RAPPORT dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament għall-Ftehim Qafas rivedut dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
7.10.2010 - (2010/2127(REG))
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Paulo Rangel
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament għall-Ftehim Qafas rivedut dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 127, 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu ta' ... dwar ir-reviżjoni tal-ftehim qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni[1],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7–0278/2010),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim qafas rivedut;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Emenda 1 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
2. L-imġiba tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata b'rispett reċiproku, għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-priċipji stabbiliti fit-testi bażiċi li fuqhom hija imsejsa l-Unjoni Ewropea, għandha tirrispetta d-dinjità tal-Parlament u m'għandiex tikkomprometti t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari jew itellef il-paċi u l-kwiet ta' kwalunkwe bini tal-Parlament. |
2. L-imġiba tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata b'rispett reċiproku, għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-priċipji stabbiliti fit-testi bażiċi li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandha tirrispetta d-dinjità tal-Parlament u m'għandiex tikkomprometti t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari jew itellef il-paċi u l-kwiet ta' kwalunkwe bini tal-Parlament. Il-Membri għandhom jissodisfaw ir-regoli tal-Parlament dwar it-trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali. |
In-nuqqas ta' osservazzjoni ta' dawn l-istandards jista' jwassal għal applikazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikoli 152, 153 u 154. |
In-nuqqas ta' osservazzjoni ta' dawn l-istandards u r-regoli jista' jwassal għal applikazzjoni tal-miżuri bi qbil mal-Artikoli 152, 153 u 154. |
(L-emenda għall-Artikolu 9 – paragrafu 2, l-emenda għall-Artikolu 23 – paragrafu 11a (ġdid) u l-emenda għall-Anness VIII – parti A – paragrafu 5 huma konnessi. | |
Emenda 2 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 23 – paragrafu 11 a (ġdid) | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
11a. Il-Bureau għandu jistipula r-regoli dwar it-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament u mill-entitajiet, mid-detenturi ta' karigi u Membri tiegħu, filwaqt li jitqies kwalunkwe ftehim interistituzzjonali dwar kwistjonijiet bħal dawn. Dawk ir-regoli għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u annessi ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. |
|
(Din id-dispożizzjoni tissostitwixxi l-Anness VIII – parti A – paragrafu 1 – subparagrafu 4, li għandu jitħassar jekk din l-emenda tiġi adottata) |
(L-emenda għall-Artikolu 9 – paragrafu 2 u l-emenda għall-Artikolu 23 – 11a (ġdid) huma konnessi) | |
Emenda 3 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 35 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
Il-programm leġislattiv u ta' ħidma tal-Kummissjoni |
Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni |
1. Il-Parlament għandu jaħdem flimkien mal-Kummissjoni u mal-Kunsill sabiex jiddetermina l-ippjanar leġislattiv ta' l-Unjoni Ewropea. |
1. Il-Parlament għandu jaħdem flimkien mal-Kummissjoni u mal-Kunsill sabiex jiddetermina l-ippjanar leġislattiv tal-Unjoni Ewropea. |
Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw fit-tħejjija tal-programm leġislattiv u ta' ħidma tal-Kummissjoni skond l-iskeda u l-arranġamenti miftiehma bejn iż-żewġ istituzzjonijiet u annessi ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. |
Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw fit-tħejjija tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni - li huwa l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-ipprogrammar annwali u multiannwali tal-Unjoni - skont l-iskeda u l-arranġamenti miftiehma bejn iż-żewġ istituzzjonijiet u annessi ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. |
2. F'ċirkustanzi urġenti u mhux previsti, istituzzjoni tista', fuq inizjattiva tagħha u skond il-proċeduri mniżżla fit-Trattati, tipproponi ż-żieda ta' miżura leġislattiva mal-miżuri proposti fil-programm leġislattiv u ta' ħidma annwali. |
2. F'ċirkustanzi urġenti u mhux previsti, istituzzjoni tista', fuq inizjattiva tagħha u skont il-proċeduri mniżżla fit-Trattati, tipproponi ż-żieda ta' miżura leġislattiva mal-miżuri proposti fil-Programm ta' Ħidma. |
3. Il-President għandu jgħaddi r-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament lill-istituzzjonijiet l-oħra li jipparteċipaw fil-proċedura leġislattiva u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri. |
3. Il-President għandu jgħaddi r-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament lill-istituzzjonijiet l-oħra li jipparteċipaw fil-proċedura leġislattiva tal-Unjoni Ewropea u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
Il-President għandu jistaqsi lill-Kunsill sabiex jesprimi opinjoni fuq il-programm leġislattiv u ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni u fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament. |
Il-President għandu jistaqsi lill-Kunsill sabiex jesprimi opinjoni fuq il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni u fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament. |
4. Fejn istituzzjoni ma tkunx tista timxi mal-kalendarju stabbilit għaliha, għandha tgħarraf lill-istituzzjonijiet l-oħra dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u tipproponi kalendarju ġdid. |
4. Fejn istituzzjoni ma tkunx tista' timxi mal-kalendarju stabbilit għaliha, għandha tgħarraf lill-istituzzjonijiet l-oħra dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u tipproponi kalendarju ġdid. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm leġislattiv u ta' ħidma annwali tal-Kummisjoni qed jiġi sostitwit mill-Programm ta' Ħidma. Aġġustament għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-punt 53 tal-Ftehim Qafas rivedut. | |
Emenda 4 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
F'każijiet fejn proposta tkun mniżżla fil-F'każijiet fejn proposta tkun mniżżla fil-Programm Leġislattiv Annwali, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jaħtar rapporteur biex isegwi l-fażi preparatorja tal-proposta. |
F'każijiet fejn proposta tkun imniżżla fil-Programm ta' Ħidma, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jaħtar rapporteur biex isegwi l-fażi preparatorja tal-proposta. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm leġislattiv u ta' ħidma annwali tal-Kummisjoni qed jiġi sostitwit mill-Programm ta' Ħidma. | |
Emenda 5 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 44 – paragrafu 3 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
3. Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat. |
3. Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk hux qed tipprepara opinjoni fuq l-inizjattiva. F'każ li iva, il-kumitat m'għandux jadotta r-rapport tiegħu qabel ma jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Aġġustament għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-punt 38 tal-Ftehim Qafas rivedut. | |
Emenda 6 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 45 – paragrafu 2 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
2. Wara li tittieħed deċiżjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita, u jekk l-Artikolu 46 ma jkunx japplika, il-kumitat għandu jaħtar rapporteur dwar il-proposta għal att leġislattiv minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti jekk ikun għadu ma għamilx dan fuq il-bażi tal-programm leġislattiv u ta' ħidma annwali miftiehem skond l-Artikolu 35. |
2. Wara li tittieħed deċiżjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita, u jekk l-Artikolu 46 ma jkunx japplika, il-kumitat għandu jaħtar rapporteur dwar il-proposta għal att leġislattiv minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti jekk ikun għadu ma għamilx dan fuq il-bażi tal-Programm ta' Ħidma miftiehem skont l-Artikolu 35. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm leġislattiv u ta' ħidma annwali tal-Kummisjoni qed jiġi sostitwit mill-Programm ta' Ħidma. | |
Emenda 7 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 90 – paragrafu 1 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Meta jkun hemm il-ħsieb li jinfetħu negozjati dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali, inklużi ftehimiet li jikkonċernaw oqsma speċifiċi bħal ma huma affarijiet monetarji jew kummerċ, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport jew b'xi mod ieħor jissorvelja l-proċedura u jinforma lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati b'dik id-deċiżjoni. Fejn ikun xieraq, kumitati oħrajn jistgħu jintalbu għal opinjoni skont l-Artikolu 49(1). L-Artikoli 188(2), 50 jew 51 għandhom japplikaw fejn ikun xieraq. |
1. Meta jkun hemm il-ħsieb li jinfetħu negozjati dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport jew b'xi mod ieħor jissorvelja l-proċedura u jinforma l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati dwar dik id-deċiżjoni. Fejn ikun xieraq, kumitati oħrajn jistgħu jintalbu għal opinjoni skont l-Artikolu 49(1). L-Artikoli 188(2), 50 jew 51 għandhom japplikaw fejn ikun xieraq. |
Il-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitat responsabbli u ta' kwalunkwe kumitati assoċjati, għandhom, b'mod konġunt, jieħdu azzjoni xierqa biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'tagħrif sħiħ dwar ir-rakkomandazzjonijiet għall-mandat ta' nnegozjar, jekk ikun meħtieġ, b'mod kunfidenzjali, kif ukoll bit-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4. |
Il-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitat responsabbli u ta' kwalunkwe kumitat assoċjat, għandhom, b'mod konġunt, jieħdu azzjoni xierqa biex jiġi żgurat li l-Parlament jiġi pprovdut b'tagħrif immedjat, regolari u sħiħ, jekk ikun meħtieġ b'mod kunfidenzjali, fl-istadji kollha tan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, inklużi l-abbozz u t-test adottat finalment ta' direttivi ta' negozjar, kif ukoll bit-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3 |
|
– mill-Kummissjoni bi qbil mal-obbligi tagħha skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-impenji tagħha skont il-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, u |
|
– mill-Kunsill bi qbil mal-obbligi tiegħu skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Aġġustament għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona u tal-Anness 3, punti 1 u 2 tal-Ftehim Qafas rivedut. L-obbligu li wieħed jinforma japplika kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Kunsill għaliex id-direttivi ta' negozjar jiġu adottati mill-Kunsill. | |
Emenda 8 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 90 – paragrafu 4 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
4. Matul in-negozjati l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinfurmaw lill-kumitat responsabbli regolarment u bis-sħiħ dwar il-progress fin-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jingħata b'mod kunfidenzjali. |
imħassar |
Emenda 9 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 91 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
Meta l-Kummissjoni u/jew il-Kunsill ikunu obbligati li jinfurmaw lill-Parlament minnufih u b'mod sħiħ, skont l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha ssir stqarrija fil-Parlament u tkun segwita b'diskussjoni. Il-Parlament jista' jħejji rakkomandazzjonijiet skond l-Artikoli 90 u 97. |
Meta l-Kummissjoni, skont l-obbligi tagħha bi qbil mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tagħha li tipproponi l-applikazzjoni proviżorja jew is-sospensjoni ta' ftehim internazzjonali, għandha ssir stqarrija fil-Parlament u tkun segwita b'diskussjoni. Il-Parlament jista' jħejji rakkomandazzjonijiet skont l-Artikoli 90 u 97. |
|
L-istess proċedura għandha tapplika meta l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar proposta li tikkonċerna l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f'isem l-Unjoni f'korp stabbilit minn ftehim internazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Aġġustament għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-anness 3, punti 7 u 8 tal-Ftehim Qafas rivedut. | |
Emenda 10 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 137 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Qabel kull sessjoni parzjali l-abbozz ta' l-aġenda għandu jitħejja mill-Konferenza tal-Presidenti fuq il-bażi ta' rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u wara li jitqies il-programm leġislattiv u ta' ħidma annwali miftiehem imsemmi fl-Artikolu 35. |
1. Qabel kull sessjoni parzjali l-abbozz tal-aġenda għandu jitħejja mill-Konferenza tal-Presidenti fuq il-bażi ta' rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u wara li jitqies il-Programm ta' Ħidma miftiehem imsemmi fl-Artikolu 35. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programm leġislattiv u ta' ħidma annwali tal-Kummisjoni qed jiġi sostitwit mill-Programm ta' Ħidma. | |
Emenda 11 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 193 – paragrafu 2 – l-interpretazzjoni tas-subparagrafu 3 a (ġdid) | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu interpretati f'konformità mal-paragrafu 50 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. |
Emenda 12 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II – parti A – paragrafu 3 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
3. Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk tkun diġà saret u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul it-tliet xhur ta' qabel, ħlief fil-każ li jkun hemm żviluppi ġodda jew fil-każ li l-awtur ikun qiegħed ifittex iktar informazzjoni. Fl-ewwel każ, kopja tal-mistoqsija u t-tweġiba għandha tingħata lill-awtur. |
3. Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk tkun diġà saret u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul it-tliet xhur ta' qabel, jew sal-punt li din sempliċiment tkun qed titlob informazzjoni dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' natura li l-Kummissjoni tkun diġà pprovdiet f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, ħlief fil-każ li jkun hemm żviluppi ġodda jew fil-każ li l-awtur ikun qiegħed ifittex iktar informazzjoni. Fl-ewwel każ, kopja tal-mistoqsija u t-tweġiba għandha tingħata lill-awtur. |
Ġustifikazzjoni | |
Aġġustament għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-punt 16 tal-Ftehim Qafas rivedut. | |
Emenda 13 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 3 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
3. Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija mtennija m'għandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk l-awtur isemmi żviluppi ġodda sinifikanti jew ħlief jekk ikun qed ifittex aktar tagħrif. |
3. Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, jew sal-punt li mistoqsija sempliċiment tkun qed titlob informazzjoni dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' natura li l-Kummissjoni tkun diġà provdiet f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija mtennija m'għandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk l-awtur isemmi żviluppi ġodda sinifikanti jew ħlief jekk ikun qed ifittex aktar tagħrif. |
Ġustifikazzjoni | |
Aġġustament għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-punt 16 tal-Ftehim Qafas rivedut. | |
Emenda 14 Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness VIII – parti A – paragrafu 5 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
5. Pieni: F'każ ta' ksur tar-regoli, iċ-Chairman tal-kumitat, wara konsultazzjoni mal-Viċi Chairman, għandu jiddeċiedi x'għandha tkun il-piena li tingħata (twissija, tkeċċija mill-kumitat għal perjodu qasir jew twil, jew għal kollox). |
5. Pieni: F'każ ta' ksur tar-regoli, il-president tal-kumitat għandu jipproċedi bi qbil mal-Artikoli 9(2), 152, 153 u 154. |
Il-membru kkonċernat jista' jagħmel appell kontra din id-deċiżjoni mingħajr ma jiġi sospiż. Dan l-appell għandu jiġi eżaminat mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew flimkien mal-Bureau ta' l-uffiċċju kkonċernat. Id-deċiżjoni tal-maġġoranza tkun finali. |
|
Jekk ikun hemm prova li uffiċjal naqas minn dmiru f'dak li għandu x'jaqsam mar-rispett tal-kunfidenzjalità, għandhom jiġu applikati l-pieni msemmija fir-Regolamenti tal-Persunal. |
|
- [1] Testi adotatti, P7_TA(…)…
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
4.10.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Ramón Jáuregui Atondo, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, Rafał Trzaskowski, Luis Yáñez-Barnuevo García |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Enrique Guerrero Salom, Alexandra Thein |
|||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Maria Da Graça Carvalho, José Manuel Fernandes, Nuno Teixeira |
|||||