persunal tas-SEAE, li għandhom ikunu bbażata fuq il-mertu u fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, b'kont dovut għall-bilanċ bejn is-sessi.

9. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jistabbilixxi l-proċeduri tal-għażla għall-persunal tas-SEAE, li għandha ssir permezz ta' proċedura trasparenti bbażata fuq il-mertu bl-għan li tikseb is-servizzi ta' persunal tal-ogħla livell ta' kapaċità, effiċjenza u integrità waqt li tiżgura bilanċ ġeografiku xieraq, ħtieġa ta' preżenza sinifikattiva ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha tal-UE fis-SEAE u bil-għan ta' bilanċ bejn is-sessi. Rappreżentanti tal-Istati Membri, tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandhom ikunu involuti fil-proċedura ta' reklutaġġ għall-postijiet vakanti fis-SEAE1.

1 Ara l-abbozz ta' dikjarazzjoni dwar il-proċedura tal-ħatra fit-tmiem.

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 9 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

9a. Meta s-SEAE jkun laħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu, il-persunal mill-Istati Membri, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandu jirrappreżenta mill-inqas terz tal-persunal kollu tas-SEAE fil-livell AD. Bl-istess mod, l-uffiċjali permanenti tal-UE għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 60% tal-persunal kollu tas-SEAE, inklużi l-membri tal-persunal li jkunu ġejjin mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri li jkunu saru uffiċjali permanenti tal-UE, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal. Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-okkupazzjoni tal-karigi fis-SEAE.

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 9 b (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

9b. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jistabbilixxi r-regoli dwar il-mobilità sabiex ikun żgurat li l-membri tal-persunal tas-SEAE jkunu soġġetti għal livell għoli ta' mobilità. Għandhom japplikaw modalitajiet speċifiċi għall-persunal imsemmi fl-Artikolu 4(3), it-tielet inċiż. Fil-prinċipju, il-persunal tas-SEAE kollu għandu perjodikament iservi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi regoli għal dak l-għan.

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 10

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

10. Il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal għal postijiet trasferiti fis-SEAE li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jibqgħu validi: huma għandhom jitkomplew u jitlestew taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli f'konformità mal-avviżi ta' post vakanti rilevanti u r-regoli applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

10. F'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-uffiċjali tiegħu li saru aġenti temporanji fis-SEAE b'garanzija ta' riintegrazzjoni immedjata fl-aħħar tal-perjodu ta' servizz tagħhom mas-SEAE. Dan il-perjodu ta' servizz, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50b tas-CEOS, ma għandux jaqbeż tmien snin, sakemm, ma jkunx estiż għal perjodu massimu ta' sentejn f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fl-interess tas-servizz1.

Matul l-istabbiliment tas-SEAE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu involuti fil-proċedura ta' reklutaġġ għall-postijiet vakanti fis-SEAE.

L-uffiċjali tal-UE li jservu fis-SEAE għandu jkollhom id-dritt li japplikaw għal postijiet fl-istituzzjoni tal-oriġini tagħhom taħt l-istess kondizzjonijiet bħal applikanti interni.

Il-persunal tal-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE għandu jkun magħmul minn uffiċjali u aġenti oħra minn, rispettivament, dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll persunal sekondat minn servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri.

Meta s-SEAE jkun laħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu, il-persunal mill-Istati Membri għandu jirrappreżenta tal-inqas terz tal-persunal tas-SEAE kollu fil-livell AD. Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-okkupazzjoni ta' postijiet fis-SEAE.

1L-Artikolu 50b(2) tas-CEOS se jgħid hekk: “2. Għandhom ikunu impjegati għal perjodu massimu ta' erba' snin. Il-kuntratti jistgħu jiġġeddu għall-perjodu massimu ta' erba' snin. B'kollox, l-impjieg tagħhom ma għandux jaqbeż it-tmien snin. Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fl-interess tas-servizz, fi tmiem it-tminn sena, il-kuntratt jista' jiġi estiż għal perjodu massimu ta' sentejn. Tiġdid jew estensjoni għandhom jingħataw bil-kundizzjoni li s-sekondar mis-servizz diplomatiku nazzjonali jkun estiż għall-perjodu tat-tiġdid."

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 11

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

11. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi r-regoli dwar il-mobbiltà sabiex ikun żgurat li l-membri tal-persunal tas-SEAE jkunu soġġetti għal grad suffiċjenti ta' mobbiltà. Modalitajiet speċifiċi għandhom japplikaw għall-persunal imsemmi fl-Artikolu 4 (3), it-tielet inċiż. Fil-prinċipju, il-persunal tas-SEAE kollu għandu perjodikament iservi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi regoli għal dak l-għan.

11. Għandhom jittieħdu passi sabiex il-persunal tas-SEAE jiġi pprovdut b'taħriġ komuni adegwat, li jibni b'mod partikolari fuq il-prattiki u l-istrutturi nazzjonali u tal-UE eżistenti. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu miżuri adatti għal dak l-għan matul is-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda  50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 12

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

12. F'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-uffiċjali tiegħu li saru aġenti temporanji fis-SEAE b'garanzija ta' rintegrazzjoni immedjata fl-aħħar tal-perjodu ta' sekondar tagħhom mas-SEAE. Wara li jiġi sekondat darbtejn wara xulxin, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li jestendi din il-garanzija f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tiegħu. L-uffiċjali tal-UE li jservu fis-SEAE għandu jkollhom id-dritt li japplikaw għal postijiet fl-istituzzjoni tal-oriġini tagħhom taħt l-istess kondizzjonijiet bħal applikanti interni.

imħassar

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 13

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

13. Għandhom jittieħdu passi sabiex il-persunal tas-SEAE jiġi pprovdut b'taħriġ komuni adegwat, waqt li jibni b'mod partikolari fuq il-prattiki u l-istrutturi nazzjonali eżistenti. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu miżuri adatti għal dak l-għan fis-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

imħassar

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Artikolu 6 a

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar il-persunal

1. Id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. L-uffiċjali u l-aġenti temporanji li għandhom post f' dipartimenti jew funzjonijiet elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. Dan għandu japplika mutatis mutandis għal persunal b'kuntratt u persunal lokali assenjat lil dawn id-dipartimenti u l-funzjonijiet. SNEs li jaħdmu f'dawk id-dipartimenti jew funzjonijiet ukoll għandhom ikunu trasferiti lis-SEAE bil-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ta' oriġini.

Dawk it-trasferimenti għandhom jibdew jgħoddu mill-1 ta' Lulju 2011.

Bi qbil mar-Regoli tal-Persunal, fil-waqt tat-trasferiment tagħhom lis-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli għandu jassenja kull uffiċjal għal post fil-grupp ta' funzjoni tiegħu li jikkorrispodi għall-grad tiegħu.

2. Il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal għal postijiet trasferiti fis-SEAE li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jibqgħu validi: għandhom isiru u jkunu kkompletati taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli f'konformità mal-avviżi ta' post vakanti rilevanti u r-regoli applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha taġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti għat-taqsima tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji korrispondenti. Dawn ir-regoli interni għandhom jistabbilixxu liema mis-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti jiġu ddelegati lis-Segretarju Ġenerali u l-kondizzjonijiet li taħthom is-Segretarju Ġenerali jista' jissottodelega dawn is-setgħat.

1. Id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzanti għas-sezzjoni tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ddelegati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji amministrattivi. L-infiq operattiv għandu jibqa' fis-sezzjoni tal-Kummissjoni tal-baġit.

Emenda  54

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Fir-rigward tan-nefqa operattiva li tqum mill-implimentazzjoni tal-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabbiltà, l-Istrument għall-Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Industrijalizzati, id-Diplomazija ta' Komunikazzjoni u Pubblika kif ukoll il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni.

3. Meta tfassal l-estimi tan-nefqa amministrattiva għas-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli se jikkonsulta, rispettivament, lill-Kummissarju għall-Politika tal-Iżvilupp u lill-Kummissarju għall-Politika tal-Viċinat rigward ir-responsabbiltà rispettiva tagħhom.

Emenda  55

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3a. Skont l-Artikolu 314(1) tat-TFUE, is-SEAE għandu jfassal estimi tal-infiq tiegħu għas-sena finanzjarja li jkun imiss. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawn l-estimi f'abbozz ta' baġit, li jista' jkun fih estimi differenti. Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' baġit kif previst fl-Artikolu 314(2) tat-TFUE.

Emenda  56

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3b. Sabiex tiżgura t-trasparenza baġitarja fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-Abbozz ta' Baġit tal-UE, dokument ta' ħidma li juri, b'mod komprensiv, l-infiq kollu marbut mal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Emenda  57

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju.

4. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Is-SEAE, f'dan il-kuntest, se jikkoopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta' kwittanza u jipprovdi, kif ikun xieraq, l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz ta' attendenza fil-laqgħat tal-korpi relevanti.

Emenda  58

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – titoli

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Programmar

Strumenti u programmazzjoni tal-Azzjoni Esterna

Emenda  59

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Fil-qafas tal-ġestjoni tal-programmi esterni ta' kooperazzjoni tal-UE, li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jikkontribwixxu għall-ipprogrammar u ċ-ċiklu ta' ġestjoni għall-istrumenti ġeografiċi u tematiċi li ġejjin, abbażi tal-objettivi tal-politika stabbiliti fl-istrumenti msemmijin:

1. Il-ġestjoni tal-programmi esterni ta' kooperazzjoni tal-UE hija responsabbiltà tal-Kummissjoni mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni u tas-SEAE fil-programmazzjoni, kif stabbilit fil-paragrafi li ġejjin.

- l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp,

- il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

- l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,

- l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari.

Emenda  60

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. F'konformità mal-Artikolu 3, matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmar, ippjanar u implementazzjoni ta' dawn l-istrumenti, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. Il-proposti kollha għal deċiżjoni ser jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura l-koordinament politiku ġenerali tal-azzjoni esterna tal-UE, jiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE b'mod partikolari permezz tal-istrumenti ta' assistenza esterna:

- l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp,

- il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

- l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,

- l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari,

- l-Istrument għall-Istabbiltà, dwar l-assistenza prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-15 ta' Novembru 2006.

Emenda  61

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Is-SEAE għandu b'mod partikolari jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin dwar il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta' programmar:

3. B'mod partikolari, is-SEAE għandu jikkontribwixxi għaċ-ċiklu ta' programmazzjoni u ġestjoni għall-istrumenti msemmija, fuq il-bażi tal-objettivi tal-politika stipulati fihom. Għandu jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin rigward il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni:

(i) allokazzjonijiet tal-pajjiż biex jiġi ddeterminat il-pakkett finanzjarju globali għal kull reġjun (soġġett għall-analiżi dettaljata indikattiva tal-perspettivi finanzjarji). F'kull reġjun, ser jiġi riservat proporzjon tal-finanzjament għall-programmi reġjonali;

(i) allokazzjonijiet tal-pajjiż biex jiġi ddeterminat il-pakkett finanzjarju globali għal kull reġjun (soġġett għall-analiżi dettaljata indikattiva tal-perspettivi finanzjarji). F'kull reġjun, ser jiġi riservat proporzjon tal-finanzjament għall-programmi reġjonali;

(ii) dokumenti ta' strateġija għall-pajjiż u reġjonali (CPSs/RSPs);

(ii) dokumenti ta' strateġija għall-pajjiż u reġjonali (CPSs/RSPs);

(iii) programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali (NIPs/RIPs).

(iii) programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali (NIPs/RIPs).

F'konformità mal-Artikolu 3, matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmazzjoni, ippjanar u implementazzjoni ta' dawn l-istrumenti, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3). Il-proposti kollha għal deċiżjoni ser jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

Emenda  62

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt is-sorveljanza u l-gwida diretta tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Żvilupp u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

4. Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja konġuntament mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabilità tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Żvilupp u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

Il-programmi tematiċi, ħlief l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u l-parti tal-Istrument għall-Istabbiltà msemmija fis-seba' inċiż tal-paragrafu 2, għandhom jitħejjew mis-Servizz tal-Kummissjoni rilevanti taħt il-gwida tal-Kummissarju responsabbli għall-Iżvilupp u ppreżentati lill-Kulleġġ bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u Kummissarji rilevanti oħra.

Emenda  63

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

5. Fir-rigward tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt is-sorveljanza u l-gwida diretta tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Viċinat u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

5. Fir-rigward tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja konġuntament mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabilità tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Viċinat u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

Emenda  64

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

5a. Azzjonijiet imwettqa mill-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabilità ħlief il-parti msemmija fis-seba' inċiż tal-paragrafu 2, l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati, il-Komunikazzjoni u d-Diplomazija Pubblika kif ukoll il-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali huma responsabilità tar-Rappreżentant Għoli/tas-SEAE. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità diretta tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tiegħu ta' Viċi President tal-Kummissjoni1. Id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għal din l-implimentazzjoni għandu jkun fl-istess sit bħas-SEAE.

1 Il-Kummissjoni se tiddikjara li r-Rappreżentant Għoli se jkollu l-awtorità meħtieġa f'dan il-qasam, b'rispett sħiħ tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda  65

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

6. Għandhom jitħejjew programmi tematiċi mis-Servizz tal-Kummissjoni adatt taħt il-gwida tal-Kummissarju responsabbli għall-Iżvilupp u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kulleġġ bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u Kummissarji rilevanti oħra.

imħassar

Emenda  66

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli ta' sigurtà għas-SEAE u tieħu l-miżuri adatti kollha sabiex ikun żgurat li s-SEAE jimmaniġġa b'mod effettiv ir-riskji għall-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni tiegħu, u li jwettaq dmiru fir-responsabbiltajiet tal-kura. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-persunal kollu tas-SEAE, u għall-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus amministrattiv jew l-oriġini tagħhom.

1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu, wara li jikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fid-deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE, jiddeċiedi dwar ir-regoli ta' sigurtà għas-SEAE u jieħu l-miżuri adatti kollha sabiex ikun żgurat li s-SEAE jimmaniġġa b'mod effettiv ir-riskji għall-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni tiegħu, u li jwettaq dmiru fir-responsabbiltajiet tal-kura. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-persunal kollu tas-SEAE, u għall-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus amministrattiv jew l-oriġini tagħhom.

Emenda  67

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1a. Sakemm tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:

- rigward il-protezzjoni ta' informazzjoni kklassifikata, is-SEAE għandu japplika d-deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE;

- rigward aspetti oħra ta' sigurtà, is-SEAE għandu japplika d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE.

Emenda  68

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex it-trasferimenti msemmijin fl-Artikolu 6(8) jkunu jistgħu jiġu akkumpanjati mit-trasferimenti tal-bini tal-Kunsill u l-Kummissjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-SEAE.

1. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex it-trasferimenti msemmijin fl-Artikolu 6a jkunu jistgħu jiġu akkumpanjati mit-trasferimenti tal-bini tal-Kunsill u l-Kummissjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-SEAE.

Emenda  69

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-SEAE fl-2012.

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-SEAE sa mhux iktar tard minn tmiem l-2011. Dan ir-rapport għandu b'mod partikolari jkopri l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 5(3) u (10).

Emenda  70

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli, għandu jirrevedi din id-Deċiżjoni fid-dawl tal-esperjenza mhux aktar tard mill-bidu tal-2014, f'konformità mal-Artikolu 27 tat-TUE.

3. Sa nofs l-2013, ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrevedi l-funzjonament u l-organizzazzjoni tas-SEAE, b'mod li jkopri inter alia l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 (7) u (10). Din ir-reviżjoni, għandha, jekk ikun meħtieġ, tkun akkumpanjata minn proposti xierqa għal reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni. F'dan il-każ, il-Kunsill, skont l-Artikolu 27(3) tat-TUE għandu jirrevedi din id-Deċiżjoni fid-dawl tar-reviżjoni mhux aktar tard mill-bidu tal-2014.

Emenda  71

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Id-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni finanzjarja u r-reklutaġġ li jmorru lil hinn mir-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament Finanzjarju eżistenti għandhom jipproduċu biss l-effetti legali tagħhom ladarba jiġu adottati l-emendi meħtieġa għar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament Finanzjarju, kif ukoll tal-baġit emendatorju. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni bla xkiel tal-persunal tas-SEAE u sakemm jidħlu fis-seħħ il-modifiki tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-Regolament Finanzjarju meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jiddaħħlu arranġamenti mir-Rappreżentant Għoli, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, u għandhom isiru konsultazzjonijiet mal-Istati Membri.

4. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Id-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni finanzjarja u r-reklutaġġ għandhom jidħlu fis-seħħ ladarba jiġu adottati l-emendi meħtieġa għar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament Finanzjarju, kif ukoll il-baġit emendatorju. Għandhom isiru arranġamenti mir-Rappreżentant Għoli, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, u għandhom isiru konsultazzjonijiet mal-Istati Membri sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel.

Emenda  72

Proposta għal deċiżjoni

Anness – paragrafu 2 – kliem introduttorju (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Il-persunal kollu fid-dipartimenti u l-funzjonijiet elenkati hawn taħt għandu jiġu trasferit en bloc għas-SEAE, ħlief għal numru limitat ta' persunal imsemmi hawn taħt bħala eċċezzjoni.

Emenda  73

Proposta għal deċiżjoni

Anness – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – inċiż 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Il-karigi kollha tal-ġerarikija

Il-karigi kollha tal-ġerarkija u l-persunal ta' appoġġ imqabbad direttament magħhom

Emenda  74

Proposta għal deċiżjoni

Anness – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u l-Viċi Kapijiet tad-Delegazzjonijiet kollha

Il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u l-Viċi Kapijiet tad-Delegazzjonijiet kollha u l-persunal ta' appoġġ imqabbad direttament magħhom

Emenda  75

Proposta għal deċiżjoni

Annex - paragraph 2 - subparagraph 3 - indent 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Karigi fil-ġerarkija applikabbli

Karigi fil-ġerarkija applikabbli u l-persunal ta' appoġġ imqabbad direttament magħhom

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.7.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Andrew Duff, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, József Szájer, Søren Bo Søndergaard, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Guy Verhofstadt, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elmar Brok, Marietta Giannakou, Sylvie Guillaume, Anneli Jäätteenmäki, Íñigo Méndez de Vigo

Substitute(s) under Rule 187(2) present for the final vote

Marta Andreasen, Luigi Berlinguer, Tomasz Piotr Poręba

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (5.7.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
(08029/2010 – C7‑0090/2010 – 2010/0816(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Roberto Gualtieri

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(2) F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tat-TUE, l-Unjoni ser tiżgura l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn il-linji politiċi u l-linji politiċi l-oħra tagħha.

(2) F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tat-TUE, l-Unjoni ser tiżgura l-konsistenza u l-koerenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn il-linji politiċi u l-linji politiċi l-oħra tagħha.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(3) Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE;

(3) Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE;

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7) Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati mal-persunal tas-SEAE u r-reklutaġġ tagħhom. Għal kwistjonijiet relatati mal-persunal tiegħu, is-SEAE għandu jiġi ttrattat bħala istituzzjoni fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal. F'konformità mal-Artikolu 27(3) tat-TUE, is-SEAE għandu jkun magħmul minn uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Ir-Rappreżentant Għoli ser ikun l-Awtorità li Taħtar, fir-rigward kemm ta' uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("Regolamenti tal-Persunal") u aġenti soġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra. Ir-Rappreżentant Għoli ser ikollha wkoll awtorità fuq l-Esperti Nazzjonali Sekondati ("SNEs") fil-post fis-SEAE. In-numru ta' uffiċjali u aġenti oħra għandu jiġi deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u ser ikun rifless fil-pjan ta' stabbiliment.

(7) Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati mal-persunal tas-SEAE u r-reklutaġġ tagħhom fejn tali dispożizzjonijiet ikunu meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE. B'mod parallel, għandhom isiru l-emendi neċessarji, skont l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE"), għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("Regolamenti tal-Persunal") u għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ta' dawn il-komunitajiet ("CEOS"), bla ħsara għall-Artikolu 298 tat-TFUE. Għal kwistjonijiet relatati mal-persunal tiegħu, is-SEAE għandu jiġi ttrattat bħala istituzzjoni fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-Rappreżentant Għoli ser ikun l-awtorità li taħtar, fir-rigward kemm ta' uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u aġenti soġġetti għas-CEOS. In-numru ta' uffiċjali u aġenti oħra għandu jiġi deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u ser ikun rifless fil-pjan ta' stabbiliment.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(8) Sabiex tiġi żgurata l-awtonomija baġitarja meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tas-SEAE, ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jittratta lis-SEAE bħala "istituzzjoni" fit-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju.

(8) Ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jinkludi lis-SEAE fl-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. Skont ir-regoli applikabbli, u bħalma hu l-każ għal istituzzjonijiet oħra, parti mir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri se jkun dedikat ukoll għas-SEAE, u dan tal-aħħar se jagħti r-rispons għal dawn ir-rapporti. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat-TFUE u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Il-Parlament Ewropew għandu jingħata l-appoġġ kollu meħtieġ biex iwettaq sal-aħħar id-dritt tiegħu bħala l-awtorità ta' kwittanza. L-implimentazzjoni tal-baġit operattiv se tkun ir-responsabilità tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 317 tat-TFUE. Deċiżjonijiet li jkollhom impatt finanzjarju għandhom b'mod partikolari jirrispettaw ir-responsabilitajiet stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament Finanzjarju, b'mod speċjali fl-Artikolu 75 dwar l-operazzjonijiet tal-infiq u l-Artikoli 64 sa 68 dwar l-obbligi tal-atturi finanzjarji.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni adatti għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni.

4. Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni adatti għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari għall-Parlament Ewropew. Is-SEAE jista' wkoll igawdi l-appoġġ u l-kooperazzjoni ta' dawk l-isttituzzjonijiet u l-korpi, inklużi l-aġenziji kif ikun xieraq. L-awditur intern tas-SEAE għandu jikkoopera mal-awditur intern tal-Kummissjoni biex jiżgura l-konsistenza tal-politika tal-verifika, b'referenza partikolari għar-responsabilità tal-Kummissjoni għall-infiq operazzjonali. Barra minn dan, is-SEAE għandu jikkoopera mal-OLAF skont ir-Regolament (KE) 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)1. B'mod partikolari, għandu b'ħeffa jadotta d-deċiżjoni rikjesta minn dan ir-Regolament dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni. Kif dispost f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom, u l-istituzzjonijiet, għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ biex l-aġenti tal-OLAf ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu tagħhom.

__________________

1 ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Huwa għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u għandu jirrappreżenta s-SEAE.

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali eżekuttiv li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Huwa għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandha taħtar, skont ir-regoli normali tar-reklutaġġ, Direttur Ġenerali għall-baġit u l-amministrazzjoni li għandu jaħdem taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Hu għandu jkun responsabbli lejn ir-Rappreżentant Għoli għall-ġestjoni amministrattiva u baġitarja interna tas-SEAE. Għandu jsegwi l-istess linji baġitarji u regoli amministrattivi bħal dawk applikabbli taħt it-Taqsima III tal-Intestatura V tal-baġit ġenerali tal-UE.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiġi assistit minn żewġ Viċi Segretarji Ġenerali.

2. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jiġi assistit minn żewġ Viċi Segretarji Ġenerali.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – inċiż 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta' persunal, baġitarji, ta' sigurtà u tas-sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni taħt l-awtorità diretta tas-Segretarju Ġenerali;

- direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta' persunal, baġitarji, ta' sigurtà u tas-sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni li jaħdem fi ħdan il-qafas tal-SEAE ġestit mis-Segretarju Ġenerali eżekuttiv;

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – inċiż 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- id-direttorat għall-maniġġar ta' kriżijiet u l-ippjanar, l-ippjanar ċivili u l-kapaċità tat-tmexxija, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta' Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, impoġġija taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà; l-ispeċifiċitajiet ta' dawn l-istrutturi, kif ukoll il-partikularitajiet tal-funzjonijiet tagħhom, ir-reklutaġġ u l-istatus tal-persunal għandhom jiġu rispettati.

- id-direttorat għall-maniġġar ta' kriżijiet u l-ippjanar, l-ippjanar ċivili u l-kapaċità tat-tmexxija, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru ta' Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, impoġġija taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli, filwaqt li jgħinha fil-ħidma tat-twettiq tal-PESK tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-TFUE filwaqt li, skont l-Artikolu 40 tat-TUE, jirrispetta l-kompetenzi l-oħra tal-Unjoni.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

5. L-operat ta' kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti.

5. L-operat ta' kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti. Barra l-miżuri interni meħuda mis-SEAE, l-OLAF għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu, partikolarment billi jwettaq miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(1), it-tielet subparagrafu, 2(2) u 5(3), huma m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda Gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mis-SEAE jew kwalunkwe korp jew persuna oħra ħlief ir-Rappreżentant Għoli.

2. Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(1), it-tielet inċiż, 2(2) u 5(3), huma m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda Gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mis-SEAE jew kwalunkwe korp jew persuna oħra ħlief ir-Rappreżentant Għoli. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tas-SEAE ma jistgħux jaċċettaw l-ebda ħlas ta' kwalunkwe tip mingħand xi sors ieħor barra mis-SEAE.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

7. Il-membri kollha tal-persunal tas-SEAE koperti mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi, irrispettivament minn jekk humiex uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aġenti temporanji li ġejjin mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-postijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE.

7. L-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-aġenti temporanji li jkunu ġejjin mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi, suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-postijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE. Minkejja d-dispożizzjoniiet tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-Unjoni fl-infurzar tal-responsabilitajiet finanzjarji li jirriżultaw minn kwalunkwe responsabilità taħt l-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward ta' persunal sekondat lis-SEAE bħala aġenti temporanji.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha taġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti għat-taqsima tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji korrispondenti. Dawn ir-regoli interni għandhom jistabbilixxu liema mis-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti jiġu ddelegati lis-Segretarju Ġenerali u l-kondizzjonijiet li taħthom is-Segretarju Ġenerali jista' jissottodelega dawn is-setgħat.

1. Il-kompiti ta' uffiċjal awtorizzanti għat-taqsima tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ddelegati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji amministrattivi korrispondenti. L-infiq operazzjonali sejjer jibqa' fi ħdan it-taqsima tal-baġit għall-Kummissjoni.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2a. Meta jitfasslu l-istimi tal-infiq amministrattiv għas-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli għandha tikkonsulta ma', rispettivament, il-Kummissarju għall-Politika tal-Iżvilupp u l-Kummissarju għall-Politika tal-Viċinat dwar kwistjonijiet fi ħdan l-oqsma ta' responsabilità rispettivi tagħhom.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2b. Skont l-Artikolu 314(1) tat-TFUE, is-SEAE għandu jfassal stimi tal-infiq tiegħu għas-sena finanzjarja li jkun imiss. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawn l-estimi f'abbozz ta' baġit, li jista' jkun fih estimi differenti. Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' baġit kif previst fl-Artikolu 314(2) tat-TFUE.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2 c (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2c. Sabiex tiżgura t-trasparenza baġitarja fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-abbozz tal-baġit tal-UE, dokument ta' ħidma li jippreżenta, b'mod komprensiv, l-infiq kollu relatat mal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Fir-rigward tan-nefqa operattiva li tqum mill-implimentazzjoni tal-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabbiltà, l-Istrument għall-Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Industrijalizzati, id-Diplomazija ta' Komunikazzjoni u Pubblika kif ukoll il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni.

imħassar

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju.

4. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Is-SEAE għandu, f'dan il-kuntest, jikkopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta' kwittanza u għandu jipprovdi, kif xieraq, l-informazzjoni addizzjonali kollha li tista' tkun meħtieġa, anke permezz ta' attendenza fil-laqgħat tal-korpi relevanti.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Programmar

Strumenti u programmar tal-azzjoni esterna

1. Il-ġestjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni esterna tal-UE għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, bla ħsara għar-rwol tal-Kummissjoni u tas-SEAE fil-programmar, kif stipulat fil-paragrafi li ġejjin.

1. Fil-qafas tal-ġestjoni tal-programmi esterni ta' kooperazzjoni tal-UE, li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jikkontribwixxu għall-ipprogrammar u ċ-ċiklu ta' ġestjoni għall-istrumenti ġeografiċi u tematiċi li ġejjin, abbażi tal-objettivi tal-politika stabbiliti fl-istrumenti msemmijin:

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-UE, filwaqt li tiżgura l-għaqda, il-konsistenza u l-effettività, b'mod partikolari permezz tal-istrumenti ta' assistenza esterna li ġejjin:

- l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp,

l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp,

- il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

- il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

- l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,

- l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,

- l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija,

- l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari.

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari.

- l-Istrument għall-Istabbiltà, fir-rigward tal-assistenza prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà1.

2. F'konformità mal-Artikolu 3, matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmar, ippjanar u implementazzjoni ta' dawn l-istrumenti, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. Il-proposti kollha għal deċiżjoni ser jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

3. Is-SEAE għandu b'mod partikolari jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin dwar il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta' programmar:

3. B'mod partikolari, is-SEAE għandu jikkontribwixxi għaċ-ċiklu tal-programmar u tal-ġestjoni tal-istrumenti msemmija, fuq il-bażi tal-għanijiet tal-politika stipulati fihom. Huwa għandu jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin dwar il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta' programmar:

(i) allokazzjonijiet tal-pajjiż biex jiġi ddeterminat il-pakkett finanzjarju globali għal kull reġjun (soġġett għall-analiżi dettaljata indikattiva tal-perspettivi finanzjarji). F'kull reġjun, ser jiġi riservat proporzjon tal-finanzjament għall-programmi reġjonali;

(i) allokazzjonijiet tal-pajjiż biex jiġi ddeterminat il-pakkett finanzjarju globali għal kull reġjun (soġġett għall-analiżi dettaljata indikattiva tal-perspettivi finanzjarji). F'kull reġjun, ser jiġi riservat proporzjon tal-finanzjament għall-programmi reġjonali;

(ii) dokumenti ta' strateġija għall-pajjiż u reġjonali (CPSs/RSPs);

(ii) dokumenti ta' strateġija għall-pajjiż u reġjonali (CPSs/RSPs);

(iii) programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali (NIPs/RIPs).

(iii) programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali (NIPs/RIPs).

F'konformità mal-Artikolu 3 iżda mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3), matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmar, ippjanar u implementazzjoni ta' dawn l-istrumenti, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. Il-proposti għal deċiżjoni kollha għandhom jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

4. Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt is-sorveljanza u l-gwida diretta tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Żvilupp u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

4. Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja b'mod konġunt mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabilità tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Żvilupp u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

Il-programmi tematiċi, ħlief l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll l-Istrument għall-Kooperazzjoni għas-Sigurtà Nukleari, għandhom jitħejjew mis-Servizz tal-Kummissjoni adatt taħt il-gwida tal-Kummissarju responsabbli għall-Iżvilupp u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kulleġġ bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u Kummissarji relevanti oħra.

5. Fir-rigward tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt is-sorveljanza u l-gwida diretta tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Viċinat u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

5. Fir-rigward tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja b'mod konġunt mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabilità tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Viċinat u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

6. Għandhom jitħejjew programmi tematiċi mis-Servizz tal-Kummissjoni adatt taħt il-gwida tal-Kummissarju responsabbli għall-Iżvilupp u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kulleġġ bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u Kummissarji rilevanti oħra.

6. Azzjonijiet meħuda taħt il-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabbiltà ħlief il-parti msemmija fil-paragrafu 1, l-Istrument għall-Koperazzjoni mal-Pajjiżi Industrijalizzati, il-Komunikazzjoni u d- Diplomazija Pubblika u l-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli/SEAE. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni.1 Il-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għal din l-implimentazzjoni għandu jkun jinsab fl-istess post mas-SEAE.

__________________________________

1 ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.7.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Giovanni Collino, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Carl Haglund, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, László Surján, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Frédéric Daerden, Arnaud Danjean, Roberto Gualtieri, Iotova Lliana, Lokkegaard Morten, Riikka Manner, Georgios Stavrakakis, Axel Voss

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (1.7.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
(08029/2010 – C7‑0090/2010 – 2010/0816(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Filip Kaczmarek

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' r-riżultati akkwistati mit-tim tan-negozjar informali tal-Parlament fil-kwadrilogi informali mar-Rappreżentant Għoli, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Filwaqt li l-proposta tal-25 ta' Marzu mir-Rappreżentant Għoli u l-ftehim politiku milħuq mill-Kunsill f'April ipprevedew l-integrazzjoni - u anki l-assorbiment - tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni stess (bħala distinti mill-kooperazzjonijiet għall-iżvilupp nazzjonali tal-Istati Membri nfushom) fis-SEAE, il-proposta l-ġdida li tirriżulta mill-kwadrilogi terġa' tagħti lura ħafna mir-responsabilitajiet għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni stess lill-Kummissjoni, taħt ir-responsabilità diretta tal-Kummissarju kompetenti, kif previst fit-Trattat ta' Lisbona. Dan jippreserva wkoll l-unità tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni - diġà proposta fl-abbozz ta' proposta oriġinali mir-Rappreżentant Għoli - billi l-istess servizz amministrattiv isir responsabbli għall-ipprogrammar taż-żewġ strumenti finanzjarji ewlenin (id-DCI u l-EDF).

Madankollu ż-żmien għad jagħtina parir. Jekk ikunx possibbli li tiġi ppreservata u msaħħa l-ispeċifiċità tal-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni bħala qasam tal-politika awtonomu tal-azzjoni esterna tal-Unjoni b'objettivi speċifiċi, u jekk ikunx possibbli li jiġi infurzat ir-rekwiżit tat-Trattat għall-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, jiddependu fuq kif ir-relazzjonijiet bejn ir-Rappreżentant Għoli, is-SEAE taħt l-awtorità tiegħu, u s-servizzi tal-Kummissjoni taħt l-awtorità tal-Kummissarju għall-iżvilupp, jiżviluppaw, kemm fil-kwartieri fi Brussell kif ukoll fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Ir-rapporteur tagħkom iqis li huwa xogħol il-Parlament li jiżgura li jiddaħħlu fid-deċiżjoni tal-Kunsill massimu ta' salvagwardji għall-preservazzjoni tal-ispeċifiċità tal-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni stess taħt l-awtorità u r-responsabilità tal-Kummissarju għall-iżvilupp. F'dan ir-rigward, huwa ma jistax ma jiddispjaċihx li t-tqegħid tal-kliem tal-Artikolu 8 għadu pjuttost vag u ambigwu għal numru ta' aspetti tar-relazzjoni bejn ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarju għall-iżvilupp, bejn is-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni, u bejn il-Kummissarju għall-iżvilupp u s-SEAE.

Ir-rapporteur tagħkom jinsab konvint li kuntatti aktar mill-qrib bejn in-negozjaturi tal-Parlament u l-Kumitat għall-Iżvilupp fil-preparazzjoni tal-kwadrilogi informali kienu jippermettu difiża aktar b'saħħitha tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-post tal-iżvilupp fl-arkitettura istituzzjonali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(3a) Fil-kontribut tagħha għall-programmi ta' kooperazzjoni esterna tal-UE, is-SEAE għandu jfittex li jiżgura li dawn il-programmi jirrispondu għall-objettivi għal azzjoni esterna kif ġie stipulat fl-Artikolu 21 tat-TUE, b'mod partikolari l-paragrafu (2)(d) tiegħu u li jirrispettaw l-objettivi tal-politika għall-iżvilupp tal-UE bi qbil mal-Artikolu 208 tat-TFUE, kif ukoll ir-rekwiżit li l-Unjoni għandha tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li timplimenta li għandhom l-akbar tendenza li jaffettwaw pajjiżi li qed jiżviluppaw, imniżżla wkoll fl-Artikolu 208 tat-TFUE. F'dan il-kuntest, is-SEAE għandu wkoll jippromwovi l-ilħuq tal-objettivi tal-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp u tal-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Ġustifikazzjoni

In Council's political agreement of 26 April, this new recital only mentions the objectives of Article 208 TFEU. It is also important to mention the Treaty requirement for policy coherence for development: it ensures that the specificity of the Union's development policy is duly respected. It should be noted that development cooperation is the only policy domain in the field of external action which is explicitly protected by the Treaty; the intention to do so should be duly reflected in the text of the Council decision.

It is, however, not sufficient to mention this Treaty requirement in a recital, it should also be inserted in the legally binding body of the Decision.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu -1 (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Artikolu -1

Definizzjoni

Għar-raġunijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

– "Servizz diplomatiku" għandha tfisser kwalunkwe servizz ta' Stat Membru li jittratta b'kwalunkwe aspett ta' azzjoni barranija ta' dak l-Istat Membru, inklużi l-politiki kummerċjali, ta' difiża u sigurtà, ta' żvilupp, ambjentali u politiki oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Fil-gruppi ta' ħidma dwar is-SEAE kien hemm ftehim li għandha tinħoloq il-possibilità għall-uffiċjali tal-Istati Membri li jkunu qed jaħdmu fl-oqsma tal-politika tal-iżvilupp, tal-ambjent, u kwalunkwe politika oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza tas-SEAE biex jaħdmu f'dak is-Servizz. Billi ħafna uffiċjali ta' Stati Membri li jaħdmu f'oqsma oħra tal-azzjoni esterna ma jaqgħux fis-"servizz diplomatiku" tagħhom, huwa neċessarju li jitwessa' l-ambitu tas-"servizz diplomatiku".

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jaħdem f'kooperazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn il-politiki u l-politiki l-oħra tagħha.

1. Is-SEAE għandu jappoġġja u jaħdem f'kooperazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri kif ukoll mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn il-politiki u l-politiki l-oħra tagħha, kif ukoll il-konsistenza tagħhom mal-objettivi speċifiċi tal-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni u l-obbligi tagħha biex tqis dawn l-objettivi fil-politiki li timplimenta li għandhom it-tendenza li jaffettwaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi qbil mal-Artikolu 208 tat-TFUE.

Ġustifikazzjoni

In-neċessità biex jiġu ppreservati l-ispeċifiċità u l-objettivi speċifiċi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni, kif imniżżel fit-Trattat, trid ukoll u primarjament tissemma fil-korp li jorbot legalment tad-Deċiżjoni. Ara wkoll il-ġustifikazzjoni għall-Emenda 1.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Fil-qafas tal-ġestjoni tal-programmi esterni ta' kooperazzjoni tal-UE, li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jikkontribwixxu għall-ipprogrammar u ċ-ċiklu ta' ġestjoni għall-istrumenti ġeografiċi u tematiċi li ġejjin, abbażi tal-objettivi tal-politika stabbiliti fl-istrumenti msemmijin:

1. L-ippjanar, l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-ispiża operattiva taħt l-istrumenti li jiffinanzjaw l-azzjoni esterna tal-UE huma r-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

- l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp,

- il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

- l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,

- l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati,

- l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1a. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi koordinazzjoni u għandu jgħin lill-Kunsill u l-Kummissjoni fl-iżgurar tal-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn u l-politiki l-oħra tagħha.

Is-SEAE għandha tikkontribwixxi għall-ipprogrammar u ċ-ċiklu ta' ġestjoni għall-istrumenti ġeografiċi u tematiċi li ġejjin fuq il-bażi tal-objettivi tal-politika stipulati f'kull wieħed minn dawk l-istrumenti:

– l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,

– l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija,

– l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati,

– l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari,

– l-Istrument għall-Istabbiltà, fir-rigward tal-assistenza prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà1.

_______________________________

1 ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

M'hemmx bżonn jissemmew id-DCI u l-EDF f'dan il-paragrafu għax dawn huma koperti mid-dispożizzjonijiet speċjali fil-paragrafu 4 ta' dan l-artikolu.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. F'konformità mal-Artikolu 3, matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmar, ippjanar u implementazzjoni ta' dawn l-istrumenti, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. Il-proposti kollha għal deċiżjoni ser jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

2. F'konformità mal-Artikolu 3, matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmar, ippjanar u implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 t'hawn fuq, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. Il-proposti kollha għal deċiżjonijiet ser jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 3 – test introduttorju

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Is-SEAE għandu b'mod partikolari jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin dwar il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta' programmar:

3. Għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1a t'hawn fuq, is-SEAE għandu b'mod partikolari jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin dwar il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta' programmar:

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4. Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta' programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt is-sorveljanza u l-gwida diretta tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta' Żvilupp u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

4. Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, il-Kummissarju responsabbli għall-iżvilupp għandu jipprepara u jifformula kwalunkwe proposta għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u għandu jressaqhom għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

Il-Kummissarju responsabbli għall-iżvilupp, megħjun mis-servizzi rilevanti fil-Kummissjoni u fis-SEAE li jaħdmu taħt l-awtorità tagħha, għandu jipprepara u jifformula kwalunkwe proposta għall-ippjanar, l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-għajnuna finanzjarja, u għandu jressaqhom għal deċiżjoni mill-Kummissjoni. Il-Kummissarju responsabbli għall-iżvilupp għandu jaħdem mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli matul dan il-proċess.

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jgħin lill-Kunsill u l-Kummissjoni fl-iżgurar tal-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn u l-politiki l-oħra tagħha, u għandu jiżgura li l-Unjoni tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li timplimenta li għandhom it-tendenza li jaffettwaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Ġustifikazzjoni

Ara l-istqarrija stampa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-10 ta' Ġunju: "Aħna nemmnu li l-Kummissarju relevanti għandu jkun il-persuna responsabbli għall-formulazzjoni tal-politika tal-iżvilupp u għall-ipprogrammar tal-għajnuna finanzjarja f'dan il-qasam." Madankollu dan irid isir flimkien mar-responsabilità tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President għal koordinazzjoni politika globali tal-azzjoni esterna tal-UE."

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

6. Għandhom jitħejjew programmi tematiċi mis-Servizz tal-Kummissjoni adatt taħt il-gwida tal-Kummissarju responsabbli għall-Iżvilupp u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kulleġġ bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u Kummissarji rilevanti oħra.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Bil-kliem propost fil-paragrafu 4, m'hemmx bżonn isiru xi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmi tematiċi taħt id-DCI.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

1.7.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Corina Creţu, Leonidas Donskis, Enrique Guerrero Salom, Filip Kaczmarek, Norbert Neuser, Ivo Vajgl, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Santiago Fisas Ayxela, Martin Kastler, Cristian Dan Preda, Judith Sargentini, Bart Staes

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (29.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
(08029/2010 – C7‑0090/2010 – 2010/0816(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Jan Zahradil

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni (HR/VP) għandu l-potenzjal li jwassal għal azzjoni esterna tal-UE aktar effikaċi fil-livell dinjiji. Għal dan il-għan u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Trattati fir-rigward ta’ politiki individwali esterni oħra tal-UE, ir-rapporteur jenfasizza l-importanza għal koordinament f’waqtu tal-oqsma ta’ politika differenti fil-qafas tal-politika esterna tal-UE, min-naħa tal-Kummissjoni. Definizzjoni ċara tal-kompetenzi fi ħdan il-Kulleġġ tal-Kummissarji tippermetti wkoll li tiffaċilita l-evitar ta' kunflitti ta’ kompetenzi bejn l-HR/VP u s-SEAE, min-naħa, u bejn il-Kummissarji tal-UE u d-Direttorati Ġenerali rispettivi tagħhom, mill-oħra.

Sabiex tiġi żgurata koerenza politika akbar tal-azzjoni esterna tal-UE kollha kemm hi, hu importanti li jitnedew konsultazzjonijiet bejn s-SEAE u s-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi, l-irduppjar tax-xogħol, u sabiex tiġi żgurata konsistenza fit-tul għall-promozzjoni tal-interessi strateġiċi u tal-valuri fundamentali tal-UE, lil hinn mill-UE.

Ir-rapporteur għal opinjoni jenfasizza li bi qbil mal-Artikoli 207 u 218 tat-TFUE kif emendat mit-Trattat ta’ Lisbona, id-definizzjoni, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali tal-UE u r-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi jaqgħu fl-ambitu tal-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ bl-għajnuna tad-Direttorat Ġenerali rispettiv. Biex jiċċara d-deċiżjoni tal-Kunsill f’dan ir-rigward, ir-rapporteur jipproponi l-ewwel emenda biex isaħħaħ id-dritt tal-Kummissjoni li tagħti istruzzjonijiet lid-Delegazzjonijiet tal-UE fl-oqsma ta' kompetenza tagħha.

Ir-rapporteur jilqa’ r-responsabilità tas-SEAE fil-konfront tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kontroll politiku u tal-iskrutinju leġiżlattiv u baġitarju. Sabiex kemm il-Parlament u l-Kummissjoni jiġu involuti fir-reviżjoni futura ta’ din id-Deċiżjoni, ir-rapporteur jipproponi t-tieni emenda li hi mmirata lejn l-inklużjoni taż-żewġ istituzzjonijiet fost id-destinatarji tar-rapport futur tar-Rappreżentant Għoli dwar il-funzjonament tas-SEAE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

3. Għandhom jiġu applikati r-regoli li ġejjin għall-Kap tad-Delegazzjoni u għad-delegazzjoni:

Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jirċievi l-istruzzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE, u għandu jkun responsabbli għat-twettiq tagħhom.

(a) Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jirċievi l-istruzzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli bl-appoġġ tas-SEAE, u fejn xieraq, mill-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, u għandu jkun responsabbli għat-twettiq tagħhom.

F'oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni tista' wkoll tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni.

(b) Ir-Rappreżentant Għoli m'għandu fl-ebda ċirkostanza jagħti kwalunkwe istruzzjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni kif stipulat fl-Artikolu 207 tat-TFUE.

(c) F’oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni, permezz tal-Kummissarju rispettiv, bl-appoġġ tas-servizzi tiegħu, tista' wkoll tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu mill-persunal tal-Kummissjoni rilevanti fi ħdanha, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni, li bħala r-rappreżentant tas-SEAE fi ħdan id-delegazzjoni tal-UE, għandu jkun infurmat dwar dan l-istruzzjonijiet. Il-Kapijiet (superviżuri) tat-trade unions fi ħdan id-delegazzjonijiet għandhom jiġu nominati mill-Kummissarju għall-Kummerċ u l-baġits rispettivi ta’ dawn l-unitajiet għandhom jitfassly mis-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti. Il-persunal tal-Kummissjoni li jwettaq l-istruzzjonijiet fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni għandu jirrapporta r-riżultati lill-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ u jagħti rendikont lir-Rappreżentant Għoli permezz tal-Kap tad-Delegazzjoni.

(d) Il-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur mal-Kunsill fil-qasam kummerċjali, għandu jkun involut fl-aspetti b’rabta mal-kummerċ tal-politika barranija u ta’ sigurtà, sabiex jiżgura l-leġittimità demokratika u biex jeżerċità skrutinju fuq l-azzjoni esterna tal-Unjoni. Is-SEAE jeħtieġlu jiżgura li l-Parlament Ewropew ikollu persuni ta' kuntatt fid-delegazzjonijiet tal-UE li jittrattaw kwalunkwe aspett relatat mal-kummerċ fil-politika esterna tal-UE, b'tali mod li jiggarantixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew.

(e) F’każ ta’ kunflitt bejn il-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ u r-Rappreżentant Għoli, id-deċiżjoni finali taqa’ f’idejn il-President tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 207 tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kummissjoni rappreżentata mill-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ bl-appoġġ tas-servizzi rilevanti għandha tkun l-unika awtorità fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni li tagħti struzzjonijiet lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-persunal tal-Kummissjoni rilevanti tagħhom fi ħdanha.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-SEAE fl-2012.

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tas-SEAE fl-2012.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-ħolqien tas-SEAE jinvolvi kemm l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew u l-kunsens tal-Kummissjoni, dawn iż-żewġ istituzzjonijiet Ewropej għandhom jinżammu informati dwar il-funzjonament tas-SEAE u kif stipulat fir-rapport tar-Rappreżentant Għoli lill-Kunsill.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

1.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Harlem Désir, Christofer Fjellner, Joe Higgins, Yannick Jadot, Metin Kazak, David Martin, Vital Moreira, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Mário David, Béla Glattfelder, Salvatore Iacolino, Syed Kamall, Georgios Papastamkos, Michael Theurer

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (24.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
(08029/2010 – C7-0090/2010 – 2010/0816(NLE)

Rapporteur għal opinjoni: Franziska Katharina Brantner

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(3) Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE. Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta' President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-SEAE ser jappoġġa wkoll ir-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni, għar-responsabbiltajiet tagħha fil-Kummissjoni għal-responsabbiltajiet inkombenti għal din tal-aħħar fir-relazzjonijiet esterni u fil-koordinazzjoni ta' aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni.

(3) Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandat tiegħu jew tagħha biex imexxi / tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ("PESK") tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE. Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tiegħu jew tagħha ta' President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-SEAE ser jappoġġa wkoll ir-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tiegħu jew tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni, għar-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha fil-Kummissjoni għal-responsabbiltajiet inkombenti għal din tal-aħħar fir-relazzjonijiet esterni u fil-koordinazzjoni ta' aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni.

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(7a) Il-ħatriet għandhom jibbażaw fuq il-mertu filwaqt li jkun żgurat bilanċ ġeografiku u tal-ġeneru adegwat; għandu jitqies f'dan il-kuntest li, fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni li joriġinaw minn Stati Membri b'rati ta' impjieg baxxi, hemm preponderanza sinifikanti ħafna tan-nisa fuq l-irġiel, u li l-ingaġġ ta' uffiċjali minn dawk l-Istati Membri fis-SEAE jgħin biex jintlaħaq bilanċ kemm ġeografiku kif ukoll bejn is-sessi;

Ġustifikazzjoni

Zgodnie z dokumentem "Bulletin Statistique le Personnel de la Commission" (Styczeń 2010) do państw o największym udziale kobiet wśród zatrudnionego personelu należą Rumunia (78,6%), Estonia (75,8%), Łotwa (75%), Bułgaria (73,9%), Litwa (71,1%), Polska (68,7%), Czechy (65,7%) i Słowenia (65,5%), przy średniej dla całej UE 51,5%. Te same państwa można wskazać jako liderów w zatrudnianiu kobiet na wyższych stanowiskach administratorów - w każdym z nich procent kobiet sięga powyżej 50, przy średniej dla całej UE na poziomie 38,4%. Jednocześnie, zgodnie z "modelem Kinnocka", wszystkie te państwa oraz inne nowe państwa członkowskie, a także Wielka Brytania, Niemcy, Włochy i Luksemburg, są niedoreprezentowane w dotychczasowym RELEXie, przy czym większość z nich zapełniła jedynie ok. 20-30% stanowisk.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

(10a) Għandu jiġi mfakkar li l-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fil-kwistjoni relatata ma' impjieg u xogħol jinstab fl-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u diġà hemm korp komprensiv ta' leġiżlazzjoni dwar it-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-aċċess għall-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Huwa għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u għandu jirrappreżenta s-SEAE.

1. Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u għandu jirrappreżenta s-SEAE.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – inċiż 2 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

- dipartiment inkarigat mill-iżgurar tal-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi fl-oqsma kollha tal-politika, immexxi minn koordinatur ta' livell għoli għall-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafi 1 u 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Kull delegazzjoni tal-Unjoni għandha titmexxa minn Kap tad-Delegazzjoni.

2. Kull delegazzjoni tal-Unjoni għandha titmexxa minn Kap tad-Delegazzjoni. Għandha tinkiseb distribuzzjoni nofs bin-nofs bejn l-irġiel u n-nisa fil-livell ta' Kap ta' Delegazzjoni.

Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu awtorità fuq il-membri kollha tal-persunal fid-delegazzjoni, hu x'inhu l-istatus tagħhom, u fuq l-attivitajiet kollha tad-delegazzjoni. Huwa għandu jagħti rendikont lir-Rappreżentant Għoli għall-ġestjoni ġenerali tal-ħidma tad-delegazzjoni u biex tkun żgurata l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet kollha tal-Unjoni.

Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu awtorità fuq il-membri kollha tal-persunal fid-delegazzjoni, hu x'inhu l-istatus tagħhom, u fuq l-attivitajiet kollha tad-delegazzjoni. Il-Kap tad-delegazzjoni għandu jagħti rendikont lir-Rappreżentant Għoli għall-ġestjoni ġenerali tal-ħidma tad-delegazzjoni u biex tkun żgurata l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet kollha tal-Unjoni.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

6. Il-ħatriet kollha fis-SEAE għandhom ikunu bbażati fuq il-mertu u fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha.

6. Il-ħatriet kollha fis-SEAE għandhom ikunu bbażati fuq il-mertu u fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli u għandu jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 9

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

9. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi l-proċeduri tal-għażla għall-persunal tas-SEAE, li għandhom ikunu bbażata fuq il-mertu u fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, b'kont dovut għall-bilanċ bejn is-sessi.

9. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi l-proċeduri tal-għażla għall-persunal tas-SEAE, li għandhom ikunu bbażata fuq il-mertu u fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieġ applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 13

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

13. Għandhom jittieħdu passi sabiex il-persunal tas-SEAE jiġi pprovdut b'taħriġ komuni adegwat, waqt li jibni b'mod partikolari fuq il-prattiki u l-istrutturi nazzjonali eżistenti. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu miżuri adatti għal dak l-għan fis-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

13. Għandhom jittieħdu passi sabiex il-persunal tas-SEAE jiġi pprovdut b'taħriġ komuni adegwat, waqt li jibni b'mod partikolari fuq il-prattiki u l-istrutturi nazzjonali eżistenti. Dan it-taħriġ għandu jinkludi kunċetti u metodi għall-integrazzjoni tas-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu miżuri adatti għal dak l-għan fis-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

4a. It-taqsima SEAS tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu jkun fiha dispożizzjonijiet għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fir-relazzjonijiet barranin.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mir-Rappreżentant Għoli

Emenda

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-SEAE fl-2012.

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-SEAE fl-2012. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni oġġettiva, affidabbli u komparabbli u data dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fi ħdan is-SEAE kif ukoll analiżi dwar il-bżonn għall-iżvilupp ta' għodod xierqa għall-eliminazzjoni ta' kull formata' diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Emine Bozkurt, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Silvia Costa, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Iratxe García Pérez, Jolanta Emilia Hibner, Mary Honeyball, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Philippe Juvin, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Barbara Matera, Antonyia Parvanova, Frédérique Ries, Raül Romeva i Rueda, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Eva-Britt Svensson, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christa Klaß, Elisabeth Morin-Chartier, Mariya Nedelcheva, Chrysoula Paliadeli

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Julie Girling, Gesine Meissner

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.7.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

68

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Pino Arlacchi, Sir Robert Atkins, Dominique Baudis, Bastiaan Belder, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Mário David, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Paweł Robert Kowal, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Barry Madlener, Mario Mauro, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Ria Oomen-Ruijten, Justas Vincas Paleckis, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Mirosław Piotrowski, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Adrian Severin, Marek Siwiec, Ernst Strasser, Hannes Swoboda, Charles Tannock, Zoran Thaler, Inese Vaidere, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Boris Zala

Substitute(s) Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Charalampos Angourakis, Nikolaos Chountis, Göran Färm, Lorenzo Fontana, Roberto Gualtieri, Liisa Jaakonsaari, Georgios Koumoutsakos, Monica Luisa Macovei, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Judith Sargentini, Indrek Tarand, Traian Ungureanu, Ivo Vajgl, Janusz Władysław Zemke

Substitute(s) Sostitut(i) skont l-Artikolu 187(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Guy Verhofstadt

24.6.2010