RAPPORT b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro

11.10.2010 - (2010/2099(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Diogo Feio
(Inizjattiva - Artikolu 42 tar-Regoli tal-Proċedura)

Proċedura : 2010/2099(INL)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0282/2010

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro

(2010/2099(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 121, 126, 136, 138 u 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokolli (Nru 12) dwar il-Proċedura għal Defiċit Eċċessiv u (Nru 14) dwar il-Grupp tal-Euro, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2010 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (COM(2010)0250 finali), u tat-30 ta' Ġunju dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi – Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ (COM(2010)367),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2010 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni: L-Ewwel Parti tal-Linji gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (SEC(2010)0488),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2010 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010)0193), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2010[1] dwarha,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu 'Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' (COM(2010)2020),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja[2],

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri[3],

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika[4],

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv[5],

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) tal-Kunsill 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea[6],

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2010 li japprovaw monitoraġġ aktar strett tal-politiki ekonomiċi u baġitarji (is-Semestru Ewropew),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tad-9 u l-10 ta' Mejju 2010,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern taż-Żona tal-Euro tas-7 ta' Mejju 2010,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Euro tal-25 ta' Marzu 2010,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Marzu 2010,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro dwar l-appoġġ lill-Greċja tal-11 ta' April 2010,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2010,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Grupp tal-Euro dwar is-Sorveljanza tal-Kompetittività fiż-Żona tal-Euro u l-Iżbilanċi Makroekonomiċi tal-15 ta' Marzu 2010,

–   wara li kkunsidra t-Termini ta' referenza tal-Grupp tal-Euro dwar strateġiji ta' ħruġ u l-prijoritajiet ta' politika għall-futur qrib fl-istrateġija Ewropa 2020: l-implikazzjonijiet għaż-Żona tal-Euro tal-15 ta' Marzu 2010,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-22 u t-23 ta' Marzu 2005,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2000,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 1997 dwar il-Koordinazzjoni ta’ Politika Ekonomika fl-Istadju III tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u dwar l-Artikoli 109 u 109b tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir tas-17 ta' Ġunju 1997[7],

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar it-tkabbir u l-impjiegi tas-16 ta' Ġunju 1997[8],

–   wara li kkunsidra n-nota tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar it-Tisħiħ tal-Governanza Ekonomika fiż-Żona tal-Euro tal-10 ta' Ġunju 2010,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta' verifika mill-Kummissjoni (Eurostat)[9],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-governanza ekonomika[10],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar ir-Rapport dwar id-Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro u l-Finanzi Pubbliċi 2009[11],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-UE 2020[12],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni[13],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 42 u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7 0282/2010 ),

A. billi l-iżviluppi ekonomiċi reċenti wrew biċ-ċar li politika ekonomika ta' koordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni, u b'mod partikolari fiż-żona tal-euro, ma ħadmitx tajjeb biżżejjed u li, minkejja l-obbligi tagħhom skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri naqsu li jqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta' tħassib komuni u biex jikkoordinawhom fi ħdan il-Kunsill skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, filwaqt li jiġi rrispettat ir-rwol ewlieni tal-Kummissjoni fil-proċedura ta' sorveljanza,

B.  billi kemm il-qafas attwali għall-governanza u s-sorveljanza ekonomiċi kif ukoll il-qafas regolatorju għas-servizzi finanzjarji ma pprovdewx biżżejjed stabilità u tkabbir,

C. billi huwa kruċjali li jsir aktar mill-miżuri temporanji bil-għan li tiġi stabbilizzata ż-żona tal-euro,

D. billi l-koordinazzjoni u s-sorveljanza ekonomiċi jeħtieġ jissaħħu fil-livell tal-Unjoni, fir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u fil-qies tal-ħtiġijiet partikolari taż-żona tal-euro u l-lezzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-kriżi ekonomika reċenti, bla ma tixxekkel l-integrità tal-Unjoni Ewropea u bil-ħtieġa li jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-Istati Membri,

E.  billi jeħtieġ li l-koordinament ekonomiku jissaħħaħ fl-Unjoni kollha, minħabba li l-istabbiltà ekonomika tista' tiddependi mis-sitwazzjoni ekonomika ta' wieħed mill-membri tagħha, li hemm livell għoli ta' interdipendenza bejn l-Istati Membri kollha fil-kuntest tas-suq uniku u li rridu nippreparaw għat-tkabbir taż-żona tal-euro,

F.  billi t-Trattat ta' Lisbona jibdel il-'metodu Komunitarju' ta' dari, filwaqt li jadattah u jsaħħu, f''metodu tal-Unjoni' li fih essenzjalment:

– il-Kunsill Ewropew jiddefinixxi d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali,

– il-Kummissjoni tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u tieħu inizjattivi xierqa għal dak il-għan,

– il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jeżerċitaw flimkien funzjonijiet leġiżlattivi u baġitarji abbażi tal-proposti tal-Kummissjoni,

G. billi l-governanza ekonomika msaħħa ġdida għandha tintegra u tirrinforza għalkollox il-prinċipju ta' solidarjetà tal-UE, bħala prerekwiżit tal-kapaċità taż-żona tal-euro li tirreaġixxi għal xokkijiet asimmetriċi u attakki spekulattivi,

H. billi l-kriżi ekonomika attwali fl-Unjoni hija kriżi ta' solvenza li bdiet bħala kriżi ta' likwidità li ma tistax tiġi solvuta fuq medda twila ta' żmien sempliċement billi jiżdied id-dejn f'pajjiżi li diġà għandhom djun kbar flimkien ma' pjanijiet mgħaġġla għal konsolidament fiskali,

I.   billi l-politiki tal-impjiegi għandhom rwol ewlieni fl-istimulazzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività fl-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew billi jipprevjenu l-iżbilanċi makroekonomiċi u billi jiżguraw l-inklużjoni soċjali u r-ridistribuzzjoni tad-dħul,

J.   billi r-rwol tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont it-TFUE għandu jiġi rrispettat,

K. billi BĊE indipendenti għalkollox huwa rekwiżit meħtieġ għal euro stabbli, inflazzjoni baxxa u kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli għat-tkabbir u l-impjiegi,

L.  billi trid tingħata aktar attenzjoni lil responsabbiltajiet impliċiti u operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ li jistgħu jżidu d-dejn pubbliku fuq perjodu medju u twil ta' żmien u jnaqqsu t-trasparenza,

M. billi min ifassal il-politika jrid jidentifika u jittratta l-isfidi ekonomiċi u soċjali komuni li qed jaffaċċjaw l-ekonomiji tal-UE b'mod ikkoordinat,

N. billi involviment akbar tas-sieħba soċjali f'livell nazzjonali u Ewropew jikkontribwixxi għal sjieda aħjar tal-implimentazzjoni tal-governanza ekonomika u l-Istrateġija Ewropa 2020 globali;

O. billi mekkaniżmu permanenti għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi proċeduri għar-ristrutturazzjoni tad-dejn jew għal falliment ikkontrollat, għandu jkun stabbilit sabiex tkun issalvagwardjata l-istabilità finanzjarja f'każ ta' kriżi ta' dejn sovran jew privat, filwaqt li titħares l-indipendenza tal-BĊE,

P.  billi r-regoli attwali tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir (PST), flimkien ma' infurzar fqir, ma kinux biżżejjed biex jiżguraw politiki fiskali u makroekonomiċi b'mod aktar wiesa'; billi jeħtieġ li jissaħħaħ il-qafas fiskali u makroekonomiku tal-UE permezz ta' applikazzjoni bbażata fuq ir-regoli aktar stretta ta' miżuri preventivi, sanzjonijiet u inċentivi,

Q. billi l-objettiv li jerġa' jinstab bilanċ fil-finanzi pubbliċi huwa ħtieġa għal stati midjunin iżżejjed, iżda mhux se jsolvi waħdu l-problema ta' żbilanċi ekonomiċi bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro u tal-Unjoni b'mod aktar ġenerali,

R.  billi l-mudell soċjali Ewropew huwa vantaġġ għall-kompetizzjoni dinjija, li ddgħajjef bid-diverġenzi bejn l-Istati Membri rigward il-kompetittività ekonomika,

S.  billi l-għarfien, il-kapital u l-innovazzjonijiet u, b'mod idjaq, ix-xogħol għandhom tendenza li jemigraw lejn ċerti reġjuni, u l-mekkaniżmi ta' solidarjetà finanzjarja tal-UE jeħtieġ li jkomplu jiġu żviluppati billi jiffokaw, b'mod partikolari, fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, it-taħriġ u inizjattivi eżistenti ta' koperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, u fuq ekonomija ħadra u b'livell baxx ta' karbonju bil-għan li jisseddqul-innovazzjoni, il-koeżjoni territorjali u soċjali, u t-tkabbir ekonomiku,

T.  billi l-Unjoni qed taffaċċja kompetizzjoni qalila minn pajjiżi b'ekonomiji emerġenti, finanzi pubbliċi stabbli huma essenzjali sabiex jisseddqu l-opportunitajiet, l-innovazzjonijiet ġodda, it-tkabbir ekonomiku u b'hekk tinħoloq soċjetà Ewropea msejsa fuq l-għarfien,

U. billi l-konsolidazzjoni tal-baġits x'aktarx li se tkun ta' ħsara għas-servizzi pubbliċi u għall-ħarsien soċjali,

V. billi t-tkabbir ekonomiku u l-finanzi pubbliċi sostenibbli huma kundizzjoni ewlenija għall-istabbiltà ekonomika u soċjali, il-konsolidazzjoni fiskali fit-tul u l-benesseri,

W. billi l-politika fiskali ta' ħafna Stati Membri spiss kienet proċiklika u speċifika għall-pajjiż, l-objettivi baġitarji għal perjodu medju ta' żmien tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) rarament ġew implimentati jew infurzati b'mod strett,

X. billi l-politiki dwar l-impjieg għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar ta' tkabbir li jirrikjedi ħafna ħaddiema u tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, speċjalment fil-kuntest ta' popolazzjoni li qed tixjieħ,

Y. billi huwa essenzjali għal governanza ekonomika Ewropea xierqa li s-suq intern jiġi kkompletat kif previst fir-Rapport Monti[14]1,

Z.  billi l-finanzi mhux sostenibbli kif ukoll id-dejn eċċessiv aggregat (pubbliku u privat) ta' Stat Membru individwali għandhom il-potenzjal li jkollhom impatt fuq l-Unjoni kollha; billi għandu jibqa' jiġi mfittex bilanċ xieraq bejn l-investimenti fit-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tax-xogħol u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi eċċessivi matul il-kors taċ-ċiklu ekonomiku, b'konformità mal-impenji u l-linji gwida fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-koeżjoni soċjali u l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri, sabiex terġa' tidħol il-fiduċja fil-finanzi pubbliċi Ewropej,

AA. billi l-proċess tat-tnaqqis tad-defiċits fuq perjodu twil ta' żmien irid ikun ikkombinat ma' sforzi oħra li jistimulaw l-ekonomija bħal prekundizzjonijiet aħjar għall-investimenti u suq intern imtejjeb u żviluppat li jipprovdi opportunitajiet akbar, u aktar kompetittività,

AB. billi s-sinifikat tal-politiki ffinanzjati mill-baġit tal-UE, inkluża l-politika ta' koeżjoni, għat-tkabbir ekonomiku u għal aktar kompetittività tal-Unjoni għandu jiġi rikonoxxut,  

AC. billi l-kriżi ekonomika reċenti ċċarat il-fatt li diverġenzi makroekonomiċi eċċessivi u d-diverġenzi bejn il-kompetittività u l-iżbilanċi fiskali tal-kontijiet kurrenti fiż-żona tal-euro u b'mod aktar wiesa' fl-Unjoni, żdiedu b'rata stabbli matul is-snin qabel il-kriżi minħabba n-nuqqas ta' koordinament ekonomiku u sorveljanza msaħħa u għandhom jiġu indirizzati b'mod sħiħ,

AD. billi l-Parlament Ewropew ilu s-snin iħeġġeġ titjib fil-governanza ekonomika kemm fl-Unjoni kif ukoll fir-rigward tar-rappreżentanza esterna tal-UE f'fora ekonomiċi u monetarji internazzjonali,

AE. billi t-tisħiħ tal-governanza ekonomika jrid jimxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-governanza Ewropea, li jrid jinkiseb permezz ta' involviment aktar b'saħħtu u aktar f'waqtu tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali matul il-proċess, tinħtieġ aktar koordinazzjoni, bi spirtu ta' rispett reċiproku, bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali,

AF. billi d-deċiżjonijiet meħudin matul il-Kunsill tar-Rebbiegħa 2010 biex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà tal-euro huma biss soluzzjonijiet temporanji u jeħtieġ li jiġu appoġġjati b'miżuri politiċi f'livell nazzjonali u b'qafas ta' governanza ekonomika aktar b'saħħtu f'livell tal-UE, partikolarment bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro,

AG. billi kwalunkwe titjib fis-sorveljanza u l-governanza ekonomika għandu jiddependi minn statistika preċiża u komparabbli rigward il-politiki u l-pożizzjonijiet ekonomiċi rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati,

AH. billi, biex l-Ewropa ssir attur dinji ewlieni u s-soċjetà bbażata fuq l-għarfien l-aktar kompetittiva, iridu jiġu stabbiliti mill-aktar fis possibbli miżuri orjentati lejn it-tkabbir għal perjodu twil ta' żmien,

AI. billi t-TFUE jagħti lill-Unjoni setgħa aqwa għat-tisħiħ tal-governanza ekonomika fl-Unjoni, u d-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom jintużaw bis-sħiħ, filwaqt li t-tibdil aktar fit-tul għad-disposizzjonijiet tat-TFUE, li jistgħu jkunu sensittivi, m'għandux jiġi eskluż,

AJ. billi kull penali eventwali marbuta mal-ksur tal-miri tal-PST trid tirriżulta jew min-nuqqas ta' rieda ta' konformità jew mill-frodi u qatt mill-inkapaċità ta' konformità minħabba raġunijiet li jmorru lil hinn mill-ħila tal-Istat Membru,

AK. billi l-istituzzjonijiet jeħtiġilhom iħejju għall-ħtieġa eventwali ta' reviżjoni tat-trattati,

AL. billi l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jagħti lill-Parlament is-setgħa li jippreżenta proposti għar-reviżjoni tat-Trattati,

AM. billi jeħtieġ tiġi stabbilita u implimentata leġiżlazzjoni sekondarja komprensiva biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni f'dan il-qasam; billi governanza ekonomika msaħħa għall-Unjoni bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tat-TFUE hija essenzjali, il-metodu tal-Unjoni għandu jintuża kollu kemm hu u r-rwol ewlieni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni għandu jiġi rrispettat biex jiġu promossi politiki ta' rinforz reċiproku,

AN. billi kull proposta leġiżlattiva għandha tappoġġa inċentivi kbar għal politiki ekonomiċi sostenibbli 'li jsaħħu t-tkabbir', tevita l-periklu morali, tkun konformi ma' strumenti u regoli oħra tal-UE, timmasimizza l-benefiċċji sħaħ tal-euro bħala munita komuni għaż-żona tal-euro u terġa' ddaħħal il-fiduċja fl-ekonomiji Ewropej u fl-euro,

AO. billi l-koerenza bejn investimenti pubbliċi għal żmien qasir, medju u fit-tul jeħtieġ li tiġi msaħħa u billi dawn l-investimenti, b'mod partikolari rigward l-infrastruttura, jeħtieġ jintużaw b'mod effiċjenti u jiġu allokati filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, partikolarment fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni sabiex jiżdiedu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kompetittività, titjieb il-produttività, jinħolqu l-impjiegi u jissaħħaħ is-suq intern,

AP. billi, biex jitħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku, in-negozji u l-imprendituri jridu jingħataw possibilità reali biex jiżviluppaw u jbigħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom lill-500 miljun konsumatur tal-Unjoni; billi konsegwentement is-suq intern għas-servizzi jeħtieġ jiġi żviluppat għalkollox,

AQ. billi mudelli differenti tal-kompetittività fl-Unjoni għandhom jirrispettaw il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull pajjiż, filwaqt li jitqiesu l-obbligi skont it-TFUE,

AR. billi jeħtieġ li l-Unjoni tkun irrappreżentata b'pożizzjoni komuni fis-sistema monetarja internazzjonali kif ukoll fil-fora u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; billi fl-ispirtu tat-TFUE, il-Kunsill irid jikkonsulta lill-Parlament Ewropew qabel ma jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 138 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jrid il-kunsens tal-Parlament qabel ma jistabbilixxi pożizzjonijiet komuni li jkopru oqsma li għalihom, internament, tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

AS. billi l-miri tal-PST jridu jkunu kompatibbli mhux biss mal-Istrateġija Ewropa 2020, iżda anke ma' kompromessi oħra li jikkonċernaw in-nefqa fuq l-għajnuna għall-iżvilupp, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-ambjent, l-edukazzjoni u l-qerda tal-faqar,

AT. billi biex ikun evitat li jibqgħu jiżdiedu d-diverġenzi eżistenti fil-kompetittività fl-UE kif ukoll li jiddgħajjef is-suċċess tal-governanza ekonomika Ewropea ġdida u msaħħa kif ukoll il-miri tal-Istrateġija UE 2020 għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli, l-istrateġija Ewropea dwar il-konsolidament fiskali għandha tqis għalkollox il-partikolaritajiet ta' kull Stat Membru u tevita approċċ sempliċistiku tat-tip "kejl wieħed għal kulħadd",

AU. billi kull miżura ġdida li tiġi proposta m'għandux ikollha impatt sproporzjonat fuq l-Istati Membri l-aktar vulnerabbli, billi xxekkel it-tkabbir ekonomiku u l-isforzi ta' koeżjoni tagħhom,

AV. billi l-kriżi ekonomika li wasslet għall-adozzjoni urġenti tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Ewropew għall-Istabilizzazzjoni f'Mejju 2010 permezz Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 bl-Artikolu 122(2) tat-TFUE bħala l-bażi legali tiegħu ma kienx ikkonsultat mal-Parlament,

AW. billi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2010 tkopri l-modifiki meħtieġa rigward il-ħolqien ta' partita baġitarja ġdida 01 04 01 03 fl-Intestatura 1 A għall-garanzija, għal self massimu ta' EUR 60 biljun mogħtija mill-Unjoni Ewropea f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 122(2) tat-TFUE u, b'mod korrispondenti, tal-Artikolu 8 il-ġdid man-naħa tad-dħul.

AX. billi xi wħud mill-Istati Membri aktarx ikollhom jużaw il-pakkett ta' salvataġġ, filwaqt li fl-istess ħin se jkunu obbligati jikkunsidraw il-miżuri differenti tiegħu li se jkunu magħmula speċifikament għal kull pajjiż benefiċjarju,

AY. billi l-Kummissjoni adottat, fid-29 ta' Settembru 2010, proposti leġiżlattivi dwar il-governanza ekonomika li parzjalment jissodisfaw il-ħtieġa għal miżuri dwar it-titjib tal-governanza ekonomika kif stabbilit f'din ir-riżoluzzjoni; billi l-Parlament se jittratta dawk il-proposti leġiżlattivi taħt id-dispożizzjonijiet xierqa tat-TFUE; billi din ir-riżoluzzjoni ma tillimitax il-pożizzjonijiet futuri li jista' jieħu l-Parlament f'dan ir-rigward,

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament mill-aktar fis possibbli wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet xierqa tat-TFUE, proposti leġiżlattivi biex jitjieb il-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro, li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness, sal-punt li dawk ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx indirizzati mill-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2010 dwar il-governanza ekonomika;

2.  Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness josservaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, minbarra l-miżuri li jistgħu u li għandhom jittieħdu bil-ħeffa fil-qafas tat-Trattati eżistenti, tibda riflessjoni dwar l-iżviluppi istituzzjonali li jistgħu jirriżultaw meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' governanza ekonomika koerenti u effikaċi,

4.  Iqis li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba għandhom ikunu koperti bl-allokazzjonijiet baġitarji xierqa filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta' defiċit u l-miżuri ta' awsterità attwali fl-Istati Membri;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-President tal-Grupp tal-Euro u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.

  • [1]  Testi adottati, P7_TA(2010)0309.
  • [2]  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.
  • [3]  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.
  • [4]       ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.
  • [5]       ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.
  • [6]       ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.
  • [7]       ĠU C 236, 2.8.1997, p. 1.
  • [8]       ĠU C 236, 2.8.1997, p. 3.
  • [9]       Testi adottati, P7_TA(2010)0230.
  • [10]     Testi adottati, P7_TA(2010)0224.
  • [11]     Testi adottati, P7_TA(2010)0072.
  • [12]     Testi adottati, P7_TA(2010)0053.
  • [13]     ĠU C 16E, 22.1.2010, p.8.
  • [14] 1 "Strateġija ġdida għas-suq uniku – għas-servizz tal-ekonomija u s-soċjetà tal-Ewropa": Rapport lill-President tal-Kummissjoni Ewropea mill-Professur Mario Monti, 9 ta' Mejju 2010.

ANNESS MAL-MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI: RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI U L-KONTENTUT TAL-PROSPOSTA MRESSQA

Rakkomandazzjoni 1: It-twaqqif ta' qafas koerenti u trasparenti għas-sorveljanza multilaterali tal-iżviluppi makroekonomiċi fl-Unjoni u fl-Istati Membri u t-tisħiħ tas-sorveljanza fiskali

L-att leġiżlattiv għandu jieħu l-forma ta' regolament(i) dwar is-sorveljanza multilaterali tal-politiki u l-iżviluppi ekonomiċi bbażati fuq l-Artikolu 121(6) TFUE li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar il-fergħa preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) li jiġi kkomplementat minn regolament ġdid bil-għan li jistabbilixxi qafas ta' sorveljanza regolat u trasparenti għall-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, l-effetti ta' tifwir u l-iżviluppi tal-kompetittività:

–   Jiżgura dibattitu annwali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Kunsill u rappreżentanti mill-parlamenti nazzjonali dwar il-Programmi tal-Istabbiltà u l-Konverġenza (PSK) u l-Programmi ta' Riforma Nazzjonali (PRN) u fuq il-valutazzjoni tal-iżviluppi ekonomiċi nazzjonali bħala parti mis-Semestru Ewropew,

–   Jiddefinixxi l-ambitu tas-sorveljanza multilaterali bbażata fuq l-istrumenti tat-TFUE u l-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni (Artikolu 121, b'mod partikolari l-paragrafi 5 u 6 u l-Artikolu 148) biex jiġi inkluż it-tkabbir u l-impatt ekonomiku tiegħu fuq l-impjiegi fl-istess qafas legali bħal dak tal-istrumenti eżistenti bil-għan li jiġu evitati l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, il-politika fiskali u politiki oħrajn insostenibbli u tiġi indirizzata l-istabilità finanzjarja (i.e. jiġu evitati l-bżieżaq finanzjarji li jirriżultaw mill-influssi eċċessivi tal-krediti), l-investiment fit-tul u t-tħassib dwar it-tkabbir sostenibbli, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u ta' żviluppi rilevanti oħrajn; valutazzjonijiet regolari dwar ir-riskji sistemiċi mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandhom jiffurmaw parti integrali mill-proċedura annwali ta' sorveljanza,

–   Jistabbilixxi qafas imsaħħaħ ta' sorveljanza analitika (inkluża tabella ta' valutazzjoni b'valuri speċifiċi li jagħtu lok għal twissija bikrija) bl-istrumenti metodoloġiċi xierqa u bi trasparenza għal sorveljanza multilaterali effikaċi bbażata fuq indikaturi ekonomiċi ewlenin (reali u nominali), li jistgħu jolqtu l-pożizzjonijiet ta' kompetittività u/jew l-iżbilanċi eċċessivi; dawn l-indikaturi ewlenin jistgħu jkunu: ir-rati tal-kambju reali effettivi, il-kont kurrenti, il-produttività (inklużi l-produttività tar-riżorsi u l-produttività tal-fattur totali), l-ispejjeż unitarji tax-xogħol, it-tkabbir tal-kreditu u l-iżviluppi tal-prezz tal-assi (inklużi assi finanzjarji u swieq tal-proprjetà), ir-rata tat-tkabbir u tal-investiment, ir-rata tal-qgħad, il-pożizzjonijiet netti tal-assi barranin, l-evoluzzjoni tal-bażi tat-taxxa, il-faqar u l-koeżjoni soċjali u l-indikaturi tal-esternalitajiet ambjentali; il-limiti tat-twissija għandhom ikunu ddefiniti għall-indikaturi inklużi fit-tabella ta' valutazzjoni u l-iżviluppi kollha f'dawn l-indikaturi għandhom ikunu kkomplementati minn valutazzjoni kwalitattiva mill-Kummissjoni,

–   Jimplimenta sorveljanza profonda dwar pajjiżi speċifiċi, jekk ikun żvelat li dan ikun meħtieġ mit-tabella ta' valutazzjoni u mill-valutazzjoni kwalitattiva relatata msemmija hawn fuq; minbarra din is-sorveljanza profonda dwar pajjiżi speċifiċi, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà jiddeċiedu dwar il-politiki nazzjonali li għandhom l-għan li jittrattaw (jipprevjenu u jikkoreġu) l-iżbilanċi makroekonomiċi, flimkien mal-ħtieġa li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kummissjoni u d-dimensjoni tal-Unjoni ta' dawk il-politiki nazzjonali, partikolarment għal dawk l-Istati fiż-żona tal-euro. L-aġġustament għandu jkun dirett kemm għal Stati bi żbilanċ eċċessiv kif ukoll għal dawk b'bilanċ fl-attiv, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull pajjiż, bħad-demografija, il-livell ta' dejn privat, ix-xejriet fil-pagi meta jitqabblu mal-produttività tax-xogħol, l-impjiegi – b'mod speċjali l-impjiegi taż-żgħażagħ – u l-bilanċi tal-kontijiet kurrenti,

–   Jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-għodda analitika u l-kompetenza xierqa biex tinvestiga r-raġunijiet bażiċi għat-tendenzi diverġenti persistenti fiż-żona tal-euro, inkluż l-impatt tal-politiki komuni fuq is-sistemi ekonomiċi divrenzjati fi ħdanha,

–   Jistabbilixxi regoli komuni għal użu aktar attiv tal-Linji Gwida Wesgħin għall-Politika Ekonomika flimkien mal-linji gwida dwar l-impjieg bħala għodda prinċipali għall-gwida ekonomika, is-sorveljanza u r-rakkomandazzjonijiet għal kull Stat Membru skont l-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li jitqiesu l-konverġenzi u d-diverġenzi bejn l-Istati Membri u l-vantaġġi kompetittivi relattivi tagħhom fosthom il-qagħda demografika, bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekonomija għax-xokkijiet esterni u l-impatt li d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri jistgħu jħallu fuq Stati Membri oħra, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro,

–   Jistabbilixxi mekkaniżmu fil-livell nazzjonali biex jivvaluta l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta' Ewropa 2020 u kif jintlaħqu l-miri nazzjonali rilevanti inklużi fil-programm ta' Riforma Nazzjonali sabiex tkun appoġġata l-evalwazzjoni annwali mill-istituzzjonijiet tal-UE,

–   Jistabbilixxi proċeduri biex il-Kummissjoni tkun tista' toħroġ twissijiet bikrin u tagħti parir dwar il-politiki f'fażi bikrija direttament lill-Istati Membri;

     f'każijiet fejn ikun hemm żbilanċ makroekonomiku persistenti u aggravanti, proċedura trasparenti u oġġettiva għandha tippermetti li Stat Membru jitqiegħed f'"pożizzjoni ta' żbilanċ eċċessiv" li twassal għal sorveljanza aktar stretta,

–   Jistabbilixxi "Semestru Ewropew" għal tqabbil u valutazzjoni ta' abbozzi tal-baġits tal-Istati Membri (elementi ewlenin u l-assunzjonijiet), wara diskussjoni mill-parlamenti nazzjonali, sabiex tiġi evalwata aħjar l-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni futura tal-PSK u l-PRN. Ir-regoli baġitarji tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jiġu rispettati. l-Istati Membri għandhom iressqu l-PSK u l-PRN tagħhom lill-Kummissjoni f'April, wara l-involviment xieraq min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u filwaqt li jitqiesu r-regoli u l-konklużjonijiet f'livell tal-UE; il-Parlament Ewropew, min-naħa tiegħu, jista' jistabbilixxi mod sistematiku biex jappoġġja dibattitu pubbliku u jżid l-għarfien, il-viżibilità u r-responsabilità ta' dawn il-proċeduri u kif l-istituzzjonijiet tal-UE implimentaw ir-regoli miftiehma,

–   Jistabbilixxi "Semestru Ewropew" biex jittratta effetti potenzjali ta' tifwir tal-politiki fiskali nazzjonali kif ukoll l-identifikazzjoni bikrija ta' żbilanċi baġitarji eċċessivi u jiggarantixxi l-koerenza bejn l-azzjonijiet fil-livell tal-UE u dawk nazzjonali taħt il-Linji Gwida Integrati, kif ukoll it-twettiq tal-miri kwantitattivi u kwalitattivi, bħat-tkabbir u l-impjiegi, li jippermettu kontribuzzjoni reali u f'waqtha mill-partijiet kollha kkonċernati, inklużi l-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, kif ukoll il-konsultazzjoni tas-sħab soċjali,

–   Jiżgura li s-suppożizzjonijiet u l-indikaturi ewlenin użati fil-previżjonijiet sottostanti għall-preparazzjoni tal-PSK u l-PRN nazzjonali jiġu derivati b'mod robust u konsistenti, speċjalment fiż-żona tal-euro, jadotta approċċ bi tliet livelli li jiġbor fih każ makroekonomiku negattiv, ieħor ta' bażi u ieħor favorevoli u li jqis ix-xenarju ekonomiku internazzjonali inċert. Metodoloġiji għall-kalkolu tal-aggregat tal-baġit prinċipali għandu jkun armonizzat aktar sabiex jiġi ffaċilitat il-paragun bejn l-Istati Membri,

–   Jintroduċi impenn akbar fil-PSK u l-PRN biex jaderixxu mal-Objettiv Fiskali għal Terminu Medju (OFTM), li jqis il-livelli attwali tad-dejn u l-passiv impliċitu tal-Istati Membri, partikolarment fir-rigward ta' popolazzjoni li qed tixjieħ,

–   Jintroduċi rabta aktar b'saħħitha bejn il-PSK u l-PRN u l-oqfsa baġitarji nazzjonali annwali u multiannwali, filwaqt li jiġu osservati r-regoli u l-proċeduri nazzjonali,

–   Jintroduċi valutazzjoni aktar qawwija tal-PSK, mill-perspettiva tal-interkonnessjonijiet tagħhom mal-miri ta' Stati Membri oħra u dawk tal-Unjoni qabel l-adozzjoni tal-politiki maħsuba fil-PSK fil-livell nazzjonali,

–   Jintroduċi involviment qawwi min-naħa tal-parlamenti nazzjonali qabel il-preżentazzjoni formali tal-PSK u l-PRN fil-livell tal-UE f'qafas miftiehem ta' żmien, pereżempju permezz ta' dibattitu annwali bejn il-parlamenti nazzjonali, bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew, dwar il-linji gwida integrati u dwar l-orjentamenti baġitarji rispettivi tagħhom,

–   Jistabbilixxi paragun aktar sistematiku ex-post bejn il-pożizzjonijiet fiskali, tat-tkabbir u tal-impjieg ippjanati kif mogħtija mill-Istati Membri fil-PSK u l-PRN tagħhom u r-riżultati, il-mistoqsijiet u s-segwitu effettivament reali dwar id-diverġenzi sostanzjali bejn iċ-ċifri ppjanati u dawk milħuqa tassew,

–   Jiżgura li għandhom ikunu segwiti r-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet dwar il-politika annwali maħruġa mill-Kummissjoni rigward il-konformità tal-Istati Membri mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u li jiġu żviluppati inċentivi biex ikun żgurat li l-Istati Membri jikkonformaw ma' dawn l-objettivi,

–   Jiżgura aktar responsabilità u trasparenza lejn il-Parlament tal-valutazzjoni tal-PSK u l-PRN fil-livell tal-UE biex jikbru l-għarfien tal-pubbliku u l-pressjoni mill-pari,

–   Jistabbilixxi, taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni, proċess indipendenti, sistematiku u b'saħħtu ta' evalwazzjoni rigward il-PSK u l-PRN, biex ikun hemm approċċ aktar trasparenti u tiżdied il-valutazzjoni indipendenti,

–   Jistabbilixxi proċeduri u rekwiżiti speċifiċi biex l-Istati Membri, partikolarment dawk fiż-żona tal-euro, jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni qabel jieħdu deċiżjonijiet dwar politiki ekonomiċi li jkollhom effetti tanġibbli mistennija ta' tifwir, li jistgħu jgħawġu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM),

–   Jistabbilixxi rekwiżit biex l-Istati Membri jagħtu informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni, jekk ikun hemm tħassib sostanzjali li l-politiki mħaddma jistgħu jipperikolaw it-tkabbir fl-0Unjoni kollha jew il-funzjonament xieraq tas-suq intern, tal-UEM jew jipperikolaw il-miri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, jiġifieri dawk fl-Istrateġija Ewropa 2020,

–   Iqis il-valutazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku fil-qafas superviżorju multilaterali, b'mod partikolari rigward l-istabbiltà finanzjarja, l-istress tests, l-effetti potenzjali ta' tifwir 'il barra u 'l ġewwa u l-akkumulazzjoni ta' dejn privat eċċessiv.

–   Jistabbilixxi qafas ta’ sorveljanza sod u trasparenti magħmul minn żewġ pilastri – politiki ekonomiċi u politiki dwar l-impjiegi – abbażi tal-Artikoli 121 u 148 TFUE. Taħt il-pilastru tal-impjiegi, bħala parti mill-Istrateġija Ewropea riveduta u msaħħa dwar l-Impjiegi, dan il-qafas għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki tal-impjiegi fid-dawl tal-Linji Gwida għall-Politiki tal-Impjiegi biex jippermettu li tiġi formulata gwida ġenwina, billi titqies id-dimensjoni Ewropea u l-effetti sekondarji, u t-tisrif sussegwenti tagħhom fit-tfassil domestiku ta' politiki. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti rakkomandazzjonijiet f'waqthom u ta' natura preventiva biex jindirizzaw id-dgħufijiet u l-isfidi ewlenin li jiffaċċaw il-politiki tal-impjiegi u s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri.

–   Isaħħaħ ir-rwol tal-Kumitat għall-Impjiegi, kif stipulat fl-Artikolu 150 TFUE – b'mod partikolari fl-indirizzar ta’ kwestjonijiet relatati mal-impjiegi transkonfinali – u r-rwol tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali kif stipulat fl-Artikolu 160 tiegħu,

–   Jiżgura li, fil-valutazzjonijiet baġitarji kollha, ir-riformi strutturali li jsiru minn Stati Membri jitqiesu b’mod espliċitu, partikolarment ir-riforma tal-pensjoni, il-kura tas-saħħa u l-ħarsien soċjali li għandhom fil-mira tagħhom l-indirizzar tal-iżviluppi demografiċi, kif ukoll dawk rigward l-għajnuna, l-edukazzjoni u r-riċerka, bejn tingħata importanza ugwali lis-sostenibbiltà u l-adegwatezza. Valutazzjoni għandha ssir ukoll tal-impatt soċjali u fuq l-inpjiegi ta’ dawk ir-riformi, partikolarment fuq il-gruppi soċjali vulnerabbli, sabiex ma tiġi stabbilita l-ebda regola mingħajr valutazzjoni minn qabel tal-impatt fuq l-impjiegi u l-ħarsien soċjali fl-Istati Membri.

–   Jattiva l-klawsola soċjali orizzontali tat-Trattat ta' Lisbona, billi jiqiesu d-drittijiet u l-miri soċjali waqt id-definizzjoni ta' politiki ġodda tal-UE.

–   Issir dispożizzjoni għall-Parlament Ewropew biex ikun involut kif xieraq fiċ-ċiklu ta’ sorveljanza tal-politiki ekonomiċi u dwar l-impjiegi u l-valutazzjoni tal-impatt soċjali ta' dawk il-politiki. F'dan il-kuntest, iż-żmien u l-proċess ta' adozzjoni tal-Linji Gwida Integrati, b'mod partikolari l-Linji Gwida għall-Politiki tal-Impjiegi, għandhom jitfasslu b'tali mod li l-Parlament Ewropew ikollu ż-żmien meħtieġ biex jaqdi r-rwol konsultattiv tiegħu skont l-Artikolu 148(2) TFUE.

–   L-introduzzjoni ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni sod u trasparenti għall-Linji Gwida tal-Politiki dwar l-Impjiegi abbażi ta' miri ewlenin tal-UE, li għandhom jiġu segwiti minn sottomiri, indikaturi u tabelli ta' valutazzjoni xierqa, billi jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi li joħorġu għal kull Stat Membru skont il-punti tat-tluq differenti għal kull pajjiż.

–   Jitlob lid-dipartimenti EPSCO u ECOFIN tal-Kunsill u l-gruppi ta' ħidma rispettivi tagħhom biex isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom, ukoll billi jagħmlu laqgħat konġunti biannwali biex jiżguraw li l-politiki tagħhom ikunu integrati tassew.

Rakkomandazzjoni 2: It-tisħiħ tar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST)

L-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat (fuq il-bażi ta', inter alia, l-Artikolu 126 TFUE) għandu jkollu l-għan b'mod partikolari li jsaħħaħ il-fergħa preventiva tal-PST u jinkludi sanzjonijiet aktar bis-sens mil-lat ekonomiku u minn dak politiku , waqt li titqies debitament l-istruttura tal-iżbilanċ baġitarju u d-dejn nazzjonali (inklużi r-responsabbiltajiet impliċiti), iċ-"ċiklu ekonomiku", biex ma tiġi evitata politika baġitarja proċiklika, kif ukoll in-natura tal-introjtu pubbliku u l-infiq pubbliku nazzjonali meħtieġa għal riformi strutturali li jtejbu t-tkabbir; l-Istati Membri kollha għandhom jimmiraw lejn il-progress, iżda dawk b’distakki akbar għandhom jikkontribwixxu ġeneralment aktar biex jilħqu l-miri rigward l-istokk ta' djun u l-iżbilanċi. L-evoluzzjoni demografika għandha wkoll titqies fil-valutazzjoni tal-iżbilanċi tal-kont kurrenti:

–   Jintegra aħjar il-kriterji tad-"dejn" (l-"spett tas-sostenibbiltà") f'kull pass tal-Proċedura ta' Żbilanċ Eċċessiv (EDP) u t-twaqqif ta' Proċedura ta' Sorveljanza fuq id-Dejn Eċċessiv (EDSP) abbażi tal-livelli ta' dejn gross. L-EDSP tkun tirrikjedi rapporti regolari dettaljati dwar id-dinamika tad-dejn u tal-żibilanċ, l-interkonnessjoni bejniethom u l-iżvilupp tagħhom, filwaqt li tqis il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u b'mod li jippermetti skedi ta' żmien differenti għal kull Stat Membru biex jirkupra sal-valuri ta' mira stipulati fil-PST;

il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mas-sħab soċjali Ewropej u ma' dawk nazzjonali rilevanti, bħala arti mill-PSDE,

–   Iqis il-livell tad-dejn, il-profil tad-dejn (inkluża l-maturità) u d-dinamika tad-dejn (stima tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi) b'aktar importanza fil-pass tal-konverġenza lejn OFTM speċifiku għal kull Stat Membru li għandu jiġi inkluż fil-PSK,

–   Bħala parti mill-PSDE, jistabbilixxi qafas armonizzat ċar biex ikejjel u jimmonitorja d-dinamika tad-dejn, inklużi l-obbligazzjonijiet impliċiti u kontinġenti, bħalma huma esponimenti tal-pensjoni pubblika u garanziji pubbliċi (inter alia, sew jekk ikunu prinċipali, imgħaxijiet jew flussi tad-dħul) fl-investimenti ta' sħubijiet bejn il-privat u l-pubbliku, u l-kosts ta' tali investimenti għall-baġit nazzjonali matul is-snin,

–   Jistabbilixxi skeda ta’ żmien speċifika differenzjata għal kull pajjiż għall-proċess ta’ konsolidazzjoni fiskali li m’għandhiex issir aktar tard mill-2015, bil-ħsieb ta’ allinjament mill-ġdid tal-livelli kollha ta’ defiċit pubbliku mar-rekwiżiti stabbiliti fil-PST,

–   Jistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ li jinkludi twissijiet pubbliċi possibbli u sanzjonijiet u inċentivi inkrimentali għall-Istati Membri li ma laħqux l-OFTM speċifiku għal pajjiżhom jew li mhumiex joqorbu lejh bil-pass maqbul, kif ukoll stimolu ekonomiku possibbli għall-pajjiżi li laħqu l-OFTM tagħhom qabel ma kien mistenni,

–   Jistabbilixxi regoli u linji gwida minimi għal proċeduri baġitarji nazzjonali (jiġifieri oqfsa finanzjarji annwali u multiannwali) biex jinqeda l-obbligu fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-Proċedura ta' Żbilanċ Eċċessiv. Dawk l-oqfsa nazzjonali għandhom jinkludu tagħrif suffiċjenti kemm dwar in-naħa tal-ispiża kif ukoll dwar in-naħa tad-dħul tal-azzjonijiet baġitarji ppjanati sabiex jippermetti diskussjoni bis-sens u skrutinju tal-pjanijiet baġitarji fil-livell nazzjonali u tal-UE; barra minn hekk, jeħtieġ isir aktar xogħol dwar il-komparabbiltà tal-baġits nazzjonali rigward il-kategoriji tal-infiq u tal-introjtu tagħhom u l-prijoritajiet politiċi li jirriflettu,

–   Jinkoraġġixxi t-twaqqif ta' mekkaniżmi ta' twissija bikrija għall-kontroll baġitarju fil-livell nazzjonali,

–   Jistabbilixxi miżuri speċifikati minn qabel u preventivi fi ħdan iż-żona tal-euro li għandhom jiġu deċiżi taħt il-kompetenza Kummissjoni, sew għall-fergħa prventiva kif ukoll għal dik korrettiva tal-PST, sabiex jffaċilitaw il-passi ta' twissija bikrija u japplikawhom progressivament,

–   Jinforza u jimplimenta dawn is-sanzjonijiet u inċentivi għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, fil-qies tal-interkonnessjonijiet tassew mill-qrib mal-ekonomiji barra miż-żona tal-euro, speċjalment dawk li mistennija jidħlu fiż-żona tal-euro, bħala parti mill-qafas ġid ta' sorveljanza multilaterali u l-istrumenti mtejba tal-PST, b'mod partikolari fokus aktar qawwi fuq l-OFTM,

–   Jagħmel it-tibdil meħtieġ fil-proċedura interna tal-Kummissjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet, bir-rispett dovut għall-prinċipji kurrenti mnaqqxa fit-TFUE, biex tkun iggarantita implimentazzjoni effiċjenti u rapida ta' mekkaniżmi ta' sanzjoni taħt il-kompetenza ċara tagħha, b'mod partikolari għall-Istati Membri taż-żona tal-euro,interna

–   Jiżgura li d-deċiżjoni dwar il-konformità tal-Istati Membri mal-PST tittieħed mill-Kummissjoni b'mod aktar indipendenti mill-Kunsill, sabiex ikunu rrispettati bis-sħiħ il-prinċipji tal-PST,

–   Jiżgura li rakkomandazzjonijiet annwali tal-politika jiġu diskussi fil-Parlament Ewropew qabel id-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew.

Rakkomandazzjoni 3: It-titjib tal-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro mill-Grupp tal-Euro kif ukoll l-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali

Fl-għarfien tal-importanza li l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea jipparteċipaw fl-ilħiq tal-konverġenza ekonomika, iżda wkoll b'rikonoxximent li l-pajjiżi taż-żona tal-euro huma f'sitwazzjoni differenti minn Stati Membri oħra minħabba li m'għandhomx għad-dispożizzjoni tagħhom il-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju jekk ikollhom bżonn jaġġustaw il-prezzijiet relattivi u li jaqsmu r-responsabbiltà tal-funzjonament tal-Unjoni Monetarja Ewropea kollha kemm hi, ir-regoli l-ġodda, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra f'din ir-riżoluzzjoni u l-Artikolu 136 TFUE u l-Protokoll (Nru 14) tiegħu dwar il-Grupp tal-Euro, għandhom l-għan li:

–   Jistabbilixxu qafas speċifiku għaż-żona tal-euro għall-monitoraġġ imsaħħaħ, li jiffoka fuq diverġenzi makroekonomiċi eċċessivi, it-tkabbir ekonomiku, il-livelli tal-qgħad, il-kompetittività tal-prezzijiet, ir-rati tal-kambju reali, it-tkabbir tal-kreditu u l-iżviluppi tal-kontijiet kurrenti tal-Istati Membri kkonċernati,

–   Jistabbilixxu qafas regolari biex tiżdied il-koordinazzjoni fost l-Istati Membri kollha tal-UE sabiex tkun immonitorjata u tikber il-konverġenza ekonomika u jiġu diskussi żbilanċi makroekonomiċi potenzjali fi ħdan l-Unjoni,

  Iqawwu l-importanza tar-rapporti annwali ta' sorveljanza dwar iż-żona tal-euro bbażati fuq rapporti tematiċi u multinazzjonali li jiffokaw, minn naħa waħda, fuq l-effetti indiretti potenzjali ta' żviluppi ekonomiċi globali u ta' politiki u ċirkostanzi li għandhom impatt partikolari fuq ċerti Stati Membri fiż-żona tal-euro u, min-naħa l-oħra, fuq l-effetti li d-deċiżjonijiet ekonomiċi li jieħu l-Grupp tal-Euro jista’ jkollhom fuq il-pajjiżi u r-reġjuni lil hinn miż-żona tal-euro; għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-identifikazzjoni ta' politiki li jiġġeneraw effetti indiretti pożittivi, b'mod partikolari f'perjodi ta' tnaqqis ekonomiku, u b'hekk jirfdu t-tkabbir sostenibbli fiż-żona tal-euro kollha kemm hi,

–   Isaħħu s-segretarjat tal-President tal-Grupp tal-Euro,

–   Jipproponu li l-Kummissarju inkarigat mill-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jkun ukoll Viċi President tal-Kummissjoni u jkollu l-kompitu li jiżgura li l-attività ekonomika tal-UE tkun konsistenti, jissorvelja l-mod kif il-Kummissjoni teżerċita r-responsabilitajiet tagħha ekonomiċi, monetarji u jikkoordina dawk relatati mas-suq u li jikkoordina aspetti oħra tal-attività ekonomika tal-Unjoni;

–   Iżidu t-trasparenza u l-għoti ta' rendikont għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro billi jiġi stabbilit djalogu regolari mal-President tal-Grupp tal-Euro fi ħdan il-Kumitat kompetenti fil-Parlament, u billi jiġu ppubblikati malajr id-deċiżjonijiet meħuda mill-Grupp tal-Euro fuq is-sit tal-internet tagħhom; jiżguraw li tal-anqas l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro imma li għandhom obbligu jadottaw il-munita komuni jkollhom aċċess għad-dibattitu fi ħdan il-Grupp tal-Euro.

Rakkomandazzjoni 4: It-twaqqif ta' mekkaniżmu sod u kredibbli għall-prevenzjoni u s-soluzzjoni tad-dejn eċċessiv għaż-żona tal-euro

Valutazzjoni tal-impatt u studju ta' fattibilità, li m'għandhomx jieħdu aktar minn sena biex isiru, għandhom jitwettqu qabel kwalunkwe att leġiżlattiv (fuq il-bażi tal-Artikoli 122, 125, 329 (kooperazzjoni msaħħa) u 352 TFUE, jew fuq xi bażi legali oħra xierqa) bil-għan li:

–   Jiġi stabbilit mekkaniżmu jew korp permanenti (Fond Monetarju Ewropew), wara eżami xieraq, li m'għandux jieħu aktar minn sena biex isir, tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu, biex jissorvelja l-iżviluppi tad-djun sovrani u jikkomplementa l-PST bħala mekkaniżmu tal-aħħar rikors f'każijiet fejn il-finanzjament tas-suq ma jkunx għadu disponibbli għal gvern u/jew Stat Membru espost għal problemi tal-bilanċ tal-pagamenti; għandu jkun ibbażat fuq mekkaniżmi eżistenti (il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew għall-Istabbilizzazzjoni Finanzjarja u l-istrument Ewropew ta' assistenza għall-bilanċ tal-pagamenti) u għandu jinkludi regoli ċari inter alia dwar l-aspetti li ġejjin:

- dwar kriterji ta' sħubija, bħall-qadi tar-rekwiżiti minimi għar-regoli/istituzzjonijiet baġitarji nazzjonali,

- dwar il-proċedura deċiżjonali u l-finanzjament u

- dwar il-kundizzjonalità għas-self eċċezzjonali,

- dwar il-monitoraġġ,

- dwar ir-riżorsi u s-setgħat.

It-tali mekkaniżmu m'għandux jillimita l-poteri tal-Awtorità Baġitarja li tistabbilixxi l-baġit tal-UE f'livell xieraq, għandu jevita l-periklu morali u jkun konsistenti mal-prinċipji tal-Għajnuna mill-Istat u l-konsegwenzi tagħhom. Għandha ssir ukoll valutazzjoni attenta dwar jekk Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jistgħux jingħaqdu mal-mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni fuq il-bażi ta’ kull każ għalih u wara li jkunu ssodisfaw kriterji predeterminati,

–   Jeżaminaw il-possibilità li Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jingħaqdu mal-mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni fuq il-bażi ta’ kull każ għalih u wara li jkunu ssodisfaw ċerti kundizzjonijiet,

–   jinfurmaw lil-Parlament Ewropew dwar l-effett previst fuq il-klassifikazzjoi tal-kreditu tal-UE: a) bil-ħolqien tal-mekkaniżmu ta' stabilizzazzjoni b) bl-utilizzazzjoni tal-linja sħiħa,

–   Jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja fir-rigward tal-limiti tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM); fid-dawl tal-konsegwenzi baġitarji possibbilment estensivi tiegħu, ikomplu jirriflettu dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja qabel l-adozzjoni tar-Regolament dwar QFM,

–   Jaċċettaw li ż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit ikunu involuti fid-deċiżjonijiet dwar l-impatt li dan il-mekkaniżmu jista' jkollu fuq il-baġit tal-UE,

–   Jaqbel li kwalunkwe ħtieġa baġitarja possibbli marbuta ma' dan il-mekkaniżmu għandha tkun iffinanzjata permezz ta' reviżjoni ad hoc tal-QFM biex tiżgura li jkun garantit f'waqtu l-involviment suffiċjenti u fil-ħin tal-awtorità tal-baġit.

Rakkomandazzjoni 5: Rieżami tal-istrumenti baġitarji, finanzjarji u fiskali tal-UE

L-att leġiżlattiv/l-istudju ta' fattibilità li għandu jiġi adottat fi żmien tnax-il xahar bil-għan li:

–   Jipproduċi valutazzjoni tal-fattibbiltà fi żmien sena (dwar in-natura, ir-riskji u l-vantaġġi tiegħu) biex fit-tul jistabbilixxi sistema li biha l-Istati Membri jistagħu jieħdu sehem fil-ħruġ ta' bonds komuni Ewropej. il-valutazzjoni għandha tispeċifika l-alternattivi u l-objettivi legali, bħalma huma l-finanzjament ta' proġetti infrastrutturali Ewropej fit-tul u proġetti strateġiċi permezz ta' bonds tal-proġetti. Il-punti qawwija u d-dgħufijiet tal-alternattivi kollha għandhom ikunu analizzati, fil-qaies ta' implikazzjonijiet possibbli ta' periklu morali għall-membri li jieħdu sehem,

–   Isaħħaħ u jaġġorna, filwaqt li ma jintesewx il-miri tal-2020, il-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI), sabiex jonqsu d-difetti strutturali u tiżdied il-kompetittività tar-reġjuni ekonomiċi aktar dgħajfa, inter alia billi jitħaffu l-ħtiġijiet finanzjarji tal-SMEs u l-parteċipazzjoni tagħhom b’suċċess fis-suq intern,

–   Ifakkar li l-indipendenza tal-Bank Ċentrali Ewropew hija essenzjali għall-istabilità tal-ekonomija finanzjarja u tas-suq ħieles tal-Unjoni Ewropea,

–   Iħeġġeġ sabiex tinżamm separazzjoni ċara bejn il-politiki fiskali u monetarji, sabiex ma tisfax mhedda l-indipendenza tal-Bank Ċentrali Ewropew,

–   Jiżviluppa prinċipji baġitarji komuni rigward il-kwalità tal-infiq pubbliku (sew għall-baġits nazzjonali kif ukoll għal dak tal-UE) u ġabra ta' politiki u strumenti komuni biex jappoġġaw l-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li jinżamm ekwilibrju bejn li jintlaħqu miri ta' dixxiplina u li jitħalla jsir finanzjament fit-tul ta' impjiegi u investimenti sostenibbli,

–   Jistabbilixxi qafas ċar għal sforz konġunt imġedded, b'fondi baġitarji tal-UE u b'riżorsi finanzjarji tal-BEI, biex fil-QFM li ġej ikun hemm leverage akbar tal-fondi tal-baġit u sfruttament aħjar tal-ħila esperta tal-BEI f'termini ta' inġinerija finanzjarja, impenn lejn il-politiki tal-UE u rwol kruċjali għall-istituzzjonijiet finanzjarji tas-settur pubbliku u dak privat, kif ukoll biex jissaħħaħ ir-rwol tal-BEI u tal-fondi ta' Koeżjoni, b'mod partikolari matul perjodi ta' tnaqqis ekonomiku,

–   Jistabbilixxi grupp ta' livell għoli għall-politika fiskali presedut mill-Kummissjoni b'mandat biex, fi żmien sena, jipproduċi pjanta tar-rotta għal approċċ strateġiku u prammatiku dwar kwistjonijiet ta' politika fiskali, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali u r-rifuġji fiskali waqt li jagħmel proċeduri aktar estensivi kontra l-kompetizzjoni fiskali inġusta, iwessa' l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, u jiffaċilita l-adozzjoni ta’ riformi fiskali li jtejbu t-tkabbir u jeslora strumenti ġodda. L-aġenda esterna tal-UE, partikolarment fil-kuntest tal-G20, fi kwistjonijiet fiskali, għandha tiġi analizzata minn dan il-grupp ta’ livell għoli għall-politika fiskali.

–   Jistabbilixxi grupp ta’ livell għoli tal-politika fiskali ppresedut mill-Kummissjoni b'mandat biex jistudja l-ħolqien ta’ Teżor Komuni Ewropew (TKE), bl-objettiv li jagħti lill-Unjoni Ewropea riżorsi proprji ta' finanzjament skont il-Trattat ta’ Lisbona sabiex titnaqqas id-dipendenza tagħha fuq it-trasferimenti nazzjonali.

–   Isaħħaħ is-Suq Uniku permezz tal-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku u l-kummerċ transnazzjonali, jissimplifika l-proċeduri tal-ħlas onlajn u jarmonizza strumenti fiskali sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija Ewropea.

Rakkomandazzjoni 6: Ir-regolamenti u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji b'dimensjoni makroekonomika ċara:

L-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li:

–   Jiżgura li kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva rigward servizzi finanzjarji tkun konformi mal-politiki makroekonomiċi sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza meħtieġa u l-istabilità tas-suq, u konsegwentement biex tingħata spinta lill-fiduċja fis-swieq u fl-iżvilupp ekonomiku,

–   Jippromwovi modi kif tinkiseb implimentazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti ta’ kapital tal-Pilastru  II bħala reazzjoni għal 'asset bubbles' speċifiċi jew kwistjonijiet ta’ provvista ta’ flus,

–   Jirregola l-interkonnessjonijiet bejn is-swieq finanzjarji u politiki makroekonomiċi sabiex jiżgura l-istabilità, it-trasparenza, ir-responsabilità u jikkontrolla l-inċentivi għal teħid ta’ riskju eċċessiv,

–   Jivvaluta fuq bażi regolari l-iżviluppi tal-prezzijiet tal-assi u t-tkabbir tal-kreditu fl-Istati Membri u l-impatt tagħhom fuq l-istabilità finanzjarja u l-iżviluppi tal-kont kurrenti kif ukoll ir-rati tal-kambju effettivament reali tal-Istati Membri,

–   Jagħti lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej il-poteri superviżorji esklussivi fuq istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali kbar,

Rakkomandazzjoni 7: It-titjib fl-affidabilità tal-istatistika tal-UE

L-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li:

–   Jiżgura l-implimentazzjoni stretta ta' impenji politiċi maqbula fil-qasam tal-istatistika,

–   Isaħħaħ il-poteri investigattivi tal-Kummissjoni (Eurostat), inkluż bispezzjonijiet fuq il-post mingħajr twissija minn qabel u aċċess għal kull informazzjoni dwar il-kontabilità u l-baġit, inklużi laqgħat ma’ individwi jew aġenziji familjari ma’ tali informazzjoni bħal ekonomisti indipendenti, organizzazzjonijiet tan-negozju u l-għaqdiet tal-ħaddiema, għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-finanzi pubbliċi, Jekk dan ikun f'loku, dawn il-miżuri għandhom ikunu akkompanjati minn żieda fil-baġit u r-riżorsi umani tagħha,

–   Jesiġi li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'data li tkun konformi mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea[1],

–   Jesiġi li l-Istati Membri jindikaw liema data pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) tkun appoġġata minn rapport ta' awditur indipendenti,

–   Jistabbilixxi sanzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji għall-għoti ta' statistika li ma tikkonformax mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/09,

–   Jagħmel rieżami tal-ħtieġa għal data aktar armonizzata, rilevanti għall-qafas ta' governanza ekonomika proposta f'dan l-Anness. B'mod partikolari, jiżgura qafas ta' kwalità xierqa għall-istatistika Ewropea meħtieġa biex jitjieb il-qafas analitiku ta' sorveljanza, inkluża tabella ta' valutazzjoni, għal sorveljanza multilaterali effikaċi skont ir-Rakkomandazzjoni 1,

–   Jarmonizza d-data tal-finanzi pubbliċi abbażi ta' metodu ta' kontabilità standardizzat u aċċettat fil-qasam internazzjonali,

–   Jiżgura l-iżvelar konsistenti u miftuħ ta' obbligazzjonijiet li ma jidhrux fil-karti tal-bilanċ, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħlasijiet futuri mitluba għal pensjonijiet tas-settur pubbliku u għal kuntratti fit-tul mas-settur privat għall-kiri jew l-għoti ta' faċilitajiet pubbliċi.

Rakkomandazzjoni 8: It-titjib fir-rappreżentanza esterna tal-Unjoni fil-qasam tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

L-att leġiżlattiv (ibbażat fuq l-Artikolu 138 TFUE) li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li:

–   Ifittex qbil dwar rappreżentanza għaż-żona tal-euro/għall-UE fil-FMI u f'istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti oħrajn, fejn dan ikun f'loku,

–   Jagħmel rieżami tal-arranġamenti għar-rappreżentanza taż-żona tal-euro/tal-UE f'korpi internazzjonali oħrajn fil-qasam tal-istabbiltà ekonomika, monetarja u finanzjarja.

–   Fl-ispirtu tad-dispożizzjonjiet tat-TFUE, jinkludi proċedura biex jinforma u jinvolvi bis-sħiħ lill-Parlament Ewropew qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 138 tiegħu,

–   Jistabbilixxi aġenda internazzjonali ċara u mmirata taż-żona tal-euro/tal-UE li tiggarantixxi kundizzjonijiet internazzjonali ugwali għal kulħadd fl-aġenda fiskali, ta' kontra l-frodi u tar-regolazzjoni u s-superviżjoni finanzjarja fl-UE,

–   Flimkien mal-miżuri li jistgħu u li għandhom jittieħdu bl-akbar ħeffa possibbli fil-qafas istituzzjonali tal-lum, jibda riflessjoni bil-għan li jidentifika l-limiti tal-qafas istituzzjonali u li jindika rotot għal riforma tat-Trattati b'tali mod li jkunu jistgħu jiġu implimentati mekkaniżmi u strutturi indispensabbli għal governanza ekonomika koerenti u effikaċi, li tippermetti konverġenza makroekonomika bejn l-Istati Membri sew taż-żona tal-euro kif ukoll barra minnha.

  • [1]     ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali attwali wriet li l-mudell ta' governanza ekonomika eżistenti fl-Unjoni ma ħadimx b'mod daqshekk effikaċi daqskemm kien maħsub idealment. Matul l-aħħar snin ma kienx hemm biżżejjed konverġenza bejn l-Istati Membri. Minflok, baqgħu l-iżbilanċi makroekonomiċi u fiskali u dawn komplew jiżdiedu matul l-aħħar 11-il sena. Il-qafas ta' sorveljanza kien dgħajjef wisq u r-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir ma ġewx osservati biżżejjed, b'mod partikolari fir-rigward tal-fergħa preventiva. Bħala riżultat l-iżbilanċi makroekonomiċi baqgħu u l-finanzi pubbliċi saru aktar insostenibbli. Il-kriżi tad-dejn sovran fiż-żona tal-euro kienet l-aħħar pass, fir-rebbiegħa 2010. Issa għandna bżonn nitgħallmu mill-iżbalji tal-passat u għandna tieqa ta' opportunità biex jittejjeb il-qafas ekonomiku u biex jiġu stabbiliti strumenti ta' sorveljanza ċari u aktar preċiżi.

Dan ir-rapport, li jikkomplementa l-ħidma preċedenti u attwali tal-Parlament Ewropew, għandu l-għan ewlieni li jippreżenta xi ideat għar-riformi strutturali u l-proċedura li jistgħu jwasslu l-Istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri biex isaħħu r-rwol rispettiv tagħhom mad-destin komuni. Jaspira għal koordinazzjoni aħjar ma' u bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari l-Istati Membri fiż-żona tal-euro, sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni ta' sitwazzjonijiet bħal dawk osservati dan l-aħħar. Dawn il-miżuri għandhom jiffokaw fuq terminu qasir jew medju ta' żmien previst mil-leġiżlazzjoni sekondarja, u fuq terminu itwal, li jista' jimplika tibdil fit-Trattati.

Huwa kruċjali li fil-ġejjieni, l-Istati Membri jikkonformaw għalkollox mar-regoli u d-deċiżjonijiet miftiehma fil-livell tal-UE, bħar-regoli u l-istrumenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Is-sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità osservati fl-aħħar snin m'għandhomx jirrepetu ruħhom. Jinħtieġu aktar kontrolli fuq id-defiċit pubbliku flimkien ma' monitoraġġ aktar profond tal-evoluzzjoni tad-dejn pubbliku, kif ukoll rigward id-dħul pubbliku.

Għandna bżonn ukoll enfasi qawwija fil-produttività u l-kompetittività tal-UE fir-rigward tal-għanijiet UE2020 b'enfasi partikolari fuq l-edukazzjoni, l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, li jaħsbu għall-flessibilità tas-suq. Għandna bżonn nipproċedu bir-riformi strutturali dwar il-politika soċjali u l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol, inċentivi fiskali għall-SMEs – il-magna ewlenija tat-tkabbir – u t-titjib fis-suq intern fejn l-Istati Membri m'għandhomx jikkompetu bejniethom iżda għandu jkun hemm rispett għar-ritmu differenti tagħhom u l-modi tat-tkabbir u l-iżvilupp.

L-ideat prinċipali ta' dan ir-rapport huma żviluppati fi tmien rakkomandazzjonijiet li għandhom l-għan li jistabbilixxu l-ideat ġenerali ta' x'għandha tkun il-governanza u l-istabbiltà ekonomika fl-Unjoni Ewropea:

Ø Rakkomandazzjoni 1: It-twaqqif ta' qafas koerenti u trasparenti għas-sorveljanza multilaterali tal-iżviluppi makroekonomiċi fl-Unjoni u fl-Istati Membri

Ø Rakkomandazzjoni 2: It-tisħiħ tar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST)

Ø Rakkomandazzjoni 3: It-titjib tal-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro mill-Grupp tal-Euro

Ø Rakkomandazzjoni 4: It-twaqqif ta' mekkaniżmu robust u kredibbli għall-prevenzjoni u s-soluzzjoni tad-dejn eċċessiv fiż-żona tal-euro

Ø Rakkomandazzjoni 5: L-analiżi tal-istrumenti baġitarji, finanzjarji u fiskali tal-UE

Ø Rakkomandazzjoni 6: Ir-regolamenti u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji b'dimensjoni makroekonomika ċara

Ø Rakkomandazzjoni 7: It-titjib fl-affidabilità tal-istatistika tal-UE

Ø Rakkomandazzjoni 8: It-titjib fir-rappreżentanza esterna tal-Unjoni fil-qasam tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (29.9.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-qafas tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro
(2010/2099(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marta Andreasen

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  Billi l-kriżi finanzjarja attwali hija riżultat ta' ħafna fatturi bħan-nuqqas ta' koordinament xieraq tal-politika ekonomika,

B.   Billi l-kriżi ekonomika wasslet għall-adozzjoni urġenti tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja f'Mejju 2010 permezz ta' Regolament tal-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ma kienx hemm konsultazzjoni dwaru mal-PE;

C.  Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2010 tkopri l-modifiki meħtieġa rigward il-ħolqien ta' partita baġitarja ġdida 01 04 01 03 fl-Intestatura 1 A għall-garanzija, għal self massimu ta' EUR 60 biljun mogħtija mill-Unjoni Ewropea f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod korrispondenti, tal-Artikolu 802 il-ġdid man-naħa tad-dħul.

D.  Billi xi wħud mill-Istati Membri aktarx ikollhom jużaw il-pakkett ta' salvataġġ, filwaqt li fl-istess ħin se jkunu obbligati jikkunsidraw il-miżuri differenti tiegħu li se jkunu magħmula speċifikament għal kull pajjiż benefiċjarju,

1.   Jilqa' bi pjaċir il-ftehim milħuq bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-elementi ewlenin tar-riforma tal-qafas tal-UE għas-superviżjoni tas-sistema finanzjarja. Jemmen li l-istabbiliment ta' bażi ġdida għas-superviżjoni fl-Ewropa se jelimina n-nuqqasijiet li kienu esposti matul il-kriżi finanzjarja; jistieden madankollu lill-Kunsill jissorvelja d-defiċit pubbliku tal-pajjiżi individwali minħabba li d-dejn eċċessiv jaf ikollu impatt negattiv fuq il-qagħda tal-baġit tal-Unjoni Ewropea;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-effett stmat a) tal-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja, u b) tal-użu tal-linja sħiħa, fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-UE;

3.   Jitlob lill-Kunsill jipprovdi biżżejjed informazzjoni dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja fir-rigward tal-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali; li, minħabba l-konsegwenzi baġitarji possibbilment ambizzjużi tiegħu, ikompli jirrifletti dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja qabel l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-qafas finanzjarju multiannwali; jaċċetta li ż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit ikunu involuti fid-deċiżjonijiet dwar l-impatt li dan il-mekkaniżmu aktarx ikollu fuq il-baġit tal-UE; jaqbel li kwalunkwe esiġenza baġitarja possibbli marbuta ma' dan il-mekkaniżmu għandha tkun finanzjata permezz ta' reviżjoni ad hoc tal-qafas finanzjarju multiannwali biex jiġi garantit involviment suffiċjenti u fil-ħin tal-awtorità tal-baġit;

4.   Jenfasizza li l-Parlamenti Nazzjonali u l-Parlament Ewropew għandhom jaħdmu flimkien biex isaħħu l-koordinament baġitarju bejn il-livell Ewropew u dak tal-Istati Membri;

5.   Jitlob li t-trasparenza u l-viżibilità tal-koordinament baġitarju bejn iż-żewġ livelli jissaħħu billi jiġu allinjati l-kategoriji tal-infiq fil-livell nazzjonali u dak tal-UE.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.9.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Lajos Bokros, Giovanni Collino, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Jiří Havel, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Barbara Matera, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Jan Olbrycht, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (30.9.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-qafas tal-governanza ekonomika u l-istabilità tal-Unjoni, partikolarment fiż-żona tal-euro
(2010/2099(INI))

Rapporteur għal opinjoni: David Casa(Inizjattiva – Artikolu 42 tar-Regoli ta’ Proċedura)

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli:

I.   biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2010 għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija UE 2020 (COM(2010)0193), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2010[1] dwarha,

A.     billi t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-governanza tal-politika ekonomika sar ħtieġa kruċjali sabiex jitkattar tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi fl-Unjoni u biex jiżgura l-koeżjoni soċjali,

B.     billi l-politiki tal-impjiegi għandhom rwol ewlieni fl-istimulazzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività fl-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew billi jipprevjenu l-iżbilanċi makroekonomiċi u billi jiżguraw l-inklużjoni soċjali u r-ridistribuzzjoni tad-dħul,

C.     billi l-mudell soċjali Ewropew huwa vantaġġ għall-kompetizzjoni dinjija, li ddgħajjef bid-diverġenzi bejn l-Istati Membri rigward il-kompetittività ekonomika,

D.     billi l-konsolidazzjoni tal-baġits x'aktarx li se tkun ta' ħsara għas-servizzi pubbliċi u għall-ħarsien soċjali,

II.  biex jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Dwar l-istabbiliment ta’ qafas għas-sorveljanza multilaterali

1.      L-istabbiliment ta’ qafas ta’ sorveljanza sod u trasparenti magħmul minn żewġ pilastri – politiki ekonomiċi u politiki dwar l-impjiegi – abbażi tal-Artikoli 121 u 148 TFUE. Taħt il-pilastru tal-impjiegi, bħala parti mill-Istrateġija Ewropea riveduta u msaħħa dwar l-Impjiegi, dan il-qafas għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki tal-impjiegi fid-dawl tal-Linji Gwida għall-Politiki tal-Impjiegi biex jippermettu li tiġi formulata gwida ġenwina, billi titqies id-dimensjoni Ewropea u l-effetti sekondarji, u t-tisrif sussegwenti tagħhom fit-tfassil domestiku ta' politiki. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti rakkomandazzjonijiet f'waqthom u ta' natura preventiva biex jindirizzaw id-dgħufijiet u l-isfidi ewlenin li jiffaċċaw il-politiki tal-impjiegi u s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri.

2.      L-inklużjoni ta' miri tal-impjiegi, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw ir-rata tal-impjiegi taż-żgħażagħ u t-tnaqqis tal-faqar, fit-tabella ta' valutazzjoni, ġaladarba dawn il-miri mhumiex se jintlaħqu biss billi titqies is-sitwazzjoni tal-impjiegi; monitoraġġ tal-mod li bih jiġi mfittex li jintlaħqu dawn il-miri.

3.      L-iżgurar ta' koordinazzjoni aħjar bejn il-programmi nazzjonali ta' konverġenza, l-istrateġija UE 2020 u l-Linji Gwida dwar il-Politiki tal-Impjiegi tal-Istati Membri, kif ukoll il-programmi nazzjonali ta' riforma.

4.      It-tisħiħ tar-rwol tal-Kumitat għall-Impjiegi, kif stipulat fl-Artikolu 150 TFUE – b'mod partikolari fl-indirizzar ta’ kwestjonijiet relatati mal-impjiegi transkonfinali – u r-rwol tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali kif stipulat fl-Artikolu 160 TFUE.

5.      Id-definizzjoni, fl-istess waqt u b'mod integrat, tal-finijiet tal-programmi tal-istrateġija UE 2020 u l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-istqarrija dwar kif għandhom jiġu implimentati, b'tali mod li l-miri tal-impjiegi, tal-inklużjoni soċjali, tat-tkabbir u tal-kompetittività jintlaħqu, bi prijorità, bir-riżorsi finanzjarji pprovduti għall-objettiv taż-żmien medju (MTO), bil-għan li jkun hemm konsolidazzjoni finanzjarja fiż-żmien medju u fit-tul.

6.      Fil-valutazzjonijiet baġitarji kollha, ir-riformi strutturali li jsiru minn Stati Membri għandhom jitqiesu b’mod espliċitu, partikolarment ir-riforma tal-pensjoni, il-kura tas-saħħa u l-ħarsien soċjali li għandhom fil-mira tagħhom l-indirizzar tal-iżviluppi demografiċi, kif ukoll dawk rigward l-għajnuna, l-edukazzjoni u r-riċerka, bejn tingħata importanza ugwali lis-sostenibbiltà u l-adegwatezza. Valutazzjoni għandha ssir ukoll tal-impatt soċjali u fuq l-inpjiegi ta’ dawk ir-riformi, partikolarment fuq il-gruppi soċjali vulnerabbli, sabiex ma tiġi stabbilita l-ebda regola mingħajr valutazzjoni minn qabel tal-impatt fuq l-impjiegi u l-ħarsien soċjali fl-Istati Membri.

7.      L-attivazzjoni tal-klawsola soċjali orizzontali tat-Trattat ta' Lisbona, billi jiqiesu d-drittijiet u l-miri soċjali waqt id-definizzjoni ta' politiki ġodda tal-UE.

8.      L-iżgurar li s-Semestru Ewropew jiffaċilita kontribut ġenwin u f’waqtu lil djalogu soċjali strutturat mill-partijiet interessati rilevanti kollha, bħalma huma l-parlamenti nazzjonali u l-awtoritajiet lokali jew reġjonali, il-Parlament Ewropew, is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

9.      L-istabbiliment ta' sistema ta' djalogu soċjali makroekonomiku b'rabta mas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro, bl-involviment tar-rappreżentanti tat-trejdjunjins, tan-negozji, tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill.

10.    Issir dispożizzjoni għall-Parlament Ewropew biex ikun involut kif xieraq fiċ-ċiklu ta’ sorveljanza tal-politiki ekonomiċi u dwar l-impjiegi u l-valutazzjoni tal-impatt soċjali ta' dawk il-politiki. F'dan il-kuntest, iż-żmien u l-proċess ta' adozzjoni tal-Linji Gwida Integrati, b'mod partikolari l-Linji Gwida għall-Politiki tal-Impjiegi, għandhom jitfasslu b'tali mod li l-Parlament Ewropew ikollu ż-żmien meħtieġ biex jaqdi r-rwol konsultattiv tiegħu skont l-Artikolu 148(2) TFUE.

11.    L-introduzzjoni ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni sod u trasparenti għall-Linji Gwida tal-Politiki dwar l-Impjiegi abbażi ta' miri ewlenin tal-UE, li għandhom jiġu segwiti minn sottomiri, indikaturi u tabelli ta' valutazzjoni xierqa, billi jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi li joħorġu għal kull Stat Membru skont il-punti tat-tluq differenti għal kull pajjiż.

12.    L-introduzzjoni ta' qafas sod u trasparenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-iżvilupp tal-Istati Membri, f'termini ta' spinta għall-kompetittività u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda, permanenti u ta' kwalità għolja.

13.    Il-politiki nazzjonali tal-impjiegi u l-mira ta' kontra l-faqar għandhom ikunu inklużi fit-tabella ta’ valutazzjoni u jkunu valutati mill-entitajiet speċjalizzati tal-Kunsill dwar l-Impjiegi, il-Poltika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO), b'mod partikolari l-Kumitati għall-Impjiegi u l-Ħarsien Soċjali.

14.    Jitlob lid-dipartimenti EPSCO u ECOFIN tal-Kunsill u l-gruppi ta' ħidma rispettivi tagħhom biex isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom, ukoll billi jagħmlu laqgħat konġunti biannwali biex jiżguraw li l-politiki tagħhom ikunu integrati tassew.

15.    Żieda ta’ indikaturi alternattivi mat-tabella għad-deskrizzjoni tat-tkabbir u għall-valutazzjoni ta' jekk jilħaqx il-miri definiti bl-istrateġija UE 2020.

16.    L-istabbiliment ta' grupp ta' livell għoli, presedut mill-Kummissjoni, li jkun responsabbli għall-iżvilupp ta' approċċ strateġiku u prammatiku bil-għan tal-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-frodi soċjali, jiġifieri kwalunkwe aġir intenzjonali li jfittex li jikseb vantaġġi mhux ġustifikati bl-intenzjoni li jaħrab l-infurzar tal-liġi.

Dwar it-tisħiħ tar-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP)

17.    L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ inċentivi kif ukoll sanzjonijiet li ma tkunx tipperikola l-parteċipazzjoni demokratika tal-Istati Membri kollha fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li jitqiesu sew il-konsegwenzi soċjali ta’ dik is-sistema. L-użu tal-baġit tal-UE bħala għajnuna komplementari biex tkun żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin. Sistema bħal din, madankollu, għandha teskludi kwalunkwe linja baġitarja mmirata lejn it-tijib tal-kwalifiki u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi u dawk soċjali tal-ħaddiema, partikolarment il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF), kif ukoll programmi ta’ skambju u tal-edukazzjoni bħall-Erasmus u l-Leonardo. Barra minn hekk, is-sistema għandha tiddistingwi ċar bejn fondi attribwiti għall-baġits nazzjonali u dawk immirati lejn ħaddiema u ċittadini individwali.

Dwar ir-regolazzjoni tas-suq finanzjarju

18.    It-tħeġġiġ ta’ miżuri li jappoġġaw politiki ta’ investiment fit-tul u politiki ta’ remunerazzjoni sodi li jiffukaw fuq it-tkabbir sostenibbli fit-tul, li joħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja, iktar milli fuq il-kisbiet fuq terminu ta’ żmien qasir u l-prevenzjoni ta' prattiki fis-settur finanzjarju, speċjalment fil-banek u f'xi kumpaniji kwotati, li wasslu għal remunerazzjoni sproporzjonatament għolja u li huma bbażati fuq l-akkwist ta' profitti fi żmien qasir, permezz tal-ħolqien ta' mudelli tan-negozju riskjużi ħafna għad-dannu tal-ħaddiema u ta' min ifaddal, kif ukoll għall-istabbiltà finanzjarja tas-swieq Ewropej. Inizjattivi bħal dawn għandhom jiġu applikati fis-settur finanzjarju kollu.

19.    It-tisħiħ ta’ strumenti legali li jippermettu li fl-impriżi jitħalla jiżviluppa d-djalogu soċjali, b'mod partikolari mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, b'tali mod li l-ħaddiema jingħataw informazzjoni sħiħa, partikolarment dwar kwistjonijiet finanzjarji, u li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu konċertati.

Dwar it-titjib fl-affidabilità tal-istatistika tal-UE

20.      L-iżgurar li fil-livell tal-Unjoni tkun disponibbli u aktar f'waqtha l-istatistika dwar l-impjiegi u s-sitwazzjoni soċjali flimkien ma' data rilevanti għall-qafas ta' governanza propost.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

30.9.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Ilda Figueiredo, Pascale Gruny, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Vincenzo Iovine, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Edite Estrela, Kinga Göncz, Richard Howitt, Gesine Meissner, Csaba Sógor, Emilie Turunen, Gabriele Zimmer

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (29.9.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro
(2010/2099(INI))

Rapporteur għal opinjoni: António Fernando Correia De Campos

(Inizjattiva – Artikolu 42 tar-Regoli ta' Proċedura)

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli:

–   biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  billi huwa essenzjali għal governanza ekonomika Ewropea xierqa li s-suq intern jiġi kkompletat kif previst fir-Rapport Monti[1]1 (Premessa ġdida),

2.  billi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli huwa kundizzjoni ewlenija għall-istabilità ekonomika u soċjali (Premessa E),

3.  billi kwalunkwe titjib fis-sorveljanza u l-governanza ekonomika għandu jiddependi minn statistika preċiża, affidabbli u komparabbli marbuta mal-politiki u l-pożizzjonijiet ekonomiċi rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati (Premessa I),

4.  billi jeħtieġ li tiġi msaħħa l-koerenza bejn investimenti pubbliċi għal żmien qasir, medju u fit-tul u billi dawn l-investimenti, b'mod partikolari rigward l-infrastruttura, jeħtieġ jintużaw b'mod effiċjenti u jiġu allokati għall-għanijiet tal-Istrateġija UE 2020, partikolarment fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni sabiex tiżdied il-kompetittività, titjieb il-produttività, jinħolqu l-impjiegi u jissaħħaħ is-Suq Uniku (Premessa M),

–   biex jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fl-anness tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

5.  Jistabbilixxi qafas imsaħħaħ ta' sorveljanza analitika (inkluża tabella ta' valutazzjoni b'valuri speċifiċi li jagħtu lok għal twissija bikrija) bl-istrumenti metodoloġiċi xierqa u bi trasparenza għal sorveljanza multilaterali effikaċi bbażata fuq indikaturi ekonomiċi ewlenin (reali u nominali), li jistgħu jaffettwaw il-pożizzjonijiet ta' kompetittività, fosthom, imma mhux biss, ir-rata ta' tkabbir, il-kompożizzjoni tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) nazzjonali, ir-rata tal-impjiegi, l-iżviluppi reali tar-rata tal-kambju, l-iżviluppi fl-ispiża tax-xogħol, l-iżviluppi fil-kont kurrenti/fil-bilanċ tal-pagamenti, it-tkabbir tal-kreditu, il-formazzjoni u l-influssi tal-kapital, l-iżviluppi fil-produttività, u l-iżviluppi fis-swieq tal-assi (fosthom id-dejn privat u s-swieq tal-proprjetà) u l-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) bħala perċentwali tal-PGD. Għandhom jiġu definiti limiti ta’ twissija għall-indikaturi inklużi fit-tabella ta’ valutazzjoni, (Rakkomandazzjoni 1, inċiż 2),

6.  L-iżvilupp min-naħa tal-Kummissjoni tal-għodod analitiċi adegwati u l-għarfien espert biex jiġu investigati fil-fond ir-raġunijiet wara x-xejriet diverġenti persistenti fi ħdan iż-żona tal-euro, inkluż l-impatt tal-politiki komuni fuq is-sistemi ekonomiċi differenzjati li jinsabu fiha (Rakkomandazzjoni 1, inċiż 3a (ġdid)),

7.  Jistabbilixxi regoli komuni għal użu aktar attiv tal-Linji Gwida Wesgħin għall-Politika Ekonomika bħala għodda prinċipali għall-gwida ekonomika, is-sorveljanza u r-rakkomandazzjonijiet għal kull Stat Membru skont l-istrateġija UE 2020, li jiffokaw fuq it-tkabbir, ir-riformi strutturali, il-produttività u l-kompetittività, filwaqt li jitqiesu l-konverġenzi u d-diverġenzi bejn l-Istati Membri, li jsaħħu l-vantaġġi kompetittivi relattivi tal-Istati Membri (Rakkomandazzjoni 1, inċiż 4; tħassir tal-aħħar parti),

8.  Jistabbilixxi Semestru tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-Linji Gwida Integrati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, filwaqt li jkun hemm spazju għal dibattitu aktar wiesa' dwar kwistjonijiet finanzjarji u dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-Unjoni, inkluża konsultazzjoni mas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, li ssaħħaħ id-djalogu soċjali makroekonomiku, u dan jippermetti li jsir kontribut reali u f'waqtu mill-partijiet kollha kkonċernati (Rakkomandazzjoni 1, inċiż 7),

9.  Jagħti bidu għas-Semestru tal-Unjoni kmieni matul is-sena b’eżami orizzontali biex il-Kunsill Ewropew, skont kontribut analitiku min-naħa tal-Kummissjoni, jidentifika l-isfidi ekonomiċi ewlenin li qegħdin jiffaċċjaw l-Unjoni u ż-żona tal-euro u jagħti gwida strateġika dwar il-politiki; l-Istati Membri għandhom iqisu l-konklużjonijiet ta' dan l-eżami orizzontali meta jkunu qed iħejju l-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza (PSK) u l-Programmi ta' Riforma Nazzjonali (PRN) tagħhom (Rakkomandazzjoni 1, inċiż 9a (ġdid)),

10. Joħroġ il-PSK u l-PRN fl-istess ħin, u b’hekk jippermetti li t-tkabbir u l-impatt fiskali tar-riformi jiġu riflessi fl-istrateġiji u l-miri baġitarji nazzjonali annwali u multiannwali, filwaqt li jiġu rrispettati r-regoli u l-proċeduri nazzjonali (Rakkomandazzjoni 1, inċiż 10),

11. Idaħħal valutazzjoni aktar b’saħħitha tal-PSK, mil-lat tal-interkonnessjonijiet tagħhom mal-miri ta’ Stati Membri oħrajn u ma' dawk tal-Unjoni, qabel l-adozzjoni tal-politiki previsti fil-PSK fil-livell nazzjonali (Rakkomandazzjoni 1, inċiż 11),

12. Jistabbilixxi rekwiżit biex l-Istati Membri jipprovdu tagħrif addizzjonali, jekk tqum xi preokkupazzjoni sostanzjali li l-politiki li jkunu qed jitmexxew jistgħu jipperikolaw il-funzjonament xieraq tas-suq intern, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) jew jipperikolaw il-miri stabbiliti mill-Unjoni, jiġifieri fl-istrateġija UE 2020 (Rakkomandazzjoni 1, inċiż 17),

13. Jistabbilixxi inċentivi speċifiċi u preventivi minn qabel li għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni, sabiex jiġu ffaċilitati l-passi ta' twissija bikrija u jiġu applikati b'mod progressiv (Rakkomandazzjoni 2, inċiż 7; tħassir parzjali),

14. Jagħmel il-bidliet meħtieġa għall-proċedura deċiżjonali interna tal-Kummissjoni sabiex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni effiċjenti u mgħaġġla ta' dawk il-penalitajiet preventivi (Rakkomandazzjoni 2, inċiż 9; tħassir parzjali),

15. Jistabbilixxi qafas speċifiku għaż-żona tal-euro għal monitoraġġ imsaħħaħ li jiffoka fuq diverġenzi makroekonomiċi eċċessivi, il-kompetittività tal-prezzijiet, ir-rati tal-kambju reali, it-tkabbir tal-kreditu u l-iżviluppi tal-kontijiet kurrenti tal-Istati Membri kkonċernati u l-investiment fl-attivitajiet ta’ Riċerka u Żvilupp bħala perċentwali tal-PGD (Rakkomandazzjoni 3, inċiż 1),

16. Din ir-rakkomandazzjoni m'għandhiex issir: "Isaħħu s-Segretarjat u l-Kabinett tal-President tal-Grupp tal-Euro" (tħassir ta' Rakkomandazzjoni 3, inċiż 3),

17. Jistabbilixxu programm li jillimita l-ħsara u jiżgura rkupru finanzjarju f'ċirkostanzi estremi ta' riskju kbir mistenni (Rakkomandazzjoni 4, Titolu),

18. Jipproduċi valutazzjoni ta’ fattibilità dwar in-natura, ir-riskji u l-vantaġġi tat-twaqqif ta’ sistema f’xi żmien fil-ġejjieni li biha l-Istati Membri jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħruġ ta’ bonds tal-gvern komuni, kemm-il darba jissodisfaw kriterji speċifiċi ddefiniti minn qabel (Rakkomandazzjoni 5, inċiż 1),

19. Isaħħaħ u jaġġorna, filwaqt li jżomm f’moħħu l-miri tal-istrateġija UE 2020, il-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni bil-kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) sabiex jonqsu d-difetti strutturali u tiżdied il-kompetittività tar-reġjuni ekonomiċi aktar dgħajfa u ta' dawk l-aktar imbiegħda, b’mod partikolari billi jiġu ffaċilitati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-parteċipazzjoni tagħhom b’suċċess fis-suq intern (Rakkomandazzjoni 5, inċiż 2),

20. Isaħħaħ is-Suq Uniku permezz tal-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku u l-kummerċ transnazzjonali, jissimplifika l-proċeduri tal-ħlas onlajn u jarmonizza strumenti fiskali sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija Ewropea (Rakkomandazzjoni 5, inċiż ġdid),

21. Ikompli bl-isforzi rigward l-armonizzazzjoni tat-taxxi fl-Unjoni (Rakkomandazzjoni 5, inċiż ġdid),

22. Jiżgura wkoll, b’mod parallel mal-konverġenza tal-kalendarji baġitarji nazzjonali, u fil-qafas tas-Semestru tal-Unjoni, koordinazzjoni aħjar tal-ħidma bejn il-Parlament Ewropew, biż-żieda fil-poteri baġitarji tiegħu, u l-parlamenti nazzjonali. Il-Parlament Ewropew għandu jkun ikkonsultat mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar il-linji gwida wesgħin tal-politiki ekonomiċi, dwar il-linji gwida għall-impjiegi u dwar l-indikaturi li jservu ta' bażi għall-PRN,

23. L-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jsaħħaħ il-mandat tal-Kummissjoni (tal-Eurostat) li tivverifika l-istatistika nazzjonali rilevanti għar-rappurtar dwar il-finanzi pubbliċi (Rakkomandazzjoni 7, Introduzzjoni).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.9.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

14

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Alan Kelly, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Gianni Pittella, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Laurence J.A.J. Stassen, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Emilie Turunen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Anna Hedh, Constance Le Grip, Morten Løkkegaard, Sylvana Rapti, Oreste Rossi, Olga Sehnalová, Wim van de Camp

Sostitut (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

  • [1] 1 'Strateġija ġdida għas-Suq Uniku – għas-servizz tal-Ekonomija u s-Soċjetà Ewropea', rapport lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, mill-Professur Mario Monti, 9 ta' Mejju 2010.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (7.9.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro
(2010/2099(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ramón Jáuregui Atondo

(Inizjattiva – Artikolu 42 tar-Regoli ta' Proċedura)

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli:

–   biex jinkorpora fil-proposta għal riżoluzzjoni tiegħu is-suġġerimenti li ġejjin:

1.        Premessa J a (ġdida)

billi l-istituzzjonijiet jeħtiġilhom iħejju għall-ħtieġa eventwali ta' reviżjoni tat-trattati;

2.        Premessa J b (ġdida)

billi l-Artikolu 48 tat-Trattat UE jagħti lill-Parlament is-setgħa li jippreżenta proposti għar-reviżjoni tat-Trattati,

3.        paragrafu 2 a (ġdid)

Jitlob lill-Kummissjoni biex, minbarra l-miżuri li jistgħu u li għandhom jittieħdu bil-ħeffa fil-qafas tat-Trattati eżistenti, tibda riflessjoni dwar l-iżviluppi istituzzjonali li jistgħu jirriżultaw meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' governanza ekonomika koerenti u effikaċi,

4.        paragrafu 3 a (ġdid)

Jitlob lill-Kumitat responsabbli tiegħu biex jirrapporta dwar l-aspetti kostituzzjonali marbuta mal-implimentazzjoni ta' governanza ekonomika indispensabbli għall-funzjonament tajjeb u għall-vijabbiltà tal-Unjoni monetarja, filwaqt li jqis bis-sħiħ id-deċiżjonijiet li sejrin jittieħdu wara l-ħidma tat-task force tal-Kunsill Ewropew dwar il-governanza ekonomika,

–   biex jinkorpora fl-Anness tal-proposta għal riżoluzzjoni tiegħu r-rakkomandazzjoni li ġejja:

Rakkomandazzjoni 8 a ġdida: Riflessjoni dwar l-iżviluppi istituzzjonali meħtieġa għal governanza ekonomika koerenti u effikaċi

           B'mod parallel mal-miżuri li jistgħu u li għandhom jittieħdu bl-akbar ħeffa possibbli fil-qafas istituzzjonali tal-lum, tibda riflessjoni bil-għan li tidentifika l-limiti tal-qafas istituzzjonali u li tindika rotot għal riforma tat-Trattati b'tali mod li jkunu jistgħu jiġu implimentati mekkaniżmi u strutturi indispensabbli għal governanza ekonomika koerenti u effikaċi, kif ukoll konverġenza makroekonomika reali bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro u tal-UE inġenerali.

Rakkomandazzjoni 8 b ġdida Riflessjoni dwar prattika interparlamentari ġdida għal governanza ekonomika koerenti u effikaċi

Jeħtieġ li jkun żgurat koordinament aħjar bejn il-ħidmiet tal-Parlament Ewropew, li issa tqawwewlu l-kompetenzi baġitarji tiegħu, u dawk tal-parlamenti nazzjonali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.9.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Andrew Duff, Matthias Groote, Roberto Gualtieri, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Ramón Jáuregui Atondo, Constance Le Grip, David Martin, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, József Szájer, Søren Bo Søndergaard, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Guy Verhofstadt

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Guerrero Salom, Íñigo Méndez de Vigo, Vital Moreira, Helmut Scholz

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.10.2010

 

 

 

Result of final vote

+:

–:

0:

32

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Slavi Binev, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, David Casa, Sari Essayah, Thomas Händel, Danuta Maria Hübner, Arturs Krišjānis Kariņš, Thomas Mann, Pablo Zalba Bidegain