Proċedura : 2010/2046(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0240/2010

Testi mressqa :

A7-0240/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/09/2010 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0295

RAPPORT     
PDF 144kWORD 65k
30.8.2010
PE 445.762v02-00 A7-0240/2010

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 02/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(12583/2010 – C7‑0194/2010 – 2010/2046(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: László Surján

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 02/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(00000/2010 – C7‑0000/2010 – 2010/2046(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b’mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2009(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, li l-Kummissjoni ppreżentat fid-19 ta’ Marzu 2010 (COM(2010)0108),

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissarju Janusz Lewandowski lill-President Buzek tad-9 ta' Lulju 2010,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2010, li l-Kunsill stabbilixxa fis-26 ta’ Lulju 2010 (12583/2010 – C7‑0194/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0240/2010),

A. billi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2010 tkopri l-organigramma tal-Uffiċċju tal-KREKE (Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi),

B.  billi l-iskop tal-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2010 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2010,

C. billi l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fis-26 ta’ Lulju 2010,

1.  Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2010;

2.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2010 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru x/2010 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)

ĠU L 64, 12.3.2010.

(3)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Matul it-Trilogu tat-30 ta' Ġunju deher b'mod ċar li l-Kunsill ma xtaqx jasal għal pożizzjoni dwar il-parti ewlenija ta' dan il-baġit emendatorju, jiġifieri l-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR).

Il-miżuri proposti miż-żewġ kumitati jammontaw għal EUR 10,5 miljun (EUR 4,1 miljun għall-KESE u EUR 6,4 miljun għall-KtR). Ikun hemm żieda ta' 59 kariga fil-persunal (22 għall-KESE u 37 għall-KtR).

Matul it-Trilogu, id-delegazzjoni tal-PE ħeġġet lill-Kunsill biex jasal għal pożizzjoni malajr kemm jista' jkun.

Min-naħa l-oħra, kemm id-delegazzjoni tal-Kunsill kif ukoll dik tal-PE qablu li t-tibdil fl-organigramma tal-KREKE (l-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi), li m'għandu l-ebda impatt finanzjarju, jista' jibqa' għaddej mingħajr dewmien. Qablu li l-proposta tiġi ttrattata separatament mill-bqija tal-abbozz tal-baġit emendatorju.

Għalhekk, b'ittra tal-Kummissarju Lewandowski tal-5 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li taqsam l-abbozz tal-baġit emendatorju (COM(2010)0108) f'żewġ partijiet.

Ir-rapport preżenti għalhekk jikkonċerna biss it-Taqsima III tal-Baġit.

Għall-2010, l-awtorità baġitarja allokat ammont ta' EUR 3,47 miljun (EUR 2,57 miljun għan-nefqa amministrattiva u EUR 0,9 miljun għan-nefqa operattiva) b'mod li n-numru totali tal-persunal ġie inkluż skont il-grupp ta' funzjoni iżda mingħajr tqassim skont il-gradi.

Għalhekk huwa meħtieġ li l-organigramma għall-2010 tiġi emendata biex tinkludi l-organigramma dettaljata skont il-gradi.

Il-modifika proposta ma titlobx infiq addizzjonali, għaliex l-approprjazzjonijiet amministrattivi korrispondenti diġà ġew awtorizzati fil-baġit tal-2010.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

14.7.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Lajos Bokros, Andrea Cozzolino, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Jiří Havel, Monika Hohlmeier, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Claudio Morganti, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Peter Jahr, Riikka Manner, Theodor Dumitru Stolojan

Avviż legali - Politika tal-privatezza