RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni)
1.9.2010 - (COM(2008)0810 – C6‑0472/2008 – 2008/0241(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Karl-Heinz Florenz
(Tfassil mill-ġdid - Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni)
(COM(2008)0810 – C7‑0472/2008 – 2008/0241(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: riformulazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0810),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6–0472/2008),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2009[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Diċembru 2009[2],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali[3],
– wara li kkunsidra l-ittra tal-(...) mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsira r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7–0229/2010),
A. billi skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludix emendi sostantivi għajr dawk identifikati bħali tali fil-proposta u billi fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif qed tiġi indikata hawn taħt filwaqt li tingħata konsiderazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b' test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli bil-prevenzjoni ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) bħala l-prijorità ewlenija, u barra dan, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ skart ta' dan it-tip sabiex tnaqqas ir-rimi ta’ skart u tikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi. Tfittex ukoll li ttejjeb ir-rendiment ambjentali tal-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, pereżempju l-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi u b’mod partikolari dawk l-operaturi involuti direttament fil-ġbir u t-trattament ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku dawk l-operaturi involuti direttament fil-ġbir u t-trattament ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. B’mod partikolari, applikazzjonijiet nazzjonali differenti tal-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur jistgħu jwasslu għal differenzi sostanzjali fil-piż finanzjarju fuq l-operaturi ekonomiċi. Politiki nazzjonali differenti dwar il-ġestjoni tal-WEEE jfixklu l-effikaċja tal-politiki ta’ riċiklaġġ. Għal dik ir-raġuni l-kriterji essenzjali għandhom jiġu stipulati fil-livell tal-Komunità. |
(7) L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli bil-prevenzjoni ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) bħala l-prijorità ewlenija, u barra dan, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ skart ta' dan it-tip sabiex tnaqqas ir-rimi ta’ skart u tikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-irkupru ta' materja prima strateġika. Tfittex ukoll li ttejjeb ir-rendiment ambjentali tal-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, pereżempju l-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi u b'mod partikolari dawk l-operaturi involuti direttament fil-ġbir u t-trattament ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. B'mod partikolari, applikazzjonijiet nazzjonali differenti tal-prinċipju ta' responsabbiltà tal-produttur jistgħu jwasslu għal differenzi sostanzjali fil-piż finanzjarju fuq l-operaturi ekonomiċi. Politiki nazzjonali differenti dwar il-ġestjoni tal-WEEE jfixklu l-effikaċja tal-politiki ta’ riċiklaġġ. Għal dik ir-raġuni l-kriterji essenzjali għandhom jiġu stipulati fil-livell tal-Komunità u għandhom jiġu żviluppati standards armonizzati għall-ġbir u l-ġestjoni tal-WEEE. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-WEEE tirrappreżenta opportunità biex terġa’ tinkiseb lura fil-fluss tal-materjali l-materja prima strateġika marbuta mal-prodotti elettriċi u elettroniċi. | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) Din id-Direttiva għandha tkopri t-tagħmir kollu elettriku u elettroniku użat minn konsumaturi u tagħmir elettriku u elettroniku maħsub għall-użu professjonali. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar rekwiżiti ta’ sikurezza u ta’ saħħa li jipproteġu l-atturi kollha f’kuntatt mal-WEEE kif ukoll leġiżlazzjoni dwar ġestjoni ta’ skart speċifiku Komunitarju, b'mod partikolari d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi[4] , u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar id-diżinn ta' prodotti, b'mod partikolari d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodiżinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
(10) Din id-Direttiva għandha tkopri t-tagħmir kollu elettriku u elettroniku użat minn konsumaturi u tagħmir elettriku u elettroniku maħsub għall-użu professjonali. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar rekwiżiti ta’ sikurezza u ta’ saħħa li jipproteġu l-atturi kollha f’kuntatt mal-WEEE kif ukoll leġiżlazzjoni dwar ġestjoni ta’ skart speċifiku Komunitarju, b'mod partikolari d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi [5] , u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar id-diżinn ta' prodotti, b'mod partikolari d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodiżinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Inter alia, għandhom jiġu esklużi mill-qasam ta’ applikazzjoni l-installazzjonijiet fissi l-kbar ladarba dawn huma installati u joperaw b’mod permanenti f’post partikolari u jiġu mibnija u żmantellati minn professjonisti, jiġifieri jirrappreżentaw fluss ta’ skart regolat. Għodod industrijali fissi fuq skala kbira u li ma jiċċaqilqux installati biex joperaw f'lokalità speċifika għandhom jiġu esklużi wkoll mill-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, għandu jiġi eskluż il-makkinarju mobbli operat biss minn utenti professjonali peress li dan ukoll jiżżarma u jintrema minn professjonisti u għalhekk jirrappreżenta fluss ta’ skart kontrollat. Il-moduli fotovoltajċi, li wkoll jiġu installati u żarmati minn professjonisti u huma strumentali biex jintlaħqu l-għanijiet rigward l-enerġiji rinnovabbli u b’hekk jgħinu għal tnaqqis tas-CO2, għandhom għalhekk jiġu esklużi wkoll Barra minn hekk, l-industrija tal-enerġija solari daħlet fi ftehim ambjentali volontarju bl-għan li jiġu rriċiklati 85% tal-moduli fotovoltajċi. Il-Kummissjoni għandha tivverifka jekk dan il-ftehim huwiex tal-anqas jikseb riżultati ekwivalenti meta mqabbla ma' din id-Direttiva u jekk huwiex ikopri l-moduli fotovoltajċi kollha mqiegħda fis-suq u, jekk jidhrilha xieraq, fuq il-bażi ta’ rapport għandha tinkludi l-moduli fotovoltajċi fil-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.
|
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 13 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13) Il-ġbir separat huwa kundizzjoni ddeterminata minn qabel sabiex jiġi żgurat it-trattament speċifiku u r-riċiklaġġ tal-WEEE, u huwa meħtieġ biex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fil-Komunità. Il-konsumaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għas-suċċess ta’ dan it-tip ta' ġbir u għandhom jiġu inkoraġġuti biex jirritornaw il-WEEE. Għal dan il-għan, għandhom jitwaqqfu faċilitajiet konvenjenti sabiex il- WEEE jiġi rritornat, inklużi punti ta’ ġbir pubbliċi, fejn djar privati jkunu jistgħu jirritornaw l-iskart tagħhom għall-inqas mingħajr ħlas. Id-distributuri għandhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għas-suċess tal-ġbir tal-WEEE. |
(13) Il-ġbir separat huwa kundizzjoni ddeterminata minn qabel sabiex jiġi żgurat it-trattament speċifiku u r-riċiklaġġ tal-WEEE, u huwa meħtieġ biex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fil-Komunità. Il-konsumaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għas-suċċess ta’ dan it-tip ta' ġbir u għandhom jiġu inkoraġġuti biex jirritornaw il-WEEE. Għal dan il-għan, għandhom jitwaqqfu faċilitajiet konvenjenti sabiex il- WEEE jiġi rritornat, inklużi punti ta’ ġbir pubbliċi, fejn djar privati jkunu jistgħu jirritornaw l-iskart tagħhom għall-inqas mingħajr ħlas. Id-distributuri, il-muniċipalitajiet u tar-riċiklaġġ kollha għandhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għas-suċċess tal-ġbir u l-ġestjoni tal-WEEE u għalhekk għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Tenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-atturi kollha tal-WEEE involuti fil-ġbir u l-ġestjoni tal-WEEE huma mistennija jiżguraw konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni. | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) Sabiex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni u ta’ għanijiet ambjentali armonizzati tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimital-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat ta’ WEEE. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jħabirku biex iwaqqfu skemi ta’ ġbir effiċjenti, għandhom ikunu meħtieġa jiksbu livell għoli ta’ ġbir ta’ WEEE , b'mod partikolari għal tagħmir ta' tkessiħ u ffriżar li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati, minħabba l-impatt qawwi li għandhom fuq l-ambjent u fid-dawl tal-obbligi fir-Regolament (KE) 2037/2000 u r-Regolament (KE) 842/2006 . Id-dejta inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt turi li 65 % tat-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq, illum diġà qiegħed jinġabar separatament, iżda aktar minn nofsu jgħaddi minn trattament mhux xieraq u jiġi esportat illegalment. Dan iwassal għal nuqqas importanti ta' materja prima sekondarja u degradazzjoni ambjentali. Sabiex dan jiġi evitat jenħtieġ li titwaqqaf mira ta' ġbir ambizzjuża. |
(14) Sabiex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni u ta’ għanijiet ambjentali armonizzati tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimi tal-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat ta’ WEEE.Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jħabirku biex iwaqqfu skemi ta’ ġbir effiċjenti, għandhom ikunu meħtieġa jiksbu livell għoli ta’ ġbir ta’ WEEE , b'mod partikolari għal tagħmir ta' tkessiħ u ffriżar li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati, minħabba l-impatt qawwi li għandhom fuq l-ambjent u fid-dawl tal-obbligi fir-Regolament (KE) 2037/2000 u r-Regolament (KE) 842/2006. Id-dejta inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt turi li 65 % tat-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq, illum diġà qiegħed jinġabar separatament, iżda aktar minn nofsu jgħaddi minn trattament mhux xieraq u jiġi esportat illegalment jew jiġi ttrattat kif suppost iżda l-ammonti ttrattati ma ġewx irraportatiDan iwassal għal nuqqas importanti ta’ materja prima sekondarja u degradazzjoni ambjentali, u l-għoti ta’ dejta inkonsistenti.Sabiex dan jiġi evitat jenħtieġ li titwaqqaf mira ta’ ġbir ambizzjuża, li tobbliga lill-atturi kollha li jiġbru l-WEEE biex jiżguraw it-trattament tiegħu b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li dawn l-atturi jintalbu jirrappurtaw il-volumi miġbura, ġestiti u ttrattati.Huwa ta’ importanza fundamentali li l-Istati Membri jiżguraw li d-Direttiva tiġi infurzata effettivament, b’mod partikolari fir-rigward tal-iċċekkjar tal-EEE esportat barra mill-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Test li jżid mal-proposta tar-Rapporteur, bl-enfasi fuq l-importanza tal-ġbir tad-dejta, l-infurzar effettiv, u l-inklużjoni ta’ atturi involuti fil-ġbir u t-trattament tal-WEEE. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 17 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17) L-irkupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' tagħmir jistgħu jiżdiedu fil-miri ddefiniti fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva biss jekk dak l-irkupru jew dik il-preparazzjoni partikolari għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ma tmurx kontra leġiżlazzjoni oħra Ewropea u tal-Istati Membri applikabbli għat-tagħmir. |
(17) L-irkupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' tagħmir jistgħu jiżdiedu fil-miri ddefiniti fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva biss jekk dak l-irkupru jew dik il-preparazzjoni partikolari għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ma tmurx kontra leġiżlazzjoni oħra Ewropea u tal-Istati Membri applikabbli għat-tagħmir. L-iżgurar ta’ rkupru u preparazzjoni xierqa għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir jikkontribwixxi għall-immaniġjar sod tar-riżorsi u jottimizza l-provvista tar-riżorsi. |
Ġustifikazzjoni | |
Dawk il-proċessi huma mezzi importanti għall-irkupru tar-riżorsi u huwa ta' importanza kruċjali li dawn joperaw b’mod xieraq. | |
Emenda 6 Proposta għal Direttiva – att li jemenda Premessa 19 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19) L-utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku minn djar privati għandu jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw il-WEEE għall-inqas mingħajr ħlas. Produtturi għandhom jiffinanzjaw tal-anqas il-ġbir u t-trattament, l-irkupru u r-rimital-WEEE. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-produtturi biex jieħdu r-responsabbiltà sħiħa għall-ġbir tal-WEEE b'mod partikolari billi jiffinanzjaw il-ġbir tal-WEEE minn djar privati, sabiex jevitaw li l-WEEE li jinġabar separatament jgħaddi minn trattament substandard kif ukoll l-esportazzjoni illegali, biex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd billi l-finanzjament tal-produtturi jiġi armonizzat madwar l-Ewropa kollha, sabiex il-ħlas għall-ġbir ta' dan l-iskart ma jibqax isir minn dawk li jħallsu t-taxxa iżda mill-konsumaturi tal-EEE u sabiex il-finanzjament ikun konformi mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. Sabiex jingħata effett massimu lill-kunċett ta’ responsabbiltà tal-produttur, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-iskart mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur, jew parti terza kontraenti biex tieħu azzjoni f’ismu, għandu jkun jista’ jagħżel li jwettaq dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Meta jqiegħed prodott fis-suq, kull produttur għandu jipprovdi garanzija finanzjarja biex jipprevjeni li l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti orfni jiġġarrbu mis-soċjetà jew mill-bqija tal-produtturi. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ġestjoni ta’ skart storiku għandha tinqasam bejn il-produtturi kollha eżistenti fi skemi ta’ finanzjament kollettivi li għalihom il-produtturi kollha, li jkunu jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż, jikkontribwixxu proporzjonalment. Skemi ta’ finanzjament kollettivi ma għandux ikollhom l-effett li jeskludu produtturi ta’ prodotti speċjalizzati (niche) u ta’ volumi żgħar, importaturi u dawk li jidħlu ġodda. |
(19) L-utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku minn djar privati għandu jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw il-WEEE għall-inqas mingħajr ħlas. Produtturi għandhom għalhekk jiffinanzjaw il-ġbir u t-trattament, l-irkupru u r-rimi tal-WEEE. l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-partijiet kollha involuti fil-ġestjoni ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku sabiex jgħinu biex jintlaħaq l-objettiv ta' din id-Direttiva sabiex jevitaw li l-WEEE li jinġabar separatament jgħaddi minn trattament substandard kif ukoll l-esportazzjoni illegali, Sabiex il-ħlas għall-ġbir ta’ dan l-iskart jgħaddi minn dawk li jħallsu t-taxxa għall-konsumaturi tal-EEE u sabiex il-finanzjament ikun konformi mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-produtturi biex jittrattaw l-iskart miġbur kollu ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Sabiex jiġi ffaċilitat trattament xieraq, il-konsumaturi għandhom ir-responsabilità li jiżguraw li l-EEE fi tmiem il-ħajja tiegħu jittieħed fil-faċilitajiet tal-ġbir. Sabiex jingħata effett massimu lill-kunċett ta’ responsabbiltà tal-produttur, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-iskart mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur, jew parti terza kontraenti biex tieħu azzjoni f’ismu, għandu jkun jista’ jagħżel li jwettaq dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Meta jqiegħed prodott fis-suq, kull produttur jew parti terza li taġixxi f'ismu għandu jipprovdi garanzija finanzjarja biex jipprevjeni li l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti orfni jiġġarrbu mis-soċjetà jew mill-bqija tal-produtturi. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ġestjoni ta’ skart storiku għandha tinqasam bejn il-produtturi kollha eżistenti fi skemi ta’ finanzjament kollettivi li għalihom il-produtturi kollha, li jkunu jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż, jikkontribwixxu proporzjonalment. Skemi ta’ finanzjament kollettivi ma għandux ikollhom l-effett li jeskludu produtturi ta’ prodotti speċjalizzati (niche) u ta’ volumi żgħar, importaturi u dawk li jidħlu ġodda. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ġbir tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku għandu jibqa’ jsir permezz ta’ infrastrutturi eżistenti li s’issa kienu ta’ suċċess. Il-finanzjament tal-ġbir ta’ dan l-iskart minn quddiem il-bieb tad-dar la għandu impatt fuq id-disinn tat-tagħmir u lanqas għandu vantaġġi ekoloġiċi oħrajn, u t-tibdil fil-qsim tal-piżijiet ma jiggarantixxix kwoti ogħla ta’ ġbir. Barra minn hekk m’għandhiex tiġi injorata r-responsabilità tal-konsumatur li jara li jarmi b’mod adegwat it-tagħmir li m’għadx għandu użu. | |
Emenda 7 Proposta għal Direttiva – att li jemenda Premessa 20 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20) Għal perjodu tranżizzjonali, il-produtturi għandhom jitħallew juru lix-xerrejja, fuq bażi volontarja waqt il-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż tal-ġbir, it-trattament u r-rimi tal-WEEE b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Dan huwa konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Produzzjoni u Konsum Sostenibbli u Pjan ta' Azzjoni ta' Politika Industrijali Sostenibbli b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsum aktar intelliġenti u appalt pubbliku ekoloġiku. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-ispiża tal-ġabra u tat-trattament għandha tkun inkorporata fil-prezz tal-prodott sabiex ikun hemm inċentiv biex jitnaqqsu dawk l-ispejjeż. Ir-rati fissi la jirriflettu l-ispejjeż ta’ prodott imġarrba realment fit-tmiem tal-ħajja operattiva tiegħu u lanqas l-impatt ambjentali tiegħu. B’hekk, fl-aħħar mill-aħħar, il-konsumatur ma jirċevix informazzjoni dwar il-possibilità ta’ riċiklaġġ u l-ispejjeż reali tat-trattament tal-iskart. | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 26 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26) L-addattament għall-progress xjentifiku u tekniku ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva, it-trattament selettiv għall-materjali u l-komponenti tal-WEEE, ir-rekwiżiti tekniċi għall- ġbir, il- ħażna u t-trattament tal-WEEE u s-simbolu tal-immarkar tal-EEE għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skont proċedura ta' kumitat. |
(26) Skont l-Artikolu 291 TFUE, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-miżuri ta’ kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’regolament adottat bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat regolament ġdid, u meta titqies il-ħtieġa tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni mill-aktar fis ta’ din id-Direttiva, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni1 tibqa' applikabbli, b'eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju li mhix applikabbli. Ir-referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom madankollu jiġu sostitwiti bir-referenzi għar-regoli u l-prinċipji stabbiliti fir-regolament il-ġdid hekk kif dak ir-regolament jidħol fis-seħħ. |
|
|
1 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” mal-proċedura l-ġdida skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 26 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(26a) Biex jitnaqqsu l-ostakoli li qed ixekklu l-funzjonament tas-suq intern, il-piżijiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu permezz tal-armonizzazzjoni tar-reġistrar u r-rappurtar u billi ma jitħalliex li jkun hemm ħlasijiet multipli għal reġistrazzjonijiet multipli fi Stati Membri individwali. B’mod partikulari, produttur m’għandux jibqa’ obbligat li jkollu sede legali fi Stat Membru biex it-tagħmir elettriku u elettroniku jkun jista’ jitqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru; pjuttost, il-ħatra ta' rappreżentant legali lokali residenti f'dak l-Istat Membru għandha tkun biżżejjed. Għal infurzar prattiku ta’ din il-leġiżlazzjoni għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jidentifikaw il-produttur li huwa responsabbli għall-prodott u jsegwu lura l-katina ta’ forniment mid-distributur finali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li distributur li jagħmel tagħmir disponibbli għall-ewwel darba f’territorju nazzjonali minn pajjiżi fil-Komunità (kummerċ intrakomunitarju) għandu jew jikkonkludi ftehim mal-produttur, jew jipprovdi r-reġistrazzjoni u l-iffinanzjar tal-immaniġjar tal-WEEE li joħroġ minn dan it-tagħmir. |
Ġustifikazzjoni | |
It-test addizzjonali jissuplimenta l-proposti tar-Rapporteur. Huwa għandu l-għan li jippromwovi l-armonizzazzjoni tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar u jinkoraġġixxi l-interoperabilità ta’ reġistri nazzjonali għat-tisħiħ tas-suq intern u t-tnaqqis ta’ dawk li japprofittaw ruħhom mis-sistema. | |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 27 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont i d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni . Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadatta l-annessi u li tadotta r-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/96/KE, inter alia, billi jissupplimentawha b'elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(27) Sabiex tadatta d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku u xjentifiku u jiġu adottati miżuri oħra neċessarji l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adattament tal-annessi, ir-regoli dettaljati għall-verifika u monitoraġġ tal-konformità, id-definizzjoni ta' "volumi żgħar ta’ skart", il-format tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar u l-frekwenza tar-rappurtar, kif ukoll emendi għar-regoli li jirrigwardaw rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika mal-proċedura l-ġdida skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Din id-Direttiva tistipula miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku u bit-tnaqqis tal-impatti ġenerali mill-użu ta' riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza f'dan it-tip ta' użu. |
Din id-Direttiva tistipula miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku u bit-tnaqqis tal-impatti ġenerali negattivi mill-użu ta’ riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza f’dan it-tip ta’ użu, f’konformità mal-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart1. Din id-Direttiva tikkontribwixxi għal produzzjoni u rkupru sostenibbli billi tesiġi li l-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xi prodott itejbu l-istandards ambjentali tagħhom. |
|
|
1ĠU C 312, 22.11.2008, p. 3. |
Ġustifikazzjoni | |
Hawnhekk il-Kummissjoni ħassret referenza għall-prinċipji tad-Direttiva tal-Iskart, li inter alia tistabbilixxi ġerarkija tal-iskart b’ħames kategoriji għall-benefiċċju tal-ambjent, u inkludietha minflok fil-Premessa 7. | |
Id-Direttiva WEEE tal-2003 tipprevedi titjib tar-rendiment ambjentali tal-operaturi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-EEE jew il-WEEE bis-saħħa ta’ approċċ wieħed għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu. Dan l-aspett għandu jinżamm, u għaldaqstant m’għandux jitneħħa mill-Artikolu 1. | |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 2 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir elettriku u elettroniku li jaqa' taħt il-kategoriji stabbiliti fl- Anness I tad-Direttiva 20xx/xx/KE (RoHS) . |
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tagħmir elettriku u elettroniku kollu. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 2 - paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Din id-Direttiva ma tapplika għall-ebda tagħmir li ġej: |
3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal: |
|
(a) Tagħmir li huwa meħtieġ għall- protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari. |
(a) Tagħmir li huwa meħtieġ għall- protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari. |
|
b) Tagħmir li huwa ddiżinjat speċifikament bħala parti minn tip ieħor ta' tagħmir li ma jaqax taħt l-ambitu ta' din id-Direttiva u jista' jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir. |
b) Tagħmir li huwa ddiżinjat speċifikament bħala parti minn tip ieħor ta' tagħmir li ma jaqax taħt l-ambitu ta' din id-Direttiva u jista' jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir. |
|
(c) Tagħmir li mhuwiex maħsub biex jitqiegħed fis-suq bħala unità funzjonali jew kummerċjali waħda. |
|
|
|
(ca) stallazzjonijiet industrijali fissi kbar; |
|
|
(cb) għodod industrijali fissi fuq skala kbira li ma jiċċaqilqux; |
|
|
(cc) makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq maħsub esklużivament għall-utenti professjonali; |
|
|
(cd) mezzi tat-trasport għal persuni jew merkanzija; |
|
|
(ce) moduli fotovoltajċi |
|
|
|
|
|
|
|
d) Bozoz bil-filament. |
d) Bozoz bil-filament. |
|
(e) Apparat mediku impjantat jew infettat. |
(e) Apparat mediku impjantat jew infettat. |
|
|
Sa mhux aktar tard minn (...*), u kull ħames snin ta’ wara, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport li jeżamina l-qasam ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b’mod partikolari jekk il-moduli fotovoltajċi għandhomx jiġu inklużi fil-qasam ta’ applikazzjoni tagħha. Ir-rapport dwar il-moduli fotovoltajċi għandu jevalwa b’mod partikolari rati fattwali miksuba ta’ ġbir u riċiklaġġ. Fejn ikun xieraq, fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta. |
|
|
* daħħal 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva |
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda L-Artikolu 2 - paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-WEEE għandhom jiġu kklassifikati bħala skart minn djar privati jew minn utenti għajr djar privati. Il-klassifikazzjoni ta' tipi ta' WEEE f'dawn il-kategoriji għandha tiġi stipulata. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissumplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). Din il-klassifikazzjoni fost l-oħrajn għandha tiġi bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sehem tat-tagħmir li jinbiegħ lil djar privati jew oqsma kummerċjali. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-produtturi ma jistgħux ikunu jafu minn qabel jekk it-tagħmir li għandu użu doppju (użu privat jew kummerċjali) jispiċċax jintuża bħala tagħmir għall-konsumatur jew bħala tagħmir kummerċjali. Il-ġbir tal-iskart ta’ tagħmir minn djar privati normalment jiswa aktar flus. Hawnhekk hawn il-periklu li dan it-tagħmir jiġi ddikjarat bħala “mhux ġej minn djar privati”, u dan jikkostitwixxi riskju għall-finanzjament ta' WEEE domestiku. Għal din ir-raġuni, għandu jkun hemm arranġament u definizzjoni fid-Direttiva (ara l-Artikolu 3(l)). | |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
'tagħmir elettriku u elettroniku' jew 'EEE' tfisser tagħmir li huwa dipendenti fuq kurrenti tal-elettriku jew kampijiet elettromanjetiċi sabiex jaħdem sew u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet ta' dan it-tip li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fl- Anness I tad-Direttiva 20xx/xx/KE (EoHS) u ddiżinjat għall-użu ma’ vultaġġ massimu li ma jaqbiżx l-1000 Volt għal kurrent alternanti u 1500 Volt għal kurrent dirett; |
(a) ‘tagħmir elettriku u elettroniku’ jew ‘EEE’ ifisser tagħmir li huwa dipendenti fuq kurrenti tal-elettriku jew kampijiet elettromanjetiċi sabiex jaħdem sew u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet ta’ dan it-tip, iddiżinjat għall-użu ma’ vultaġġ massimu li ma jaqbiżx l-1000 Volt għal kurrent alternanti u 1500 Volt għal kurrent dirett; |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt b a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(b a) "apparat mediku" jfisser l-apparat elettriku li jaqa' fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi1 u d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro2. |
|
|
1 ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1. 2 ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa meħtieġ li jiġi definit it-tagħmir mediku inkluż fil-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. | |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt j – subpunt i | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(i) jimmanifattura tagħmir elettriku u elettroniku f'ismu jew f'isem it-trejdmark tiegħu stess, jew għandu tagħmir elettriku u elettroniku ddiżinjat jew immanifatturat u jikkumerċjalizza dak it-tagħmir elettroniku f'ismu jew f'isem it-trejdmark tiegħu , |
(i) jimmanifattura tagħmir elettriku u elettroniku f'ismu jew f'isem it-trejdmark tiegħu stess, jew għandu tagħmir elettriku u elettroniku ddiżinjat jew immanifatturat u jqiegħed fis-suq dak it-tagħmir elettroniku f'ismu jew f'isem it-trejdmark tiegħu , |
Ġustifikazzjoni | |
Din hija kjarifika biex tiżgura li jkun hemm responsabilità ċara għal WEEE. Huwa importanti li l-leġiżlazzjoni u r-responsabilità jiġu definiti b’mod ċar u li l-allokazzjoni tar-responsabilità tkun evidenti. | |
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda L-Artikolu 3 punt l | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(l) 'WEEE minn djar privati' tfisser WEEE li jiġu minn djar privati u minn sorsi kummerċjali, industrijali, istituzzjonali u sorsi oħra li, minħabba fin-natura u l-kwantità tagħhom, huma simili għal dawk minn djar privati; |
(l) 'WEEE minn djar privati' tfisser WEEE li jiġu minn djar privati u minn sorsi kummerċjali, industrijali, istituzzjonali u sorsi oħra li, minħabba fin-natura u l-kwantità tagħhom, huma simili għal dawk minn djar privati u WEEE li jista' jintuża bħala EEE, kemm minn djar privati kif ukoll minn utenti oħrajn li mhumiex djar privati u WEEE li seta' ntuża bħala EEE kemm minn djar privati u kemm minn utenti oħrajn li ma jkunux djar privati; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-produtturi ma jistgħux ikunu jafu minn qabel jekk it-tagħmir li għandu użu doppju (użu privat jew kummerċjali) jispiċċax jintuża bħala tagħmir għall-konsumatur jew bħala tagħmir kummerċjali. Il-ġbir tal-iskart ta’ tagħmir minn djar privati normalment jiswa aktar flus. Hawnhekk hawn il-periklu li dan it-tagħmir jiġi ddikjarat bħala “mhux ġej minn djar privati”, u dan jikkostitwixxi riskju għall-finanzjament ta' WEEE domestiku. | |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt s a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(sa) “Installazzjonijiet fissi kbar” tfisser kombinazzjoni partikolari ta’ diversi tipi ta’ apparat u, fejn japplika, tagħmir ieħor, li huwa armat u installat b’mod permanenti f’post definit minn qabel. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 3 - punt s b(ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(sb) "għodda industrijali kbira installata f’post fiss u li ma tiċċaqlaqx" tfisser kumpless ta' makkinarju, tagħmir u/jew komponenti mfassla sabiex jintużaw flimkien f'industrija sabiex iwettqu xogħol speċifiku. Dawn jiġu installati minn persunal speċjalizzat u jkunu lokalizzati b'mod permanenti matul il-fażi tal-użu tagħhom. |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 3 - punt s c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(sc) “makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq maħsub esklużivament għall-utenti professjonali” tfisser makkinarju li jeħtieġ jew mobilità waqt li jitħaddem , jew moviment kontinwu jew semikontinwu bejn sensiela ta’ postijiet fissi tax-xogħol, jew makkinarju mħaddem mingħajr ma jitmexxa, imma li jista’ jkun mgħammar b’tali mod li jkun jista’ jitmexxa mingħajr xkiel minn post għall-ieħor u jkun disponibbli għall-użu ta' professjonisti; |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt s d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(sd) "mezzi ta' trasport" tfisser vetturi użati għat-trasport ta' nies jew merkanzija bħalma huma karrozzi, xarabanks, trakkijiet, trammijiet, ferroviji, vapuri u ajruplani; |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 3 - punt s e (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(se) "moduli fotovoltajiċi" tfisser moduli fotovoltajiċi intiżi biex jintużaw f'sistema mfassla, armata u installata għal użu permanenti f'lokazzjoni speċifika għall-ġenerazzjoni tal-enerġija għal skopijiet pubbliċi, kummerċjali u privati. |
Emenda 24 Proposta għal direttiva L-Artikolu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom , f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-prodotti inkluża d-Direttiva 2005/32/KE dwar l-ekodiżinn jinkoraġġixxu miżuri li jippromwovu d-diżinn u l-produzzjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid , iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex produtturi ma jipprevenux, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura, l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura ta' dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti , pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta’ sikurezza . |
L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-prodotti inkluża d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodiżinn għal prodotti relatati mal-enerġija1, jinkoraġġixxu koperazzjoni bejn produtturi u min jirriċikla u miżuri li jridu jittieħdu sabiex jippromwovu d-diżinn u l-produzzjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid , iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex produtturi ma jipprevenux, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura, l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura ta' dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti , pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta’ sikurezza. Rekwiżiti għall-ekodiżinn li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE u li jnaqqsu emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi għandhom jiġu stabbiliti fil-qafas tal-miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014. |
|
|
1 ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10. |
Emenda 25 Proposta għal direttiva L-Artikolu 5 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex inaqqsu r-rimi tal-WEEE f’forma ta’ skart muniċipali mhux isseparat u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat tal-WEEE, notevolment, u bħala prijorità, għal tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar li fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati. |
1. Biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat tal-WEEE u trattament korrett għat-tipi kollha ta’ WEEE, notevolment, it-tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar li fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati, bozoz li għandhom il-merkurju, u tagħmir żgħir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu jinġabar separatament u ma jitħallatx ma'skart goff jew skart ta' djar mhux separat, u li WEEE mhux ittrattat ma jintbgħatx f'landfill jew għall-inċinerazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li WEEE tad-dar ma jgħaddix fi skart tad-dar mhux issortjat, b’mod speċjali tagħmir żgħir. Dan jista’ jsir billi jiġu adottati miżuri xierqa li jimminimizzaw dan b’mod immedjat, bil-għan li eventwalment jipprojbixxu r-rimi ta’ WEEE fi skart tad-dar. | |
Skart li ġej minn tagħmir li fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u sustanzi fluworinati għandu jingħata attenzjoni speċifika. Dan jiżgura li dan it-tagħmir, li jeħtieġ jiġi trattat b’mod partikolari minħabba n-natura tas-sustanzi li fih, jispiċċa fil-fluss tal-iskart tagħhom stess | |
Emenda 26 Proposta għal direttiva L-Artikolu 6 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-rimi tal-WEEE miġbur b'mod separat li mhuwiex ittrattat. |
1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-rimi tal-WEEE miġbur b’mod separat li mhuwiex ittrattat u jimmoniterjaw l-infurzar ta' dik il-projbizzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Monitoraġġ effettiv huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat ir-rimi ta’ WEEE li ma jiġix miġbur u ttrattat separatament. | |
Emenda 27 Proposta għal direttiva L-Artikolu 6 - paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir u t-trasport tal-WEEE miġbur b'mod separat jitwettaq b'tali mod li jtejjeb bl-aħjar mod possibbli l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u r-restrizzjoni ta' sustanzi perikolużi. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir u t-trasport tal-WEEE miġbur b'mod separat jitwettaq b'tali mod li jtejjeb bl-aħjar mod possibbli l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u r-restrizzjoni ta' sustanzi perikolużi. Sabiex jimmassimizzaw l-użu mill-ġdid ta’ tagħmir sħiħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-iskemi ta’ ġbir jinkludu s-separazzjoni ta’ tagħmir għall-użu mill-ġdid ta' WEEE miġbur separatament fil-postijiet ta’ ġbir, qabel kwalunkwe trasportazzjoni. |
Emenda 28 Proposta għal direttiva L-Artikolu 7 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi u partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jiksbu rata minima ta' ġbir ta' 65 %. Ir-rata ta' ġbir tiġi kkalkulata abbażi tal-piż totali tal-WEEE miġbur skont l-Artikoli 5 u 6 f'sena partikolari f'dak l-Istat Membru espress bħala perċentwali tal-piż medju tat-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru fis-sentejn ta' qabel. Din ir-rata ta' ġbir għandha tintlaħaq kull sena u għandha tibda fl-2016. |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-2016, minimu ta’ 85% tal-WEEE ġġenerat fl-Istati Membri jinġabar. |
|
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li mill-2012 jinġabar tal-anqas 4kg/capita tal-WEEE jew l-istess piż ta' ammont ta' WEEE li jkun inġabar f'dak l-Istat Membru fl-2010, ikun liema jkun akbar minn dawn it-tnejn. |
|
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwantità tal-WEEE miġbura tiżdied b’mod gradwali mill-2012 sal-2016. |
|
|
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri għall-ġbir individwali aktar ambizzjużi, u f’tali każ għandhom jirrappurtaw dan lill-Kummissjoni. |
|
|
Il-miri ta’ ġbir għandhom jintlaħqu kull sena. |
|
|
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-pjanijiet ta’ titjib tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn (...*). |
|
|
* daħħal id-data ta' 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Biex jistabbilixxu li ntlaħqet ir-rata minima ta’ ġbir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-WEEE li: |
|
|
- ġie ippreparat għall-użu mill-ġdid jew mibgħut f'faċilitajiet ta' trattament minn kwalunkwe attur, |
|
|
- ittieħed fil-faċilitajiet ta’ ġbir skont l-Artikolu 5(2)(a), |
|
|
- ittieħed għand distributuri skont l-Artikolu 5(2)(b), |
|
|
- inġabar b’mod separat mill-produtturi jew minn partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom, jew |
|
|
- inġabar b'mod separat b'xi mezzi oħrajn; |
|
|
tiġi komunikata bla ħlas kull sena lill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 16. |
Emenda 30 Proposta għal direttiva L-Artikolu 7 - paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Jista' jiġi stipulat arranġament tranżizzjonali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet li l-Istati Membri jiffaċċjaw biex jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti minħabba ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi; |
2. Jistgħu jiġu stipulati arranġamenti tranżizzjonali rigward il-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2015, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet li l-Istati Membri jiffaċċjaw biex jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti minħabba ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi; |
Emenda 31 Proposta għal direttiva L-Artikolu 7 - - paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Għandha tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż totali tat-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq nazzjonali.
|
3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 18a u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 18b u 18c, metodoloġija komuni sabiex jiġi determinat l-ammont abbażi ta' piż ta' WEEE iġġenerat f'kull Stat Membru. Dan għandu jinkludi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-metodi ta' kalkolu għall-verifika ta' konformità mal-miri stipulati fil-paragrafu 1. |
|
Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissumplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). |
|
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 7 - paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jerġgħu jeżaminaw ir-rata ta' ġbir u d-data mmirata msemmija fil-paragrafu 1, fid-dawl ukoll li titwaqqaf mira separata possibbli għat-tagħmir ta' tkessiħ u ffriżar, abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni u għandha tiġi akkumpanjata minn proposta, jekk dan ikun xieraq. |
4. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jerġgħu jeżaminaw ir-rata ta' ġbir u d-data mmirata msemmija fil-paragrafu 1, fid-dawl ukoll li titwaqqaf mira separata possibbli għat-tagħmir ta' tkessiħ u ffriżar, għall-bozoz, inklużi bozoz bil-filament, u għal tagħmir żgħir, abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni li tiġi akkumpanjata minn proposta, jekk dan ikun xieraq. |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 8 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu miġbur b'mod separat jiġi ttrattat . |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu miġbur b'mod separat jiġi ttrattat . |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li standards armonizzati jiġu żviluppati għall-ġbir, il-ħżin, it-trasport, it-trattament, ir-riċiklaġġ u t-tiswija tal-WEEE, kif ukoll għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari, fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tikkummissjona lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni biex jieħu l-passi meħtieġa. Dawk l-istandards armonizzati għandhom jirriflettu aġġornament modern. |
|
|
Jekk tintwera konformità tal-operaturi mal-istadards armonizzati huma għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu. Fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, il-miżuri alternattivi applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu speċifikati. |
|
|
Referenza għall-istandards armonizzati għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
|
Il-ġbir, il-ħżin, it-trasport, it-trattament, ir-riċiklaġġ u t-tiswija tal-WEEE, kif ukoll il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għandhom jitwettqu abbażi ta' approċċ immirat biex tiġi salvata l-materja prima u li jkollu l-iskop li jirriċikla riżorsi prezzjużi li jkun hemm fil-EEE f'dak li jirrigwarda l-provvista aħjar ta' prodotti utli fl-Ewropa. |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 8 - paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-Anness II jista’ jiġi emendat sabiex jintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. |
4. Sabiex jintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 18a u suġġett għall-Artikoli 18b u 18c, tadotta emendi għall-Anness II. Il-Kummissjoni għandha tevalwa bħala prijorità jekk l-entrati rigward bords stampati ta’ ċirkwiti għall-mowbajls u skrins tal-kristalli likwidi għandhomx jiġu emendati. |
|
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissumplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). Il-Kummissjoni għandha tevalwa bħala prijorità jekk l-entrati rigward bords stampati ta' ċirkwiti għall-mowbajls u skrins tal-kristalli likwidi għandhomx jiġu emendati. |
|
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika mal-proċedura l-ġdida skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 35 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-WEEE esportat barra mill-Komunità skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta' skart [il-ġarr tal-iskart fuq il-baħar] , u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax għandu jgħodd biss għat-twettiq ta’ obbligi u miri tal-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva jekk l-esportatur ikun jista’ jagħti prova li t-trattament ikun seħħ skont kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
2. Il-WEEE esportat barra mill-Komunità skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta’ skart [il-ġarr tal-iskart fuq il-baħar], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OKŻE dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax għandu jgħodd biss għat-twettiq ta’ obbligi u miri tal-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva jekk l-esportatur ikun jista’ jagħti prova, billi jipprovdi provi konklużivi qabel il-ġarr li l-irkupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ikunu se jsiru skont kundizzjonijiet li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Wara li jkun sar l-ikrupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ, l-osservazzjoni ta’ dawk il-kundizzjonijiet ekwivalenti għandha tkun ikkonfermata. |
Ġustifikazzjoni | |
L-oneru tal-prova għandu jinkludi l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru sabiex jiġi evitat li jsir trattament lil hinn mill-UE fejn l-istandards ekoloġiċi jkunu baxxi, u biex jinħolqu kundizzjonijiet indaqs għall-kompetizzjoni internazzjonali. L-esportaturi għandhom jipprovdu evidenza qabel u wara l-ġarr li tipprova l-ekwivalenza tal-istandards ta’ trattament u ta’ rkupru fil-pajjiż riċevitur. Reviżjoni ex post mhijiex suffiċjenti għax jista’ jkun li t-trattament ikun diġà seħħ skont rekwiżiti li mhumiex konformi mal-istandards tal-UE. | |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. L-Istati Membri m’għandhomx jippermettu t-tagħbija ta' ebda EEE maħsub għall-użu mill-ġdid sakemm ma jkunx ġie ċċertifikat minn persuna jew entità korporattiva identifikata, li jkun jiffunzjona kompletament u jkollu tikketta li turi dan. |
Ġustifikazzjoni | |
Qed jiġu trasportati barra mill-pajjiż/UE? kwantitajiet enormi ta’ WEEE f’kundizzjonijiet ħżiena ħafna abbażi tal-pretest li l-oġġetti qed jaħdmu u li huma intiżi għall-użu mill-ġdid. Ir-rekwiżit li l-oġġetti maħsuba għall-użu mill-ġdid għandhom jiġu ċertifikati individwalment li jiffunzjonaw inaffar il-kunsinni illegali u jiffaċilita l-prosekuzzjoni tal-ħatja. | |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 10 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 u 2, b'mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwivalenti. |
3. Sabiex tippermetti operazzjonijiet ta’ trattament barra mill-Komunità f’livell ekwivalenti ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 18a u suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 18b and 18c, regoli dettaljati tal-paragrafi 1 u 2, b’mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti. |
|
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissumplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika mal-proċedura l-ġdida skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 38 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [...*]. |
|
|
* Daħħal data 18-il xahar wara l-ġurnata li fiha din id-Direttiva tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-adozzjoni tar-regoli implimentattivi jeħtieġ li jkun hemm dati ta’ skadenza obbligatorji sabiex tinħoloq ċertezza legali u ta’ infurzar għall-awtoritajiet u għall-industrija. | |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) għall-WEEE li jaqgħu taħt il-kategoriji 1 u 10 fl-Anness I għad-Direttiva 20xx/xx/KE (RoHS) , |
(a) għall-WEEE li jaqgħu taħt il-kategoriji 1 u 4 fl-Anness -IA, |
|
- 85 % għandhom jiġu rkuprati , u |
- 85 % għandhom jiġu rkuprati , |
|
- 80 % għandhom jiġu ppreparati għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ; |
- 75% għandhom jiġu riċklati, u, |
|
|
- 5 % għandhom jiġu ppreparati għall-użu mill-ġdid; |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
b) għall-WEEE li jaqgħu taħt il-kategoriji 3 u 4 fl-Anness I għad-Direttiva 20xx/xx/KE (RoHS) , |
b) għall-WEEE li jaqgħu taħt il-kategorija 2 tal-Anness -IA, |
|
- 80 % għandhom jiġu rkuprati , u |
- 80 % għandhom jiġu rkuprati , |
|
- 70 % għandhom jiġu ppreparati għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ; |
- 65% għandhom jiġu riċklati, u, |
|
|
- 5 % għandhom jiġu ppreparati għall-użu mill-ġdid; |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) għall-WEEE li jaqa' taħt il-kategoriji 2, 5, 6, 7, 8 u 9 fl-Anness I għad-Direttiva 20xx/xx/KE (RoHS) , |
(c) għall-WEEE li jaqa’ taħt il-kategorija 5 tal-Anness -IA, |
|
- 75 % għandhom jiġu rkuprati , u |
- 75 % għandhom jiġu rkuprati , |
|
- 55 % għandhom jiġu ppreparati għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ; |
- 50% għandhom jiġu riċklati, u, |
|
|
- 5 % għandhom jiġu ppreparati għall-użu mill-ġdid; |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Article 11 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) għall-WEEE li jaqa’ taħt il-kategorija 3 tal-Anness -IA, |
|
|
- 75 % għandhom jiġu rkuprati , u |
|
|
- 50% għandhom jiġu rriċiklati; |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Article 11 – paragrafu 1 – punt c b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(cb) għall-WEEE li jaqa’ taħt il-kategorija 6 tal-Anness -IA |
|
|
- 85 % għandhom jiġu rkuprati , |
|
|
- 75% għandhom jiġu riċklati, u, |
|
|
- 5 % għandhom jiġu ppreparati għall-użu mill-ġdid; |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
d) għal bozoz li jiskargaw bil-gass, 85 % għandhom jiġu ppreparati għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. |
d) għal bozoz li jiskargaw il-gass, 80% għandhom jiġu rriċiklati. |
Emenda 45 Proposta għal direttiva L-Artikolu 11 - - paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Dawn il-miri jiġu kkalkulati bħala perċentwali tal-piż ta' skart tal-WEEE miġbur separatament li jintbagħat fil-faċilitajiet ta' rkupru. |
2. Dawn il-miri jiġu kkalkulati bħala perċentwali tal-piż ta’ skart tal-WEEE miġbur separatament li jintbagħat fil-faċilitajiet ta’ rkupru u huwa użat mill-ġdid, riċiklat jew irkuprat b’mod effettiv. L-operazzjonijiet ta’ ħażna, għażla u ta’ qabel l-ipproċessar fil-faċilitajiet ta’ rkupru m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu dwar jekk dawn il-miri ntlaħqux. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jiżgura li l-operazzjonijiet finali ta’ rkupru biss huma kalkulati bħala rkupru. Inkella l-iskart mibgħut lejn faċilità ta’ rkupru, u li jintuża biss f’operazzjonijiet ta’ qabel l-ipproċessar bħall-għażla u l-ħżin, iżda li wara jintrema, jiġi meqjus li ġie rkuprat. | |
Emenda 46 Proposta għal direttiva L-Artikolu 11 - paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jiġu kkalkulati dawn il-miri, il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom għandhom iżommu reġistri dwar il- piż tal-WEEE, il-komponenti, il-materjali jew is-sustanzi tagħhom meta jidħlu (input) u joħorġu (output) mill-faċilità tat-trattament u/jew meta jidħlu (input) fil-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jiġu kkalkulati dawn il-miri, il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom għandhom iżommu reġistri dwar il-piż ta' EEE użat, tal-WEEE, il-komponenti, il-materjali jew is-sustanzi tagħhom meta jidħlu (input) u joħorġu (output) mill-faċilità tat-trattament umeta jidħlu (input) jew joħorġu (output bħala perċentwal globali) mill-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ. |
Ġustifikazzjoni | |
Attwalment il-miri jistgħu jinkisbu biss billi ssir għażla u proċessar minn qabel f’faċilità ta’ rkupru R12 u mbagħad il-WEEE kollu magħżul jintbagħat lejn operazzjonijiet reali ta’ rkupru f’faċilità ta’ rkupru oħra. Dan faċilment jagħti rata ta’ rkupru/riċiklaġġ ta’ madwar 80 – 95% minkejja dak li jista’ jsir mill-frazzjonijiet tal-WEEE magħżula fil-faċilità ta’ rkupru finali. M’għandux ikun permissibbli li jiġu kkunsidrati biss l-input u l-output f’faċilità ta’ rkupru tat-tip R12-13 għall-kisba tal-miri. L-irkupru u r-riċiklaġġ miksuba fil-faċilità ta’ rkupru finali għandhom jiġu kkunsidrati. | |
Emenda 47 Proposta għal direttiva L-Artikolu 12 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jipprovdu għall-inqas l-finanzjament tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal- WEEE minn djar privati ddepożitati f’faċilitajiet ta’ ġbir mwaqqfa skont l-Artikolu 5(2). L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu lill-produtturi jiffinanzjaw l-ispejjeż kollha għall-faċilitajiet tal-ġbir għall-WEEE mid-djar privati. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jipprovdu għall-inqas il-finanzjament tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal- WEEE minn djar privati ddepożitati f’faċilitajiet ta’ ġbir imwaqqfa skont l-Artikolu 5(2). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq jiżguraw li, sabiex tiġi mtejba l-ġabra tal-WEEE, jinġabru biżżejjed riżorsi finanzjarji skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” (fejn dak li jniġġes huwa l-bejjiegħ bl-imnut, il-konsumaturi u l-produtturi, iżda mhux minn min iħallas it-taxxa in ġenerali) fil-mument tal-bejgħ ta' EEE ġdid biex ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-WEEE mid-djar, inkluż l-ispiża tat-tħaddim tal-faċilitajiet ta’ ġbir u kampanja assoċjata ta’ tqajjim tal-kuxjenza ddedikata għall-ġestjoni tal-WEEE. Dawn ir-riżorsi finanzjarji għandhom ikunu disponibbli biss għal atturi li huma obbligati legalment li jiġbru l-WEEE. |
|
|
Fil-każijiet li fihom jirċievu kopertura sħiħa għall-ispejjeż tagħhom, il-muniċipalitajiet u l-punti ta’ ġbir privati għandhom jagħtu l-WEEE kollu miġbur lill-iskemi ta’ responsibilità tal-produttur. |
|
|
Il-finanzjament tal-ġbir tal-WEEE mid-djar biex jintbagħtu għall-faċilitajiet ta’ ġbir m’għandux jaqa’ taħt ir-responsabilità individwali tal-produttur għall-iffinanzjar kif stipulat fl-Artikolu 12(2). |
|
|
Ir-regoli addizzjonali dwar il-metodi ta’ kalkolu li jirrigwardaw l-ispejjeż tal-ġbir u tal-faċilitajiet tal-ġbir jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiżdied ir-rata ta’ ġbir, huwa importanti li l-muniċipalitajiet, jew kwalunkwe attur ieħor obbligat bil-liġi biex jaġixxi bħala punt ta’ ġbir, jorganizzaw kampanji ta’ tqajjim tal-kuxjenza, avvenimenti ta’ ġbir bieb bieb u azzjonijiet oħra biex tinġabar l-akbar kwantità possibbli. L-ispejjeż relattivi għandhom jiġu koperti kollha bil-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, fejn in-niġġiesa huma l-produtturi, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi iżda mhux kull min iħallas it-taxxa. Għandha titħalla flessibilità lill-Istati Membri li jistabbilixxu s-sistema preferuta biex jiksbu r-riżorsi finanzjarji destinati għal dawn l-azzjonijiet. | |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Għal prodotti li jitqiegħdu fis-suq aktar tard mit-13 ta’ Awissu 2005, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-operati msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom x’jaqsmu mal-iskart mill-prodotti tal-produttur stes.s Il-produttur jista' jagħżel li jissodisfa dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. |
2. Għal prodotti li jitqiegħdu fis-suq aktar tard mit-13 ta’ Awissu 2005, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li għandhom x’jaqsmu mal-iskart mill-prodotti tal-produttur stess. Il-produttur jista' jagħżel li jissodisfa dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Produttur għandu jkun kapaċi jissodisfa l-obbligu tiegħu permezz ta’ metodu wieħed jew taħlita ta’ dawn il-metodi. Skemi kollettivi għandhom jintroduċu miżati differenzjati għall-produtturi abbażi ta' kemm ikun faċli r-riċiklaġġ tal-prodotti u l-materja prima strateġika li jkun fihom.
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-produtturi għandu jkollhom flessibilità massima fir-rigward tal-mezzi tal-iżgurar tal-WEEE. | |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur jipprovdi garanzija meta jqiegħed prodott fis-suq li tkun turi li l-ġestjoni tal-WEEE kollu se tiġi ffinanzjata u li l-produtturi jimmarkaw il-prodotti tagħhom b’mod ċar skont l-Artikolu 151(2). Din il-garanzija għandha tiżgura li l-operazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-prodott se jiġu ffinanzjati. Il-garanzija tista’ tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-WEEE, assikurazzjoni ta’ riċiklaġġ jew kont tal-bank ibblokkat. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur jipprovdi garanzija meta jqiegħed prodott fis-suq li tkun turi li l-ġestjoni tal-WEEE kollu se tiġi ffinanzjata u li l-produtturi jimmarkaw il-prodotti tagħhom b’mod ċar skont l-Artikolu 151(2). Din il-garanzija għandha tiżgura li l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-prodott se jiġu ffinanzjati. Il-garanzija tista’ tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-WEEE, assikurazzjoni ta’ riċiklaġġ jew kont tal-bank ibblokkat. Il- garanzija finanzjarja rigward it-tmiem il-ħajja tal-prodotti għandha tiġi kkalkulata sabiex tiżgura l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż reali ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott tal-produttur, billi jiġu kkunsidrati l-istandards tat-trattament u r-riċiklaġġ kif imsemmija fl-Artikolu 8. |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk ikollna standards tar-riċklaġġ u tat-trattament, dawk għandhom ikunu element li wieħed għandu jikkunsidra biex jikkalkula l-garanziji finanzjarji li l-produtturi għandhom jipprovdu biex ikopru l-ispejjeż ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti tagħhom stess, kif mitlub mill-Artikolu 12 u 13. Huma għandhom jinqabdu/ikunu koperti mis-sistema ta’ reġistrazzjoni implimentata fil-livell tal-Istat Membru. Rekwiżiti minimi armonizzati dwar il-garanziji finanzjarji huma meħtieġa sabiex jippermettu verifikar sinifikanti tal-konformità tal-garanziji finanzjarji kif issa saru possibbli permezz tar-reġistru fl-Artikolu 16 u meħtieġ taħt l-ispezzjonijiet fl-Artikolu 20. | |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Sabiex ikun possibbli approċċ armonizzat għal konformità mar-rekwiżiti tal-garanzija finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 12 il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn [...*] tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi u l-metodoloġija biex tikkalkula l-livell ta’ dawk il-garanziji, u tistabbilixxi linji gwida għall-kontroll u l-verifika tagħhom. |
|
|
Dawk ir-rekwiżiti għandhom tal-inqas jiżguraw li: |
|
|
(a) il-garanzija toħloq internalizzazzjoni tal-ispejjeż reali ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott tal-produtturi, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istandards tat-trattament u r-riċiklaġġ, |
|
|
b) l-ispejjeż li jirrigwardaw obbligu ta' produttur ma jaqgħux fuq atturi oħrajn, u |
|
|
c) il-garanzija tkun preżenti fil-futur u tkun tista’ tintuża biex issolvi l-obbligu pendenti ta’ produttur dwar ir-riċiklaġġ f’każ ta’ falliment. |
|
|
* daħħal id-data ta' 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk verament irridu nimplimentaw u ninfurzaw ir-Responsabilità Individwali tal-Produttur, bħala spinta maġġuri għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż ta’ tmiem il-ħajja u bħala forza motriċi għal ekodisinn, inkunu neħtieġu kriterju stabbilit mill-Kummissjoni sabiex jiddefinixxi kif jiġi vvalutat il-livell ta’ garanziji finanzjarji, l-integrazzjoni tal-istandards tar-riċiklaġġ u t-trattatment, u regoli ta' definizzjoni biex jivverifikawhom. | |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jkunu qed jaġixxu f’isimhom jirrappurtaw dwar il-finanzjament u l-ispejjeż tas-sistemi għall-ġbir, trattament u rimi u l-effiċjenza tagħhom fuq bażi annwali. |
Emenda 52 Proposta għal direttiva – att li jemenda L-Artikolu 14 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jkollhom il-permess li juru lix-xerrejja, waqt il-bejgħ ta' prodotti ġodda, l-ispejjeż tal-ġbir, it-trattament u r-rimi li jsiru b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. L-ispejjeż imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-ispejjeż imġarrba realment . |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-ispejjeż tal-ġabra u tat-trattament għandhom ikunu inkorporati fil-prezz tal-prodott sabiex ikun hemm inċentiv biex jitnaqqsu dawk l-ispejjeż. Ir-rati fissi la jirriflettu l-ispejjeż ta’ prodott imġarrba realment fit-tmiem tal-ħajja operattiva tiegħu u lanqas l-impatt ambjentali tiegħu. B’hekk, fl-aħħar mill-aħħar, il-konsumatur ma jirċevix informazzjoni dwar il-possibilità ta’ riċiklaġġ u l-ispejjeż reali tat-trattament tal-iskart. | |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Sabiex jikber l-għarfien tal-utent, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri jdaħħlu fis-seħħ skemi xierqa ta’ ġbir u għarfien għal volumi żgħar ta’ skart. Tali skemi ta’ ġbir: |
|
|
(a) għandhom jipperemettu lill-utenti finali jarmu dan it-tip ta’ skart f’punt ta’ ġbir aċċessibbli u viżibbli fil-ħanut tal-bejjiegħ bl-imnut; |
|
|
b) għandhom jeħtieġu lill-bejjiegħa bl-imnut biex jieħdu lura l-iskart tal-WEEE li jkollu volum verament żgħir mingħajr ebda ħlas meta jipprovdu EEE li jkollu volum verament żgħir; |
|
|
(c) m’għandhom jinvolvu ebda ħlas mill-utenti finali meta jkunu qed jarmu dan l-iskart, u anqas obbligu li jinxtara prodott ġdid tal-istess tip; |
|
|
Mhux aktar tard minn [...*] il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 18a u suġġetti għall-Artikoli 18b and 18c, definizzjoni ta' "volumi verament żgħar ta’ skart" li tqis ir-riskju li skart bħal dan ma jinġabarx b'mod seperat minħabba d-daqs żgħir ħafna tiegħu. |
|
|
* daħħal data ta' 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
b) is-sistemi ta’ ritorn u ġbir disponibbli għalihom; |
b) is-sistemi ta’ ritorn u ġbir disponibbli għalihom, li jħeġġu l-koordinazzjoni ta’ informazzjoni li sservi biex tidentifika l-punti ta’ ġbir kollha disponibbli, irrispettivament mill-produtturi li jkunu stabbilewhom; |
Ġustifikazzjoni | |
L-utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw liema punti ta’ ġbir huma l-aktar konvenjenti. Billi hemm diversi sistemi ta’ ġbir separati, jista’ jkun diffiċli għall-utenti biex isibu punt ta’ ġbir, u b’hekk dawn jiġu skoraġġiti milli jibagħtu l-WEEE tagħhom għall-irkupru. Għandhom jiġi magħmula arranġamenti kif suppost sabiex jikkoordinaw l-informazzjoni u għalhekk jippermettu lill-utenti jsiru jafu liema punti ta’ ġbir huma disponibbli. | |
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 14 - paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li xi tagħrif jew it-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafi 2 għandu jiġi pprovdut mill-produtturi u/jew id-distributuri, eż. fl-istruzzjonijiet għall-użu jew fil-punt tal-bejgħ. |
5. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li xi tagħrif jew it-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi pprovdut mill-produtturi u/jew id-distributuri, eż. fl-istruzzjonijiet għall-użu jew fil-punt tal-bejgħ jew permezz ta' kampanji pubbliċi tat-tqajjim tal-kuxjenza. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tagħti eżempju li jiċċara dwar kif din l-informazzjoni tista’ titmexxa ’l quddiem minn produtturi kif isir f’ċerti Stati Membri. | |
Emenda 56 Proposta għal direttiva L-Artikolu 15 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-preparazzjoni għal l-użu mill-ġdid u t-trattament korrett u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE, inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, arranġament mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu tagħrif dwar użu mill-ġdid u trattament għal kull tip ġdid ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq fi żmien sena wara li t-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Dan it-tagħrif għandu jidentifika, safejn ikun meħtieġ minn ċentri ta’ użu mill-ġdid, faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-komponenti u l-materjali tal-EEE differenti, kif ukoll il-lok ta’ sustanzi perikolużi u preparazzjonijiet fl-EEE. Għandu jsir disponibbli għaċ-ċentri ta’ użu mill-ġdid, faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ minn produtturi tal-EEE bħala manwali jew permezz ta’ midja elettronika (eż. CD-ROM, servizzi online). |
1. Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu u t-trattament korrett u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE, inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, l-użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, arranġament mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu tagħrif bla ħlas dwar użu mill-ġdid u trattament għal kull tip ġdid ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq fi żmien sena wara li t-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Dan it-tagħrif għandu jidentifika, safejn ikun meħtieġ minn ċentri ta’ użu mill-ġdid, faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-komponenti u l-materjali tal-EEE differenti, kif ukoll il-lok ta’ sustanzi perikolużi u preparazzjonijiet fl-EEE. Għandu jsir disponibbli għaċ-ċentri ta’ użu mill-ġdid, faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ minn produtturi tal-EEE bħala manwali jew permezz ta’ midja elettronika (eż. CD-ROM, servizzi online). |
Ġustifikazzjoni | |
L-użu mill-ġdid għandu jiġi promoss bħala mezz ta’ prevenzjoni tal-iskart kif ukoll bħala parti mit-trattament ambjentali sod. Għat-tnejn li huma, l-informazzjoni meħtieġa hija rekwiżita fl-Artikolu. | |
Emenda 57 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe produttur fit-territorju tagħhom jista' jdaħħal kull tagħrif rilevanti fir-reġistri nazzjonali tagħhom, inklużi r-rekwiżiti ta' rappurtar u l-imposti, li jirriflettu l-attivitajiet tiegħu madwar l-Istati Membri l-oħra kollha. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe produttur fit-territorju tagħhom jista' jdaħħal taħt forma elettronika kull tagħrif rilevanti fir-reġistri nazzjonali tagħhom, inklużi r-rekwiżiti ta' rappurtar u l-imposti, li jirriflettu l-attivitajiet tiegħu madwar l-Istati Membri l-oħra kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun possibbli li l-iskambju tal-informazzjoni jsir f’forma elettronika biex jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi kif ukoll l-ispejjeż għall-impriżi. | |
Emenda 58 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-reġistri għandhom ikunu interoperazzjonali sabiex ikun jista' jseħħ l-iskambju ta' dan it-tip ta' tagħrif, inkluż tagħrif dwar il-kwantità ta' tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq nazzjonali u għat-trasferiment ta' flus relatat ma' trasferimenti intra-Komunitarji ta' prodotti jew WEEE. |
Ir-reġistri għandhom ikunu interoperazzjonali sabiex ikun jista' jseħħ l-iskambju ta' dan it-tip ta' tagħrif, inkluż tagħrif dwar il-kwantità ta' tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq nazzjonali kif ukoll informazzjoni li tippermetti trasferiment ta' flus relatat ma' trasferimenti intra-Komunitarji ta' prodotti jew WEEE. |
Ġustifikazzjoni | |
M’għandhomx jiġu stabbiliti sistemi finanzjarji ġodda, iżda għandu sempliċiment ikun hemm skambju tat-tagħrif dwar il-mezzi finanzjarji. Minflok sempliċement jiġbru l-ħlasijiet indipendentament u mbagħad jittrasferixxu l-flus direttament lil Stati Membri oħrajn, ir-reġistri għandhom ikunu interoperabbli għal skopijiet ta' informazzjoni. | |
Emenda 59 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 16 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li produttur li jqiegħed tagħmir elettriku jew elettroniku fis-suq tiegħu iżda li ma jkunx residenti fit-territorju tiegħu jkun jista' jaħtar rappreżentant legali lokali residenti f'dak l-Istat Membru sabiex ikun responsabbli għall-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rekwiżit li kull produttur ikun domiċiljat legalment fl-Istat Membru li fih ikun jixtieq jibda jbigħ tagħmir elettriku jew elettroniku, huwa ta’ xkiel għas-suq intern u ta’ piż partikolari għall-SMEs. Għal skopijiet ta’ infurzar tad-Direttiva fl-Istat Membru li jkun, huwa suffiċjenti li jkun hemm rappreżentant legali residenti sabiex jassumi l-obbligi tal-produttur skont id-Direttiva. | |
Emenda 60 Proposta għal direttiva L-Artikolu 16 - paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-format għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar u l-frekwenza tar-rappurtar għandhom jiġu stabbiliti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissumplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). |
3. Sabiex tiżgura funzjonament bla xkiel tas-sistema tar-reġistrazzjoni, tal-informazzjoni u ta’ rappurtaġġ, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a, 18b u 18c, il-format għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar u l-frekwenza tar-rappurtar. Il-format tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar għandu jinkludi mill-inqas dan it-tagħrif: |
|
|
- tagħrif dwar il-kwantità ta’ tagħmir elettriku u elettroniku li jitqiegħed fis-suq nazzjonali, |
|
|
- it-tip ta’ tagħmir, |
|
|
- il-marki, |
|
|
- il-kategoriji, |
|
|
-garanzija il , fejn applikabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika għall-proċedura l-ġdida taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 16 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 16a |
|
|
L-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi |
|
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi sabiex jiżguraw li l-informazzjoni hija miksuba sabiex tippermetti lil awtoritajiet regolatorji, produtturi u distributuri jidentifikaw: |
|
|
(a) kwalunkwe operatur ekonomiku li fornihom b’EEE; |
|
|
b) kwalunkwe operatur ekonomiku li huma fornew EEE. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi żgurat li s-sors tal-WEEE jista’ jiġi identifikat huwa meħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu arranġamenti sabiex irażżnu operaturi kummerċjali diżonesti. | |
Emenda 62 Proposta għal direttiva L-Artikolu 17 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Emendi jistgħu jkunu meħtieġa sabiex l-Artikolu 16(6) u l-Annessi jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku jkun jistgħu jiġu adottati . Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). |
Sabiex tippermetti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu adottati għal progress xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a, 18b u 18c, emendi għall-Artikolu 16(6) u l-Annessi. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika mal-proċedura l-ġdida skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 63 Proposta għal direttiva L-Artikolu 18 - paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonjiet tal-Artikolu 8 tagħha. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika għall-proċedura l-ġdida taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 18 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 18a |
|
|
Eżerċizzju tad-delegazzjoni |
|
|
1. Il-poter sabiex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7, 8, 10, 14, 16, 17 u 20 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat. |
|
|
2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
|
3. Il-poter sabiex jiġu adottati atti delegati għandu jingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 18b u 18c. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika għall-proċedura l-ġdida taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 18 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 18b |
|
|
Revoka tad-delegazzjoni |
|
|
1. Id-delegazzjoni tal-poter imsemmija fl-Artikoli 7, 8, 10, 14, 16, 17 u 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
|
|
2. L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna għal deċiżjoni dwar jekk tirrevokax id-delegazzjoni tal-poter jew le għandha timpenja ruħha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, fejn tindika l-poteri delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. |
|
|
3. Id-deċiżjoni għal revoka għandha ġġib fi tmiem id-delegazzjoni tal-poteri speċifikati f’din id-deċiżjoni. Hija għandha tibda sseħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà huma fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika għall-proċedura l-ġdida taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 18 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 18c |
|
|
Oġġezzjoni għal atti delegati |
|
|
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’perjodu ta’ xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn. |
|
|
2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih. |
|
|
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tistqarr ir-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att delegat. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika għall-proċedura l-ġdida taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 67 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dawk l-ispezzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-esportazzjonijiet tal-WEEE lil hinn mill-Komunità skont ir-Regolament dwar il-Ġarr tal-Iskart u l-operazzjonijiet fil-faċilitajiet ta' trattament skont id-Direttiva 2008/xx/KE dwar l-iskart u l-Anness II ta' din id-Direttiva. |
Dawk l-ispezzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-kwantitajiet irrapurtati ta’ tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq, biex jivverifikaw il-livell ta’ garanzija finanzjarja skont l-Artikolu 12, l-esportazzjonijiet tal-WEEE lil hinn mill-Komunità skont ir-Regolament dwar il-Ġarr tal-Iskart u l-operazzjonijiet fil-faċilitajiet ta’ trattament skont id-Direttiva 2008/xx/KE dwar l-iskart u l-Anness II ta’ din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
S’issa ħafna drabi mhu jitwettaq l-ebda eżami bir-reqqa tal-kwantitajiet iddikjarati mill-produtturi. Dawn, però, jaffettwaw il-finanzjament u l-garanziji. | |
Emenda 68 Proposta għal direttiva – att li jemenda L-Artikolu 20 - paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) L-Istati Membri għandhom iwettqu l-monitoraġġ tal-ġarr tal-WEEE skont ir-rekwiżiti minimi ta' monitoraġġ fl-Anness I. |
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġarr ta’ tagħmir elettriku u elettroniku użat li jkun suspettat li hu skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku jsir skont ir-rekwiżiti minimi fl-Anness I u jimmonitorjaw dan il-ġarr kif xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ għandu jiffoka partikolarment fuq tagħmir li b’mod qarrieqi jiġi ddikjarat li hu tagħmir użat, iżda li fil-verità huwa skart ta’ tagħmir, li possibbilment m’għandux jinġarr jew jista’ jinġarr skont rekwiżiti partikolari biss. | |
Emenda 69 Proposta għal direttiva L-Artikolu 20 - paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Jistgħu jiġu stipulati regoli addizzjonali dwar spezzjonijiet u monitoraġġ. |
3. Sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ spezzjonijiet u monitoraġġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a, 18b u 18c, regoli addizzjonali dwar spezzjonijiet u monitoraġġ. |
|
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissumplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tallinja l-hekk imsejħa “proċedura ta’ komitoloġija” l-antika għall-proċedura l-ġdida taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea | |
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Istati Membri għandhom joħolqu reġistru nazzjonali ta’ faċilitajiet rikonoxxuti ta’ ġbir u trattament. Dawk il-faċilitajiet li l-opertauri tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(3) biss jiddaħħlu fir-reġistru nazzjonali kif stabbilit f’dan l-Artikolu. Il-kontenut tar-reġistru għandu jkun pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħolqien ta’ reġistru ċentrali se jipprovdi ħarsa ġenerali dwar l-attivitajiet tal-faċilitajiet kollha li jagħmlu operazzjonijiet ta’ ġbir, trattament, irkupru u riċiklaġġ, u jsaħħaħ il-possibilità ta’ monitoraġġ ta’ attivitajiet ta’ rkupru. | |
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3b. Operaturi tal-faċilità għandhom jissottomettu prova annwali tal-osservanza tagħhom tar-rekwiżiti tad-Direttiva, u għandhom jissottomettu rapporti b'konformità mal-paragrafi 3c u 3d sabiex iżommu l-istejtus tagħhom ta’ faċilitajiet tat-trattament rikonoxxuti. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħolqien ta’ reġistru ċentrali se jipprovdi ħarsa ġenerali dwar l-attivitajiet tal-faċilitajiet kollha li jagħmlu operazzjonijiet ta’ ġbir, trattament, irkupru u riċiklaġġ, u jsaħħaħ il-possibilità ta’ monitoraġġ ta’ attivitajiet ta’ rkupru. | |
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 3 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3c. L-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ ġbir għandhom jissottomettu rapporti annwalment sabiex jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali biex iqabblu l-volum ta’ WEEE miġbur mal-volum ta’ WEEE li fil-fatt ġie trasferit għal faċilitajiet ta’ rkupru jew riċiklaġġ. Il-WEEE għandu jkun trasferit esklussivament lejn faċilitajiet rikonoxxuti ta’ rkupru u trattament. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħolqien ta’ reġistru ċentrali se jipprovdi ħarsa ġenerali dwar l-attivitajiet tal-faċilitajiet kollha li jagħmlu operazzjonijiet ta’ ġbir, trattament, irkupru u riċiklaġġ, u jsaħħaħ il-possibilità ta’ monitoraġġ ta’ attivitajiet ta’ rkupru. | |
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 3 d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3d. L-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ trattament għandhom annwalment jissottomettu rapporti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali biex iqabblu l-ammont ta’ WEEE li ttieħed mis-sidien jew minn faċilitajiet ta’ ġbir rikonoxxuti mal-ammont ta’ WEEE li kien verament irkuprat, riċiklat, jew esportat f’konformità mal-Artikolu 10. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħolqien ta’ reġistru ċentrali se jipprovdi ħarsa ġenerali dwar l-attivitajiet tal-faċilitajiet kollha li jagħmlu operazzjonijiet ta’ ġbir, trattament, irkupru u riċiklaġġ, u jsaħħaħ il-possibilità ta’ monitoraġġ ta’ attivitajiet ta’ rkupru. | |
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 3 e (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3e. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sidien jagħtu l-WEEE tagħhom esklussivament lil faċilitajiet irreġistrati u rikonoxxuti ta’ ġbir, irkupru u/ jew ta’ riċiklaġġ. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħolqien ta’ reġistru ċentrali se jipprovdi ħarsa ġenerali dwar l-attivitajiet tal-faċilitajiet kollha li jagħmlu operazzjonijiet ta’ ġbir, trattament, irkupru u riċiklaġġ, u jsaħħaħ il-possibilità ta’ monitoraġġ ta’ attivitajiet ta’ rkupru. | |
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 21 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2, 3, 5, 6, 7, 11, 14, 16, 19, 20 u l-Anness I sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara l-jum tal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea] . Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva . |
1. L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2, 3, 5, 6, 7, 11, 14, 16, 19, 20 u l-Anness I sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara l-jum tal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea] . Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva . L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikolu 12(2) ta’ din id-Direttiva sabiex kull produttur jiffinanzja biss l-operazzjonijiet marbuta mal-iskart mill-prodotti tiegħu mqiegħda fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005, u li jkunu pprovduti l-garanziji finanzjarji xierqa, kif meħtieġa mill-Artikolu 12(2) ta’ din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-prinċipju tar-responsabilità individwali tal-produttur fl-implimentazzjoni ta’ obbligi finanzjarji, u meta wieħed iqis il-kunsiderazzjoni fqira ta’ standards tar-riċiklaġġ u tat-trattament biex jingħataw spinta l-prestazzjonijiet ambjentali ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti, huwa importanti li wieħed jinsisti fuq l-Artikolu 8 u l-Artikolu 12 sabiex jiżgura implimentazzjoni xierqa tal-prinċipji tagħhom fil-liġi nazzjonali. | |
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 21 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Flimkien mal-eżamijiet mill-ġdid li huma stipulati fl-Artikoli 2 u 7, il-Kummissjoni għandha, f’perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħha, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill abbażi tal-esperjenza fir-rigward tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposti għal emendi għal din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan huwa li din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha jkunu soġġetti għal monitoraġġ wiesa’ flimkien mal-eżamispeċifiku tal-ambitu tagħha u r-rati ta’ ġbir. | |
Emenda 77 Proposta għal direttiva L-Artikolu 22 - paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-Direttiva 2002/96/KE kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness V, il-Parti A, għandha titħassar jum wara d-data msemmija fl-Artikolu 21, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, il-Parti B. |
Id-Direttiva 2002/96/KE kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness V, il-Parti A, għandha titħassar jum wara d-data msemmija fl-Artikolu 21, minbarra l-Artikolu 5(5), li jitħassar fil-31 ta' Diċembru 2011, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, il-Parti B. |
Emenda 78 Proposta għal direttiva Anness -I A (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
ANNESS -IA |
|
|
Kategoriji ta’ tagħmir skont l-Artikolu 11 |
|
|
(1) Tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi |
|
|
(2) Skrins u moniters |
|
|
(3) Bozoz |
|
|
(4) Tagħmir kbir, bl-eċċezzjoni ta’ tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi, skrins u moniters, u bozoz. It-tagħmir kbir huwa definit bħala t-tagħmir kollu li fil-prinċipju mhuwiex mobbli jew li fil-prinċipju hu maħsub biex matul il-perjodu kollu tal-użu tiegħu jibqa’ fil-post fejn ikun ser jintuża. |
|
|
(5) Tagħmir żgħir, bl-eċċezzjoni ta’ tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi, skrins u moniters, u bozoz u tagħmit tal-IT u tat-telekomunikazzjoni. It-tagħmir żgħir huwa definit bħala tagħmir li fil-prinċipju jista’ jiċċaqlaq u mhuwiex maħsub biex matul il-perjodu kollu tal-użu tiegħu jibqa’ fil-post fejn ikun ser jintuża. |
|
|
(6) Tagħmir żgħir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni |
Emenda 79 Proposta għal direttiva Anness -I B (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
ANNESS -IB |
|
|
Lista mhix eżawrjenti ta’ tagħmir li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-Anness IA (ġdid) |
|
|
1. Tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi |
|
|
- Refriġeraturi |
|
|
- Friżers |
|
|
- Tagħmir għall-ħruġ/bejgħ awtomatiku ta’ prodotti kesħin |
|
|
- Tagħmir tal-arja kondizzjonata |
|
|
- Radjaturi li jaħdmu biż-żejt u tagħmir ieħor għat-trasferiment tas-sħana bl-użu ta’ mezzi għajr ilma (bħal pereżempju pompi tas-sħana u tagħmir li jnaqqas l-umdità) |
|
|
2. Skrins u moniters |
|
|
- Skrins |
|
|
- Settijiet tat-televiżjoni |
|
|
- Frames diġitali |
|
|
- Moniters |
|
|
3. Bozoz |
|
|
- Lampi florexxenti dritti |
|
|
- Lampi florexxenti kompatti |
|
|
- Lampi tad-discharge ta' intensità għolja, inklużi lampi tas-sodu bi pressa u lampi alidi tal-metall |
|
|
- lampi tas-sodju bi pressa baxxa |
|
|
- Bozoz LED |
|
|
4. Tagħmir kbir |
|
|
- tagħmir kbir għat-tisjir u għal ipproċessar ieħor tal-ikel (bħal pereżempju hot plates tal-elettriku, fran, kukers, microwaves, magni tal-kafè installati fil-post) |
|
|
- Kapep tal-estrazzjoni |
|
|
- Tagħmir kbir għat-tindif (bħal pereżempju magni għall-ħasil tal-ħwejjeġ, magni li jnixxfu l-ħwejjeġ, magni li jaħslu l-platti) |
|
|
- Tagħmir kbir li jsaħħan (bħal pereżempju ħiters tal-fann, fireplaces tal-elettriku, ħiters tal-ġebel u tal-irħam u tagħmir kbir ieħor li jsaħħan il-kmamar, is-sodod u l-għamara li fuqha wieħed joqgħod bilqiegħda) |
|
|
- Tagħmir kbir għall-kura tal-ġisem (bħal pereżempju solarji, sawni, siġġijiet li jagħmlu l-massaġġi) |
|
|
- Tagħmir kbir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bħal pereżempju kompjuters kbar, servers, infrastruttura u tagħmir tan-netwerks fissi, printers, tagħmir li jagħmel il-kopji, settijiet tat-telefown bil-ħlas) |
|
|
- Tagħmir kbir għal waqt il-mistrieħ u l-isport (bħal pereżempju tagħmir tal-isport b’komponenti tal-elettriku jew elettroniċi, magni tal-logħob li jaħdmu bil-muniti) |
|
|
- Tagħmir kbir li jdawwal u tagħmir ieħor li jxerred jew jikkontrolla t-tidwil |
|
|
- Għodda u makkinarju industrijali kbar tal-elettriku u elettroniċi |
|
|
- Tagħmir kbir għall-iġġenerar jew it-trażmissjoni tal-elettriku (bħal pereżempju ġeneraturi, transformers, tagħmir li jipprovdi fluss kontinwu ta’ elettriku (UPS), tagħmir li jibdel kurrenti alternati f’kurrenti diretti jew bil-maqlub) |
|
|
- Tagħmir mediku kbir |
|
|
- Strumenti kbar ta’ mmonitorjar u ta’ kontroll |
|
|
- Strumenti u tagħmir kbir ta’ kejl (bħal pereżempju mwieżen, magni installati f’post fiss) |
|
|
- Tagħmir kbir li jipprovdi/jbigħ prodotti b’mod awtomatiku u għall-għoti awtomatiku ta’ servizzi sempliċi (magni tal-bejgħ, ATMs, apparat għall-ġbir ta’ kontenituri vojta, photo booths) |
|
|
5. - Tagħmir żgħir |
|
|
- Tagħmir żgħir użat għat-tisjir u proċessar ieħor tal-ikel (bħal pereżempju magni għax-xiwi tal-ħobż, pjanċi għat-tisħin, skieken elettriċi, tagħmir li jiġi mgħaddas f’likwidi biex isaħħanhom, magni li jfettul-ikel) |
|
|
- Tagħmir żgħir għat-tindif (bħal pereżempju vacuum cleaners, ħdejjed tal-mogħdija eċċ.) |
|
|
- Ventilaturi, air fresheners |
|
|
- Tagħmir żgħir għat-tisħin (bħal pereżempju kutri tal-elettriku) |
|
|
- Arloġġi u arloġġi tal-idejn u apparat ieħor għall-kejl tal-ħin |
|
|
- Tagħmir żgħir għall-iġjene u l-benessri personali (bħal pereżempju xfafar għat-tqaxxir tal-leħja, xkupilji tas-snien, apparat li jnixxef ix-xagħar, apparat li jagħmel il-massaġġi) |
|
|
- Kameras |
|
|
- Tagħmir elettroniku għall-użu ta’ kuljum, (bħal pereżempju radjijiet, amplifikaturi tal-awdjo, radjijiet tal-karozza, players tad-DVD) |
|
|
- Strumenti tal-mużika u tagħmir mużikali (bħal pereżempju amplifikaturi, amplifikaturi li jżidu s-saħħa tal-output, audio mixing consoles, mikrofoni)
|
|
|
- Tagħmir żgħir li jdawwal u tagħmir ieħor li jxerred jew jikkontrolla d-dawl
|
|
|
- Ġugarelli (bħal pereżempju ferroviji, mudelli tal-ajruplani eċċ.)
|
|
|
- Tagħmir żgħir tal-isport (bħal pereżempju kompjuters għar-roti, l-għadis, il-ġiri, il-qdif, eċċ.)
|
|
|
- Tagħmir żgħir għal waqt il-mistrieħ (bħal pereżempju logħob tal-vidjo, tagħmir tas-sajd u għal-logħob tal-golf, eċċ.)
|
|
|
- Għodda tal-elettriku jew l-elettronika, inkluża għodda tal-ġnien (bħal pereżempju trapani, srieraq, pompi, lawn-mowers)
|
|
|
- Tagħmir żgħir għall-iġġenerar jew it-trażmissjoni tal-elettriku (bħal pereżempju ġeneraturi, chargers, tagħmir tal-provvista ininterrotta tal-elettriku (UPS), konverters) |
|
|
- Tagħmir mediku żgħir, inkluż tagħmir veterinarju |
|
|
- Strumenti żgħar ta’ mmonitorjar u kontroll (bħal pereżempju ditekters tad-duħħan, regolaturi tas-sħana, termostati, ditekters taċ-ċaqliq, strumenti u prodotti ta’ monitoraġġ, remote controls) |
|
|
- Apparat żgħir ta’ kejl (bħal pereżempju mwieżen, apparat li jindika l-kejl, apparat li jkejjel id-distanzi, termometri) |
|
|
- Tagħmir żgħir li jipprovdi/jbigħ prodotti b’mod awtomatiku |
|
|
6. Tagħmir żgħir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni |
|
|
- Laptops |
|
|
- Kompjuters notebook |
|
|
- Tagħmir żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bħal pereżempju kompjuters personali, printers, kalkulaturi tal-but, telefowns, telefowns ċellulari, routers, apparat tar-radju, monitors tat-trabi, projetturi tal-vidjo.) |
Emenda 80 Proposta għal direttiva Anness I – Titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Rekwiżiti minimi ta' monitoraġġ għall-ġarr tal-WEEE |
Rekwiżiti minimi għall-ġarr ta’ EEE użati |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ġarr tal-EEE kollha li huma użati għandu jkun monitorjat, mhux dawk biss li huma “suspettati” li huma WEEE. | |
Emenda 81 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – punt 1 – subpunt 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-punti a) u b) ma japplikawx jekk it-tagħmir elettriku u elettroniku użat jiġi rritornat għand il-produttur bħala kunsinja ta’ tagħmir difettuż għat-tiswija li għadu taħt il-garanzija, bil-għan li jerġa’ jintuża. |
Ġustifikazzjoni | |
Skont il-ġerarkija tal-iskart, l-użu mill-ġdid tat-tagħmir għandu jiġi inkoraġġut. Għalhekk, għandu jkun permess li tagħmir difettuż li jkun għadu taħt il-garanzija jintbagħat lura għat-tiswija. Ir-rekwiżiti biex tagħmir li ma jkunx qed jaħdem tajjeb jintbagħat lura għandhom ikunu stretti biex ma jingħatax lok li skart ta’ tagħmir jintbagħat taparsi għat-tiswija. | |
Emenda 82 Proposta għal direttiva Anness I – punt 1 - punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
d) imballaġġ suffiċjenti sabiex il-prodotti li qegħdin jinġarru jkunu protetti mill-ħsara waqt it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt. |
d) imballaġġ suffiċjenti u t-tqegħid xieraq tat-tagħbija sabiex il-prodotti li qegħdin jinġarru jkunu protetti mill-ħsara waqt it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt. |
Ġustifikazzjoni | |
EEE użat spiss jista’ jiġi magħżul minn WEEE permezz ta’ ppustjar xieraq matul it-trasport. | |
Emenda 83 Proposta għal direttiva Anness 1 – punt 2 – pass 1 - punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) Il-funzjonalità għandha tiġi ttestjata u s-sustanzi perikolużi għandhom jiġu vvalutati. It-testijiet li għandhom jitwettqu jiddependu mit-tip ta' tagħmir elettriku u elettroniku. Għall-parti l-kbira tat-tagħmir elettriku u elettroniku test ta' funzjonalità tal-funzjonijiet ewlenin huwa suffiċjenti. |
(a) Il-funzjonalità trid tiġi ttestjata u s-sustanzi perikolużi jridu jiġu vvalutati. It-testijiet li jridu jitwettqu jiddependu mit-tip ta' tagħmir elettriku u elettroniku. Għall-parti l-kbira tat-tagħmir elettriku u elettroniku test ta' funzjonalità tal-funzjonijiet ewlenin huwa suffiċjenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn ir-rekwiżiti għandhom jorbtu legalment. | |
Emenda 84 Proposta għal direttiva Anness 1 – punt 2 – pass 1 - punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
b) Ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-ittestjar għandhom jiġu rreġistrati. |
b) Ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-ittestjar iridu jiġu rreġistrati. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan ir-rekwiżit għandu jorbot legalment. | |
Emenda 85 Proposta għal direttiva Anness 1 – punt 2 – pass 2 - punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) Ir-reġistru għandu jitwaħħal b'mod sikur iżda mhux permanenti jew fuq it-tagħmir elettriku u elettroniku stess (jekk dan ma jkunx ippakkjat) jew fuq l-imballaġġ sabiex ikun jista' jinqara mingħajr mingħajr ma jinfetaħ l-imballaġġ tat-tagħmir. |
(a) Ir-reġistru jrid jitwaħħal b'mod sikur iżda mhux permanenti jew fuq it-tagħmir elettriku u elettroniku stess (jekk dan ma jkunx ippakkjat) jew fuq l-imballaġġ sabiex ikun jista' jinqara mingħajr mingħajr ma jinfetaħ l-imballaġġ tat-tagħmir. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan ir-rekwiżit għandu jorbot legalment. | |
Emenda 86 Proposta għal direttiva Anness 1 – punt 2 – pass 2 - punt b - inċiż 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Isem l-oġġett (Isem it-tagħmir skont l-Anness II u l-kategorija skont l-Anness I tad-Direttiva 20/xx/xx/KE (RoHS)); |
Isem l-oġġett (Isem it-tagħmir skont l-Anness -IB u l-kategorija skont l-Anness -IA); |
Ġustifikazzjoni | |
Il-korrezzjoni tal-emenda 39 mir-rapporteur li tinkludi referenza li saret żbaljata minħabba t-tibdil tar-referenza RoHS għal WEEE. Il-qasam ta’ applikazzjoni tad-direttiva għandu jingħata f’din id-direttiva, u mhux fl-RoHS. Lista indikattiva ta’ EEE hija suġġerita wkoll għal din id-direttiva (Anness IB), u dik għandha tkun ir-referenza għall-isem fil-kuntest ta’ din id-direttiva, filwaqt li l-Anness IA jipprovdi l-kategoriji. | |
Emenda 87 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – punt 3 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Minbarra d-dokument mitlub fil-punt 1, kull tagħbija (eż. kontenitur tal-ġarr, trakk) ta' tagħmir elettriku u elettroniku użat għandha tkun akkumpanjata minn: |
Minbarra d-dokumenti mitluba fil-punt 1, kull tagħbija (eż. kontenitur tal-ġarr, trakk) ta' tagħmir elettriku u elettroniku użat trid tkun akkumpanjata minn: |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa obbligatorju li d-dokumenti msemmija fil-punti 1 u 3 jintbagħtu mat-tagħbija biex ikun jista’ jiġi eżaminat jekk l-oġġetti li jkunu qed jinġarru humiex tagħmir użat li jista’ jerġa’ jintuża jew skart ta’ tagħmir. | |
Emenda 88 Proposta għal direttiva Annes I – punt 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Fin-nuqqas tad-dokumentazzjoni xierqa mitluba fil-punt 1 u 3 u l-imballaġġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jippreżumu li oġġett huwa WEEE perikoluż u jippreżumu li t-tagħbija hija konsenja illegali. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jiġu mgħarrfa u t-tagħbija tiġi ttrattata skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament dwar il-Ġarr tal-Iskart. Fil-maġġoranza tal-każijiet dawk responsabbli mill-ġarr ikollhom jieħdu l-iskart lura fil-pajjiż minn fejn ikun tqassam bl-ispejjeż imġarrba minnhom stess u jistgħu jiġu soġġetti għal sanzjoni kriminali. F'dawk l-Istati Membri fejn il-piż biex jintwera li l-oġġetti huma WEEE u mhux tagħmir elettriku u elettroniku jaqa' fuq l-awtoritajiet tal-istat, in-nuqqas tad-dokumentazzjoni u tal-imballaġġ xierqa x'aktarx li jwassal għal dewmien sinifikanti fit-tkomplija tat-trasport tal-iskart sakemm jitwettqu l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-istatus tal-oġġetti li jkunu qegħdin jinġarru. |
4. Fin-nuqqas tad-dokumentazzjoni xierqa mitluba fil-punti 1 u 3 jew ta’ imballaġġ xieraq jew ta’ tqegħid xieraq tat-tagħbija, li huwa r-responsabilità tal-utent ta’ tagħmir maħsub għal ġarr biex jipprovdi, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jippreżumu li oġġett huwa WEEE perikoluż u jippreżumu li t-tagħbija hija konsenja illegali. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jiġu mgħarrfa u t-tagħbija tiġi ttrattata skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament dwar il-Ġarr tal-Iskart. |
Ġustifikazzjoni | |
Imballaġġ u tqegħid xieraq li għandhom jiġu preparati/żgurati. Jekk xi ħaġa minn dan huwa nieqes, il-ġarr għandu jkun preżunt li jkun skart. Kjarifika li tindika li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-possessur tal-oġġett. Id-dispożizzjonijiet relevanti kollha huma inklużi fl-Artikoli 24 u 25. | |
- [1] ĠU C 306, 16.12.2009, p. 39.
- [2] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
- [3] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
- [4] ĠU L 266, 26.9.2006, p.1-14. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/12/KE (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 39).
- [5] ĠU L 266, 26.9.2006, p.1-14. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/12/KE (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 39).
NOTA SPJEGATTIVA
L-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku jikkostitwixxi l-aktar fluss ta’ skart tal-EU li qed jiżdied b’mod mgħaġġel u għalhekk qed niffaċċjaw firxa wiesgħa ta’ sfidi. Minn naħa waħda għandhom jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi għall-ambjent u s-saħħa tat-trattament jew ir-rimi inadegwat ta’ dan it-tagħmir, u min-naħa l-oħra t-telf ta’ materja prima jippreżenta problema serja. L-użu effiċjenti u innovattiv tal-enerġija, il-materjali, u r-riżorsi huwa kwistjoni prinċipali li ekonomija globalizzata għandha tiffaċċja. Għaldaqstant, iż-żieda fil-ġbir tal-iskart u t-trattament xieraq tiegħu f’konformità mad-Direttiva jippreżentawlna sfida kbira.
Skont l-Istudju dwar l-Impatt tal-Kummissjoni[1], attwalment diġà qed jinġabar 85% tal-iskart elettroniku ġġenerat. Meta wieħed iqabbel il-kwantità miġbura mal-kwantità tat-tagħmir li jitqiegħed fis-suq, 65% tat-tagħmir li jinbiegħ jerġa’ jinġabar. Madankollu, dawn il-kwantitajiet mhux qed jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet uffiċjali, u parti kbira minnhom mhix qed tiġi ttrattata b’mod adegwat: 33% biss tal-iskart ta’ tagħmir jiġi rrappurtat uffiċjalment, miġbur u ttrattat skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Għalhekk, l-isfida ta’ din ir-reviżjoni hija li tiżdied din ir-rata.
Fl-opinjoni tiegħi, għandhom jittieħdu aktar miżuri indipendentement minn xulxin għall-prevenzjoni tar-rimi inadegwat ta’ skart ta’ tagħmir elettroniku u elettriku:
Ġarr illegali
L-Istati Membri jirrappreżentaw punt tat-tluq essenzjali għall-evitar tal-ġarr illegali. Hija r-responsabilità tagħhom li jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni tad-Direttiva, kif ukoll b’mod partikolari l-infurzar u l-monitoraġġ tagħha. Illum il-ġurnata għadu qed isir ġarr illegali, fuq skala wiesgħa, ta’ skart lil hinn mill-Unjoni Ewropa. Wisq drabi, skart ta’ tagħmir jiġi ddikjarat, b’mod falz, bħala tagħmir użat iżda li għadu jaħdem, u jinġarr barra mill-UE b’dan l-istejtus. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva għandha tgħin biex tħaffef id-distinzjoni bejn skart ta’ tagħmir u tagħmir użat. B’hekk, l-awtoritajiet doganali jkollhom strument prattiku f’idejhom li bih jistgħu jeżerċitaw kontroll effikaċi. Għaldaqstant, huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat li hija r-responsabilità tal-esportaturi li jipprovdu xhieda li l-każ ma jkunx wieħed ta’ skart ta’ tagħmir. L-Istati Membri, però, għandhom iwettqu iktar kontrolli fil-portijiet u fil-fruntieri doganali. Peress li l-livell attwali ta’ trasport illegali huwa konsiderevoli, l-Istati Membri għandhom jassumu fir-realtà r-responsabilità tal-infurzar tad-Direttiva, li bla dubju ta’ xejn hija tagħhom.
Ir-rata ta' ġbir
Ir-rata ta’ ġbir tirrappreżenta spinta oħra importanti għat-trattament xieraq skont id-Direttiva u t-tnaqqis fl-esportazzjoni illegali. Proporzjon kbir ta’ skart miġbur separatament jippermetti li l-flussi ta’ oġġetti jinżammu fi ħdan l-Unjoni Ewropea u jintbagħtu għat-trattament jew għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid. Għal din ir-raġuni, huwa importanti ħafna li titwaqqaf mira ta’ ġbir ambizzjuża.
Waqt li ċerti Stati Membri laħqu l-mira eżistenti ta’ 4 kg għal kull abitant fis-sena, pajjiżi oħrajn laħqu rata saħansitra ħafna ogħla. Madankollu, pajjiżi oħra ma resqux qrib din il-mira fis-snin 2005 u 2006. Huwa ċar li hija responsabilità tal-Istati Membri li jaqdfu biex tintlaħaq rata għolja ta’ ġbir b’kull mezz possibbli. Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li taċċerta li tinżamm konformità mal-miri ta’ ġbir. Il-mira ta’ ġbir eżistenti ta’ 4 kg għal kull abitant fis-sena ma tirriflettix iċ-ċirkostanzi differenti fl-Istati Membri individwali – pereżempju fl-2006, Stat Membru kien diġà laħaq din il-mira b’iktar mit-triplu. Min-naħa l-oħra mhuwiex possibbli li ċerti Stati Membri oħra, li jqiegħdu fis-suq biss kwantitajiet żgħar ħafna ta’ tagħmir elettriku u elettroniku u li s-swieq tagħhom f’dan il-qasam għadhom jippreżentaw livell baxx ta’ bejgħ, jilħqu l-mira l-antika. Għaldaqstant, huwa aktar adegwat li tiġi stabbilita mira għall-ġbir li tiġi kkalkolata bħala proporzjon perċentwali tal-kwantità ta’ tagħmir li tkun tqiegħdet fis-suq li jkun f’perjodu partikolari.
Barra minn hekk, tinħtieġ mira intermedja ladarba ma tibdiex isseħħ mira perċentwali qabel l-2016. Mira intermedja tippermetti wkoll l-introduzzjoni gradwali tal-mira ta’ ġbir ambizzjuża li se tapplika mis-sena 2016. Fl-opinjoni tiegħi, mira ta’ ġbir ambizzjuża hija ta’ importanza kbira peress li tgħin biex jintrabtu l-Istati Membri li jillimitaw il-kwantitajiet kbar li s’issa ma kinux inklużi fis-“sistema WEEE”. ”. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jieħdu diversi approċċi, li jvarjaw mil-limitazzjoni tal-għadd tal-persuni intitolati li jiġbru skart ta’ tagħmir u ż-żieda fin-numru tal-punti ta’ ġbir sal-obbligu għall-produtturi li joħolqu sistemi ta’ inċentivi biex l-iskart ta’ tagħmir jiġi rritornat mill-konsumaturi stess. Peress li s-swieq nazzjonali tal-iskart huma strutturati b’mod li jvarja ħafna bejn id-diversi Stati Membri, id-Direttiva mhix maħsuba biex tintervieni f’dawn l-istrutturi. F’dan ir-rigward, punt tat-tluq huwa r-regola ċara li hemm fid-Direttiva, li tistipula li l-atturi kollha involuti fil-ġbir ta’ skart ta’ tagħmir għandhom jirrappurtaw lill-Istat Membru li jkun il-kwantitajiet miġbura mingħajr l-ebda ħlas. Dan għandu jiffaċilita l-monitoraġġ tal-flussi ta’ skart. L-estensjoni tal-perjodu ta’ referenza għal tliet snin timmira biex tippermetti li jiġu bbilanċjati aħjar il-varjabilitajiet fis-suq kif ukoll li jiġu inklużi b’mod aħjar anki s-swieq il-ġodda. Barra minn hekk, mill-perspettiva ambjentali għandha tintlaħaq rata għolja ta’ friżers u friġġis miġburin b’mod separat kif ukoll ta’ bozoz li fihom il-merkurju, u jekk xieraq, għandhom ukoll jiġu proposti rati ta’ ġbir separati għalihom mill-Kummissjoni. B’hekk, fil-futur l-attenzjoni għandha tintefa’ fuq prodotti li huma l-iktar rilevanti għall-ambjent, bħal bozoz li jiskargaw il-gass u tagħmir li fih il-kloroflworokarbonji (CFCs), li sal-lum il-ġurnata mhumiex riflessi separatament fir-rata totali.
Huwa importanti madankollu li l-produtturi jġiebu ruħhom b'mod responsabbli, u mhux biss fl-interess tal-ambjent. approċċ responsabbli għandu jkun ukoll fl-interess tagħhom stess. Bl-irkupru ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku huma jirbħu lura materja prima sekondarja prezzjuża. Attwalment, ħafna drabi, tagħmir li jkun għad għandu potenzjal, ma jiġix irritornat lura għand il-produtturi, u dan għandu jimmotivahom biex jibdew jaħdmu fuq inċentivi għall-konsumatur, li jħeġġuh jirritorna lura l-iskart ta’ tagħmir għand il-produtturi. Ir-responsabilità min-naħa tal-produttur titlob li jkun hemm innovazzjoni u b’hekk, mal-medda taż-żmien, tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-kompetittività.
Responsabilità għall-miri ta’ ġbir
Ir-responsabilità tal-Istati Membri, minflok tal-produtturi, biex jintlaħqu l-miri ta’ ġbir ma twassalx biex tiddgħajjef ir-responsabilità tal-produtturi – anzi, bil-kontra. Jekk ir-responsabilità legali biex jintlaħqu l-miri ta’ ġbir tiġi imposta esklussivament fuq il-produtturi, dan ma jfissirx li wieħed jista’ jistenna li r-rati milħuqa jkunu sinifikatament ogħla. Filwaqt li l-produtturi - abbażi tar-responsabilità tal-produttur - għandhom ċertament obbligi sostanzjali rigward ġbir ta' tagħmir skartat, ma jistgħux jagħmlu dan weħedhom. Huwa ppruvat li mhux il-kwantitajiet kollha ta’ skart ta’ tagħmir li jinġabru qed jaslu f’sistemi ta’ ġbir tal-iskart li jkunu ffinanzjati mill-produtturi. Meta prodott isir skart, m’għadux qed jinsab fil-pussess tal-produttur. Barra s-sistemi ta’ inċentivi għar-ritorn tal-iskart, il-produtturi m’għandhomx possibilitajiet oħra kif jistgħu jobbligaw lil atturi oħra (bħal pereżempju n-negozjanti tal-iskart) li jirritornaw lura l-prodotti. Kieku r-responsabilità legali għall-miri ta’ ġbir tiġi imposta fuq il-produtturi, kieku, konsegwentement, għandha tiġi assenjata lilhom ukoll ir-responsabilità tal-ġbir. Iżda l-indħil fir-reġimi nazzjonali individwali tal-iskart definittivament mhuwiex kopert minn kompetenza korrispondenti tal-UE. Infrastrutturi eżistenti li huma ta’ suċċess għandhom ikunu jistgħu jkomplu jiġbru l-iskart. Barra minn hekk, mhuwiex ċar kif mira nazzjonali kollettiva tista’ tiġi infurzata legalment fuq il-produtturi individwali partikolari. Anzi, l-Istati Membri għandhom jilħqu ġbir ambizzjuż bl-għajnuna ta’ kull mezz li għandhom fid-dispożizzjoni tagħhom. Ir-rati li diġà ntlaħqu minn ċerti pajjiżi juru li dan huwa possibbli.
Ir-responsabilità tal-konsumatur
Anke l-konsumaturi għandhom parti essenzjali mir-responsabilità fir-rigward tar-rimi adegwat tal-iskart ta’ tagħmir. Wisq tagħmir jintesa u jintefa’ ġo kxiexen mingħajr ma jintuża, jew b’mod inadegwat jintrema mal-bqija tal-iskart tad-dar. Ċertament f’dan ir-rigward sistemi ta’ inċentivi tal-produtturi jistgħu jikkontribwixxu sabiex il-konsumaturi jieħdu ħsieb biex it-tagħmir tagħhom jintbagħat għal trattament adegwat, madankollu, min-naħa tagħhom għandhom ir-responsabilità li jirritornaw it-tagħmir fi bring in sites jew jeħduh lura għand id-distributuri. Il-konsumaturi, ma tistax u m’għandhiex titneħħielhom din ir-responsabilità. F’dan ir-rigward, anke l-finanzjament tal-ġbir tal-iskart minn quddiem il-bieb tad-dar tal-konsumaturi m’għandux jiġi aċċettat. Permezz ta’ dan, ikun hemm intervent anke fi strutturi ta’ ġbir ta’ suċċess, bħal pereżempju dawk tal-muniċipji, mingħajr ma wieħed jistenna li jkun hemm benefiċċju ikbar għall-ambjent, fis-sens li inqas skart ta’ tagħmir jiċċirkola barra mis-sistema uffiċjali ta’ ġbir.
Reġistrazzjoni
L-ewwel snin minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva wrew li permezz tal-implimentazzjoni differenti tagħha fl-Istati Membri nħolqu ostakoli burokratiċi, xi wħud minnhom kbar, u flimkien ma dawn wkoll ċerti spejjeż. Dawn qed ixekklu s-suq intern ħieles b’mod konsiderevoli. Skont l-Istudju dwar l-Impatt tal-Kummissjoni[2], f’dan ir-rigward huwa possibbli li jiġu ffrankati spejjeż li jlaħħqu s-66 miljun euro fis-sena. Dan japplika b’mod partikolari għar-rekwiżiti differenti għar-reġistrazzjoni fl-Istati Membri. Anke l-obbligi ta’ rappurtar huma rregolati b’modi tassew differenti. Għal din ir-raġuni, il-proposta tal-Kummissjoni għandha tintlaqa’ peress li permezz tagħha jitħaffef l-iskambju tad-dejta bejn l-Istati Membri, bis-saħħa tal-interoperabilità. Dan għandu jittieħed f’livell ieħor, billi jkun hemm possibilità li ssir reġistrazzjoni onlajn. L-interoperabilità tar-reġistri timpedixxi wkoll li jiġu imposti ħlasijiet multipli li bihom jintefgħu diversi piżijiet fuq il-produtturi. Din l-armonizzazzjoni tal-formati tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar se tkun essenzjali għat-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi u twassal ukoll għal implimentazzjoni aktar uniformi tad-Direttiva. F’dan ir-rigward, hija importanti l-armonizzazzjoni tad-dejta ta’ bażi tal-Istati Membri, peress li attwalment id-dejta nazzjonali tal-Istati Membri tista’ titqabbel biss inadegwatament. Bħala eżempju nistgħu nsemmu li fid-diversi Stati Membri l-piżijiet jiġu kkalkolati b’mod differenti. L-ostakoli għas-suq intern li jinħolqu minħabba li ħafna Stati Membri jitolbu li produttur għandu jkollu uffiċċju rreġistrat fl-Istat Membru li jkun biex ikun jista’ jqiegħed tagħmir fis-suq, għandhom jiġu eliminati. Huwa suffiċjenti li jkun hemm aġent residenti sabiex jassumi l-obbligi tal-produttur: l-awtoritajiet nazzjonali jżommu l-kapaċità li jeżiġu li l-obbligi tal-produtturi skont id-Direttiva jiġu rispettati, filwaqt li jitħaffef il-piż fuq l-SMEs.
Kategoriji ta’ tagħmir
It-tnaqqis tal-kategoriji ta’ tagħmir, li qabel kienu għaxra, għal ħamsa biss, jikkostitwixxi simplifikazzjoni addizzjonali. Dan diġà jirrifletti l-prattika attwali u jevita l-burokrazija żejda. Il-kategoriji huma mfassla skont aspetti ambjentali billi għandhom karatteristiċi simili fejn tidħol il-kompożizzjoni u tittieħed inkonsiderazzjoni r-rilevanza ekoloġika tagħhom. Il-kategoriji m'għadhomx relevanti fir-rigward tal-ambitu ta' applikazzjoni tad-Direttiva: huma jibqgħu relevanti biss rigward ir-rati tal-irkupru, ir-riċiklaġġ u l-preparazzjon għall-użu mill-ġdid .
L-ambitu
L-esperjenza b’rabta mad-Direttiva wriet li l-qasam ta’ applikazzjoni tagħha ġie interpretat u applikat b’mod differenti ħafna mid-diversi Stati Membri. Għal din ir-raġuni,l-intenzjoni hi li t-tqassim f’kategoriji individwali m’għandux jibqa’ jkun kruċjali għad-deċiżjoni dwar jekk tagħmir partikolari għandux jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva, iżda bi prinċipju, l-iskart kollu ta’ tagħmir elettriku u elettroniku għandu jaqa’ taħt il-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Dan jikkonforma ma’ għan ewlieni tar-reviżjoni tad-Direttiva: li tinħoloq ċarezza legali. L-eċċezzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-qasam ta’ applikazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-Direttiva mil-leġiżlatur innifsu. B’differenza minn dan, lista finali ta’ prodotti ma tistax tkun sodisfaċenti minħabba li s-settur elettriku u elettroniku huwa suq li qed jinbidel b’mod mgħaġġel u għalhekk kien ikun jirrikjedi reviżjoni kontinwa tad-Direttiva, li mingħajrha din qatt ma tista’ tkun waħda attwali.
Tagħmir b’żewġ użi
Hija meħtieġa kjarifika oħra fir-rigward tat-tagħmir b’żewġ użi. Attwalment hemm diffikultà dwar jekk tagħmir li jista’ jintuża kemm għal skopijiet privati u kemm għal skopijiet professjonali għandux jiġi klassifikat bħala tagħmir “Business-to-Consumer” jew inkella bħala tagħmir “Business-to-Business”. Fil-każ ta’ ħafna tagħmir, ma jkunx prevedibbli jekk dan ikunx ser jintuża minn konsumatur jew minn negozjant. Iżda l-ġbir ta’ tagħmir minn djar privati ġeneralment iqum aktar flus. Għalhekk hawn il-periklu li dan it-tagħmir jiġi ddikjarat bħala “mhux ġej minn djar privati”, u dan jikkostitwixxi riskju għall-finanzjament tal-iskart ta’ tagħmir minn djar privati. Għalhekk, regola sempliċi u ċara għandha tiġi stabbilita mil-leġiżlatur.
Standards għall-ġbir, it-trattament, u r-riċiklaġġ
Attwalment, hemm differenzi kbar fil-kwalità tal-ġbir, tat-trattament u tar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ tagħmir u tinħtieġ azzjoni urġenti għall-ġid tal-ambjent. Il-ġbir, it-trattament u l-metodi ta' riċiklaġġ li mhumiex adegwati jħallu impatt serju fuq l-ambjent u differenzi fil-kwalità jagħmlu ħażin ukoll għall-kompetizzjoni. L-iżvilupp ta’ standards fil-qasam tal-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ jista’ jindirizza din il-problema. Barra minn hekk, deher biċ-ċar li ċerti Stati Membri għad m’għandhomx numru suffiċjenti ta’ impjanti adegwati ta’ riċiklaġġ u l-kompetizzjoni ħielsa tiġi mxekkla, parzjalment, minn sistemi ta’ ġbir kollettivi.
Spejjeż iddikjarati
Il-produttur għandu jintegra fil-prezz tal-prodott l-ispejjeż li jkun hemm minħabba l-ġbir u t-trattament sabiex hekk ikollhom inċentiv biex inaqqsu l-ispejjeż. Ħlasijiet fissi mhux iddivrenzjati għal prodotti differenti li jkunu tal-istess kategorija, bħalma ġew irrapurtati ta’ spiss fil-pajjiżi li ddikjaraw l-ispejjeż separatament, ma jipprovdu l-ebda informazzjoni lill-konsumatur dwar l-ispejjeż reali tar-riċiklaġġ u t-trattament. Rata fissa la tirrefletti l-ispejjeż attwali relatati ma’ tmiem l-użu tal-prodott u lanqas il-ħsara li jikkawża lill-ambjent. Barra minn hekk, tagħmir li wara li ma jibqax jaħdem, jippreżenta valur pożittiv, ma ġiex ikkunsidrat għall-ispejjeż iddikjarati. L-instrument għalhekk wera biċ-ċar li mhux effikaċi fejn jidħol l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumatur dwar il-possibilità li prodott jiġi rriċiklat.
L-għan tal-emendi proposti huwa l-kisba ta’ rata ogħla ta’ ġbir separat, it-tnaqqis fit-telf ta’ skart ta’ tagħmir fi ħdan is-“sistema WEEE” kif ukoll il-prevenzjoni ta’ ġarr illegali, u barra minn dan trattament xieraq u ta’ livell għoli tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. B’żieda ma’ dan, għandhom jitneħħew ir-rekwiżiti burokratiċi nazzjonali attwali, u b’hekk anki l-ostakli li qed joħolqu għas-suq intern.
ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
CHAIRMAN
Ref.: D(2009)19541
Is-Sur Miroslav OUZKÝ
President tal-Kumitat għall-Ambjent,
Is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
ASP 05F69
Brussell
Suġġett: il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Riformulazzjoni)
(COM(2008)505 - C6-0297/2008 - 2008/0165(COD
Sinjur,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur li nippresiedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 80a dwar it-Tfassil mill-ġdid, kif imdaħħal fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007.
Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid:
Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.
Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president ta' dan il-kumitat jekk iqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba tal-emendi."
Skond l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jeżamina l-proposta għal tfassil ġdid, u li jibqa' konformi mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludix xi tibdiliet sostantivi apparti dawk identifikati b'dak il-mod fil-proposta u li, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' atti bikrija b'dawk it-tibdiliet, il-proposta għandha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr xi tibdil fis-sustanza tagħha.
Madankollu, skond l-Artikoli 80a(2) u 80(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali qies li l-adattamenti tekniċi suġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmi hawn fuq kienu neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-proposta tkun konformi mar-regoli tal-kodifikazzjoni u li ma tinvolvix xi tibdil sostanzjali tal-proposta.
Fl-aħħar nett, wara li ddiskuta l-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tas-15 ta' Diċembru 2008, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 13-il vot favur[1] u bla astensjonijiet, jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jeżamina l-proposta ta' hawn fuq b'konformità mas-suġġerimenti tiegħu u skont l-Artikolu 80a.
Dejjem tiegħek,
Giuseppe GARGANI
Mehmuża: Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv
- [1] Kienu preżenti dawn il-Membri: Giuseppe Gargani (Chairperson), Bert Doorn, Othmar Karas, Klaus-Heiner Lehne, Manuel Medina Ortega, Diana Wallis, Monica Frassoni, Francesco Enrico Speroni,, Jean-Paul Gauzès, Georgios Papastamkos, Costas Botopoulos, Ieke van den Burg, Eva Lichtenberger.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI
|
||
Brussell,
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
COM(2008) 505 finali 1.8.2008 - 2008/0165(COD)
Wara li ġiet ikkunsidrata l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni ta' atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' Fl-1, it-2, it-8, id-9 u s-16 ta' Ottubru 2008 biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.
Waqt dawn il-laqgħat[1], l-evalwazzjoni tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tfassal mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.
1. Fir-rigward tal-memorandum spjegattiv, sabiex ikun hemm abbozz li jkun kompletament konformi mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti mill-Ftehima Interistituzzjonali, dan id-dokument għandu jkun speċifika liema dispożizzjonijiet ta' att preċedenti ma jkunux inbidlu fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii) ta' dik il-ftehima.
2) Il-partijiet li ġejjin tat-test tal-proposta għal tfassil mill-ġdid għandhom ikunu identifikati bl-użu ta' mmarkar bil-griż li ġeneralment jintuża biex juri tibdiliet sostantivi:
- fl-ewwel ċitazzjoni, ir-referenza magħmula għall-Artikolu 133 KE;
- fil-premessa 9 u fl-Artikolu 10(2), il-kliem "fil-laboratorju u analitiċi", li kienet preżentata bejn żewġ vleġeġ ta' adattament;
- fil-premessa 11, il-kliem "mill-2005 sal-2008", li huma parti minn kliem ippreżentat bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 2(1), il-kliem "għas-sustanzi kontrollati, għal sustanzi ġodda u", ippreżentati bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 3(1), il-kliem "jew organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika", li diġà kienu mmarkati b'ingassatura doppja;
- fl-Artikolu 3(21), il-kliem "jew tirreklama ", ippreżentati bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu, il-bdil tal-kelma "għandha" (li kienet immarkata b'ingassatura doppja) bil-kelma "tista'" (li kienet ippreżentata bejn vleġeġ ta' adattament);
- fil-kliem tal-Artikolu 7(a) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li kien kollu mmarkat b'ingassatura doppja u jidher fit-test riformulat bejn il-kliem tal-Artikolu 16(1), it-tienu subparagrafu, kliem introduttorju, u dak tal-Artikolu 16(1) (a), il-kliem "u VIII";
- fl-Artikolu 16(1) (a), il-kliem "fil-laboratorju u analitiċi", u "msemmija fl-Artikolu 10", li kienet ippreżentata bejn żewġ vleġeġ ta' adattament;
- il-kliem kollu tal-Artikolu 7(d), li kien immarkat b'ingassatura doppja u jidher fit-test riformulat immedjatament wara l-Artikolu 16(1)(c);
- fl-Artikolu 17(2)(a), fl-Artikolu 27(2)(d) u fl-Artikolu 27(2)(d) il-kliem "jew kritiku"(diġà mmarkati b'ingassatura doppja);
- fl-Artikolu 17(2), il-bdil tan-numru tal-artikolu "7(b)" (li kien immarkat b'ingassatura doppja) bi ""15(2) punt (d) u (e)" (li kien ippreżentat bejn vleġeġ ta' adattament);
- fl-Artikolu 17(4), il-kliem "għas-sustanzi kontrollati, għal sustanzi ġodda u", ippreżentati bejn vleġeġ ta' adattament; "msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2" ppreżentat bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 17(5), il-kliem "msemmija fil-punti (e) sa (g) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3", ippreżentat bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 18(5), il-kliem "jew il-kompożizzjoni", ippreżentati bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 20(3), il-kliem "jew li jiddependu minnhom ", li huma parti minn kliem ippreżentat bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 22(4), il-kliem "fil-laboratorju u analitiċi", ippreżentati bejn vleġeġ ta' adattament;
- il-kliem kollu tal-Artikolu 16(7) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li kien immarkat b'ingassatura doppja u jidher fit-test riformulat immedjatament wara t-test tal-Artikolu 22;
- il-kliem kollu tal-Artikolu 19(1)(b), it-tienu inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li kien immarkat b'ingassatura doppja u jidher fit-test riformulat bejn il-kliem tal-Artikolu 27(3)(a) u dak tal-Artikolu 27(3)(b);
- fl-Artikolu 27(4)(a), il-kliem "inkluż sostanzi li jkunu esportati mill-ġdid permezz ta' proċedura ta' proċessar il-ġewwa", li kien immarkat b'ingassatura doppja;
- fl-Artikolu 28(3), il-kliem "flimkien ma' stqarrija bir-raġunijiet il-għala dik l-informazzjoni tkun meħtieġa", li kien immarkat b'ingassatura doppja. 3) Fl-Artikolu 8(4), it-tienu subparagrafu, kif ukoll fit-titolu tal-Anness III, ir-referenza magħmula għall-"Artikolu 2(8)" għandha tkun adattata sabiex tinqara bħala referenza magħmula għall-"Artikolu 3(8)";
- fl-Artikolu 31, it-tieni subparagrafu, id-data tad-dħul fis-seħħ "1 ta' Jannar 2010", li kienet ippreżentata bejn vleġeġ ta' adattament.
4) Fl-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu, l-indikazzjoni għas-snin "1996, 1997 u 1998" kellha tinbidel b'indikazzjoni "2005 sa 2008", li kellha tkun identifikata b'tip ta' sfumatura griża.
5) Fl-Artikolu 18(4), ir-referenza li saret għall-"paragrafu 2" għandha tinqara bħala referenza għall-"paragrafu 3".
6) Fl-Artikolu 27(2)(c) u fl-Artikolu 27(3)(a), ir-referenza magħmula għall-"Artikolu 10(5)" għandu jinqara bħala referenza magħmula għall-"Artikolu 10(6)".
7) Fl-Artikolu 27(2)(d), ir-referenza magħmula għall-"Artikolu10(7)" għandha tinqara bħala referenza għall-"paragrafu 10(8)".
8) Fl-Artikolu 27(8), ir-referenza magħmula għall-"Artikolu18(2)(vii)" għandha tinqara bħala referenza għall-"Artikolu 18(3)(d)".
Konsegwentement, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv biex jikkonkludi, mingħajr nuqqas ta' qbil, li l-proposta ma tikkompromettix emendi sostantivi għajr dawk identifikati bħala tali fiha jew f'din l-opinjoni. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' l-att preċedenti flimkien ma' l-emendi sostantivi, li l-proposta tinkludi kodifikazzjoni diretta ta' testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla għall-kontenut tagħhom.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Jurisconsult Jurisconsult Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, li kienet il-verżjoni tal-lingwa ewlenija tat-test li kien qed jiġi diskuss.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni) |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2008)0810 – C6-0472/2008 – 2008/0241(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
3.12.2008 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 19.10.2009 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 19.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Karl-Heinz Florenz 31.8.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
4.11.2009 |
23.2.2010 |
6.4.2010 |
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
22.6.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
51 1 3 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Nick Griffin, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Oreste Rossi, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Miroslav Mikolášik, Bill Newton Dunn, Rovana Plumb, Michèle Rivasi, Bart Staes, Michail Tremopoulos, Thomas Ulmer, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Anna Záborská |
|||||||
|
Data tat-tressiq |
1.9.2010 |
|||||||