RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

30.9.2010 - ***I

(COM(2010)0256 – C7‑0134/2010 – 2010/0137(COD))Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Tanja Fajon

Proċedura : 2010/0137(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0256/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

(COM(2010)0256 – C7‑0134/2010 – 2010/0137(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0256),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0134/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0256/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jilqa' bla tibdil il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill‑Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni Ewropea tagħti appoġġ kbir għat-tneħħija tar-reġim tal-viżi għall-pajjiżi kollha tal-punent tal-Balkani. Il-proċess li jgħaqqad mill-ġdid il-poplu tal-kontinent tagħna mhux se jkun komplut sakemm l-Ewropej kollha ma jkunux ħielsa li jivvjaġġaw b’libertà fl-Unjoni Ewropea. Ir-reġim tal-viżi żamm iżolati liċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-punent tal-Balkani għal żmien twil wisq.

It-tneħħija tal-viżi għaċ-ċittadini tal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tal-Montenegro u tas-Serbja f'Diċembru 2009 kienet pass importanti lejn l-integrazzjoni Ewropea tagħhom u wera li l-pajjiżi tar-reġjun huma kapaċi li jwettqu r-riformi meħtieġa. Reġim mingħajr viżi jkollu importanza kbira fil-ħajja tan-nies għax isaħħaħ il-kuntatti bejn il-persuni u jġib miegħu t-twettiq tal-idea tal-moviment ħieles bħala wieħed mid-drittijiet fundamentali fl-Ewropa.

Issa għandu jsir kull sforz biex ir-reġim mingħajr viżi jiġi estiż għall-Bosnja-Ħerzegovina u l-Albanija mill-aktar fis. Irridu nżommu f'moħħna li wara li sfaxxat il-Jugoslavja, wara li gwerer krudili brutalment qasmu r-reġjun u ħallew ġrieħi fondi ħafna fl-imħuħ u fil-qlub tan-nies u mijiet ta’ eluf ta’ refuġjati u migranti ħarbu mir-reġjun, qegħdin naraw tikber ġenerazzjoni żagħżugħa li hija maqtugħa mill-Unjoni prospera u li tgħaqqad. Irridu verament li nżommu l-bieb magħluq għall-ġirien qrib tagħna, għall-pajjiżi li jippruvaw mill-aħjar tagħhom biex jogħġbuna? Aħna m’aħniex niddeċiedu dwar l-għoti ta’ impjiegi jew ta’ drittijiet ta’ residenza, iżda dwar id-dritt bażiku ta’ ċittadin tal-ġejjieni tal-UE li jivvjaġġa liberament lejn l-Unjoni.

Il-Bosnja-Ħerzegovina u l-Albanija għamlu progress importanti fl-aħħar ftit xhur wara li l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet f’Lulju li għadda li huma ma kinux jikkwalifikaw għal-liberalizzazzjoni tal-viża. Meta jiġu ppremjati biss ċerti nazzjonijiet, dejjem ikun hemm riskju li r-reġjun jiġi destabilizzat u li l-jigsaw puzzles politiċi u etniċi jinqasmu f'biċċiet saħansitra iżgħar. Għaldaqstant, jeħtieġ li ma jintilifx wisq żmien. Il-gvernijiet tagħhom ħadmu iebes fl-aħħar ftit xhur, sabiex ikunu jistgħu isewwu l-iżbalji u d-dewmien tagħhom stess u li joffru l-istess kwalità bħall-pajjiżi ġirien tagħhom.

Jiena nappoġġja l-proposta ta’ Mejju tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, li jqis il-progress li sar fid-djalogi dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi mal-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina matul l-aħħar ftit xhur u tipproponi li titrasferixxi ż-żewġ pajjiżi mill-Anness I (il-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri) għall-Anness II (il-lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa). Fl-abbozz ta’ rapport tiegħi, ma narax il-ħtieġa għal xi emenda minħabba li nixtieq li l-proċess fil-Parlament Ewropew ikompli malajr u mingħajr xkiel.

Irridu niżguraw li, fid-dawl tal-impenn tal-Kunsill u tal-Parlament fl-Istqarrija Konġunta tagħhom f'Novembru 2009 "li teżamina proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 dwar l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina bħala kwistjoni ta’ urġenza", il-Parlament Ewropew jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jittratta l-proposta tal-Kummissjoni mill-aktar fis u għandu tama kbira li l-Kunsill huwa impenjat ukoll għall-istess għan.

L-assigurazzjoni li l-Unjoni Ewropea se tagħti l-faċilità ta’ vjaġġar mingħajr viża liż-żewġ pajjiżi, speċjalment lill-Bosnja-Ħerzegovina, fil-futur qarib – minn kmieni fil-Ħarifa tal-2010 – se tnaqqas ir-riskju ta’ instabilità etnika u politika saħansitra akbar, issaħħaħ il-kooperazzjoni politika u ekonomika fir-reġjun u żżid l-appoġġ popolari għall-UE u l-prospett ta’ integrazzjoni Ewropea, filwaqt li twessa’ l-orizzonti tan-nies u trażżan il-forzi estremisti u anti-Ewropej.

Il-Kosovo għadu problema serja u huwa l unika parti tal Balkani tal Punent li tħalliet kompletament barra mill proċess ta’ liberalizzazzjoni tal viżi, u lanqas huwa maħsub li jingħata bidu għal xi taħditiet. Din hija naturalment ikkawżata minħabba li l-Istati Membri huma maqsumin fir-rigward tal-għarfien tal-indipendenza tal-Kosovo. Wieħed jifhem il-kumplessità politika tal-problema iżda l-poplu tal-Kosovo ma jistax jitħalla fl-inċertezza li nħolqot b’dan in-nuqqas ta’ ftehim. Jiena nemmen li l-Parlament għandu jagħmel pressjoni fuq il-Kummissjoni u fuq il-Kunsill biex jinstab mezz biex il-Kosovo jiddaħħal fil-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-viżi mill-aktar fis. Dan imexxi wkoll ’il quddiem ir-riformi strutturali meħtieġa.

L-Unjoni Ewropea għandha responsabilità politika biex twettaq dan il-proċess. Huwa paradossali li aktar minn 20 sena wara l-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin xorta għad għandna “ħitan ta’ viżi” fil-pajjiżi ġirien diretti tagħna. Huwa saħansitra paradoss akbar li l-popli ta’ dawn il-pajjiżi setgħu biss jivvjaġġaw b’libertà anqas minn 20 sena ilu. Jekk irridu ngħaqqdu ċ-ċittadini tagħna fil-kontinent tagħna, jeħtieġ li ż-żgħażagħ, b'mod partikolari, ikunu jistgħu jivvjaġġaw. Jeħtieġ li huma jkollhom l-opportunità li jżuru lil ħbiebhom jew qrabathom li jgħixu barra pajjiżhom u li jistudjaw barra minn pajjiżhom. Il-liberalizzazzjoni tal-viżi jkollha impatt psikoloġiku importanti fl-imħuħ tan-nies. U hawnhekk m’aħniex biss nitkellmu dwar politiċi, nies tan-negozju jew nies tal-flus. Dawn għandhom il-mezzi tagħhom biex jivvjaġġaw barra pajjiżhom. It-tħassib tagħna huwa dwar l-istudenti, u n-nies li sal-lum għadhom jiffurmaw kjus twal quddiem il-konsulati. Il-partijiet kollha involuti jaqsmu r-responsabilità li jiffinalizzaw il-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-viżi għall Balkani tal-Punent minħabba li l-impatt li dan ikollu fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini se jgħin biex jinkoraġġixxi lill-istituzzonijiet tal-istat u lill-politici fl-isforzi tagħhom biex iwettqu r-riformi meħtieġa fit-triq lejn sħubija fl-UE.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (7.9.2010)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa
(COM(2010)0256 – C7‑0134/2010 – 2010/0137(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sarah Ludford

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Il-Parlament Ewropew talab b'mod konsistenti għal-liberalizzazzjoni tar-reġim tal-viża għall-pajjiżi Balkani tal-Punent. Dan ir-reġim qatt ma rnexxielu jilħaq l-għan tiegħu li jimpedixxi lin-netwerks kriminali milli jaqsmu l-fruntieri; madankollu dan ir-reġim huwa ta' xkiel għall-persuni ordinarji mill-Balkani, għax la jippermettilhom li jaraw b'għajnejhom stess x’tirrappreżenta l-Unjoni Ewropea u lanqas li jiżviluppaw relazzjonijiet soċjali u professjonali mal-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Membri tal-UE.

Fid-19 ta' Diċembru 2009 tliet pajjiżi - is-Serbja, il-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja - ingħataw aċċess fl-UE mingħajr il-ħtieġa tal-viża. L-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina ma kinux inklużi fil-proposta inizjali, iżda dan l-aħħar għamlu sforzi sostanzjali biex jissodisfaw il-kriterji meħtieġa ħalli jikkwalifikaw għall-istess tneħħija ta' din il-ħtieġa. Il-proposta attwali li jiġi illiberalizzat ir-reġim tal-viża għal dawn il-pajjiżi tirrikonoxxi dan il-progress, u hija pass importanti fl-estensjoni tal-aċċess mingħajr viża għar-reġjun kollu.

Dan il-proċess ma għandux jieqaf mal-proposta attwali. Iċ-ċittadini tal-Kosovo ma għandhomx jitħallew iħossuhom iżolati bħala l-uniku poplu fil-Balkani tal-Punent li ma jistax jivvjaġġa b'mod liberu, iżda l-iffaċilitar tal-viża u l-liberalizzazzjoni tal-viża għandhom jiġi estiżi għal dan il-pajjiż ukoll. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tibda d-djalogu dwar viża mal-Kosovo sabiex il-faċilitazzjoni tal-viża tkun tista' tingħata hekk kif l-awtoritajiet jissodisfaw il-kriterji kollha.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

Referenzi

COM(2010)0256 – C7-0134/2010 – 2010/0137(COD)

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.6.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Baroness Sarah Ludford

23.6.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

6.9.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.9.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Sir Robert Atkins, Dominique Baudis, Bastiaan Belder, Frieda Brepoels, Arnaud Danjean, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Heidi Hautala, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Barry Madlener, Kyriakos Mavronikolas, Alexander Mirsky, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Pier Antonio Panzeri, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Adrian Severin, Marek Siwiec, Hannes Swoboda, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Graham Watson

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emine Bozkurt, Reinhard Bütikofer, Lorenzo Fontana, Roberto Gualtieri, Baroness Sarah Ludford, Nadezhda Neynsky, Doris Pack, György Schöpflin, Dominique Vlasto

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Filip Kaczmarek

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

Referenzi

COM(2010)0256 – C7-0134/2010 – 2010/0137(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.5.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.6.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.6.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Tanja Fajon

10.6.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

23.6.2010

13.7.2010

2.9.2010

28.9.2010

Data tal-adozzjoni

28.9.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Jan Mulder, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Rui Tavares, Valdemar Tomaševski, Wim van de Camp, Daniël van der Stoep, Axel Voss

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Jean Lambert, Petru Constantin Luhan, Mariya Nedelcheva, Cecilia Wikström

Data tat-tressiq

30.9.2010