RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dawn ir-Regolamenti unikament abbażi tan-nazzjonalità tagħhom
1.10.2010 - (11160/4/2010 – C7‑0208/2010 – 2007/0152(COD)) - ***II
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Jean Lambert
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dawn ir-Regolamenti unikament abbażi tan-nazzjonalità tagħhom
(11160/4/2010 – C7‑0208/2010 – 2007/0152(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11160/4/2010 – C7-0208/2010),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0439),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 63(4) u 67 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0289/2007),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008[1],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem ‘Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 79(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa - "omnibus")[2],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-16 ta' Jannar 2008[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali (A7–0261/2010),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 259.
- [2] Testi adottati, P7_TA(2010)0126.
- [3] ĠU C 151, 17.6.2008, p. 50.
NOTA SPJEGATTIVA
L-abbozz ta' Regolament huwa intiż biex jiżgura li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti b'mod legali fl-UE u jinsabu f'sitwazzjoni transkonfinali li tikkonċerna mill-inqas żewġ Stati Membri jkunu soġġetti għall-istess regoli fir-rigward tal-koordinazzjoni tad-drittijiet ta' sigurtà soċjali bħaċ-ċittadini tal-UE skont ir-regoli riveduti li issa huma rappreżentati fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u fir-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu (Regolament (KE) Nru 987/2009).
Meta l-Kummissjoni introduċiet għall-ewwel darba l-proposta tagħha, il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat u qabel ma' żewġ emendi, li jissostitwixxu r-riferimenti għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fejn issemma' wkoll livell għoli ta' protezzjoni soċjali bħala objettiv tal-Unjoni Ewropea, li jinsab fir-Regolament 859/2003. Dawn iż-żewġ emendi iddaħħlu fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-26 ta' Lulju 2010 bħala l-Premessi 4 u 7.
Sa mill-introduzzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tapplika għal dan il-fajl. F'Mejju 2010, il-PE ikkonferma r-riżultat tal-votazzjoni tiegħu fil-qafas tal-proċedura ta' konsultazzjoni, u b'hekk dan sar l-ewwel qari tal-PE skont il-proċedura l-ġdida.
Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari ma fihiex riferimenti għal annessi jew għal dispożizzjonijiet speċjali b'rabta ma' xi Stati Membri parteċipanti. Dan ukoll huwa konformi mal-pożizzjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew.
Il-Kunsill qed jipproponi għadd żgħir ta' emendi: inkluda xi premessi b'rabta mal-parteċipazzjoni ta' xi Stati Membri skont il-bażi legali tal-proposta għall-Artikolu 79(2)(b). (Premessi 17, 18, 19). Sfortunatament, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-arranġamenti ta' koordinazzjoni għal ċittadini ta' pajjiżi terzi. L-Irlanda għażlet li tipparteċipa, iżda b'dispjaċir għar-Rapporteur, ir-Renju Unit għażel li ma jipparteċipax u għalhekk se jibqa' jopera r-regoli eżistenti: ir-Rapporteur iħoss li dan jikkostitwixxi pass lura kemm mill-impenn għal simplifikazzjoni, li kien parti ewlenija mill-iskop tar-Regolament 883/2004, kif ukoll mill-prinċipju tat-trattament ugwali.
Il-Premessa 8 tal-proposta oriġinali (li issa saret il-Premessa 10 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari) tiċċara d-drittijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-setgħat tagħhom b'rabta mad-deċiżjoni għal individwu li jkun legalment fit-territorju tagħhom. Il-Premessa 13 tiċċara d-drittijiet ta' individwu li jżomm id-drittijiet tiegħu (u dawk tas-superstiti tiegħu) għal ċerti benefiċċji ta' sigurtà soċjali miksuba meta kien resident legali.
Adozzjoni bikrija tar-Regolament il-ġdid tippermetti l-integrazzjoni bikrija tiegħu fl-amministrazzjoni riveduta tar-Regolamenti 883/2004 u 987/2009, u tiggarantixxi trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti legali. Ir-Rapporteur iddeċieda li ma jressaqx emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u jirrakkomanda li din tiġi aċċettata mill-Kumitat.
PROĊEDURA
Titolu |
Estensjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom |
|||||||
Referenzi |
11160/4/2010 – C7-0208/2010 – 2007/0152(COD) |
|||||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
9.7.2008 T6-0350/2008 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2007)0439 - C6-0289/2007 |
|||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari |
9.9.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 9.9.2010 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jean Lambert 11.9.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
30.9.2010 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
30.9.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Ilda Figueiredo, Pascale Gruny, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Vincenzo Iovine, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Traian Ungureanu |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Edite Estrela, Kinga Göncz, Richard Howitt, Gesine Meissner, Csaba Sógor, Emilie Turunen, Gabriele Zimmer |
|||||||
Data tat-tressiq |
1.10.2010 |
|||||||