RAPPORT dwar ħaddiema nisa prekarji

5.10.2010 - (2010/2018(INI))

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Rapporteur għal opinjoni: Britta Thomsen

Proċedura : 2010/2018(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0264/2010

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ħaddiema nisa prekarji

(2010/2018(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2009 bl-isem ‘L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2010’ (COM(2009)0694),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2003 bl-isem “It-titjib fil-kwalità fuq ix-xogħol: analiżi tal-progress riċenti” COM(2003)0728),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2004 bl-isem 'Impjieg Prekarju fl-Ewropa: Studju Komparattiv dwar ir-Riskji relatati mas-Suq tax-Xogħol f’Ekonomiji Flessibbi’,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar 'il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri – It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020’ (COM(2010)0193/3),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar ‘Il-flessigurtà fi żminijiet ta' kriżi’,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija[1],

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)[2];

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP[3],

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1997/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC[4],

–   wara li kkunsidra d-dokument ta’ sfond tal-2010 mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol bl-isem ‘Xogħol atipiku ħafna’,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-2008 tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol bl-isem ‘ Miżuri biex jiġi indirizzat mill-Unjoni Ewropea x-xogħol mhux iddikjarat',

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-2007 tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol dwar ‘Il-kundizzjonijiet tax-Xogħol fl-Unjoni Ewropea: Il-perspettiva tas-sessi’,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-1998 tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol bl-isem ‘Impjieg u Kundizzjonijiet tax-Xogħol prekarji fl-Ewropa',

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Ewrobarometru ta’ Ottubru 2007 bl-isem ‘Xogħol mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea’,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-2009 tal-Grupp Espert tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sessi u l-Impjieg (EGGE) bl-isem ‘Is-segregazzjoni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol’,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-2006 tal-Grupp Espert tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sessi, l-Inklużjoni Soċjali u l-Impjieg bl-isem ‘L-inugwaljanzi bejn is-Sessi fir-riskji tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali għall-gruppi żvantaġġjati fi tletin pajjiż Ewropew’,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol bl-isem ‘Xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi', imħejji għad-99 Sessjoni tal-Konferenza tax-Xogħol Internazzjonali f'Ġunju 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) bl-isem ‘Id-Dimensjoni bejn is-Sessi fix-Xogħol Domestiku fl-Ewropa tal-Punent’,

   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja[5],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol[6],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ pagi indaqs għall-irġiel u għan-nisa[7],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2006 dwar il-futur tal-Istrateġija ta' Lisbona mill-perspettiva tal-ġeneru[8],

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 1998 dwar l-irwol tal-kooperattivi fit-tkabbir tal-impjieg tan-nisa[9],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 1998 dwar ‘ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea (1996)’[10],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tas-Sessjoni tal-Impjieg, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza tal-Ekonomija Ewropea u l-Kumitat Soċjali tat-12 ta’ Mejju 2010 ‘Il-professjonalizzazzjoni tax-xogħol domestiku’ (SOC/372 – CESE 336/2010 fin),

–   Wara li kkunsidra l-Istatistiċi Eurostat f’focus Nru 12/2010, bl-isem ‘Is-swieq tax-xogħol fl-UE-27 għadhom fi kriżi’,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali (A7-0264/2010),

A. billi l-individwalizzazzjoni u l-flessibilità li qed tiżdied tas-suq tax-xogħol – li tirriżulta f’nuqqas ta’ negozjar kollettiv – titfa' lill-impjegati, u b'mod partikolari lin-nisa, li spiss ikollhom jibbilanċaw l-obbligi familjari tagħhom, u partikularment lin-nisa, li għandhom jibbilanċjaw l-obbligi familjari, f’pożizzjoni aktar vulnerabbli li tista' twassal għall-impjiegi prekarji, minħabba li jkun aktar faċli għal dawk li jħaddmu li jnaqqsu l-kundizzjonijiet tax-xogħol,

B.  billi n-nisa huma rrappreżentati żżejjed f’impjiegi prekarji fis-suq tax-xogħol, billi ċerti forom ta’ xogħol prekarju li jsir min-nisa, bħalma huwa x-xogħol domestiku u x-xogħol ta' kura mħallas, huma inviżibbli fis-suq tax-xogħol, u billi minkejja l-qafas leġiżlattiv eżistenti għad hemm diskrepanzi kbar għan-nisa fl-UE rigward opportunitajiet ta' xogħol, kwalità tal-impjiegi, pagi li jippermettu l-għajxien u pagi ndaqs għal xogħol indaqs u tal-istess valur;

C. billi r-rappreżentanza żejda tan-nisa f'impjiegi prekarji hija fattur li jikkontribwixxi għad-disparità fil-paġi bejn is-sessi, li għadha f'livell għoli persistenti; billi għalhekk it-titjib tal-kwalità tal-impjiegi tan-nisa se jnaqqas id-diverġenza tal-pagi bejn is-sessi,

D. billi x-xogħol part-time involontarju huwa mifrux fis-settur tas-servizzi, partikularment l-industrija tal-lukandi u r-ristoranti, l-edukazzjoni, is-saħħa, ix-xogħol soċjali u servizzi oħra soċjali, tal-komunità u ta’ kura personali, fejn il-maġġoranza tal-impjegati huma nisa,

E.  billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol jirrifletti r-rwol tagħhom fid-dar, u billi n-nisa għandhom it-tendenza li jagħżlu xogħol li jippermettilhom jaqdu kemm xogħol bil-ħlas kif ukoll xogħol mingħajr ħlas,

F.  billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja kellha effett doppju fuq l-impjieg prekarju, minħabba li l-ewwel reazzjoni tal-kumpaniji kienet li jneħħu l-impjieg temporanju, u billi, barra minn dan, hemm biża' li bosta impjiegi permanenti li ġew mitlufa matul ir-riċessjoni mhux se jerġgħu jiġu stabbiliti, iżda mibdula bi skemi ta’ impjiegi atipiċi jekk mhux prekarji,

G. billi x-xogħol prekarju jirreferi għall-forom ‘mhux standard’ tal-impjieg bi kwalunkwe karatteristika li ġejja:

· ftit jew kważi ebda tħaddin tas-sigurtà tal-impjieg għal xogħol mhux permanenti, ta' spiss xogħol ta' natura każwali, b'kuntratti li fihom kundizzjonijiet ħżiena fqar jew mingħajr ebda kuntratt bil-miktub, pereżempju f’każijiet ta’ kuntratti temporanji, kuntratti involontarji fuq bażi part-time, sigħat u doveri ta' ħidma mhux ċari, li jinbidlu skont ir-rieda ta' min iħaddem;

· livell baxx ta' paga, li tista' tkun ukoll mhux uffiċjali u mhux ċara;

· ebda drittijiet għal protezzjoni soċjali jew benefiċċji relatati mal-impjieg;

· ebda protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni;

· prospetti limitati jew ebda prospetti għall-avvanz fis-suq tax-xogħol;

· ebda rappreżentazzjoni kollettiva tal-ħaddiema;

· ambjent tax-xogħol li ma jissodisfax l-istandards minimi tas-saħħa u s-sigurtà,

H. billi l-kundizzjonijiet prekarji tal-impjieg, bħalma huma l-kuntratti li mhumiex bil-miktub, ħidma involontarja part-time u differenzi persistenti fil-pagi, għandhom effett fuq tul taż-żmien fuq il-protezzjoni u l-pensjonijiet tas-sigurtà soċjali u jitfa' 'il ħaddiema f'riskju akbar ta’ faqar,

I.   billi f'xi kuntesti n-nisa jinsabu fir-riskju li jkunu soġġetti għal kundizzjonjiet tax-xogħol li mhumiex deċenti, u billi għaldaqstant jistħoqqilhom jingħataw attenzjoni speċjali f'dan ir-rigward, partikularment in-nisa tqal u n-nisa li qed ireddgħu,

J.   billi l-globalizzazzjoni u l-isfond ekonomiku attwali, flimkien mal-progress teknoloġiku, qed ibiddlu r-relazzjonijiet tax-xogħol u l-kontenut tal-kompiti tal-ħaddiema,

K. billi n-nisa f'impjiegi prekarji huma anqas probabbli li jkunu jafu drittijiethom u huma esposti għal riskju akbar ta' esklużjoni u/jew tkeċċija illeċita,

L.  billi għandha tkun enfasizzata l-importanza tad-dritt tal-ħaddiema kollha, inklużi n-nisa f'impjiegi prekarji, għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

M. billi d-definizzjoni tan-nisa bħala t-tieni element ta' dħul fil-familja jagħti rappreżentazzjoni żbaljata ta' parti kbira mill-forza tax-xogħol femminili, li fil-fatt huma l-uniċi fil-familja li jdaħħlu l-flus id-dar,

N. billi n-numru ta’ nisa ħaddiema mhux iddikjarati qiegħed jiżdied, partikularment fis-settur domestiku,

O. billi l-maġġoranza tal-ħaddiema domestiċi li jagħmlu xogħol ta' għajnuna domestika, tindif u catering huma nisa; billi x-xogħol domestiku fil-pajjiżi industrijalizzati jammonta għal bejn 5% u 9% tal-impjieg kollu, billi tali xogħol huwa partikularment prekarju, sottovalutat u informali, u billi l-vulnerabilità tal-ħaddiema domestiċi tfisser li ta' spiss issir diskriminazzjoni kontrihom u li jistgħu jkunu soġġetti faċilment għal trattament mhux ġust u abbużiv,

P.  billi t-telf ta' ħiliet tal-ħaddiema huwa problema komuni fil-kuntest ta’ impjiegi prekarji, partikularment fil-każ ta’ ħaddiema mkeċċija jew migranti li jaċċettaw impjiegi ta' ħiliet baxxi sabiex jibqgħu fis-suq tax-xogħol, u billi din is-sitwazzjoni, li taffettwa lin-nisa partikularment, qed tipperikola l-iżvilupp tal-karriera u l-kisba ta’ livelli ta’ salarju li jikkorrispondu għall-ħiliet miksuba u li jippossjiedu,

Q. billi n-nisa migranti li jaċċettaw impjiegi temporanji ta' ħilijiet baxxi fil-periferija tas-suq tax-xogħol jew impjiegi bħala ħaddiema domestiċi jistgħu jkunu esposti għal diskriminazzjoni doppja minħabba li, apparti l-fatt li ta’ spiss jaħdmu f’kundizzjonijiet foqra, irregolari jekk mhux illegali, huwa aktar probabbli li jiġu trattati ħażin jew ikunu suġġetti għal vjolenza jew abbuż sesswali; billi, barra minn dan, ta’ spiss mhumiex konxji mid-drittijiet tagħhom, għandhom aċċess ristrett għas-servizzi pubbliċi, għandhom għarfien limitat tal-lingwa lokali u ma jistgħux jiffurmaw netwerks, u billi dawk li jaħdmu f’impjieg illegali ma jazzardawx jikkuntattjaw lill-awtoritajiet biex jitolbu l-protezzjoni minħabba li jibżgħu li jerġgħu jintbatu lura lejn pajjiżhom,

R.  billi l-ftehim tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' Novembru 1969 dwar it-tqegħid tal-au pairs huwa skadut u konsegwentement ma jindirizzax il-problemi li jistgħu jinħolqu minħabba l-użu tal-au pairs il-lum il-ġurnata f’ħafna Stati Membri,

S.  billi l-UE għadha impenjata favur l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha, billi, fi ħdan il-politiki tal-impjiegi, jeħtieġ li jkunu promossi l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u għall-irġiel,

Natura bbażata fuq is-sessi tax-xogħol prekarju

1.  Jinnota n-natura bbażata fuq is-sessi ta’ impjiegi prekarji u jfakkar fil-bidla fis-suq tax-xogħol minn impjieg standard għal impjieg non-standard, bidla li teħtieġ il-prevenzjoni ta’ bidla minn tipi ta’ impjiegi non-standard għal xogħol prekarju; iqis li, sabiex jiġġieldu dawn il-problemi, l-Istati Membru u s-sħab soċjali għandhom jintalbu jiftehmu fil-parti l-kbira dwar ir-regoli leġiżlattivi u kuntrattwali tagħhom dwar ix-xogħol standard u atipiku, sabiex jiġi evitat li l-aktar forom ta’ xogħol inkonvenjenti u l-anqas għaljin jieħdu preċedenza, filwaqt li jikkunsidraw madankollu r-riskju ta' żieda possibbli ta' xogħol mhux iddikjarat;

2.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jidentifikaw in-natura tal-impjieg prekarju fil-linji gwida għall-politiki tal-impjieg tal-Istati Membri u l-istrateġija l-ġdida tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

3.  Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri leġiżlattivi sabiex iġibu fi tmiem il-kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet, li huma komuni f’impjiegi li tipikament huma okkupati min-nisa fis-setturi bħalma huma x-xogħol domestiku, ix-xogħol ta' kura, l-catering, u l-industrija tal-lukandi, u biex jintroduċu strumenti ta’ kontroll estensivi biex jirregolaw it-tipi kollha ta’ attendenza f’ditti u postijiet tax-xogħol li qablu formalment fuq finijiet ta' gwida u taħriġ iżda li fil-prattika qed isiru sors ieħor ta' abbuż, li jaħbu servizzi attwali li huma pprovduti mingħajr ħlas u protezzjoni xierqa;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji dwar ix-xogħol prekarju bil-għan li jenfasizzaw l-impjiegi diċenti u ħodor u biex jinkorporaw il-bilanċ bejn is-sessi;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jnaqqsu l-piż doppju tax-xogħol fuq in-nisa, li huwa raġuni waħda għar-rappreżentanza sproporzjonatament kbira tan-nisa fl-impjiegi prekarji; jitlob biex fl-impjiegi regolari jittejjeb il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik personali bil-għan li jitnaqqas ix-xogħol prekarju;

Kondizzjonijiet soċjali

6.  Jesprimi d-diżappunt li l-pakkett tal-liġi dwat l-impjieg tal-UE u d-direttivi msemmija hawn fuq dwar xogħol b'terminu fiss, part-time u temporanju ta’ aġenżija ma jindirizzawx adegwatament in-natura prekarja tal-impjieg; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri leġiżlattivi speċifiċi oħra, bħal pereżempju l-introduzzjoni ta’ standards soċjali minimi vinkolanti għal min iħaddem u l-għoti ta' aċċess ugwali għas-servizzi soċjali u għal-benefiċċji lill-ħaddiema, inkluż il-liv tal-maternità, il-pensjonijiet tal-kura tas-saħħa u tal-irtirar, kif ukoll għall-edukazzjoni u t-taħriġ, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex, b’żieda ma' dan, jimplimentaw leġiżlazzjoni li tiżgura limitazzjoni raġonevoli tal-ħinijiet tax-xogħol, tal-mistrieħ u ta' rikreazzjoni għall-ħaddiema;

7.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-persuni li jħaddmu li jabbużaw minn ħaddiema nisa jew jittrattawhom ħażin jitressqu quddiem il-ġustizzja mill-aktar fiss possibbli;

8.  5. Jenfasizza l-bżonn li n-nisa f'impjiegi prekarji jiġu provduti bl-għażla ta' protezzjoni sindikalista tal-intitolamenti bħalma huma l-pagi diċenti, il-lif tal-maternità, sigħat ta' ħidma ġusti u regolari u ambjent tax-xogħol mhux diskriminatorju, li huma kruċjali għal dawn in-nisa; jistieden lill-Istati Membri biex jippenalizzaw l-impożizzjoni ta’ ostakli għall-parteċipazzjoni fi trade unions u b’mod ġenerali jħeġġeġ lill-Istati Membri, barra minn hekk, biex jipprovdu servizzi konsultattivi faċilment aċċessibbli għal nisa li ma jistgħux jirċievu għajnuna minn kunsill tax-xogħol, pereżempju impjegati fi djar privati; jistieden lis-sħab soċjali biex itejbu l-parità bejn is-sessi fil-korpi tagħhom f'kull livell;

9.  Jenfasizza l-bżonn ta’ miżuri leġiżlattivi sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi u titnaqqas is-segregazzjoni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol; ifakkar, għaldaqstant, fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tat-18 ta’ Novembru 2008, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta rigward l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa, u jfakkar lill-Istati Membri sabiex jagħmlu traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE[11] mingħajr dewmien;

10. Jistieden lill-Istati Membri biex jiksbu riżultati konkreti b'rabta mal-miri ta' Barċellona rigward il-kura tat-tfal ħalli jtejbu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri biex jegħlbu l-ostakli li jżommu lin-nisa milli jaħdmu l-għadd ta' sigħat li jridu – sew jekk ix-xogħol ikun part-time jew full-time;

11. Jenfasizza l-bżonn li tiġi fi tmiem is-segregazzjoni professjonali u settorjali tas-suq tax-xogħol permezz ta’ kampanji li jqajmu l-għarfien u l-edukazzjoni minn età żgħira, pereżempju permezz tal-promozzjoni ta' xogħlijiet assoċjati mal-ħilijiet tan-nisa lill-irġiel, u viċi versa, billi l-istudenti bniet jiġu motivati lejn ix-xjenzi, u billi tiġi miġġielda l-idea tan-nisa bħala l-impjegati sekondarji bi qliegħ,bl-involviment tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippjanaw u jimplimentaw miżuri biex jiffaċilitaw edukazzjoni, taħriġ u studji sodisfaċenti għall-bniet u n-nisa żgħażagħ, bl-għoti ta' appoġġ partikolari għall-bniet u n-nisa żgħażagħ minn sfond ta' migrazzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li n-nisa, wara waqfien mix-xogħol minħabba t-twelid ta' tarbija, jerġgħu lura għax-xogħol;

13. Jistieden lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat billi jittrasformawh f’xogħol regolari, permezz ta' miżuri preventivi bħalma huwa l-għoti tal-immunità mill-prosekuzzjoni lill-impjegati għal min jirrapporta l-istatus illegali tax-xogħol tiegħu u li tittieħed azzjoni dissważiva kontra min iħaddem; barra minn dan jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu d-data kollettiva u jimmonitorjaw il-progress f’dan il-qasam;

14. Jenfasizza li l-protezzjoni soċjali hija parti essenzjali tal-flessigurtà; jenfasizza li l-kunċett tal-flessigurtà jaffettwa lin-nisa u lill-irġiel b’mod differenti u għandu t-tendenza li jsaħħaħ ir-rwoli attwali skont is-sessi; ifakkar lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali dwar il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2009 dwar ‘Il-flessigurtà fi żmien il-kriżi’, partikularment l-applikazzjoni ta' integrazzjoni tas-sessi fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-flessigurtà;

15. Iqis li s-sostenibbiltà tal-iskemi tal-pensjonijiet, tal-faċilitajiet tas-self għal proġetti tal-awtoassistenza kif ukoll skemi ta' ħolqien tax-xogħol u ta' skemi alternattivi għall-ħolqien tad-dħul tista' ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema nisa prekarji;

16. Jikkommetti ruħu li minn hawn 'il quddiem l-impjiegi standard jiffurmahom skont il-prinċipji tax-xogħol tajjeb u ma jibdilhomx f'impjiegi prekarji; iqis li s-swieq tax-xogħol għandhom ikunu rregolati aħjar permezz ta' spezzjonijiet tax-xogħol stretti, bil-għan li jitnaqqas l-impjieg prekarju;

17. Jitlob lill-Kunsill Ewropew għal gwida ċara u miżuri konkreti favur is-salvagwardja tal-impjiegi u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol fil-qafas tal-Istrateġija UE 2020;

18. Bi qbil mar-riżultati konkretament milħuqa, jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Istati Membri linji gwida dwar l-aqwa prattiki għal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni diretta u inidiretta, għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha u għat-tnaqqis tax-xogħol prekarju fost in-nisa;

19. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw leġiżlazzjoni li tirregola l-istatus soċjali u legali tal-ħaddiema staġjonali u li tagħtihom kopertura tas-sigurtà soċjali. jifhem ħaddiema li jkunu kkonkludew kuntratti tal-impjieg mifutħa jew għal żmien fiss li d-durata u l-kontinwazzjoni tagħhom ikunu affettwati minn fatturi staġjonali, bħalma huma ċ-ċiklu klimatiku, il-vaganzi pubbliċi u/jew il-ħsad agrikolu.

20. Jinnota li l-istudji juru li x-xogħol prekarju, fejn l-istandards minimi tas-sigurtà u s-saħħa għandhom mnejn jiġu injorati, iġib miegħu rati ta’ danni għolja u riskji akbar ta' mard u esposizzjoni għall-perikli; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-monitoraġġ tagħhom tar-rekwiżiti minimi ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikulari għar-riskji speċifiċi għall-ħaddiema nisa;

Ħaddiema domestiċi

21. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki u użu sħiħ tal-opportunitajiet tal-kofinanzjament mogħti mill-Fondi Strutturali, partikularment il-Fond Soċjali Ewropew, biex jiżguraw aċċess aktar wiesa' għal servizzi ta' kura tat-tfal li l-prezzijiet tagħhom ikunu jistgħu jintlaħqu u jkunu ta' kwalità, u għal faċilitajiet ta' kura tal-anzjani sabiex in-nisa ma jiġux sforzati jagħmlu dan ix-xogħol fuq bażi informali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-impjiegi prekarji ta' kura domestika, fejn ikun possibbli, jinbidlu f'impjiegi diċenti għal terminu twil;

22. Jistieden lill-Kummisjsoni biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' kampanja biex il-ħaddiema prekarji jinbidlu gradwalment f'ħaddiema regolari; jistieden lill-Kummissjoni biex tapprova programm bil-għan li jeduka l-ħaddiema dwar l-effetti u l-impatti tax-xogħol prekarju, inkluż fuq is-sikurezza tax-xogħol u fuq is-saħħa;

23. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi ftehim Ewropew ġdid dwar ir-regoli fir-rigward tal-au pairs, li jnaqqas l-età minima minn 30 sena , ħalli ħaddiema adulti li jkunu kważi għalqu t-30 li jkunu kapijiet tal-familji tagħhom ma jkunux jistgħu jitqiegħdu bħala au pairs¸u li jenfasizza li l-irwol tagħhom hu li jgħinu fid-dmirjiet ta' kuljum tal-familja u li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-familja, li ma jistax jeċċedi t-30 siegħa fil-ġimgħa, u li l-għan hu li jiġu żviluppati l-fehim kulturali u l-kapaċitajiet lingwistiċi tal-au pari;

Ħaddiema Migranti

24. Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-istrateġija l-ġdida tagħha tal-ugwaljanza bejn is-sessi, issaħħaħ l-impenji tagħha sabiex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-migrazzjoni u tal-integrazzjoni, partikularment bil-għan li jiġi użat il-potenzjal sħiħ tax-xogħol tan-nisa migranti;

25. Jinnota li l-integrazzjoni soċjali tan-nisa migranti hija aktar diffiċli minn dik tal-irġiel li qegħdin fis-sitwazzjoni tagħhom, ladarba huma soġġetti għal diskriminazzjoni doppja; għaldaqstant jinkoraġġixxi lil min iħaddem biex jieħu miżuri speċifiċi sabiex jiffaċilita l-integrazzjoni soċjali tal-ħaddiema migranti nisa, pereżempju billi joffru taħriġ tal-lingwa u/jew servizzi ta’ appoġġ, u biex jiżguraw li l-ħaddiema migranti huma rreġistrati, sabiex ikunu intitolati għall-benefiċċji;

Riċerka dwar is-suġġett

26. Jagħti attenzjoni partikulari lin-nuqqas ta’ riċerka dwar ix-xogħol prekarju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Eurofound biex jikkooperaw mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u jibdew riċerka mmirata sabiex jiġi vvalutat, inter alia, il-prezz tat-telf tal-ħiliet u tat-telf tal-benessri li jirriżulta minn impjieg prekarju, billi jiġi kkunsidrat l-aspett tas-sessi; jenfasizza li l-ġejjieni tal-programmi ta’ riċerka Ewropea għandhom jikkonċentraw aktar fuq il-kwistjoniiet soċjali, bħalma huwa l-impjieg prekarju;

27. Jilqa’ l-għanijiet ġenerali tal-proġett pilota sabiex jinkoraġġixxi l-konverżjoni ta’ xogħol prekarju għal xogħol bid-drittijiet, u jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni partikulari lin-natura bbażata fuq is-sessi ta' xogħol prekarju meta jiġu implimentati l-proġetti;

  • [1]  ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9.
  • [2]  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
  • [3]  ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43.
  • [4]  ĠU L 14, 20.1.1998, p. 9.
  • [5]  Testi Adottati, P7_TA(2010)0231
  • [6]  Testi Adottati, P6_TA(2009)0371
  • [7]  ĠU C 16 E, 22.11.2010, p. 21.
  • [8]  ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 323.
  • [9]  ĠU C 313, 12.10.1998, p. 234.
  • [10]  ĠU C 80, 16.3.1998, p. 43.
  • [11]  Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, 26.7.2006 p.). 23).

28. Instructs its President to forward this resolution to the Council, the Commission and the governments of the Member States. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.NOTA SPJEGATTIVA

1. Daħla

Minkejja li x-xogħol prekarju ilu għal ħafna żmien suġġett importanti, il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali kkonċentrat fuq ix-xogħol prekarju u l-kwistjoni tan-nisa f'impjieg prekarju b'mod partikulari saret urġenti ħafna. Il-kriżi għandha effett doppju fuq il-fenomenu tax-xogħol prekarju:

L-ewwelnett, il-kumpaniji li ġew milquta mill-kriżi rreagixxew permezz ta’ tnaqqis tax-xogħol temporanju, bħalma huma l-ħaddiema li għandhom kuntratti ta' perjodu fiss, il-ħaddiema jew impjegati li qed jaħdmu f'tipi oħra ta' xogħol mhux permanenti.

It-tieni, effett fuq firxa ta' żmien jistgħu jkunu li ħafna mill-impjiegi permanenti li ntilfu matul ir-riċessjoni ma jerġgħux jiġu stabbiliti, iżda jiġu sostitwiti minn skemi ta' impjieg atipiċi, filwaqt li jagħtu lok biex min iħaddem jitfa' r-risji tal-impjieg fuq il-ħaddiem, sabiex iżid il-profitt korporattiv u l-flessibilità.

In-nisa huma rrappreżentati żżejjed fix-xogħol prekarju; għaldaqstant l-effetti negattivi ta' hawn fuq għandhom impatt sproporzjonat fuq is-sitwazzjoni tan-nisa ħaddiema b'xogħol prekarju. Ix-xogħol prekarju mhuwiex biss kawża kbira tad-differenzi fil-pagi bejn is-sessi, iżda huwa ostaklu għall-prospetti tal-karriera li jwassal għal impjiegi aħjar u żvilupp professonali.

Il-kwistjoni ta’ xogħol prekarju deher f’diversi riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, f'diversi kuntesti, madankollu s-sitwazzjoni tal-ħaddiema nisa f’xogħol prekarju ma ġietx indirizzata bis-sħiħ.

2. Id-definizzjoni tax-xogħol prekarju

Ix-xogħol prekarju jiffereri għal tip ‘mhux standard’ tal-impjieg ikkaratterizzat b’mod partikulari mill-punti li ġejjin:

· ftit jew kważi ebda sigurtà tax-xogħol minħabba l-forma ta’ xogħol mhux permanenti u ta’ spiss każwali b’kuntratti li fihom kundizzjonijiet ħżiena jew mingħajr ebda kuntratt bil-miktub, pereżempju f’każijiet ta’ kuntratti temporanji, kuntratti involontarji għal xogħlijiet fuq bażi part-time, sigħat u doveri ta' ħidma mhux ċari, li jinbidlu skont ir-rieda ta' min iħaddem;

· livell baxx ta' paga, li jista' jkun ukoll mhux uffiċjali u mhux iggarantit,

· nuqqas ta’ drittijiet ta' protezzjoni soċjali jew benefiċċji relatati mal-impjieg;

· ebda protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni;

· prospetti limitati jew ebda prospetti għall-avvanz fis-suq tax-xogħol;

· nuqqas ta' rappreżentazzjoni kollettiva,

· ambjent tax-xogħol li ma jissodisfax l-istandards minimi tas-saħħa u s-sigurtà,

Il-prekarjetà żżid elementi li jżidu r-riskji u n-nuqqas ta’ sigurtà bħalma huma l-kwalifiki baxxi, żieda fil-perjodi ta' qgħad, nuqqas ta’ taħriġ vokazzjonali, problemi tas-saħħa u dmirijiet ta' kura. Jekk imbagħad il-ħaddiema jiffaċjaw kuntratt ta' perjodu qasir ħafna jew part-time jew perjodi ta' impjieg qosra ħafna, hemm riskju ta’ drittijiet tal-protezzjoni soċjali fqar u ta' esklużjoni mill-kopertura tat-trade unions u n-negozjati kollettivi kif ukoll mill-kuntatti u l-appoġġ soċjali fuq il-post tax-xogħol. Jista' wkoll ikun hemm riskji ta’ sitwazzjoni ħażina ta' xogħol u xogħol mhux iddikjarat b'konsegwenzi negattivi fuq il-protezzjoni soċjali u fid-drittijiet tal-pensjonijiet.

3. Natura bbażata fuq is-sessi tax-xogħol prekarju

Is-setturi tal-attività ekonomika fejn ix-xogħol part-time huwa l-aktar mifrux fil-livell tal-kumpanija huma kollha fis-settur tas-servizzi, partikularment l-industrija tal-lukandi u r-ristoranti, l-edukazzjoni, is-saħħa, ix-xogħol soċjali u servizzi soċjali oħra, tal-komunità u ta’ kura personali, fi kliem ieħor: setturi fejn il-maġġoranza tal-impjegati huma nisa.

Hekk kif juru studji preċedenti, numru kbir tax-xogħol part-time tal-kumpaniji jsir esklussivament min-nisa, b’55% mill-istabbilimenti b’din il-forma ta’ xogħol li ma għandhomx anqas impjegat wieħed ta' sess maskili fost il-ħaddiema part-time. Skont l-aħħar data disponibbli, 31.5%[1] tan-nisa impjegati li jaħdmu part-time (30 jew anqas sigħat fil-ġimgħa) imqabbla ma 8.3% biss tal-impjegati rġiel.

Fis-settur tal-agrikoltura, in-nisa huma rrappreżentati żżejjed fl-impjieg part-time, b’86%[2] tal-ħaddiema nisa jaħdmu part-time.

Apparti mill-konsegwenzi negattivi finanzjarji f’termini ta’ dħul u pensjonijiet, ħaddiema part-time ma għandhomx għajnuna u appoġġ soċjali bħal ma għandhom ħaddiema full-time, minħabba li huma anqas involuti fix-xogħol li jsir f'tim. Huwa aktar diffiċli biex wieħed jilħaq f’pożizzjonijet ta' superviżjoni. Għandu jiġi nnotat li 36% tal-irġiel li għandhom livell għoli ta’ edukazzjoni (fil-livell gradwat jew aktar) jaħdmu bħala maniġers kontra 15% biss tan-nisa li għandhom livell għoli ta' edukazzjoni.

Ir-riċerka bbażata fuq ir-4 Stħarriġ Ewropew tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol turi li l-medja tal-ħila li ssib ix-xogħol hija anqas għall-ħaddiema nisa. B'rabta mal-elementi li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-differenza fil-kisba tax-xogħol, ir-riċerka turi li filwaqt li l-element ta' 'taħriġ formali' ta' opportunitajiet ta' impjieg huwa ogħla fin-nisa milli fl-irġiel, iż-żewġ fatturi l-oħra, fosthom it-taħriġ u r-rotazzjoni tax-xogħol, huma anqas għan-nisa. Mhuwiex sorprendenti li x-xogħlijiet li għandhom nuqqas qawwi ta' sigurtà għandhom ukoll livell baxx f’termini ta' ħila li ssib ix-xogħol, li jaffettwa partikularment lin-nisa u lill-ħaddiema żgħażagħ.

4. Il-forma ta’ impjieg kuntrattwali

Forom prekarji ħafna tax-xogħol jinkludu kuntratti ta' ħidma mhux bil-miktub, kuntratt ta' anqas minn għaxar sigħat fil-ġimgħa u perjodu ta' kuntratti qasir ħafna ta' sitt xhur jew anqas. Riċerka preċedenti tal-Eurofound tiżvela li l-kuntratti tax-xogħol part-time mhux permanenti u involontarju huwa rrappreżentat iżżejjed fit-tip tal-organizzazzjoni tax-xogħol imsejjaħ ‘xogħol kostrett’. Tali xogħol huwa kkaratterizzat minn nuqqas ta' awtonomija fuq il-post tax-xogħol, nuqqas ta’ possibilità li jsiru diskussjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol jew l-organizzazzjoni tax-xogħol b’mod ġenerali, u nuqqas ta’ talbiet għax-xogħol. Din il-forma ta’ organizzazzjoni tax-xogħol tinsab tipikament f’impjieg mhux ikklassifikat jew f’impjieg manwali bla sengħa u għandu l-għola proporzjon ta’ nisa fl-iżgħar (taħt il-25 sena) u l-akbar (55 sena+) gruppi ta’ età. Mill-perspettiva tad-differenzi bejn is-sessi, hemm proporzjon simili ta’ rġiel (22%) u nisa (21%) li għandhom bejn il-15 u d-29 sena għandhom kuntratti atipiċi ħafna jew arranġamenti tax-xogħol atipiċi. Madankollu, id-differenza bejn is-sessi fir-rigward ta’ xogħol atipiku ħafna huwa akbar fil-gruppi ta' ħaddiema ta' età avvanzata għas-skapitu tan-nisa.

5. Dħul: Diskriminazzjoni fil-paga

Fl-Ewropa, id-differenza fil-paġi bejn is-sessi hija ta’ madwar 18% (ċifra tal-2008 mill-Eurostat), li jfisser li l-ħlas fis-siegħa tan-nisa huwa fuq medja kwazi wieħed fil-mija anqas minn dak tal-irġiel. Din iċ-ċifra madankollu, ma tikkunsidrax id-differenzi fin-numru ta' sigħat ta' xogħol, it-tipi differenti ta' kuntratti, eċċ. Id-differenza bejn is-sessi tista’ tiġi spjegata permezz tal-fatt li n-nisa għandhom it-tendenza li jidħlu aktar ta' spiss f’xogħol part-time (ara haw fuq), jieħdu aktar perjodi ta’ waqfien fil-karriera u dawn il-perjodi jkunu itwal minħabba obbligi tal-familja, li jnaqqas il-perjodu tal-esperjenza tax-xogħol tagħhom b’mod ġenerali, jaħdmu f’industriji b'salajri baxxi u f'setturi b'salarji baxxi li għandhom anqas rappreżentazzjoni kollettiva u setgħa ta’ negozjar. Ir-riċerka turi wkoll li r-rwoli bbażati fuq is-sessi fil-kura tat-tfal tispjega partijiet addizzjonali tad-differenzi.

6. Ħaddiema domestiċi

Sabiex jittaffa l-piż tax-xogħol ta’ kura u x-xogħol domestiku u biex tiġi solvuta t-tensjoni bejn ir-responsabilitajiet tax-xogħol, tal-ħajja privata u tal-familja, in-nisa li jaħdmu ta’ spiss jagħżlu li jgħaddu x-xogħol tad-dar lill-ħaddiema domestiċi, li ta’ spiss ikunu nisa wkoll.

Il-karatteristiċi prinċipali għax-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema domestiċi, apparti n-natura prekarja tiegħu, huma ssottovalutati. B’riżultat ta’ dan il-ħaddiema ta’ spiss huma suġġetti għal trattament mhux ugwali, mhux ġust u abbużiv.

7. Ħaddiema Migranti

In-nisa li ġejjin minn pajjiżi inqas żviluppati ta’ spiss iħallu t-tfal u l-familji tagħhom biex jaħdmu f’pajjiż ieħor f'impjiegi ta' ħiliet baxxi, fost ċirkustanzi irregolari, jew anke impjieg illegali. F’ħafna każijiet mhumiex konxji tad-drittijiet tagħhom u għandhom għarfien limitat tal-lingwi lokali, u dan iqiegħdhom f'sitwazzjoni aktar vulnerabbli. Dawn in-nisa ta’ spiss ibagħtu minn abbuż, trattament ħażin, vjolenza, abbuż sesswali, jew ma jitħallsux għax-xogħol tagħhom. Dawk li qegħdin f'impjieg illegali ta’ spiss ma jazzardawx jersqu lejn l-awtoritajiet biex jirrappurtaw tali każijiet minħabba li jintbagħtu lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

8. In-nuqqas ta’ riċerka

Il-lum il-ġurnata hawn nuqqas serju ta’ riċerka aġġornata dwar is-suġġett tax-xogħol prekarju u partikularment dwar in-nisa u x-xogħol prekarju. Dan ifisser li wieħed mill-kompiti ewlenin tal-ġejjieni huwa li ninvestu u nagħmlu riċerka dwar ix-xogħol prekarju u d-dimensjoni tas-sessi

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (14.7.2010)

għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

dwar ħaddiema nisa prekarji
(2010/2018(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Thomas Händel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi huma n-nisa li l-aktar li jaħdmu f'impjiegi prekarji, u billi minkejja l-qafas leġiżlattiv eżistenti għad hemm diskrepanzi kbar għan-nisa fl-UE rigward opportunitajiet ta' xogħol, kwalità tal-impjiegi, pagi li jippermettu l-għajxien u pagi ndaqs għal xogħol indaqs u tal-istess valur;

B.   billi r-rappreżentanza sproporzjonatament kbira tan-nisa f'impjiegi prekarji hija fattur kontributorju għad-diverġenza tal-pagi bejn is-sessi, li għadha f'livell għoli persistenti; billi għalhekk it-titjib tal-kwalità tal-impjiegi tan-nisa se jnaqqas id-diverġenza tal-pagi bejn is-sessi,

C.  billi l-UE tibqa' kommessa favur l-integarzzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki u billi, fi ħdan il-politiki tal-impjiegi, jeħtieġ li jkunu promossi l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u għall-irġiel,

D.  billi f'xi kuntesti n-nisa jinsabu fir-riskju li jkunu soġġetti għal kundizzjonjiet tax-xogħol li mhumiex deċenti, u billi għaldaqstant jistħoqqilhom jingħataw attenzjoni speċjali f'dan ir-rigward, b'mod partikolari n-nisa tqal u n-nisa li qed ireddgħu,

E.   billi l-globalizzazzjoni u l-isfond ekonomiku attwali, flimkien mal-progress teknoloġiku, qed ibiddlu r-relazzjonijiet tax-xogħol u l-kontenut tal-kompiti tal-ħaddiema,

F.   billi n-nisa f'impjiegi prekarji x'aktarx li anqas probabbli li jkunu jafu drittijiethom u huma esposti għal riskju akbar ta' esklużjoni u/jew tkeċċija illeċita,

G.  billi għandha tkun enfasizzata l-importanza tad-dritt tal-ħaddiema kollha, inklużi n-nisa f'impjiegi prekarji, għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

H.  billi l-għadd dejjem jikber ta' nisa f'impjiegi prekarji jkabbar ir-riskju tal-faqar fost in-nisa,

1.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/54/KE b'aktar effikaċja;

2.   Jitlob lill-Kunsill Ewropew għal gwida ċara u miżuri konkreti favur is-salvagwardja tal-impjiegi u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol fil-qafas tal-Istrateġija UE 2020;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippjanaw u jimplimentaw miżuri biex jiffaċilitaw edukazzjoni, taħriġ u studji sodisfaċenti għall-bniet u n-nisa żgħażagħ, bl-għoti ta' appoġġ partikolari għall-bniet u n-nisa żgħażagħ minn sfond ta' migrazzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li n-nisa, wara waqfien mix-xogħol minħabba t-twelid ta' tarbija, jerġgħu lura għax-xogħol;

4.   Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-istrateġija l-ġdida dwar l-impjiegi, taħdem għall-integrazzjoni tan-nisa li jaħdmu f'impjiegi b'kundizzjonijiet prekarji, irrispettivament mill-istatus tax-xogħol tagħhom, fis-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol;

Iqis li huwa importanti ħafna għan-nisa f'impjiegi prekarji u għall-familji tagħhom li jkollhom garanzija ta' benefiċċji tal-qgħad u tal-maternità; Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jestendu l-firxa u t-tul fiż-żmien tal-benefiċċji bil-għan li jpprovdu xibka adegwata tas-sigurtà soċjali;

5.   Jistieden lill-Kummisjsoni Ewropea biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' kampanja biex il-ħaddiema prekarji jinbidlu gradwalment f'ħaddiema regolari; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tapprova programm bil-għan li jeduka l-ħaddiema dwar l-effetti u l-impatti tax-xogħol prekarju, inkluż fuq is-sikurezza tax-xogħol u fuq is-saħħa;

6.   Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jnaqqsu l-piż doppju tax-xogħol fuq in-nisa, li huwa raġuni waħda għar-rappreżentanza sproporzjonatament kbira tan-nisa fl-impjiegi prekarji; jitlob biex fl-impjiegi regolari jittejjeb il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik personali bil-għan li jitnaqqas ix-xogħol prekarju;

7.   Jitlob lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-kura tat-tfal u n-netwerks ta' min jieħu ħsieb it-tfal u biex jilħqu riżultati konkreti għall-miri ta' Barċellona rigward il-kura tat-tfal, biex jipprovdu alternattiva fejn in-nuqqas ta' kura tat-tfal u ta' netwerks ta' min jieħu ħsieb it-tfal itellef l-impjieg full-time mixtieq, biex jiffaċilitaw ix-xogħol full-time għan-nisa li jagħżluh u biex itejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri biex jegħlbu l-ostakli li jżommu lin-nisa milli jaħdmu l-għadd ta' sigħat li jridu – sew jekk ix-xogħol ikun part-time jew full-time; jenfasizza l-ħtieġa għal paga li tippermetti l-għajxien u l-aċċess għall-benefiċċji sħaħ tas-sigurtà soċjali, sew f'impjieg full-time kif ukoll part-time; jenfasizza l-periklu ta' żviluppi riċenti li juru li x-xogħol mhux żgurat f'xi setturi daħħal fil-faqar, b'mod speċjali, lin-nisa bi tfal żgħar;

8.   Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li x-xogħol part-time ikun jista' wkoll jiġi kopert bi skemi tal-pensjoni;

9.  Jistieden lill-Istati Membri biex jorjentaw il-leġiżlazzjoni dwar il-pensjonijiet, it-taxxi, is-sigurtà soċjali u l-leġiżlazzjoni soċjali u dwar il-familja lejn ħajja indipendenti għan-nisa u għall-irġiel sew barra miż-żwieġ kif ukoll fiż-żwieġ;

10. Iqis li s-sostenibbiltà tal-iskemi tal-pensjonijiet, tal-faċilitajiet tas-self għal proġetti tal-awtoassistenza kif ukoll skemi ta' ħolqien tax-xogħol u ta' skemi alternattivi għall-ħolqien tad-dħul tista' ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema nisa prekarji;

11. Jerġa' jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex isaħħu l-istrumenti u jtejbu l-qafas leġiżlattiv biex jegħlbu d-diverġenza fil-pagi bejn is-sessi;

12. Jikkommetti ruħu li minn hawn 'il quddiem l-impjiegi standard jiffurmahom skont il-prinċipji tax-xogħol tajjeb u ma jibdilhomx f'impjiegi prekarji; iqis li s-swieq tax-xogħol għandhom ikunu rregolati aħjar permezz ta' spezzjonijiet tax-xogħol stretti, bil-għan li jitnaqqas l-impjieg prekarju;

13. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji dwar ix-xogħol prekarju bil-għan li jenfasizzaw l-impjiegi diċenti u ħodor u biex jinkorporaw il-bilanċ bejn is-sessi;

14. Jinsisti li l-Istati Membri jintroduċu miżuri ċari biex inaqqsu d-diverġenza fil-pagi bejn is-sessi b'10% sal-2020 f'kull Stat Membru bil-għan li titnaqqas id-diverġenza medja fl-UE fil-paga bejn is-sessi – inkluża d-diverġenza tal-pensjonjiet, fil-qies li din hija vitali biex jittejbu l-istandards tal-għajxien, biex niġġieldu kontra l-faqar u nqawwu t-tkabbir ekonomiku;

15. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali biex jiffaċilitaw l-opportunitajiet ħalli l-ħaddiema ta' kull kategorija, irrispettivament min-natura tal-kuntratt tagħhom, jipparteċipaw fit-trejdjunjins u jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet, u biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-ħaddiema u biex eliminaw ix-xkiel għall-parteċipazzjoni fit-trejdjunjins; jistieden lis-sħab soċjali biex itejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-korpi tagħhom f'kull livell; iħeġġeġ lil-Istati Membri, barra minn hekk, biex jipprovdu servizzi konsultattivi faċilment aċċessibbli għal nisa li ma jistgħux jirċievu għajnuna minn kunsill tax-xogħol, pereżempju impjegati fi djar privati;

16. Bi qbil mar-riżultati konkretament milħuqa, jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Istati Membri linji gwida dwar l-aqwa prattiki għal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni diretta u inidiretta, għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha u għat-tnaqqis tax-xogħol prekarju fost in-nisa;

17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw leġiżlazzjoni li tirregola l-istatus soċjali u legali tal-ħaddiema staġjonali u li tagħtihom kopertura tas-sigurtà soċjali. B'ħaddiema staġjonali jifhem ħaddiema li jkunu kkonkludew kuntratti tal-impjieg mifutħa jew għal żmien fiss li t-tul ta' żmien u l-kontinwazzjoni tagħhom ikunu affettwati minn fatturi staġjonali, bħalma huma ċ-ċiklu klimatiku, il-vaganzi pubbliċi u/jew il-ħsad agrikolu.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

14.7.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Mara Bizzotto, Milan Cabrnoch, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Sari Essayah, Ilda Figueiredo, Pascale Gruny, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Vincenzo Iovine, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Françoise Castex, Jelko Kacin, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Csaba Sógor, Emilie Turunen

 1. 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.9.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Emine Bozkurt, Andrea Češková, Silvia Costa, Tadeusz Cymański, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Iratxe García Pérez, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Astrid Lulling, Barbara Matera, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Raül Romeva i Rueda, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Anne Delvaux, Antigoni Papadopoulou, Joanna Senyszyn