Proċedura : 2010/2094(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0283/2010

Testi mressqa :

A7-0283/2010

Dibattiti :

PV 19/10/2010 - 5
CRE 19/10/2010 - 5

Votazzjonijiet :

PV 20/10/2010 - 4.5
CRE 20/10/2010 - 4.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0370

RAPPORT     
PDF 165kWORD 102k
11.10.2010
PE 445.962v02-00 A7-0283/2010

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010:

Taqsima II - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Taqsima III - Il-Kummissjoni

Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

(13475/2010 – C7‑0262/2010 – 2010/2094(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Roberto Gualtieri, László Surján

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima II - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, Taqsima III - Il-Kummissjoni, Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

(13475/2010 – C7‑0262/2010 – 2010/2094(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2009(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 2010 (COM(2010)0315),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010, stabbilit mill-Kunsill fit-13 ta’ Settembru 2010 (13475/2010 – C7–0262/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0283/2010),

A. billi dan il-baġit Emendatorju huwa t-tielet u l-aħħar parti minn sett ta' leġiżlazzjoni meħtieġ biex jiġi implimentat il-ftehim politiku u d-Deċiżjoni sussegwenti tal-Kunsill li tistabbilixxi s-SEAE, filwaqt li t-tnejn l-oħra huma modifika tar-Regolament Finanzjarju u modifika tar-Regolament tal-Persunal,

B.  billi l-istabbiliment tas-SEAE għandu jkun iggwidat mill-prinċipji tal-infiq effiċjenti, in-newtralità baġitarja u l-ġestjoni tajba u effiċjenti, filwaqt li jitqiesu b'mod sħiħ l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq il-finanzi pubbliċi u l-ħtieġa ta' awsterità baġitarja,

C. billi, barra minn hekk, għandu jsir kull sforz biex jiġi żgurat li kwalunkwe duplikazzjoni tal-kompetenzi u kunflitti potenzjali bejniethom jiġu evitati, speċjalment peress li dan mhux biss iwassal għal politiki esterni inqas effikaċi, iżda wkoll għal użu ineffikaċi ta' riżorsi baġitarji skarsi;

D.  billi l-ħtiġijiet għall-2011 huma koperti mill-Ittra ta' Emenda 1/2010 għall-baġit 2011 u se jkunu inkorporati fil-proċedura baġitarja ġenerali għal dik is-sena,

E.   billi l-parti l-kbira tar-riżorsi meħtieġa se jkunu sempliċement trasferiti mit-Taqsimiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll minn dik tal-Kummissjoni, iżda qed jintalab ukoll ammont limitat ta' riżorsi ġodda f'termini ta' persunal u persunal kuntrattwali,

F.   billi dan l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 se jdaħħal dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit 2010, inkluż il-ħolqien ta' Taqsima X ġdida u separata, li hija parti minn dan il-ftehim politiku,

G.  billi d-drittijiet tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kwittanza baġitarja għandhom jitħarsu,

H.  billi għandu jitfakkar, għal darba oħra, li huwa kruċjali li l-UE tkun tista' topera l-firxa sħiħa tal-istrumenti esterni tagħha fi struttura koerenti, u billi l-iskop politiku ta' dan ir-rapport huwa l-provvediment tar-riżorsi baġitarji tal-2010 biex tiġi stabbilita struttura bħal din fil-fażi inizjali tagħha;

I.    billi l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-13 ta’ Settembru 2010,

1.  Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2010;

2.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati.

(1)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(2)

ĠU L 64, 12.3.2010.

(3)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-ftehim politiku dwar is-SEAE u l-istabbiliment tal-istruttura inizjali tiegħu huma kwistjonijiet kruċjali. Il-proposta baġitarja ppreżentata hija għalhekk appoġġata għalkollox f'termini politiċi.

Ovvjament se jkollha tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri lill-analiżi tal-proposta 'parallela' għall-Ittra ta' Emenda 1/2010 għall-baġit 2011, forsi partikolarment rigward l-Organigramma b'mod ġenerali, inkluż il-ħolqien ta' karigi addizzjonali ta' livell għoli, l-effetti possibbli fuq l-ispejjż tal-bini u, mill-kumitat(i) responsabbli, kwalunkwe implikazzjonijiet fuq il-politika esterna.

Jinħass li l-100 kariga addizzjonali fl-Organigramma mitluba hawnhekk, u l-pakkett finanzjarju għall-finanzjament ta' 70 persunal kuntrattwali ieħor, huma aċċettabbli f'dan l-istadju tal-istabbiliment tas-servizz il-ġdid. Fil-fatt, jista' jiġi appoġġat politikament għar-raġunijiet imfissra mill-Kummissjoni.

Għandu jitfakkar li din hija t-tielet u l-aħħar parti tal-leġiżlazzjoni li hija parti mill-'pakett ta' implimentazzjoni' wara l-ftehim politiku dwar is-SEAE aktar kmieni dan is-sajf, filwaqt li t-tnejn l-oħra huma l-modifika għar-regolament tal-persunal u għar-regolament finanzjarju.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (4.10.2010)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali tal-2010 – id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima, Taqsima II — Kunsill Ewropew u Kunsill, Taqsima III – Il-Kummissjoni, Taqsima X - Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

(13475/2010 - C7-0262/2010 - 2010/2094(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Guy Verhofstadt

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Ifakkar li l-Parlament Ewropew biħsiebu jeżerċita bis-sħiħ ir-responsabilitajiet tiegħu kemm fit-tfassil kif ukoll fil-kontroll tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni, li huma responsabilitajiet rikonoxxuti mir-Rappreżentant Għoli fid-dikjarazzjoni tagħha dwar ir-responsabilità politika(1);

2.   Japprova dan il-baġit emendatorju u jfakkar fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(2) kif ukoll l-impenji meħuda mir-Rappreżentant Għoli fid-dikjarazzjoni tagħha magħmula waqt is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-organizzazzjoni tal-bażi tal-amministrazzjoni ċentrali tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE);

3.   Ifakkar li s-SEAE għandu jkollu awtonomija baġitarja li tippermettilu jwettaq il-kompiti konferiti lilu skont it-trattati;

4.   Ifakkar fl-intenzjoni tiegħu li jeżerċita bis-sħiħ id-drittijiet mogħtija lilu fil-kuntest tal-proċedura baġitarja, partikolarment dawk relatati mal-kwittanza, hekk kif imniżżla fl-Artikolu 8(6) tad-Deċiżjoni 2010/427/UE;

5.   Ifakkar fl-esiġenzi, ifformulati mill-Parlament Ewropew tul il-proċess ta' negozjati li wassal għat-twaqqif tas-SEAE, li jitwaqqaf servizz effikaċi u bi prestazzjoni tajba, u li jevita l-impjiegi doppji; jenfasizza li l-implimentazzjoni tas-SEAE għandha tippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji li jwasslu biex jinstabu mezzi għat-tnedija ta' inizjattivi ġodda li dwarhom il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat;

6.   Jinsisti li l-ħatriet għall-karigi ta' tmexxija jsiru fuq il-bażi tal-kompetenzi tal-kandidati, filwaqt li jiġu rispettati l-bilanċ u r-rappreżentattività tad-diversi protagonisti inkarigati mit-tmexxija tal-politika esterna tal-Unjoni;

7.   Jinsisti wkoll li l-persunal tas-SEAE għandu jinħatar fuq il-bażi tal-mertu, tal-għarfien espert u tal-eċċellenza, u li b'mod adegwat u fir-rispett tal-bilanċ ġeografiku u dak bejn l-irġiel u n-nisa, jinħatar minn fost membri tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tas-servizzi diplomatiċi nazzjonali, b'rispett sħiħ tal-Artikolu 6(6), (8) u (11) tad-Deċiżjoni 2010/427/UE.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

4.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Ramón Jáuregui Atondo, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, Rafał Trzaskowski, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Guerrero Salom, Alexandra Thein

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender

(1)

Dikjarazzjoni annessa mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (testi adottati f'din id-data (P7_TA(2010)0280)).

(2)

ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (27.9.2010)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali tal-2010 – id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima, Taqsima II — Kunsill Ewropew u Kunsill, Taqsima III – Il-Kummissjoni, Taqsima X - Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

(COM(2010)0315 - C7-0000/2010 - 2010/2094(BUD))

Rapporteur: Zigmantas Balčytis

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits biex idaħħal is-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:

A. Billi l-Parlament għandu jkollu s-setgħa tal-iskrutinju fuq il-politika barranija tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħha,

B.   Billi d-dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza lis-SEAE għall-immaniġġjar finanzjarju tiegħu huwa wieħed kruċjali,

C. Billi l-istabbiliment tas-SEAE għandu jirrispetta l-prinċipji tan-newtralità tal-baġit, tal-effiċjenza fl-infiq u tal-ġestjoni finanzjarja tajba,

1.   Jilqa’ d-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà dwar ir-responsabilizzazzjoni politika, li ssaħħaħ il-poteri ta’ skrutinju tal-Parlament fuq il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u l-azzjoni esterna tal-UE;

2.   Jemmen li huwa meħtieġ li tkun żgurata l-awtonomija baġitarja li hija essenzjali għat-tħaddim bla xkiel tas-SEAE; iqis, għalhekk, li l-ħolqien tat-taqsima tal-baġit separata tas-SEAE għandha tkun konformi mal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi mmodifikat ir-Regolament Finanzjarju;

3.   Jitlob li ssir distinzjoni ċara bejn il-baġit amministrattiv tas-SEAE u l-baġit operazzjonali tiegħu, li se jkomplu jkunu ġestiti taħt ir-responsabilità finanzjarja tal-Kummissjoni;

4.   Ifakkar li l-Parlament għandu jkollu l-istess dritt ta’ kwittanza rigward il-baġit tas-SEAE kif għandu għall-baġit tal-Kummissjoni; iqis, għalhekk, li s-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar il-kwittanza previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju;

5.  Jinnota d-diffikultajiet li hemm biex tinkiseb in-newtralità baġitarja fl-ewwel fażi tal-istabbiliment tas-SEAE; madankollu, jenfasizza kemm hu importanti li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompiti, il-funzjonijiet u r-riżorsi tas-SEAE minn strutturi oħra, u li jiġu utilizzati l-opportunitajiet kollha biex tkun żgurata l-effiċjenza tan-nefqa;,

6.  Jinnota li l-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2010 jammonta għal EUR 9 521 362; jinnota wkoll li EUR 1 583 972 minnhom jirrigwardaw il-linja baġitarja "Bini u nefqa relatata tad-delegazzjonijiet tar-'Relazzjonijiet esterni' tal-Unjoni Ewropea"; ifakkar li l-awtorità baġitarja, skont l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju, għandha tiġi infurmata mill-aktar fis-possibbli b'kull proġett ta' bini li x’aktarx li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan japplika wkoll għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE);

7.  Iqis li hija ħaġa kemm prattika kif ukoll, fl-interess tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba, essenzjali li l-awditur intern tal-Kummissjoni jkollu wkoll ir-responsabilità ġenerali għas-SEAE.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.9.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Andrea Cozzolino, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Jan Olbrycht, Crescenzio Rivellini, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Edit Herczog, Véronique Mathieu


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

7.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Reimer Böge, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Jiří Havel, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Richard Ashworth, Maria Da Graça Carvalho, Frédéric Daerden, Roberto Gualtieri, Paul Rübig, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Mulder

Avviż legali - Politika tal-privatezza