RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta' ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores

15.7.2010 - (09109/2010 – C7‑0106/2010 – 2009/0125(CNS)) - *

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Danuta Maria Hübner


Proċedura : 2009/0125(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0232/2010
Testi mressqa :
A7-0232/2010
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta' ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores

(09109/2010 – C7‑0106/2010 – 2009/0125(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (09109/2010),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0370),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2010[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat għal darb'oħra mill-Kunsill (C7-0106/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0232/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda b'mod sustanzjali jew jibdel b’test ieħor il-proposta tal-Kummissjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Abbozz tal-Kunsill

Artikolu 6a – paragrafu 2

Abbozz tal-Kunsill

Emendi tal-Parlament

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  2

Abbozz tal-Kunsill

Artikolu 6b – paragrafu 2

Abbozz tal-Kunsill

Emendi tal-Parlament

2. Meta l-Kunsill ikun beda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat, huwa għandu jagħmel ħiltu sabiex jinforma lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li jindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

2. Meta l-Kunsill ikun beda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat, huwa għandu jagħmel ħiltu sabiex jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li jindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

Emenda  3

Abbozz tal-Kunsill

Artikolu 6c – paragrafu 1

Abbozz tal-Kunsill

Emendi tal-Parlament

1. Il-Kunsill jista' joġġezzjona għall-atti delegati fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.

1. Il-Kunsill jista' joġġezzjona għall-atti delegati fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. F'każ li biħsiebu joġġezzjona, il-Kunsill għandu jagħmel ħiltu sabiex jinforma lill-Parlament Ewropew fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, filwaqt li jindika l-atti delegati li fir-rigward tagħhom biħsiebu joġġezzjona u r-raġunijiet possibbli għall-oġġezzjoni tiegħu.

NOTA SPJEGATTIVA

Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tinforma lill-Kunsill u l-Parlament li l-awtoritajiet reġjonali f'Madeira u fl-Azores talbu s-sospensjoni temporanja tad-dazji tat-tariffa Doganali Komuni sabiex il-qagħda kompetittiva tal-operaturi ekonomiċi lokali tissaħħaħ u l-impjiegi f'dawk ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni jistabbilizzaw ruħhom.

Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti importati, kemm jekk ikunu partijiet ta' materja prima, kif ukoll prodotti finali, ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni, se jiġu suġġetti għal kontrolli li jiżguraw l-użu tagħhom mill-kumpaniji lokali fil-gżejjer għal perjodu ta' mill-anqas sentejn qabel ikunu jistgħu jinbiegħu liberament lill-kumpaniji li jinsabu f'partijiet oħra tal-Unjoni.

Evalwazzjoni tal-impatt ta' dawn il-miżuri mhijiex possibbli minħabba li huma parti integrali minn sensiela ta' miżuri adattati għall-problemi speċifiċi ta' dawn il-gżejjer. Madankollu, il-miżuri se jkollhom impatt fuq ir-riżorsi proprji/id-dħul tal-Unjoni li l-Kummissjoni Ewropea tistima li jkun -0.12%/sena għall-perjodu 2010-2019.

Huwa evidenti li l-effetti ta' din is-sospensjoni proposta se jkunu limitati għar-reġjuni kkonċernati u se jassistu l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u lill-bdiewa lokali biex jinvestu u joħolqu impjiegi fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. Minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku preżenti, il-bżonn li jittieħdu miżuri speċifiċi biex tiġi stimolata l-attività ekonomika u jiġu stabbilizzati l-impjiegi fuq terminu medju, jistgħu jidhru li jidħlu sew fil-pjan ta' rkupru ekonomiku Ewropew u l-miżuri meħtieġa biex jiġu indirizzati l-problemi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea ma żammitx il-ħames emenda proposta fir-rapport inizjali tal-Parlament adottat fl-20 ta' Jannar 2010 billi din kellha l-iskop li testendi l-lista ta' oġġetti koperti minn din is-sospensjoni temporanja bil-konsegwenza li tinbidel kemm il-proposta inizjali kif ukoll it-talba inizjali formulata mill-gvern Portugiż. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-proposta oriġinali tagħha, mingħajr modifiki, f'Jannar 2010.

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009. B'konsegwenza ta' dan, il-Kunsill kien obbligat jemenda l-proposta billi jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet relatati mal-proċeduta tal-komitoloġija b'dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-atti delegati.

Fuq parir ta' għadd ta' servizzi tal-Parlament u bil-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni ġuridika relatata mal-għoti u r-revoka tas-setgħat delegati fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva speċjali kif inhu f'dan il-każ, il-Presidenza talbet l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Parlament. Din l-opinjoni ġiet irċevuta u issa m'hemmx dubju li d-dispożizzjonijiet relatati mdaħħla fit-test mill-Kunsill għandhom ikunu emendati sabiex jiġi garantit li l-Parlament ikun infurmat bi kwalunkwe tibdil li l-Kunsill jagħmel fir-rigward tal-Istatut tal-atti delegati.

Fid-dawl ta' dan kollu, ir-Rapporteur tagħkom tipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi adottata mingħajr emendi.

PROĊEDURA

Titolu

Sospensjoni temporanja tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali f’Madeira u fl-Azores

Referenzi

09109/2010 – C7-0106/2010 – COM(2009)0370 – C7-0222/2009 – 2009/0125(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

14.10.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

19.5.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.5.2010

IMCO

19.5.2010

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

10.5.2010

IMCO

24.6.2010

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

3.6.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

13.7.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, Zuzana Brzobohatá, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Petru Constantin Luhan, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Franz Obermayr, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Michael Theurer, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivars Godmanis, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Vilja Savisaar, Elisabeth Schroedter

Data tat-tressiq

16.7.2010