RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal għanijiet xjentifiċi

13.7.2010 - (06106/2010 – C7‑0147/2010 – 2008/0211(COD)) - ***II

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Elisabeth Jeggle


Proċedura : 2008/0211(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0230/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal għanijiet xjentifiċi

(06106/2010 – C7‑0147/2010 – 2008/0211(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06106/2010 – C7 0147/2010),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0543),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0391/2008),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1]

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Mejju 2009[2],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0230/2010),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, wara li jkun ivverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill- Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  Testi adottati, 5.5.2009, P7_TA(2009)0343.
  • [2]  ĠU C 277, 17. 11.2009, p. 51.

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni tal-annimali użati għal raġunijiet xjentifiċi

Referenzi

06106/1/2010 – C7-0147/2010 – 2008/0211(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

5.5.2009                     T6-0343/2009

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2008)0543 - C6-0391/2008

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

17.6.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

17.6.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Elisabeth Jeggle

21.7.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Christophe Béchu, Luis Manuel Capoulas Santos, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Elisabeth Köstinger, Stéphane Le Foll, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Mariya Nedelcheva, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Marian Harkin, Giovanni La Via, Dimitar Stoyanov

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman

Data tat-tressiq

13.7.2010