RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill dwar proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru
5.10.2010 - (COM(2007)0638 – C6‑0470/2007 – 2007/0229(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Véronique Mathieu
Rapporteur għal opinjoni (*) :
Alejandro Cercas, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill dwar proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru
(COM(2007)0638 – C6‑0470/2007 – 2007/0229(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0638),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 63(3)(a) u l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0470/2007),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 79(2)(a) u (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u għall-Affarijiet Soċjali (A7‑0265/2010),
1. Jadotta fl-ewwel qari l-pożizzjoni stipulata hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fl-15 u 16 ta' Ottubru 1999, irrikonoxxa l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-kondizzjonijiet għall-ammissjoni u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. F'dan il-kuntest, iddikjara b'mod partikolari li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura trattament ġust għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b’residenza legali fit-territorju ta' l-Istati Membri u li politika ta' integrazzjoni aktar dinamika għandu jkollha l-għan li tagħtihom drittijiet u obbligi kumparabbli ma' dawk taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew għaldaqstant talab lill-Kunsill biex jadotta malajr l-istrumenti legali bbażati fuq il-proposti tal-Kummissjoni. Il-bżonn li jintlaħqu l-għanijiet definiti f’Tampere kien affermat mill-ġdid mill-Programm ta’ l-Aja ta’ l-4 u l-5 ta’ Novembru 2004. |
(2) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fl-15 u 16 ta' Ottubru 1999, irrikonoxxa l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-kondizzjonijiet għall-ammissjoni u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. F'dan il-kuntest, iddikjara b'mod partikolari li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura trattament ġust għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b’residenza legali fit-territorju tal-Istati Membri u li politika ta' integrazzjoni aktar dinamika għandu jkollha l-għan li tagħtihom drittijiet u obbligi kumparabbli ma' dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew għaldaqstant talab lill-Kunsill biex jadotta malajr l-istrumenti legali bbażati fuq il-proposti tal-Kummissjoni. Il-bżonn li jintlaħqu l-għanijiet definiti f’Tampere kien affermat mill-ġdid mill-Programm ta' Stokkolma tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009. |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) F’suq tax-xogħol dejjem aktar globali, l-UE għandha ssir aktar attraenti biex tiġbed lejha ħaddiema minn pajjiżi terzi. Dan għandu jkun iffaċilitat b’simplifikazzjoni amministrattiva u billi jkun faċilitat l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti. Dispożizzjonijiet għal proċedura unika ta’ applikazzjoni li twassal għall-ħruġ ta’ permess magħqud ta’ residenza u xogħol f’dokument amministrattiv wieħed għandhom jikkontribwixxu biex jiġu ssimplifikati u armonizzati r-regoli diverġenti applikabbli bħalissa fl-Istati Membri. Din is-simplifikazzjoni proċedurali diġà ġiet introdotta mill-maġġoranza tal-Istati Membri u wasslet għal proċedura aktar effiċjenti kemm għall-migranti u kemm għal min iħaddimhom, u ppermettiet kontrolli eħfef tal-legalità tar-residenza u l-impjieg tagħhom. |
(3) Dispożizzjonijiet għal proċedura unika ta’ applikazzjoni li twassal għall-ħruġ ta’ permess magħqud ta’ residenza u xogħol f’dokument amministrattiv wieħed għandhom jikkontribwixxu biex jiġu ssimplifikati u armonizzati r-regoli applikabbli bħalissa fl-Istati Membri. Din is-simplifikazzjoni proċedurali diġà ġiet introdotta minn diversi Stati Membri u wasslet għal proċedura aktar effiċjenti kemm għall-migranti u kemm għal min iħaddimhom, u ppermettiet kontrolli eħfef tal-legalità tar-residenza u l-impjieg tagħhom. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Il-kundizzjonijiet u l-kriterji li fuqhom tista’ tiġi rrifjutata applikazzjoni għal permess uniku huma stabbiliti fil-liġi nazzjonali inkluż l-obbligu li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-preferenza Komunitarja kif inhu espress partikolarment fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti ta’ Adeżjoni tas-16 ta’ April 2003 u tal-25 ta’ April 2005. |
(6) Il-kundizzjonijiet u l-kriterji li abbażi tagħhom tista’ tiġi rrifjutata applikazzjoni għal permess uniku għandhom ikunu oġġettivi u stabbiliti fil-liġi nazzjonali. Kull deċiżjoni ta' rifjut għandha tkun immotivata kif dovut. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-permess uniku għandu jieħu l-format armonizzat tal-permess ta’ residenza skond ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002, li jistabbilixxi format uniformi għall-permess ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, biex dan jippermetti lill-Istati Membri jdaħħlu l-informazzjoni, partikolarment jekk il-persuna jkollhiex il-permess li taħdem. L-Istati Membri għandhom jindikaw – anke għal skop ta' kontroll aħjar tal-migrazzjoni – mhux biss fil-permess uniku iżda anke fil-permessi ta’ residenza kollha maħruġa l-informazzjoni relatata mal-permess tax-xogħol irrispettivament mit-tip tal-permess jew mit-titolu ta’ residenza li, fuq il-bażi tagħhom, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ġie ammess fit-territorju ta' Stat Membru u jkun ingħata aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru. |
(7) Il-permess uniku għandu jieħu l-format armonizzat tal-permess ta’ residenza skond ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002, li jistabbilixxi format uniformi għall-permess ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, biex dan jippermetti lill-Istati Membri jdaħħlu informazzjoni ulterjuri, partikolarment jekk il-persuna jkollhiex il-permess li taħdem. L-Istati Membri għandhom jindikaw – anke għal skop ta' kontroll aħjar tal-migrazzjoni – mhux biss fil-permess uniku iżda anke fil-permessi ta’ residenza kollha maħruġa – l-informazzjoni relatata mal-permess tax-xogħol irrispettivament mit-tip tal-permess jew mit-titolu ta’ residenza li, fuq il-bażi tagħhom, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ġie ammess fit-territorju ta' Stat Membru. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 7 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva dwar il-permess uniku u dwar il-permess ta' residenza maħruġ għal skopijiet apparti xogħol ma għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli joħorġu dokumenti addizzjonali, b'mod partikolari biex jagħtu informazzjoni aktar preċiża dwar id-dritt għax-xogħol. Dokumenti addizzjonali ta' dan it-tip, madankollu, għandhom ikunu fakultattivi għall-Istati Membri u ma għandhomx iservu bħala sostitut għal permess għax-xogħol u b'hekk jikkompromettu l-kunċett ta' permess uniku. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 7 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7b) L-obbligu tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-applikazzjoni għandhiex issir miċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew minn min iħaddmu għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe arranġament li jeħtieġ li t-tnejn li huma jkunu involuti fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk l-applikazzjoni għal permess uniku tistax issir fl-Istat Membru ta' destinazzjoni jew minn pajjiż terz. Fil-każi fejn ċittadin ta' pajjiż terz ma jitħalliex japplika minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tista' ssir minn min se jħaddmu fl-Istat Membru ta' destinazzjoni. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 7 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7c) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar permessi ta' residenza għal skopijiet apparti xogħol għandhom japplikaw biss għall-format ta' tali permessi u għandhom ikunu bla ħsara għar-regoli nazzjonali jew għar-regoli tal-Unjoni l-oħra dwar il-proċeduri ta' ammissjoni u dwar il-proċeduri għall-ħruġ ta' tali permessi. |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 7 d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7d) Id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva dwar il-proċedura ta' applikazzjoni unika u dwar il-permess uniku ma jikkonċernawx viżi uniformi u għal żmien twil. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 7 e (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7e) L-iskadenza għall-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar l-applikazzjoni m'għandhiex tinkludi ż-żmien meħtieġ għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali jew iż-żmien meħtieġ għall-ħruġ ta' viża. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-proċeduri nazzjonali dwar ir-rikonoxximent ta' diplomi. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 7 f (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7f) L-għażla tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għar-rwol u r-responsabilitajiet ta' awtoritajiet oħra u, fejn applikabbli, is-sieħba soċjali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha. |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 7 g (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7g) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw l-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg, inkluż in-numru ta' dawk iċ-ċittadini. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni orizzontali Komunitarja, id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jvarjaw, skond l-Istat Membru li jaħdmu fih u skond in-nazzjonalità tagħhom. M’għandhomx l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru, jew iċ-ċittadini l-oħra ta’ l-UE. Bil-għan li jkun hemm aktar żvilupp ta’ politika ta’ l-immigrazzjoni koerenti, biex titnaqqas il-lakuna tad-drittijiet bejn iċ-ċittadini ta’ l-UE u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu legalment u biex jiġi kkumplementat l-acquis eżistenti dwar l-immigrazzjoni, għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ drittijiet partikolarment billi jiġu speċifikati l-oqsma tal-politika fejn it-trattament ugwali maċ-ċittadini huwa pprovdut għall-ħaddiema ta' pajjiżi terzi ammessi legalment fi Stat Membru iżda li għadhom mhumiex residenti fit-tul. Tali dispożizzjonijiet huma intiżi biex jistabbilixxu kondizzjonijiet ugwali fl-UE, biex jiġi rikonoxxut li dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terżi li jaħdmu legalment fi Stat Membru jikkontribwixxu għall-ekonomija Ewropea permezz tax-xogħol tagħhom u l-ħlas tat-taxxa u biex iservu bħala salvagwardja biex titnaqqas il-kompetizzjoni inġusta bejn iċ-ċittadini ta' l-UE u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li tirriżulta fi sfruttar possibbli ta' dawn ta' l-aħħar. |
(9) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni orizzontali tal-Unjoni, id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jvarjaw, skont l-Istat Membru li jaħdmu fih u skont in-nazzjonalità tagħhom. M’għandhomx l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru, jew iċ-ċittadini l-oħra tal-Unjoni. Bil-għan li jkun hemm żvilupp ulterjuri ta’ politika tal-immigrazzjoni koerenti, biex titnaqqas il-lakuna tad-drittijiet bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu legalment u biex jiġi kkumplementat l-acquis eżistenti dwar l-immigrazzjoni, għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ drittijiet soċjo-ekonomiċi u tal-liġi tax-xogħol partikolarment billi jiġu speċifikati l-oqsma tal-politika fejn it-trattament ugwali maċ-ċittadini huwa pprovdut għall-ħaddiema ta' pajjiżi terzi ammessi legalment fi Stat Membru iżda li għadhom mhumiex residenti fit-tul. Tali dispożizzjonijiet huma intiżi biex jintroduċu livell minimu ta' ekwità fl-Unjoni, biex jiġi rikonoxxut li dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terżi li jaħdmu legalment fi Stat Membru jikkontribwixxu għall-ekonomija Ewropea permezz tax-xogħol tagħhom u l-ħlas tat-taxxa u biex iservu bħala salvagwardja biex titnaqqas il-kompetizzjoni inġusta bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li tirriżulta fi sfruttar possibbli ta' dawn tal-aħħar. Bla ħsara għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta' relazzjoni ta' impjieg fil-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni, ħaddiem ta’ pajjiż terz għandu jiġi ddefinit bħala kwalunkwe ċittadin minn pajjiż terz li jkun ġie ammess fit-territorju ta’ Stat Membru, li huwa legalment residenti u li jista' jaħdem skont il-liġi nazzjonali jew b'mod konformi mal-prattika nazzjonali f’dak l-Istat Membru; |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta’ din il-proposta huwa li tiċċara li d-definizzjoni ta’ "ħaddiem ta’ pajjiż terz" ma għandux ikollha influwenza fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta' relazzjoni ta' impjieg f'kull strument leġiżlattiv ieħor tal-UE minħabba li ma hemmx definizzjoni uniformi tal-kunċett ta' “relazzjoni ta' impjieg" fil-qasam tal-liġi tax-xogħol tal-UE. Barra minn hekk, id-definizzjoni proposta mill-Kummissjoni donnha hija differenti mid-definizzjonijiet kurrenti applikati tal-anqas f’xi Stati Membri. | |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terżi koperti mid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi sakemm ikunu ssekondati fi Stat Membru, u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu fi Stat Membru taħt impenji li jinsabu fi ftehim internazzjonali li jiffaċilita d-dħul u r-residenza temporanja ta’ persuni naturali minn ċerti kategoriji ta’ negozju u relatati ma’ l-investiment ma jistgħux jiġu koperti minn din id-Direttiva peress li mhumiex ikkunsidrati bħala parti mis-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru. |
(12) Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ppustjati mhumiex koperti minn din id-Direttiva. Dan m'għandux iwaqqaf liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti legalment u jaħdmu b'mod leġittimu fi Stat Membru u li jiġu ppustjati fi Stat Membru ieħor milli jibqgħu jibbenefikaw minn trattament ugwali meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-oriġini matul il-perjodu li fih ikunu ppustjati, skont dawk il-patti u l-kundizzjonijiet li mhumiex affettwati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi1. |
|
1 ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom igawdu minn trattament ugwali fir-rigward tas-sigurtà soċjali. Fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/1971 ta’ l-14 ta’ Ġunju dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità hemm definiti fergħat tas-sigurtà soċjali. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/1971 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu legalment fl-Unjoni Ewropea u li jkunu f’sitwazzjoni transkonfinali. Id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ugwali rigward is-sigurtà soċjali f’din id-DIrettiva japplikaw ukoll għall-persuni li jaslu fi Stat Membru direttament minn pajjiż terz. Madankollu, din id-Direttiva m’għandhiex tagħti aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom elementi transkonfinali bejn l-Istati Membri. |
(16) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom igawdu minn trattament ugwali fir-rigward tas-sigurtà soċjali. Il-fergħat tas-sigurtà soċjali huma definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali. Id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ugwali rigward is-sigurtà soċjali f’din id-Direttiva japplikaw ukoll għall-persuni li jaslu fi Stat Membru direttament minn pajjiż terz. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 16 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Il-liġi tal-Unjoni ma tillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet li skonthom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll l-ammont ta’ tali benefiċċji u ż-żmien li għalihom jingħataw għandhom jiġu stipulati mil-leġiżlazzjoni ta' kull Stat Membru. B’danakollu, meta jkunu qed jeżerċitaw dik is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 16 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16b) L-Istati Membri għandhom jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familji tagħhom, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta' Diċembru 1990. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u għandha tiġi implimentata b'dan il-mod. |
(18) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 18 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Din id-Direttiva għandha tkun applikata bla ħsara għad-dispożizzjonijiet aktar favorevoli li jinsabu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fl-istrumenti internazzjonali. |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 19 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) B’mod konformi mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar regolamentazzjoni aħjar¹, l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn ikun possibbli, se juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, u jagħmluhom pubbliċi. |
|
_______ ¹ ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru. |
(b) ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi legalment residenti fi Stat Membru, irrispettivament mill-għanijiet li għalihom kienu ammessi inizjalment fit-territorju ta' Stat Membru, fuq il-bażi ta’ trattament ugwali maċ-ċittadini ta' dan l-Istat Membru. |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Din id-Direttiva ma taffettwax is-setgħat tal-Istati Membri rigward l-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz għas-swieq tax-xogħol tagħhom. |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) “ħaddiem ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe ċittadin minn pajjiż terz li jkun ġie ammess fit-territorju ta’ Stat Membru u jkun jista’ jaħdem legalment f’dak l-Istat Membru; |
(b) “ħaddiem ta’ pajjiż terz” tfisser, bla ħsara għall-interpretazzjoni tal-kunċett tar-relazzjoni tal-impjieg fil-leġiżlazzjoni l-oħra tal-UE, kwalunkwe ċittadin minn pajjiż terz li jkun ġie ammess fit-territorju ta’ Stat Membru, li huwa legalment residenti u jkun jista' jaħdem skont il-liġi nazzjonali jew b'mod konformi mal-prattika nazzjonali f’dak l-Istat Membru; |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) “permess uniku” tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru li tippermetti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu u jaħdmu legalment fit-territorju tiegħu; |
(c) "permess uniku" tfisser permess ta' residenza maħruġ mill-awtoritajiet ta' Stat Membru li jippermetti liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fit-territorju tiegħu, sabiex jaħdmu hemm; |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) “proċedura unika ta’ applikazzjoni” tfisser kwalunkwe proċedura li twassal, abbażi ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ residenza u tax-xogħol ta’ ċittadin minn pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru, għal deċiżjoni dwar permess uniku għal dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. |
(d) “proċedura unika ta’ applikazzjoni” tfisser kwalunkwe proċedura li twassal, abbażi ta’ applikazzjoni unika minn ċittadin ta' pajjiż terz jew minn min jimpjegah, għall-awtorizzazzjoni ta’ residenza u tax-xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru, għal deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni għall-permess uniku. |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu jridu jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru, u |
(a) għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu jridu jgħixu fit-territorju ta' Stat Membru sabiex jaħdmu hemm, |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
b) għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi b’residenza legali fi Stat Membru. |
(b) għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew ammessi għal skopijiet apparti xogħol skont regoli nazzjonali jew tal-Unjoni, jitħallew jaħdmu u jinħarġilhom permess ta' residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002, u |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 –– punt b a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz li ġew ammessi għall-iskop ta' xogħol skont regoli nazzjonali jew tal-Unjoni. |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ikunu membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ l-Unjoni li jkunu eżerċitaw, jew ikunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-moviment fil-Komunità; |
(a) ikunu membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li jkunu eżerċitaw, jew ikunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-moviment fl-Unjoni b'konformità mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri; |
|
__________ 1 ĠU L 229, 29.6.2004, p. 1. |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) li flimkien mal-membri tal-familja tagħhom u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, igawdu drittijiet ta' moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta' ċittadini tal-Unjoni skont ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jew bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi; |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ikunu koperti mid-Direttiva 96/71/KE sakemm ikunu ssekondati; |
(b) ikunu koperti mid-Direttiva 96/71/KE sakemm idumu ppustjati u m'għandhiex taffettwa r-responsabilità tal-Istati Membri għall-aċċess u d-dħul ta' ċittadini minn pajjiżi terzi fis-swieq tax-xogħol tagħhom; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti ħafna li jkun spjegat li d-Direttiva proposta, flimkien mad-Direttiva 96/71/KE, ma taffettwax ir-responsabilità tal-Istati Membri li jdaħħlu lil ċittadini minn pajjiżi terzi fis-swieq tax-xogħol nazzjonali tagħhom. Id-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar min idaħħlu fis-swieq tax-xogħol tagħhom m'għandux jiddgħajjef. | |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jidħlu fi Stat Membru taħt impenji li jinsabu fi ftehim internazzjonali li jiffaċilita d-dħul u r-residenza temporanja ta’ persuni naturali minn ċerti kategoriji ta’ negozju u relatati ma’ l-investiment, partikolarment it-trasferimenti intra-ażjendali, il-fornituri ta’ servizzi kuntrattwali u l-apprendisti gradwati taħt l-impenji GATS ta’ l-Unjoni Ewropea; |
(c) applikaw għal ammissjoni jew li ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru biex jaħdmu bħala ħaddiema trasferiti intrakorporattivi; |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) ġew ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar biex jaħdmu fuq bażi staġjonali; |
(d) applikaw għall-ammissjoni jew ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru bħala ħaddiema staġunali jew bħala au pairs; |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) huma awtorizzati jirrisjedu fi Stat Membru abbażi ta' protezzjoni temporanja jew li jkunu applikaw għall-awtorizzazzjoni biex jirrisjedu fuq dik il-bażi u li jkunu qed jistennew deċiżjoni dwar l-istatus tagħhom; |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) huma benefiċjarji ta' protezzjoni interna skont id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li inkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija1 jew li applikaw għal protezzjoni internazzjonali taħt dik id-Direttiva u li l-applikazzjoni tagħhom għadha ma wasslitx għal deċiżjoni finali; |
|
__________ 1 ĠU L 304, 30.9.2004, p. 1. |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(dc) huma benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali b'mod konformi mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istat Membru jew li applikaw għal protezzjoni b'mod konformi mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istati Membri u li l-applikazzjoni tagħhom għadha ma wasslitx għal deċiżjoni finali. |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) applikaw għal rikonoxximent bħala refuġjati u għadha ma ttieħdetx deċiżjoni definittiva dwar l-applikazzjoni tagħhom; |
imħassar |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jgħixu fi Stat Membru bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew taħt skemi ta' protezzjoni temporanja; |
imħassar |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) t-tkeċċija tagħhom ġiet sospiża għal raġunijiet ta’ fatt jew ta’ dritt. |
(h) it-tneħħija tagħhom ġiet sospiża għal raġunijiet ta’ fatt jew ta’ dritt. |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ha) applikaw għal ammissjoni jew ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru bħala persuni li jaħdmu għal rashom; |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(hb) applikaw għal ammissjoni jew ġew ammessi bħala baħħara biex jiġu impjegati jew jaħdmu fi kwalunkwe kapaċità fuq bastiment irreġistrat fi Stat Membru jew li jtajjar il-bandiera tiegħu. |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-Kapitolu II ta' din id-Direttiva ma japplikax għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jew ġew awtorizzati jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru għal perijodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur jew li ġew ammessi għall-iskop ta' studju. |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Il-Kapitolu II ta' din id-Direttiva m'għandux japplika għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu awtorizzati jaħdmu abbażi ta' viża. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-applikazzjoni għar-residenza u x-xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tiġi ppreżentati fi proċedura unika ta’ applikazzjoni. |
1. Applikazzjoni għal permess uniku għandha tiġi ppreżentata fi proċedura unika ta' applikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk l-applikazzjonijiet għal permess uniku għandhomx isiru miċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew minn min iħaddmu. Jekk l-applikazzjoni jkollha tiġi ppreżentata miċ-ċittadin tal-pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-applikazzjoni tiġi introdotta minn pajjiż terz, jew jekk previst mil-liġi nazzjonali, fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn ikun diġà preżenti legalment. |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjoni u jadottaw deċiżjoni biex jingħata, jiġi modifikat jew jiġġedded il-permess uniku jekk l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni li jingħata, jiġi modifikat jew jiġġedded il-permess uniku għandha tikkostitwixxi titlu magħqud wieħed li jinkludi kemm il-permess ta’ residenza u kemm tax-xogħol f’dokument amministrattiv wieħed. |
2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjoni u jadottaw deċiżjoni biex jingħata, jiġi modifikat jew jiġġedded il-permess uniku jekk l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Id-deċiżjoni li jingħata, jiġi modifikat jew jiġġedded il-permess uniku għandha tikkostitwixxi att amministrattiv wieħed li jgħaqqad permess ta’ residenza u permess tax-xogħol . |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-proċedura unika ta' applikazzjoni hija bla ħsara għall-proċedura tal-viża li tista' tkun rikjesta għad-dħul inizjali. |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. L-Istati Membri għandhom joħorġu permess uniku, meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet previsti, lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiż terz li japplikaw għal ammissjoni, u lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiż terz diġà ammessi u li japplikaw biex iġeddu jew jimmodifikaw il-permess ta' residenza tagħhom wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet implimentattivi nazzjonali. |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-awtorità magħżula għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub skond il-proċeduri ta’ notifika stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti. |
3. L-awtorità rilevanti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub skont il-proċeduri ta’ notifika stipulati fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali rilevanti. |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Jekk l-informazzjoni li tappoġġja l-applikazzjoni ma tkunx biżżejjed, l-awtorità magħżula għandha tinnotifika lill-applikant dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet jirċievu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. |
4. Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti li jappoġġaw l-applikazzjoni ma jkunux kompluti skont il-kriterji speċifikati fil-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar l-informazzjoni jew id-dokumenti addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet jirċievu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. F’każ ta’ sospensjoni jew ta’ estensjoni tad-data tal-iskadenza tal-adozzjoni tad-deċiżjoni stipulata fil-paragrafu 2, l-applikant għandu jinżamm infurmat kif xieraq mill-awtorità rilevanti. |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-permess uniku billi jużaw il-format uniformi stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u għandhom jindikaw l-informazzjoni dwar il-permess tax-xogħol skond l-Anness tiegħu, a, 7.5-9. |
1. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-permess uniku billi jużaw il-format uniformi stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u għandhom jindikaw informazzjoni dwar il-permess tax-xogħol skont l-Anness tiegħu, a, 7.5-9. |
|
L-Istati Membri jistgħu joħorġu dokument addizzjonali għall-permess uniku li jkun fih l-informazzjoni kollha rilevanti speċifika għad-dritt għax-xogħol. |
|
Dak id-dokument addizzjonali għandu jkollu natura fakultattiva u purament informattiva. Ma għandu jkollu l-ebda effett fuq il-validità tal-permess uniku. |
|
Id-dokument addizzjonali jista’ jiġi aġġornat meta tinbidel is-sitwazzjoni tad-detentur tal-permess uniku fis-suq tax-xogħol. |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafi 1 a u 1 b (ġodda) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istat Membri jistgħu joħorġu dokument addizzjonali għalll-permess ta' residenza, li jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-dritt u l-kondizzjonijiet speċifiċi għax-xogħol. |
|
Dokument addizzjonali ta' dan it-tip għandu jikkomplementa l-permess ta' residenza u jista’ jiġi aġġornat jew irtirat meta tinbidel il-pożizzjoni tad-detentur tal-permess uniku fis-suq tax-xogħol. |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri m’għandhomx joħorġu permessi addizzjonali, partikolarment permessi tax-xogħol ta’ kwalunkwe tip bħala prova ta’ l-aċċess mogħti għas-suq tax-xogħol. |
2. Meta joħorġu l-permessi ta' residenza b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1030/2002, l-Istati Membri m'għandhomx joħorġu permessi addizzjonali bħala prova ta' awtorizzazzjoni għal aċċess għas-suq tax-xogħol. |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Deċiżjoni ta’ rifjut ta' l-applikazzjoni, li biha ma jinħariġx, ma jiġix modifikat jew imġedded, jiġi sospiż jew irtirat il-permess uniku fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati fil-liġi Komunitarja jew nazzjonali, għandha tkun motivata fin-notifika miktuba. |
1. Deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni għal permess uniku, li biha ma jiġix modifikat jew imġedded il-permess uniku jew jiġi rtirat il-permess uniku fuq il-bażi tal-kriterji li jipprovdu għalihom il-liġi nazzjonali jew dik tal-Unjoni, għandha tkun motivata fin-notifika miktuba. |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut ta' l-applikazzjoni, li biha ma jinħariġx, ma jiġix modifikat jew imġedded, jiġi sospiż jew irtirat il-permess uniku tista' tiġi kkontestata quddiem il-qrati ta’ l-Istat Membru kkonċernat. In-notifika miktuba għandha tispeċifika l-proċeduri possibbli ta' rimedju disponibbli u t-terminu biex tittieħed dik l-azzjoni. |
2. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni, li biha ma jinħariġx, ma jiġix modifikat jew imġedded jew jiġi rtirat il-permess uniku għandha tista' tiġi kkontestata legalment fl-Istat Membru kkonċernat, b'mod konformi mal-liġi nazzjonali. In-notifika miktuba għandha tispeċifika l-qorti jew l-awtorità amministrattiva fejn il-persuna involuta tista' tressaq appell u t-terminu ta' żmien għall-appell. |
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Applikazzjoni tista' titqies bħala inammissibbli għal raġunijiet marbuta man-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi fit-territorju ta' Stat Membru biex jaħdmu hemm. F'tali sitwazzjoni, m'hemmx bżonn li l-applikazzjoni tiġi pproċessata. |
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jinfurmaw liċ-ċittadin minn pajjiż terz u lill-persuna li ser tħaddmu fil-futur dwar id-dokumenti ta’ prova li jinħtieġu biex jikkompletaw l-applikazzjoni. |
Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata liċ-ċittadin ta' pajjiż terz u lill-persuna li ser tħaddmu fil-futur, dwar id-dokumenti rikjesti biex issir applikazzjoni kompluta. |
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-applikanti biex iħallsu l-miżati għall-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet skond din id-Direttiva. Il-livell tal-miżati għandu jkun proporzjonat u jista’ jkun ibbażat fuq il-prinċipju tas-servizz attwalment ipprovdut. |
L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-applikanti jħallsu l-miżati. Fejn ikun xieraq, dawn il-miżati għandhom jinġabru għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet skont din id-Direttiva. F'tali każijiet, il-livell tal-miżati għandu jkun proporzjonat u bbażat fuq il-prinċipju tas-servizz attwalment ipprovdut. |
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – introduzzjoni | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Matul il-perjodu tal-validità tiegħu, il-permess uniku għandu jintitola lid-detentur tiegħu għall-inqas: |
Fejn permess uniku nħareġ b'mod konformi mal-liġi nazzjonali u matul il-perijodu ta' validità tiegħu, huwa għandu jawtorizza lid-detentur tiegħu għall-inqas: |
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) li jidħol, jerġa’ jidħol u jgħix fit-territorju ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-permess uniku; |
(a) li jidħol u jgħix fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-permess uniku sakemm jilħaq ir-rekwiżiti ta' ammissjoni kollha b'mod konformi mal-liġi nazzjonali; |
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) li jkollu aċċess liberu għat-territorju kollu ta' l-Istat Membru kkonċernat li joħroġ il-permess uniku, fil-limiti li hemm hemm dispożizzjoni dwarhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal raġunijiet ta' sigurtà; |
(c) li jkollu aċċess liberu għat-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat li joħroġ il-permess uniku, fil-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) li jeżerċita l-attivitajiet awtorizzati taħt il-permess uniku; |
(d) li jeżerċita l-attività professjonali speċifika awtorizzata taħt il-permess uniku b'mod konformi mal-liġi nazzjonali; |
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) li jkun infurmat dwar id-drittijiet tiegħu relatati mal-permess mogħtija b'din id-Direttiva jew bil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
(e) li jkun infurmat dwar id-drittijiet tiegħu relatati mal-permess mogħtija b'din id-Direttiva u/jew bil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 11 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11a |
|
Notifika ta' deċiżjonijiet |
|
In-notifika u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5, 8 u 9 għandhom ikunu provduti b'mod li l-applikant ikun jista' jifhem il-kontenut u l-implikazzjonijiet tagħhom. |
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-ħlas u t-tkeċċija kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; |
(a) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-ħlas u t-tkeċċija kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol, il-liv u l-proċeduri dixxiplinari, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi ġenerali fis-seħħ; |
Ġustifikazzjoni | |
Testendi l-ambitu għall-ugwaljanza tat-trattament. | |
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) il-fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/1971 ta’ l-14 ta’ Ġunju 971 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jimplimentahom għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom biss għandu japplika b'dan il-mod; |
(e) il-fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali se tkun (KE) 883/2004. | |
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) il-benefiċċji tat-taxxa; |
(g) il-benefiċċji tat-taxxa, kemm-il darba l-ħaddiem ikun meqjus bħala residenti għal skopijiet fiskali fl-Istat Membru kkonċernat; |
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikoku 12 – paragrafu 1 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi u l-forniment tal-prodotti u s-servizzi disponibbli għall-pubbliku inkluż il-proċeduri biex tinkiseb akkomodazzjoni u l-assistenza li jistgħu jagħtu l-uffiċċji ta’ l-impjieg. |
(h) l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi u l-forniment tal-prodotti u s-servizzi disponibbli għall-pubbliku inkluż il-proċeduri biex tinkiseb akkomodazzjoni u l-assistenza u s-servizzi ta' konsulenza li jistgħu jagħtu l-uffiċċji tal-impjieg kif previst mil-liġi nazzjonali. |
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1(h) rigward l-akkomodazzjoni pubblika għal każijiet fejn iċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun ilu jgħix jew li jkollu d-dritt li jgħix fit-territorju għal mill-inqas tliet snin; |
(c) billi jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-applikazzjoni sħiħa tad-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1(h) rigward l-akkomodazzjoni pubblika għal każijiet fejn iċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun ilu jgħix jew li jkollu d-dritt li jgħix fit-territorju għal anqas minn tliet snin; |
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1(e) għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impjieg ħlief għall-benefiċċji tal-qgħad. |
(e) billi jużaw kriterji ta' residenza (għal benefiċċji bbażati fuq ir-residenza, iżda mhux għal benefiċċji relatati mal-impjieg) jekk il-permess ta' residenza jinħareġ għal skopijiet apparti x-xogħol iżda l-permess ta' residenza jippermetti li wieħed jaħdem; |
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jmorru joqogħdu f’pajjiż terz, jew is-sopravvissuti ta’ tali ħaddiem li jkun jirresjedi f’pajjiż terz hekk malli jipperċepixxu d-drittijiet tagħhom mill-ħaddiem, għandhom jirċievu, fir-rigward tax-xjuħija, invalidità u mewt, il-pensjonijiet statutorji bbażati fuq l-impjieg preċedenti tal-ħaddiem u miksuba b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni stipulata fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, b'dawk l-istess kondizzjonijiet u b’dawk l-istess rati bħaċ-ċittadini tal-Istati Membri konċernati meta jmorru joqogħdu f’pajjiż terz. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni suġġetta għall-kundizzjoni li jkun hemm ftehimiet bilaterali li fihom l-esportazzjoni reċiproka tal-pensjonijiet tkun rikonoxxuta u tkun ġiet stabbilita kooperazzjoni teknika. |
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet imniżżla f'din id-Direttiva jkun soġġett għal pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun hemm disponibbli rimedji effettivi f'każ ta' ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali, pereżempju minn min iħaddem. | |
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2c. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet imniżżla f'din id-Direttiva jkun soġġett għal kontestazzjoni legali. |
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għad-drittijiet u l-prinċipji li jinsabu fil-Karta Soċjali Ewropea tat-18 ta' Ottubru 1961 u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar l-istatus legali tal-ħaddiema migranti tal-24 ta' Novembru 1977. |
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li ġabra ta’ informazzjoni aġġornata b’mod regolari, dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u ta’ residenza taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tiegħu għal skopijiet ta’ xogħol, tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. |
Kull Stat Membru għandu jqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku ġenerali ġabra ta’ informazzjoni aġġornata b’mod regolari, dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u ta’ residenza taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tiegħu sabiex jaħdmu hemm. |
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Perjodikament, u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data speċifikata fl-Artikolu 16, il-Kummisjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. |
1. Perjodikament, u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data speċifikata fl-Artikolu 16, il-Kummisjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tqis li tkun meħtieġa. |
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kull sena, u għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta’ April ta’ [sena wara d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE l-istatistiċi dwar il-volumi ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu ngħataw jew kellhom imġedded il-permess uniku jew li kellhom il-permess uniku irtirat matul is-sena kalendarja preċedenti, b'indikazzjoni tan-nazzjonalità u x-xogħol tagħhom. L-istatistiċi dwar il-membri tal-familja ammessi għandhom jiġu kkomunikati bl-istess mod. |
2. Kull sena, u għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju [sena wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-istatistika dwar il-volumi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ngħataw permess uniku matul is-sena kalendarja preċedenti b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali1. |
|
__________ 1 ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1. |
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn … Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ...*. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
*Nota lill-ĠU - hawn għandha tiddaħħal id-data: sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. |
NOTA SPJEGATTIVA
1. L-ISTORJA TAL-PROPOSTA
Fl-2001 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ xogħol bi ħlas u attivitajiet ekonomiċi ta' impjieg indipendenti. Minkejja opinjoni favorevoli mill-Parlament Ewropew, din il-proposta ambizzjuża, li kienet intenzjonata biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jixtiequ jwettqu attività ekonomika fl-Unjoni, ma rnexxilhiex tissopravvivi oltre l-ewwel qari tagħha fil-Kunsill, u l-Kummissjoni rtirata uffiċjalment fl-2006.
F'Diċembru 2005, il-Kummissjoni adottat programm ta' azzjoni dwar l-immigrazzjoni legali fejn preżentat l-istrateġija l-ġdida tagħha dwar l-immigrazzjoni ekonomika. Ipproponiet li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċerti kategoriji ta' ħaddiema li kienu ċittadini ta' pajjiż terz (ħaddiema bi kwalifiki għoljin, ħaddiema staġunali, persuni trasferiti fl-intrapriża tagħhom u trainees imħallsa). Apparti l-adozzjoni ta' dawn id-direttivi settorjali, il-pjan ta' azzjoni semma' wkoll direttiva qafas li kien se jkollha l-għan li, minn naħa, tistabbilixxi proċedura unika ta' applikazzjoni għall-permessi tax-xogħol u l-permessi ta' residenza, u, min-naħa l-oħra, toħloq sett komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema ta' pajjiż terz legalment residenti fi Stat Membru. Il-Kummissjoni ppreżentat din il-proposta għal direttiva f'Ottubru 2007. Il-Parlament Ewropew intalab għal opinjoni taħt il-proċedura ta' konsultazzjoni li dak iż-żmien kienet fis-seħħ skont l-Artikolu 63(3)(a) tat-Trattat KE. Madankollu, fin-nuqqas ta' unanimità fil-Kunsill, l-adozzjoni tal-proposta ma kenitx possibbli sakemm ma daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, li biddel il-proċedura għall-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni legali. Il-bażi legali l-ġdida tirrikjedi maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill u tipprovdi għal kodeċiżjoni mal-Parlament Ewropew. Għal din ir-raġuni, il-Proposta qed terġa' tiġi kkunsidrata mill-Parlament Ewropew, din id-darba taħt il-proċedura "omnibus".
2. IS-SUSTANZA TAL-PROPOSTA
Il-Programm tal-Aja rrikonixxa li l-immigrazzjoni legali għandu rwol importanti fl-iżvilupp ekonomiku. Minħabba din il-kunsiderazzjoni, stieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni biex tippermetti li s-suq tax-xogħol jirreaġixxi malajr għad-domanda dejjem tinbidel għal ħaddiema minn barra.
Il-Programm ta' Stokkolma adottat mill-Kunsill Ewropea fl-10 u l-11 ta' Diċembru 2009 esprima l-fehma li l-immigrazzjoni tal-ħaddiema tista' żżid il-kompetittività u l-vitalità ekonomika. Fil-prospettiva tal-isfidi demografiċi konsiderevoli li se taffaċċja l-Unjoni Ewropea fil-ġejjieni, b'domanda għall-ħaddiema dejjem tikber, dan il-programm multiannwali ġdida jistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki dwar l-immigrazzjoni flessibbli sabiex jappoġġaw l-iżvilupp u r-rendiment ekonomiku fuq żmien twil tal-Unjoni.
Il-proposta għal direttiva li attwalment qed tiġi kkunsidrata tindirizza dan it-tħassib. Peress li twaqqaf ta' proċedura unika ta' applikazzjoni għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jixtiequ jkunu ammessi għat-territorju ta' Stat Membru biex jaħdmu hemm, u peress li toffrilhom status legali ggarantit, din id-direttiva se tissemplifika l-proċeduri amministrattivi ta' spiss kumplessi biex jintlaqgħu migranti ekonomiċi. B'hekk se tippermetti li s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri tagħna jissodisfaw il-bżonnijiet attwali u futuri ta' ħaddiema u se tipprovdi mod biex jiġu miġġielda l-isfruttament u d-diskriminazzjoni, li wisq drabi dawn il-ħaddiema jisfaw vittmi tagħhom.
Il-proposta għal direttiva hi intenzjonata wkoll biex tnaqqas id-differenzi li jeżistu bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fir-rigward ta', l-ewwel nett, il-proċedura biex wieħed japplika għal permess tax-xogħol u, it-tieni nett, id-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu qed jaħdmu legalment fl-Unjoni Ewropea iżda li ma jgawdux mill-istatus ta' residenti fit-tul. Attwalment jeżistu differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri.
Hu importanti li wieħed jinnota li din il-proposta ma tistipulax il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. L-Istati Membri jżommu s-setgħa li jiddeċiedu dawn il-kundizzjonijiet u jistabbilixxu n-numru ta' migranti li jixtiequ jħallu jidħlu fit-territorju tagħhom għal skopijiet ta' impjieg.
3. IL-POŻIZZJONI TAR-RAPPORTEUR
Wieħed mill-aħjar modi biex jiġu miġġielda l-immigrazzjoni illegali u x-xogħol mhux iddikjarat hu l-iżvilupp ta' kanal ta' immigrazzjoni legali li jissodisfaw il-bżonnijiet tas-swieq tax-xogħol tagħna. L-immigrazzjoni ekonomika hija realtà li fuqha rridu nimponu ordni, imma hi ukoll ħtieġa fil-prospettiva tal-isfidi demokratiċi u ekonomiċi li l-UE se taffaċċja fil-futur qrib. Għaldaqstant, il-politika dwar l-immigrazzjoni tista' titqies bħala strument għar-regolazzjoni tal-ħtiġijiet tax-xogħol tagħna, u b'hekk tgħin fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija "Ewropa 2020".
Ir-rapporteur tagħkom tilqa' l-istabbiliment ta' dan il-qafas legali orizzontali applikabbli għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi li jitħallew jidħlu fit-territorju Ewropea għal skopijiet ta' impjieg.
Għamlet ħilitha biex tippreżerva l-ambitu estensiv tal-proposta. Id-direttiva mhux se tapplika biss għal kull ċittadin ta' pajjiż terz li jitħalla jidħol fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskopijiet ta' impjieg imma anke għal dawk kollha li oriġinarjament tħallew jidħlu għal skopijiet oħra imma li kisbu d-dritt li jaħdu hemm abbażi tal-liġi nazzjonali u Komunitarja. L-esklużjoni tal-ħaddiema staġunali u l-ħaddiema ppustjati fi ħdan l-intrapriżi tagħhom hi ġġustifikata mill-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' proposti għal direttivi speċifiċi għal dawn il-kategoriji ta' ħaddiem. Kieku ħaddiema ta' dan it-tip kienu inklużi fl-ambitu ta' din il-proposta għal direttiva, konna nkunu mġegħla nemendaw il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni kollha kemm hi u nkomplu nipposponu l-adozzjoni tagħha. Fir-rigward tal-esklużjoni ta' dawk li qed ifittxu ażil u dawk mogħtija protezzjoni internazzjonali, hu importanti li wieħed jenfasizza li l-istrumenti eżistenti f'dawn l-oqsma jagħtu aktar protezzjoni minn din il-proposta għal direttiva.
Il-proċedura unika
L-adozzjoni ta' din id-direttiva se tissemplifika l-proċeduri għall-ammissjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz għall-iskopijiet ta' impjieg. L-eżistenza ta' proċedura unika li tippermetti li jinħareġ dokument uniku li jawtorizza r-residenza u l-aċċess għas-suq tax-xogħol tikkostitwixxi semplifikazzjoni konsiderevoli tas-sistema ta' ammissjoni. Żewġ proċeduri separati jinvolvu pproċessar aktar imġebbed tal-applikazzjonijiet u aktar spejjeż amministrattivi. B'din is-sistema ta' one-stop shop, il-proċedura amministrattiva se tkun aktar semplċi, anqas għalja u aktar rapida. Il-ħruġ ta' dokument uniku se jiffaċilita wkoll il-kontroll ta' min jitħalla jidħol fit-territorju ta' Stat Membru u jkun awtorizzat jaħdem hemm. Dan id-dokument se jkollu l-format ta' permess ta' residenza komuni għall-Istati Membri kollha. L-Istati Membri se jkunu jistgħu wkoll jipprovdu għal dokument addizzjonali li jkollu status purament informattiv. B'dan il-mod, l-informazzjoni fil-permess uniku tkun tista' tiġi ssuplimentata, biex b'hekk jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ. Din il-proposta għalhekk għandha vantaġġi għall-migranti, għal min iħaddem u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali.
Peress li l-proposta tal-Kummissjoni ma tiddikjarax min jista' jressaq applikazzjoni – l-impjegat jew min jimpjegah – u mil-liema Stat tista' ssir applikazzjoni, ir-rapporteur tagħkom ikkunsidrat li hemm bżonn li din il-kwestjoni importanti tiġi ċċarata. Għaldaqstant, qed tipproponi li jekk applikazzjoni ma tkunx tista' ssir minn pajjiż terz, dak li jimpjega jkun jista' jressaqha hu nnifsu fl-Istat Membru ospitanti sabiex iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jkollux għalfejn iżur it-territorju Komunitarju speċifikament sabiex iressaq l-applikazzjoni.
Ir-rapporteur tagħkom xtaqet ukoll tisħaq fuq ir-rekwiżiti ta' ċertezza legali u trasparenza fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom impatt qawwi fuq il-ħajja tal-persuni kkonċernati, u għalhekk iridu jittieħdu b'mod li jkun kompletament trasparenti. B'dan f'moħħha, ir-rapporteur tagħkom xtaqet li tagħmilha ċara li kull deċiżjoni ta' ċaħda trid tkun mmotivata kif jixraq. Anke l-kundizzjonijiet u l-kriterji għal ċaħda ta' applikazzjoni għal permess uniku jridu jkunu oġġettivi u stipulati mil-liġi nazzjonali.
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ispejjeż biex jinħareġ il-permess uniku, hu importanti għar-rapporteur tagħkom li l-miżati mhux biss ikunu proporzjonati imma jkunu bbażati wkoll fuq il-prinċipju tas-servizz li fil-verità jkun qed jingħata.
Is-sett komuni ta’ drittijiet
Din il-proposta għal direttiva tipprovdi għal trattament ugwali għal dak li jgawdu l-ħaddiema nazzjonali fuq il-bażi ta' sett komuni ta' drittijiet fl-oqsma assoċjati mas-suq tax-xogħol. Għalkemm dawn id-dispożizzjonijiet fil-proposta għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew, ir-rapporteur tagħkom temmen li għandhom il-vantaġġ li jagħtu protezzjoni aħjar lill-ħaddiema minn pajjiżi terzi milli hu l-każ attwalment abbażi tal-konvenzjonijiet internazzjonali li rratifikaw biss ċerti Stati Membri. Peress li dawn il-persuni jieħdu sehem fil-ħajja ekonomika tal-pajjiż li jospitahom, irid ikollha il-benefiċċju ta' status legali żgur u protettiv li jissalvagwarjahom mill-esklużjoni u d-diskriminazzjoni. Dan l-istatus se jagħmilha possibbli wkoll li tiġi miġġielda l-kompetizzjoni inġusta, li ta' spiss tirriżulta min-nuqqas ta' status legali biex jitħarsu dawn il-ħaddiema.
Ir-rapporteur tagħkom tittama li din id-direttiva tiġi adottata dalwaqt. Temmen li wasal iż-żmien biex l-Unjoni Ewropea tilleġiżla dwar l-immigrazzjoni ekonomika sabiex tistabbilixxi approċċ komuni għas-27 Stat Membru. Il-bidliet li ġab miegħu t-Trattat ta' Lisbona ppermettew li jsir dan il-progress, u issa f'idejna li nagħmluh realtà.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (30.4.2010)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru
(COM(2007)0638 – C6‑0470/2007 – 2007/0229(COD))
Rapporteur: Alejandro Cercas (*):
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Din il-proposta għal direttiva qed issir fil-kuntest tal-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi politika globali fil-qasam tal-immigrazzjoni, u din hija proposta qafas għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b'għan doppju:
a) il-ħolqien ta' proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess ta' residenza u ta' xogħol fi Stat Membru;
b) l-għoti ta' għadd uniformi ta' drittijiet minimi lill-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jgħixu legalment fl-UE, fuq il-bażi tat-trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-UE.
Din il-proposta diġà sar dibattitu dwarha fil-Kunsill u kienet is-suġġett ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (rapport Gaubert-Jeleva tal-20 ta' Novembru 2008) adottat fuq il-bażi tal-proċedura ta' konsultazzjoni, bi qbil mat-Trattat preċedenti dwar l-Unjoni Ewropea (TKE). Il-proċedura leġiżlattiva l-ġdida (proċedura leġiżlattiva ordinarja) applikabbli għal din il-proposta skont it-Trattat il-ġdid dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Trattat FUE) tiġġustifika t-tfassil ta' riżoluzzjoni ġdida tal-Parlament Ewropew.
Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza li dan ir-rapport għandu jkun limitat għall-kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL), jiġifieri l-premessi 9, 12, 15 u 16, l-Artikolu 2b, l-Artikolu 3 (2b), l-Artikolu 12 (ħlief il-frażi introduttorja tal-ewwel paragrafu) u l-Artikolu 13, ħlief jekk ir-Rapporteur jew membru ieħor ta' dan il-Kumitat jiddeċiedu li jressqu emendi lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) dwar aspetti ta' din il-proposta li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-Kumitat EMPL.
Din il-proposta tagħmel parti minn pakkett ta' inizjattivi leġiżlattivi li l-Kummissjoni ħabbret fl-2007. Id-dokument li jikkonċernana għandu jkun dokument qafas u standard minimu applikabbli għal direttivi iktar speċifiċi fil-qasam tal-immigrazzjoni li jinsabu f'dan il-pakkett (sanzjonijiet kontra min iħaddem ħaddiema illegali; ħaddiema bi kwalifiki għolja; ħaddiema staġjonali; apprendisti mħallsa u persuni trasferiti temporanjament mill-kumpanija tagħhom).
Kien ikun loġiku li d-dibattitu dwar dan il-pakkett jibda bil-proposta qafas, u li abbażi tal-ftehim milħuq dwar din il-proposta, wieħed jiddibatti mbagħad proposti speċifiċi. Sfortunatament, dan ma kienx il-każ, u l-Unjoni diġà adottat id-direttivi dwar is-sanzjonijiet kontra min iħaddem (Direttiva 2009/52/KE) u dwar il-ħaddiema bi kwalifiki għolja (Direttiva 2009/50/KE). In-non-rispett ta' dan l-ordni loġiku jobbligana naħdmu abbażi tal-fatti li għandna quddiemna: b'hekk, filwaqt li nanalizzaw id-drittijiet applikabbli għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li dwarhom hija din il-proposta, jeħtieġ li naraw liema huma d-drittijiet li diġà ngħataw lill-ħaddiema bi kwalifiki għolja sabiex jiġu evitati l-kontradizzjonijiet u biex jinkiseb livell minimu ta' koerenza u ta' omoġeneità bejn iż-żewġ testi. B'dan l-għan, għandhom jitqiesu d-drittijiet li l-Unjoni Ewropea diġà tagħti lill-ħaddiema li ilhom residenti (Direttiva 2003/109/KE), liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għal skopijiet ta' studju, ta' skambju ta' studenti, ta' taħriġ mhux imħallas jew ta' volontarjat (Direttiva 2004/114/KE), jew liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika (Direttiva 2005/71/KE).
Il-problema ewlenija ta' din il-proposta għal direttiva hija li n-natura orizzontali u r-regola qafas li kienu tħabbrulna ġew kompromessi bl-esklużjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni u bid-derogi relatati mad-drittijiet ta' ċerti gruppi speċifiċi. Ir-Rapporteur iqis li din il-kwistjoni tipperikola l-objettiv fundamentali ta' din id-direttiva li huwa li tiġi stabbilita garanzija ta' trattament ugwali, fl-oqsma soċjoekonomiċi u tax-xogħol, tal-ħaddiema kollha minn pajjiżi terzi li jaħdmu legalment fl-Unjoni, meta mqabbla maċ-ċittadini Komunitarji.
Din l-ugwaljanza hija meħtieġa għal raġunijiet elementari ta' ġustizzja soċjali u ta' ġustizzja, u bħala rikonoxximent tal-kontribut li l-migranti jagħtu lill-ekonomija tal-Unjoni, permezz tax-xogħol tagħhom kif ukoll permezz tat-taxxi u tal-miżati soċjali li jħallsu. Bl-istess mod, dan se jikkontribwixxi biex tonqos il-kompetizzjoni żleali, biex il-prattika tal-ħidma illegali ssir iżjed diffiċli u biex il-ħaddiema minn pajjiżi terzi ma jisfawx vittmi ta' sfruttament u ta' esklużjoni soċjali. It-twaqqif ta' għadd minimu ta' drittijiet huwa importanti biex ikun hemm regoli omoġenji madwar l-Unjoni f'dak li jikkonċerna l-ħaddiema illegali minn pajjiżi terzi, indipendentement mill-Istat Membru li jkunu jgħixu fih.
It-twaqqif ta' dawn id-drittijiet għall-migranti legali kollha, mingħajr esklużjoni u b'derogi mill-inqas, huwa indispensabbli biex jitwettqu l-impenji tagħna dwar l-integrazzjoni u r-rispett għall-ħaddiema legali fi ħdan l-Unjoni, billi b'hekk jiġu rikonoxxuti d-dinjità u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni.
Sabiex tittejjeb in-natura orizzontali ta' din id-direttiva u biex tkun punt ta' riferiment u qafas għad-direttivi futuri relatati ma' gruppi speċifiċi, jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li l-ebda grupp speċifiku, u b'mod partikolari dak tal-ħaddiema staġjonali, m'għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha, kuntrarjament għal dak li qed tipprevedi l-Kummissjoni. Id-direttivi speċifiċi għandhom jikkonkretizzaw il-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-Unjoni u eventwalment id-drittijiet speċifiċi, iżda mingħajr ma jxekklu lill-migranti legali milli jkunu koperti mill-objettivi ta' trattament ġust, imparzjali u ugwali mfittex mid-direttiva qafas.
Ir-Rapporteur iqis li lanqas huwa ġust li fil-proposta tal-Kummissjoni, aspetti essenzjali tal-protezzjoni jitħallew f'idejn l-Istati Membri. Jidher ċar li s-sitwazzjoni tas-swieq tax-xogħol u l-bżonnijiet ta' forza tax-xogħol barranija, kif ukoll il-kwalifiki meħtieġa għal din il-forza tax-xogħol, ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Madankollu, f'ambjent daqshekk eteroġenju, huwa utli u neċessarju li jkun hemm standard minimu komuni iċken li jippermetti li nimxu lejn politika Ewropea komuni, koerenti u ġusta fil-qasam tal-migrazzjoni, b'kontribut effikaċi għall-integrazzjoni soċjali u professjonali tal-migranti.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpa l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni orizzontali Komunitarja, id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jvarjaw, skond l-Istat Membru li jaħdmu fih u skond in-nazzjonalità tagħhom. M’għandhomx l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru, jew iċ-ċittadini l-oħra ta’ l-UE. Bil-għan li jkun hemm aktar żvilupp ta’ politika ta’ l-immigrazzjoni koerenti, biex titnaqqas il-lakuna tad-drittijiet bejn iċ-ċittadini ta’ l-UE u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu legalment u biex jiġi kkumplementat l-acquis eżistenti dwar l-immigrazzjoni, għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ drittijiet partikolarment billi jiġu speċifikati l-oqsma tal-politika fejn it-trattament ugwali maċ-ċittadini huwa pprovdut għall-ħaddiema ta' pajjiżi terzi ammessi legalment fi Stat Membru iżda li għadhom mhumiex residenti fit-tul. Tali dispożizzjonijiet huma intiżi biex jistabbilixxu kondizzjonijiet ugwali fl-UE, biex jiġi rikonoxxut li dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terżi li jaħdmu legalment fi Stat Membru jikkontribwixxu għall-ekonomija Ewropea permezz tax-xogħol tagħhom u l-ħlas tat-taxxa u biex iservu bħala salvagwardja biex titnaqqas il-kompetizzjoni inġusta bejn iċ-ċittadini ta' l-UE u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li tirriżulta fi sfruttar possibbli ta' dawn ta' l-aħħar. |
(9) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni orizzontali tal-Unjoni, id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jvarjaw, skond l-Istat Membru li jaħdmu fih u skond in-nazzjonalità tagħhom. M’għandhomx l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru, jew iċ-ċittadini l-oħra ta’ l-UE. Bil-għan li jkun hemm aktar żvilupp ta’ politika ta’ l-immigrazzjoni koerenti, biex titnaqqas il-lakuna tad-drittijiet bejn iċ-ċittadini ta’ l-UE u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu legalment u biex jiġi kkumplementat l-acquis eżistenti dwar l-immigrazzjoni, għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ drittijiet soċjoekonomiċi u fil-qasam tad-Dritt tax-xogħol partikolarment billi jiġu speċifikati l-oqsma tal-politika fejn it-trattament ugwali maċ-ċittadini huwa pprovdut għall-ħaddiema ta' pajjiżi terzi ammessi legalment fi Stat Membru iżda li għadhom mhumiex residenti fit-tul. Tali dispożizzjonijiet huma intiżi biex idaħħlu livell minimu ta’ dak li hu fer fl-UE, biex jiġi rikonoxxut li dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terżi li jaħdmu legalment fi Stat Membru jikkontribwixxu għall-ekonomija Ewropea permezz tax-xogħol tagħhom u l-ħlas tat-taxxa u biex iservu bħala salvagwardja biex titnaqqas il-kompetizzjoni inġusta bejn iċ-ċittadini ta' l-UE u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li tirriżulta fi sfruttar possibbli ta' dawn ta' l-aħħar. Bla ħsara għall-interpretazzjoni tal-kunċett tar-relazzjoni tal-impjieg f’kull leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, ħaddiem ta’ pajjiż terz, kif preskritt fl-Artikolu 2(b) ta' din id-Direttiva, għandha tfisser kull ċittadin ta' pajjiż terz li ġie ammess fit-territorju ta’ Stat Membru, huwa legalment residenti u jitħalla jaħdem skont il-liġi nazzjonali jew skont il-prattika nazzjonali f’dak l-Istat Membru. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta’ din il-proposta huwa li jkun ikkjarifikat li d-definizzjoni ta’ "ħaddiem ta’ pajjiż terz" ma għandux ikollha influwenza fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta' relazzjoni ta' impjieg f'kull strument leġiżlattiv ieħor tal-UE minħabba li ma hemmx definizzjoni uniformi tal-kunċett ta' “relazzjoni ta' impjieg" fil-qasam tal-liġi tax-xogħol tal-UE. Barra minn hekk, id-definizzjoni proposta mill-Kummissjoni donnha hija differenti mid-definizzjonijiet kurrenti applikati tal-anqas f’xi Stati Membri. | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terżi koperti mid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi sakemm ikunu ssekondati fi Stat Membru, u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu fi Stat Membru taħt impenji li jinsabu fi ftehim internazzjonali li jiffaċilita d-dħul u r-residenza temporanja ta’ persuni naturali minn ċerti kategoriji ta’ negozju u relatati ma’ l-investiment ma jistgħux jiġu koperti minn din id-Direttiva peress li mhumiex ikkunsidrati bħala parti mis-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru. |
(12) Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jingħataw impjieg mhumiex koperti b'din id-Direttiva. Dan m'għandux iwaqqaf lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu u jaħdmu legalment fi Stat Membru u li jingħataw impjieg fi Stat Membru ieħor milli jibqgħu jibbenefikaw minn trattament ugwali meta mqabbla ma' ċittadini tal-Istat Membru tal-oriġini matul il-perjodu li fih ikunu impjegati, skont dawk it-termini u l-kundizzjonijiet li mhumiex affettwati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi1. |
|
1 ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom igawdu minn trattament ugwali fir-rigward tas-sigurtà soċjali. Fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/1971 ta’ l-14 ta’ Ġunju dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità hemm definiti fergħat tas-sigurtà soċjali. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/1971 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu legalment fl-Unjoni Ewropea u li jkunu f’sitwazzjoni transkonfinali. Id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ugwali rigward is-sigurtà soċjali f’din id-DIrettiva japplikaw ukoll għall-persuni li jaslu fi Stat Membru direttament minn pajjiż terz. Madankollu, din id-Direttiva m’għandhiex tagħti aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom elementi transkonfinali bejn l-Istati Membri. |
(16) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom igawdu minn trattament ugwali fir-rigward tas-sigurtà soċjali. Il-fergħat tas-sigurtà soċjali huma definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali. Id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ugwali rigward is-sigurtà soċjali f’din id-Direttiva japplikaw ukoll għall-persuni li jaslu fi Stat Membru direttament minn pajjiż terz. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 16 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Il-liġi tal-Unjoni ma tillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni f’livell tal-Unjoni, sta għal-leġiżlazzjoni f’kull Stat Membru li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll l-ammont ta’ tali benefiċċji u ż-żmien li għalihom jingħataw. B’danakollu, meta jkunu qed jeżerċitaw dik is-setgħa, l-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 16 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16b) L-Istati Membri għandhom jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familji tagħhom, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta' Diċembru 1990. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt (b) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) “ħaddiem ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe ċittadin minn pajjiż terz li jkun ġie ammess fit-territorju ta’ Stat Membru u jkun jista’ jaħdem legalment f’dak l-Istat Membru; |
(b) “ħaddiem ta’ pajjiż terz” tfisser, bla ħsara għall-interpretazzjoni tal-kunċett tar-relazzjoni tal-impjieg f’kull leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, kwalunkwe ċittadin minn pajjiż terz li jkun ġie ammess fit-territorju ta’ Stat Membru, li huwa legalment residenti u jkun jista' jaħdem skont il-liġi nazzjonali jew skont il-prattika nazzjonali f’dak l-Istat Membru; |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ikunu koperti mid-Direttiva 96/71/KE sakemm ikunu ssekondati; |
(b) ikunu koperti mid-Direttiva 96/71/KE sakemm ikunu ssekondati u m'għandhiex taffettwa r-responsabilità tal-Istati Membri għall-aċċess u d-dħul ta' ċittadini minn pajjiżi terzi fis-swieq tax-xogħol tagħhom; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti ħafna li jkun spjegat li d-Direttiva proposta, flimkien mad-Direttiva 96/71/KE, ma taffettwax ir-responsabilità tal-Istati Membri li jdaħħlu lil ċittadini minn pajjiżi terzi fis-swieq tax-xogħol nazzjonali tagħhom. Id-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar min idaħħlu fis-swieq tax-xogħol tagħhom m'għandux jiddgħajjef. | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-ħlas u t-tkeċċija kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; |
(a) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-ħlas u t-tkeċċija kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol, il-liv u l-proċeduri dixxiplinari, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi ġenerali fis-seħħ; |
Ġustifikazzjoni | |
Twessa' l-iskop għal trattament indaqs. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) il-fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/1971 ta’ l-14 ta’ Ġunju 971 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jimplimentahom għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom biss għandu japplika b'dan il-mod; |
(e) il-fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali se tkun (KE) 883/2004. | |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) il-benefiċċji tat-taxxa; |
(g) il-benefiċċji tat-taxxa, kemm-il darba l-ħaddiem ikun meqjus bħala residenti għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru kkonċernat; |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikoku 12 - paragrafu 1 - punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi u l-forniment tal-prodotti u s-servizzi disponibbli għall-pubbliku inkluż il-proċeduri biex tinkiseb akkomodazzjoni u l-assistenza li jistgħu jagħtu l-uffiċċji ta’ l-impjieg. |
(h) l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi u l-forniment tal-prodotti u s-servizzi disponibbli għall-pubbliku inklużi l-proċeduri biex tinkiseb akkomodazzjoni u l-assistenza u s-servizzi ta’ konsulenza li jistgħu jagħtu l-uffiċċji ta’ l-impjieg kif dispost fid-Dritt nazzjonali. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 12 - paragrafu 2 - punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1(h) rigward l-akkomodazzjoni pubblika għal każijiet fejn iċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun ilu jgħix jew li jkollu d-dritt li jgħix fit-territorju għal mill-inqas tliet snin; |
(c) billi jimponu restrizzjonijiet għall-applikazzjoni sħiħa tad-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1(h) rigward l-akkomodazzjoni pubblika għal każijiet fejn iċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun ilu jgħix jew li jkollu d-dritt li jgħix fit-territorju għal anqas minn tliet snin; |
Ġustifikazzjoni | |
Din hija emenda teknika bil-għan li tirrimedja l-fatt li t-test tal-Kummissjoni jgħid bil-kontra ta' dak li għandu jgħid: i.e. għandu jillimita d-drittijiet ta' ċittadini minn pajjiżi terzi b'permessi ta' residenza għal perjodu qasir ta' żmien. | |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 12 - paragrafu 2 - punt (e) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1(e) għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impjieg ħlief għall-benefiċċji tal-qgħad. |
(e) billi jużaw kriterji ta' residenza (għal benefiċċji marbuta mar-residenza, iżda mhux għal benefiċċji marbuta mal-impjieg) jekk il-permess ta' residenza jinħareġ għal raġunijiet li ma jinkludux ix-xogħol iżda l-permess ta' residenza jippermetti li wieħed jaħdem; |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Ħaddiema minn pajjiżi terzi li jmorru joqogħdu f’pajjiż terz, jew is-sopravvissuti ta’ tali ħaddiem li jkun jirresjedi f’pajjiż terz hekk malli jipperċepixxu jeddijiethom mill-ħaddiem, għandhom jirċievu, fir-rigward tax-xjuħija, invalidità u mewt il-pensjonijiet dovuti bil-liġi msejsin fuq l-impjieg preċedenti tal-ħaddiem u akkwiżiti skont il-leġiżlazzjoni stipulata fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, b'dawk l-istess kondizzjonijiet u b’dawk l-istess rati bħalma jkunu dovuti liċ-ċittadini tal-Istati Membri konċernati meta jmorru joqogħdu f’pajjiż terz. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni suġġetta għall-kundizzjoni li jkun hemm ftehimiet bilaterali li fihom l-esportazzjoni reċiproka tal-pensjonijiet tkun rikonoxxuta u li fihom tkun ġiet stabbilita kooperazzjoni teknika. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet imniżżla f'din id-Direttiva jintlaqa' minn pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun hemm miżuri effikaċi f'każ ta' ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali, pereżempju biex jittieħdu minn min iħaddem. | |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2c. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe vjolazzjoni tal-jeddijiet konsakrati f'din id-Direttiva tkun soġġetta għal rimedju legali. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 13 - paragrafu 1 - punt b a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għad-drittijiet u l-prinċipji li jinsabu fil-Karta Soċjali Ewropea tat-18 ta' Ottubru 1961 u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar l-istatus legali tal-ħaddiema migranti tal-24 ta' Novembru 1977. |
PROĊEDURA
Titolu |
Proċedura unika ta' applikazzjoni għal residenza u xogħol |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0638 – C6-0470/2007 – 2007/0229(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL |
|
|
|
||||
Kumitat(i) assoċjati - Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
21.4.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Alejandro Cercas 21.1.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
22.2.2010 |
16.3.2010 |
27.4.2010 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
28.4.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 1 7 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Mara Bizzotto, Martin Callanan, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Philip Claeys, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Proinsias De Rossa, Sari Essayah, João Ferreira, Pascale Gruny, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Véronique Mathieu, Gesine Meissner, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Emilie Turunen, Gabriele Zimmer |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess ta’ residenza u ta’ xogħol |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0638 – C6-0470/2007 – 2007/0229(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.10.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL |
|
|
|
||||
Kumitat(i) assoċjat(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 21.4.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Véronique Mathieu 11.1.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
16.3.2010 |
28.4.2010 |
10.5.2010 |
28.9.2010 |
||||
Data tal-adozzjoni |
28.9.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 8 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Jan Mulder, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Rui Tavares, Valdemar Tomaševski, Wim van de Camp, Daniël van der Stoep, Axel Voss |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Jean Lambert, Mariya Nedelcheva, Cecilia Wikström |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marie-Thérèse Sanchez-Schmid |
|||||||
Data tat-tressiq |
5.10.2010 |
|||||||