Proċedura : 2010/2001(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0284/2010

Testi mressqa :

A7-0284/2010

Dibattiti :

PV 19/10/2010 - 12
CRE 19/10/2010 - 12

Votazzjonijiet :

PV 20/10/2010 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0372

RAPPORT     
PDF 1211kWORD 2445k
11.10.2010
PE 448.942v03-00 A7-0284/2010(Par1)

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 - it-taqsimiet kollha

(12699/2010 – C7‑0202/2010 – 2010/2001(BUD))

u l-Ittri ta' emenda Nri 1/2011 (SEC(2010)1064), 2/2011 (SEC(2010)0000) u 3/2011 (SEC(2010)0000) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

Parti 1: Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kumitat għall-Baġits

Rapporteurs: Sidonia Elżbieta Jędrzejewska - (Taqsima III – Il-Kummissjoni)

Helga Trüpel - (It-taqsimiet l-oħra)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 Implimentazzjoni ta’ Proġetti Pilota
 Intestatura 1a
 Intestatura 1b
 Intestatura 2
 Appoġġ għal koperattivi tal-bdiewa (05 02 17 01)
 Intestatura 3a
 Valutazzjoni tal-impatt ta’ miżuri leġiżlattivi fil-liġi kuntrattwali (18 06 09)
 Intestatura 3b
 Netwerks ta’ twissija dwar wirt kulturali (15 04 46)
 Intestatura 4
 Appoġġ għal miżuri ta’ sorveljanza u protezzjoni għal bastimenti Komunitarji li jbaħħru f’ibħra fejn hemm theddida ta’ piraterija (19 06 07)
 Intestatura 5
 Għotjiet Ewropej għal riċerka għal ġurnaliżmu investigattiv transkonfinali (16 02 05)
 Implimentazzjoni ta’ Azzjonijiet Preparatorji
 Intestatura 1a
 Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ (02 02 03 05)
 Intestatura 1b
 Il-promozzjoni ta’ ambjent aktar favorevoli għall-mikrokreditu fl-Ewropa (13 03 24)
 Intestatura 2
 Il-klima tal-Baċir tal-Karpazji (07 03 17)
 Intestatura 3b
 Erasmus għall-Ġurnalisti (09 06 05)
 Intestatura 4
 Il-monitoraġġ ambjentali tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed u programm qafas komuni għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed (07 02 04)
 Intestatura 5
 Programm tal-amministrazzjoni pubblika tal-Erasmus (26 03 03)
 Anness: Id-DĠ responsabbli u l-persuni ta’ kuntatt
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKAU S-SIKUREZZA TAL-IKEL
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
 OPINION of the Committee on Transport and Tourism
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-PETIZZJONIJIET
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 - it-taqsimiet kollha (12699/2010 – C7-0202/2010 – 2010/2001(BUD)) u l-Ittri ta' emenda Nri 1/2011 (SEC(2010)1064), 2/2011 (SEC(2010)0000) u 3/2011 (SEC(2010)0000) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(3),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-prijoritajiet għall-baġit 2011 - Taqsima III - Il-Kummissjoni(4),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011(5),

–       wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 ippreżentat mill-Kummissjoni fis-27 ta' April 2010 (COM(2010)0300),

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Awwissu 2010 (12699/2010 - C7-0202/2010),

–       wara li kkunsidra l-Ittra ta' emenda Nru 1/2011 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 ippreżentata mill-Kummissjoni fil-15 ta' Settembru 2010,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 75b tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7–0284/2010),

TAQSIMA III

Kwistjonijiet u prijoritajiet ewlenin għall-baġit 2011

1.      Huwa fermament konvint li l-proċedura baġitarja skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tirrikjedi involviment politiku sħiħ u f'livell għoli tal-istituzzjonijiet kollha kkonċernati; jenfasizza li l-proċedura ta' konċiljazzjoni għandha l-għan li tirrikonċilja l-fehmiet taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja u li t-Test Konġunt dwar il-Baġit 2011 għad irid jiġi approvat miż-żewġ fergħat skont ir-regoli proprji tagħhom u l-Artikolu 314(7) tat-Trattat;

2.      Iqis li l-proċedura bil-miktub għall-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill hija partikolarment inadegwata għall-proċedura baġitarja, u dubjuża fl-assenza ta' approvazzjoni politika pubblika u ċara mill-Kunsill fil-livell ministerjali ta' biċċa leġiżlazzjoni essenzjali tal-UE;

3.      Huwa barra minn hekk imħasseb dwar kif għandha tiġi vvalutata l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit (AB) 2011 peress li t-tnaqqis adottat ma jikkorrispondix għal objettivi ddefiniti b'mod ċar u jidher, għall-kuntrarju, li huwa mqassam bl-addoċċ u b'mod radikali fil-baġit kollu kemm hu; iqis li tnaqqis arbitrarju fl-approprjazzjonijiet mhux konformi ma' bbaġitjar tajjeb;

4.      Iqis li d-dħul fis-seħħ tat-TFUE, li jsaħħaħ il-politiki tal-UE u joħloq oqsma ġodda ta' kompetenza - b'mod partikolari l-Politika Estera u ta' Siġurtà Komuni, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-ispazju, it-turiżmu, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-politika soċjali, il-politika tal-enerġija, il-ġustizza u l-affarijiet domestiċi - jimplika "lisbonizzazzjoni" tal-baġit u għalhekk jirrikjedi li ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jkunu koerenti u konsistenti fir-rigward tal-kapaċitajiet finanzjarji miżjuda;

5.      Ifakkar li, minkejja bidliet konsekuttivi fit-Trattat u responsabilitajiet miżjuda trasferiti fil-livell Ewropew, il-baġit tal-UE jammonta għal 1% biss tad-DGN; jopponi ruħu, konsegwentement, għat-tnaqqis kbir adottat mill-Kunsill;

6.      Jifhem it-tħassib espress minn xi delegazzjonijiet fil-Kunsill li l-pressjonijiet fuq il-baġits tal-Istati Membri huma partikolarment kbar għas-sena finanzjarja 2011 u li huwa saħansitra aktar meħtieġ li jsir iffrankar, iżda minkejja dan iqis li tnaqqis arbitrarju fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mhuwiex konformi ma bbaġitjar sod, u jqis barra minn hekk li tnaqqis arbitrarju fl-approprjazzjonijiet għall-impenji jipperikola l-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni li diġà kien hemm qbil dwarhom;

7.      Ifakkar, għal darba oħra, li l-baġit tal-UE m'għandu bl-ebda mod jitqies u jiġi vvalutat bħala sempliċi partita finanzjarja mdaħħla bħala piż fil-baġits nazzjonali, iżda, għall-kuntrarju, għandu jinftiehem bħala opportunità biex jiġu intensifikati dawk l-inizjattivi u l-investimenti li huma ta' interess u ta' valur miżjud għall-UE kollha kemm hi, u li l-parti l-kbira tagħhom huma kodeċiżi mill-Parlament u mill-Kunsill u li allura għandhom leġittimità anke fil-livell nazzjonali; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jiddefinixxu mekkaniżmu xieraq biex jevalwaw u jistmaw "l-ispiża tan-nuqqas ta' Ewropa" li jenfasizza l-iffrankar fil-baġits nazzjonali ġġenerat mill-ġbir flimkien tar-riżorsi;

8.      Itenni li n-natura komplementari tal-baġit tal-UE għall-baġits nazzjonali u l-impetus li joħloq ma għandhomx jiġu mrażżna u limitati permezz ta' tnaqqis arbitrarju li jirrappreżenta sehem żgħir ħafna (inqas minn 0,02%) meta mqabbel mal-baġits akkumulati tas-27 Stat Membru;

9.      Ifakkar li l-politiki relatati maż-żgħażagħ, mal-edukazzjoni u mal-mobilità ġew identifikati mill-Parlament bħala wħud mill-aktar prijoritajiet importanti tiegħu għall-baġit 2011, fost l-oħrajn kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament għall-mandat għat-trilogu, adottata f'Ġunju 2010, peress li huma partijiet essenzjali u meħtieġa tal-istrateġija tal-UE għall-irkupru ekonomiku u l-Istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza li ż-żieda proposta fl-approprjazzjonijiet għal numru magħżul ta' partiti baġitarji jaqdu kemm l-istrateġiji għal perjodu qasir ta' żmien kif ukoll dawk għal perjodu twil ta' żmien għall-futur tal-UE;

10.    Itenni l-konvinzjoni qawwija tiegħu li, f'kuntest ta' fondi limitati u riċessjoni ekonomika globali, il-finanzjament tal-politiki tal-UE għandu jkun sorveljat mill-qrib biex jiġi evitat infiq li ma jkunx immotivat minn objettiv ċar u identifikabbli, filwaqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh il-valur miżjud Ewropew tal-baġit tal-UE, peress li huwa espressjoni ta' solidarjetà u effiċjenza billi jinġabru flimkien ir-riżorsi finanzjarji li inkella jkunu mferrxin fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza wkoll li parti kbira ħafna mill-infiq baġitarju tal-UE jappoġġa investimenti fuq perjodi twal ta' żmien li huma meħtieġa biex jiġi stimolat it-tkabbir ekonomiku tal-UE;

11.    Jirrimarka li l-marġni li hemm fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ma jippermettux spazju reali għall-immanuvrar, speċjalment fis-subintestaturi 1a u 3b u l-intestatura 4, u jnaqqsu l-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi għal bidliet fil-politika u bżonnijiet mhux previsti filwaqt li żżomm il-prijoritajiet tagħha; jirrimarka li l-ambitu tal-isfidi li qed taffaċċja l-UE jirrikjedi mezzi li jmorru lil hinn sew mil-limiti masimi attwali tal-qafas finanzjarju multiannwali; ifakkar, f'dan ir-rigward, li huwa assolutament meħtieġ eżami baġitarju sostanzjali u li ma jistax jiġi evitat li ssir reviżjoni immedjata tal-limiti massimi tal-MFF attwali kif ukoll ta' xi dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba minħabba d-diversi sfidi u prijoritajiet ġodda li nqalgħu;

12.    Iħeġġeġ lill-Kunsill biex iqis bis-sħiħ il-kundizzjonijiet ċari stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013 ((COM(2010)0072 - 2010/0048(APP)) li fuq fuq il-bażi tagħhom il-Parlament se jagħti l-approvazzjoni tiegħu lir-Regolament MFF, kif preist mit-TFUE;

13.    Ifakkar li l-finanzjament tal-prijoritajiet tiegħu u tal-politiki l-ġodda li ġejjin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona ma setax ikun possibbli bil-limiti massimi tal-MFF; jenfasizza li, sabiex jiġu ffaċilitati n-negozjati fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, ippropona, filwaqt li kellu jagħmel kompromessi serji, il-finanzjament ta' dawn il-politiki fl-osservanza tal-limiti massimi; jirrimarka, madankollu, li dan jista' jirnexxi biss permezz tat-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet f'linji baġitarji oħrajn speċifiċi u magħżula b'attenzjoni;

14.    Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, jirrifjuta li jikkunsidra ċ-ċifra globali tal-pożizzjoni tal-Kunsill bħala mira finali li wieħed jasal għalija billi jnaqqas jew iżid l-infiq f'linji differenti mingħajr valutazzjoni dettaljata tal-ħtiġijiet reali;

15.    Ifakkar li din il-prattika tal-Kunsill jista' jkollha impatt fuq ir-rata ta' eżekuzzjoni għall-impenji għall-istess sena, billi tnaqqas ir-rata li biha jiġu ffirmati kuntratti ġodda, speċjalment fl-aħħar tliet xhur tas-sena, biex b'hekk jinħoloq taqlib fiċ-ċikli ta' ħajja multiannwali tal-programmi tal-UE;

16.    Huwa tal-fehma ġenerali li m'għandux jitnaqqas l-infiq amministrattiv f'appoġġ għall-programmi tal-UE, sabiex jiġi garantit li jiġu implimentati malajr u jiġu ggarantiti wkoll il-kwalità u sorveljanza adegwata tagħhom; għalhekk ireġġa' lura t-tnaqqis kollu li għamel il-Kunsill fir-rigward tal-linji ta' ġestjoni amministrattiva ta' dawk il-programmi;

Dwar is-subintestatura 1a

17.    Ifakkar li, bħala prijoritajiet orizzontali tal-PE għall-baġit 2011, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u l-mobilità jirrikjedu, fid-diversi politiki, investiment immirat transsettorjali bħala mezz kif jitrawwem it-tkabbir u l-iżvilupp fl-UE; jiddikjara, għalhekk, ir-rieda tiegħu li jżid l-approprjazzjonijiet għall-Programmi kollha relatati ma' dawk il-prijoritajiet, jiġifieri t-Tagħlim Tul il-Ħajja, "Persuni" u "Erasmus Mundus";

18.    Iqis, b'mod partikolari, li l-mobilità tal-impjiegi għaż-żgħażagħ hija strument kruċjali biex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' suq tal-impjiegi kompetittiv u dinamiku fl-Ewropa u, bħala tali, jeħtieġ li jingħata spinta; għalhekk huwa favorevoli għal żieda fl-approprjazzjonijiet għas-Servizz Ewropew għall-Impjiegi u jappoġġa b'mod qawwi għal dan il-għan it-tnedija tal-azzjoni preparatorja "L-ewwel impjieg EUERES tiegħek", li għandu l-għan li jgħin liż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tal-impjiegi jew ikollhom aċċess għal impjiegi speċjalizzati fi Stat Membru ieħor tal-UE, bħala l-ewwel pass lejn programm mhux akkademiku speċifiku għall-mobilità taż-żgħażagħ;

19.    Jirrikonoxxi l-valur miżjud li tirrappreżenta r-riċerka ffinanzjata mill-UE li toħloq momentum fost l-isforzi u l-investimenti nazzjonali separati fil-qasam tar-riċerka, u speċjalment ir-riċerka relatata mal-enerġija, inkluż fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, u r-rwol ċentrali li għandhom l-SMEs fit-tkabbir u fir-rata tal-impjiegi fl-Ewropa; itenni għalhekk l-appoġġ tiegħu għall-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u speċjalment għall-programmi għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni u għall-Enerġija Intelliġenti, billi jżid l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet f'numru magħżul ta' linji; jinnota li għandha tiġi garantita l-implimentazzjoni mingħajr intoppi tal-programmi tar-riċerka u żvilupp biex jiġi evitat it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet fl-aħħar tal-perjodu baġitarju għal użu li ma jkunx dak li kienu maħsuba għalih;

20.    Huwa serjament imħasseb mill-fatt li r-riżorsi disponibbli mhumiex biżżejjed għall-finanzjament ta' politiki li huma fil-qalba tal-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi u mid-deterjorazzjoni ta' din is-sitwazzjoni minħabba l-finanzjament imminenti tal-Istrateġija Ewropa 2020; ifakkar li l-investiment f'politiki bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, it-trasport (b'mod partikolari t-TEN-Ts) u t-turiżmu għandu rwol kruċjali fl-ixprunar tat-tkabbir u l-impjiegi;

21.    Jemmen li huwa tal-akbar importanza li l-Awtoritajiet Finanzjarji Ewropej ġodda stabbiliti riċentament jiġu ffinanzjati mill-bidu nett b'mod xieraq u suffiċjenti li jippermettilhom jikkontribwixxu għall-istabilità tas-sistema finanzjarja Ewropea u internazzjonali;

22.    Huwa konvint li l-finanzjament tal-Impriża Konġunta tal-Euratom għall-ITER għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-ITER għas-snin 2012 u 2013; mhuwiex lest li jaċċetta r-ridistribuzzjoni fis-seba' programm qafas eżistenti għar-riċerka jiġu ffinanzjati l-ħtiġijiet finanzjarji li qed jiżdiedu u li m'għadhomx konformi mal-proposta oriġinali; iqis għalhekk li, fid-dawl tad-dewmien fl-implimentazzjoni, u sabiex jiġu mnedija n-negozjati mal-Kunsill dwar il-finanzjament futur tal-ITER, l-aktar għażla baġitarja adattata hija tnaqqis ta' XX miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet fil-linja 08 20 02;

23.    Jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li ddaħħal approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fl-intestatura dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri finanzjarji relatati mal-applikazzjonijiet approvati miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja; konsegwentament jerġa' jġib kif kien il-valur predefinit filwaqt li jinnota li jista' ma jkunx biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-2011;

24     Huwa konvint li hija meħtieġa perspettiva strateġika dwar is-sitwazzjoni tal-enerġija Ewropea; jinnota li l-Kummissjoni stabbiliet Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (SET) li għadu jinsab f'kundizzjonijiet finanzjarji mhux ċari; għalhekk ħoloq linji pro memoria għal bosta oqsma tal-pjan SET li għandhom isiru attivi dalwaqt;

Dwar is-subintestatura 1b

25.    Jinnota li l-pożizzjoni tal-Kunsill ma timmodifikax il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-impenji, u jenfasizza li din il-pożizzjoni dwar l-approprjazzjonijiet għall-impenji hija konformi sew mal-allokazzjonijiet stipulati fl-MFF, meta jitqies l-aġġustament tekniku għall-qafas finanzjarju għall-2011, kif previst fil-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Ġunju 2006;

26.    Jiddeplora l-approċċ restrittiv tal-Kunsill fir-rigward tal-ħlasijiet, li tnaqqsu b'EUR 1 075 miljun (nofshom għat-tlestija tal-perjodu ta' programmazzjoni 2006-2010) meta mqabbel mat-tbassir tal-Kummissjoni rigward il-bżonnijiet ta' ħlasijiet għall-2011; jenfasizza li dawn tal-aħħar diġà kienu ġew ivvalutati mill-Parlament Ewropew li setgħu possibilment ġew sottovalutati u li l-approċċ tal-Kunsill jista' jpoġġi f'riskju l-irkupru meħtieġ tal-implimentazzjoni tal-programmi wara l-bidu bil-mod tagħha fil-bidu tal-perjodu 2007-2013, kif ukoll il-modifiki leġiżlattivi riċenti li kien hemm qbil dwarhom bejn il-Parlament u l-Kunsill fil-qafas tal-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku;

27.    Għalhekk ireġġa' lura għal-livell tal-AB it-tnaqqis li għamel il-Kunsill fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, filwaqt li jżomm mal-pożizzjoni inizjali tiegħu li l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jippreżentaw u jadottaw malajr baġit emendatorju f'każ li l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jirriżultaw mhux biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet; jilqa' bi pjaċir id-dikjarazzjoni tal-Kunsill f'dan ir-rigward;

28.    Ifakkar li l-Istrateġija tal-UE għall-Pjan ta' Azzjoni għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tiddikjara li l-azzjonijiet proposti għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiġu ffinanzjati minn sorsi eżistenti, inklużi l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni; jirrimarka li l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-SBSR tal-UE jiddikjaraw li l-Istrateġija tiddependi minn użu aktar effiċjenti ta' strumenti u fondi eżistenti tal-UE, u kif ukoll riżorsi u strumenti finanzjarji oħra eżistenti; jenfasizza li din l-Istrateġija trid tingħata rikonoxximent u finanzjament xieraq;

Dwar l-intestatura 2

29.    Jirrimarka li l-għan ewlieni tal-PAK għandu jkun li tipprovdi stabilità fis-suq, is-sigurtà tal-ikel, prezzijiet ġusti għall-bdiewa, inkluż il-ħarsien tal-ambjent u tal-pajsaġġ, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex fil-baġit 2011 tipprovdi lqugħ finanzjarju għall-mezzi meħtieġa għall-aċċess iffaċilitat għall-finanzjament, f'każ li s-suq jgħaddi minn perjodu ta' volatilità fl-2011;

30.    Jirrikonoxxi l-benefiċċju ta' EUR 300 miljun f'finanzjament eċċezzjonali għas-settur tal-prodotti tal-ħalib li sar provvediment għalih fil-Baġit 2010; jappoġġa l-ħolqien ta' linja baġitarja ġdida bħala fond għas-settur tal-ħalib biex jingħata appoġġ għall-modernizzazzjoni, għad-diversifikazzjoni u għar-ristrutturar u biex titjieb il-kummerċjalizzazzjoni; jirrimarka li l-Kummissjoni diġà approvat fond għas-settur tal-ħalib;

31.    Iqis li l-programm ta' appoġġ nazzjonali għas-settur tal-inbid għandu jinżamm, għalkemm f'livell imnaqqas; jirrimarka li, fil-mument tar-riforma tas-sistema għas-suq tal-inbid, il-Kummissjoni kienet iddikjarat b'mod ċar li din ir-riforma kellha tkun newtrali fir-rigward tal-baġit;

32.    Jenfasizza li l-Parlament b'mod ċar ma qabilx mal-użu ta' approprjazzjonijiet għal annimali ħajjin li għandhom jintużaw fi ġlied letali bejn il-barrin u jirrimarka li jistenna li l-Kummissjoni tiżgura li din ir-restrizzjoni tibda titħaddem;

33.    Iqis li l-Iskema ta' Frott fl-Iskejjel u l-Iskema tal-Ħalib fl-Iskejjel huma programmi importanti f'termini ta' inkuraġġiment ta' dieta tajba għas-saħħa fost it-tfal; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jiżdied il-finanzjament għal dawn iż-żewġ skemi u jiddeċiedi li jżid aktar l-approprjazzjonijiet tagħhom; jenfasizza l-importanza tal-programm għall-persuni l-aktar fil-bżonn, u jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet tiegħu, iżda jfakkar li għandu jiġi implimentat fid-dawl tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali;

34.    Jappoġġa, f'konformità mal-prijoritajiet tiegħu, il-ħolqien ta' proġett pilota bl-għan li jippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-bdiewa żgħażagħ, b'mod partikolari fir-rigward tal-isfidi li li jiffaċċja s-settur agrikolu Ewropew;

35.    Huwa konvint li l-LIFE+ (strument finanzjarju għall-ambjent għall-perjodu 2007-2013) għandu jissaħħaħ iktar biex jikkonforma mal-miżuri addizzjonali; jenfasizza li l-preokkupazzjonijiet ambjentali huma prijorità fil-politika ambjentali u agrikola u li żieda fil-finanzjament hija kruċjali biex tiġi ppreservata n-natura u l-bijodiversità; iqis li minbarra l-LIFE+, il-kriterji tal-iżvilupp sostenibbli għandhom jiġu integrati fl-istrumenti rilevanti kollha tal-UE;

Dwar is-subintestatura 3a

36.    Iqis li bosta programmi, bħall-programm għall-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-programm ta' Stokkolma, u jtenni l-appoġġ tiegħu għall-programm Daphne - il-ġlieda kontra l-vjolenza, li fil-qafas tiegħu bosta programmi jistħoqqilhom li jingħataw finanzjament iżda ma jistgħux jiġu ffinanzjati minħabba l-iskarsità ta' approprjazzjonijiet, kif ukoll programm ta' prevenzjoni tal-abbuż tad-drogi u informazzjoni; f'dan il-kuntest, jagħmel enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa, inkluż permezz tal-abort furzat, il-mutilazzjoni ġenitali femminili, l-isterilizzazzjoni furzata jew kwalunkwe trattament krudili, inuman jew degradanti;

37.    Minħabba l-livell fqir ta' informazzjoni dwar il-passi li jmiss tal-proġett SIS II ippreżentata lill-Parlament, iqis li l-aktar mezz xieraq biex tinkiseb l-informazzjoni mitluba dwar it-tijib meħtieġ hija riżerva għall-approprjazzjonijiet;

38.    Iqis li l-ippjanar inkluż fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa t-talbiet tal-Parlament għal informazzjoni dwar it-titjib meħtieġ u ħarsa ġenerali sħiħa lejn l-ibbaġitjar tas-SIS II;

Dwar is-subintestatura 3b

39.    Ifakkar li l-intestatura 3b tinkludi politiki li għandhom impatt dirett fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej u huwa assolutament konvint li l-potenzjal reali ta' din l-intestatura ma jistax jiġi sfruttat għalkollox bil-marġni limitat stabbilit mill-MFF attwali; jenfasizza li l-finanzjament propost ta' dawn l-istrumenti mill-Kunsill ma jikkorrispondix għall-prijoritajiet ċentrali koperti minn din l-intestatura, u jenfasizza b'mod partikolari li r-rati għoljin ħafna ta' implimentazzjoni tal-programmi relatati maż-żgħażagħ s'issa juru li jistħoqqilhom investiment ħafna iktar b'saħħtu;

40.    Itenni l-intenzjoni tiegħu li jżid l-approprjazzjonijiet għall-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni, il-Logħob tas-Sajf tal-Olimpjadi Speċjali Dinjija, iċ-Ċentri ta' Informazzjoni u l-azzjoni preparatorja li għadha għaddejja fil-qasam tal-isport; jieħu nota tal-inizjattiva tal-Kunsill li jippreżenta azzjoni preparatorja ġdida dwar siti kommemorattivi fl-Ewropa u huwa tal-opinjoni li din l-azzjoni preparatorja tista' tippromwovi ċ-ċittadinanza tal-UE billi tippreserva u tiffaċilita l-aċċess għal siti storiċi ta' memorja Ewropea kondiviża;

Dwar l-intestatura 4

41.    Huwa assolutament konvint li r-rwol tal-UE bħala parteċipant globali ma jistax jiġi ffinanzjat kif suppost fil-limiti tal-marġni pprovduti fl-MFF, u li dan in-nuqqas ta' mezzi m'għandux jiġi indirizzat miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja permezz ta' kompromessi tal-aħħar minuta mingħajr riflessjoni xierqa dwar il-ħtiġijiet fuq perjodu medju ta' żmien; ifakkar li eżami tal-MFF u reviżjoni tal-limitu massimu tal-intestatura 4 biex jitqiesu l-ħtiġijiet li nqalgħu u li ma setgħux ikunu previsti fl-2006 huma kundizzjoni sine qua non għall-ġestjonabilità u s-sostenibilità ta' din l-intestatura;

42.    Huwa tal-fehma li, fil-kuntest tal-ispazju estremament ristrett għall-immanuvrar f'din l-intestatura u fl-isforz biex ikun hemm iffrankar li nbeda mill-Kunsill, il-finanzjament tal-prijoritajiet jista' biss jiġi garantit permezz ta' tnaqqis magħżul ta' approprjazzjonijiet f'numru limitat ta' linji baġitarji; iqis li l-approprjazzjonijiet previsti għall-għajnuna għar-riabilitazzjoni tal-Afganistan u għall-Għajnuna Makrofinanzjarja jistgħu jitnaqqsu parzjalment mingħajr ma jiġu affettwati ħażin sostanzjalment l-operazzjonijiet; fl-istess spirtu, jiddeċiedi li jerġa' jġib l-approprjazzjonijiet għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni għal-livell li kienu fih fil-Baġit 2010, kif permess mill-punt 42 tal-IIA;

43.    Itenni l-impenn tiegħu li ma jnaqqasx b'mod arbitrarju l-approprjazzjonijiet għall-għajnuna lill-Palestina, għall-proċess ta' paċi u għall-UNRWA; itenni madankollu l-konvinzjoni qawwija tiegħu li d-diskrepanza bejn l-għajnuna finanzjarja globali tagħha - peress li l-UE kollha kemm hi hija l-akbar donatur - u l-influwenza limitata li għandha fuq il-proċess ta' paċi la hija ġustifikata u lanqas tista' tinftiehem u jeħtieġ li tiġi indirizzata b'mod komprensiv, speċjalment fil-kuntest tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li nħoloq dan l-aħħar;

44.    Itenni l-oppożizzjoni tiegħu għar-ridistribuzzjoni proposta ta' approprjazzjonijiet minn bosta strumenti u programmi għall-Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana u għall-Istrument għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati (ICI+), li l-finanzjament tagħhom ma kienx previst meta ġie adottat l-MFF attwali, iżda jtenni madankollu l-appoġġ tiegħu għal dawn l-istrumenti; jenfasizza li l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp ma jistax jitqies bħala fond li jista' jsir rikors għalih għall-finanzjament ta' ħtiġijiet ġodda li jinqalgħu fil-qasam tal-intestatura 4, iżda li nħoloq u ġie ffinanzjat għal lista speċifika ta' objettivi li l-UE, f'diversi okkażjonijiet, impenjat ruħha li tilħaq; jistieden għalhekk lill-Kunsill biex jasal għal qbil dwar finanzjament multiannwali għal dawn il-miżuri bil-mezzi kollha pprovduti mill-IIA;

45.    Jiddeċiedi li jqiegħed parti mill-approprjazzjonijiet għall-ambjent u għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali f'riżerva, sakemm il-Kummissjoni tippreżenta dokument li jorbot politikament li juri li l-pakett finanzjarju "ta' bidu mgħaġġel" għall-klima huwa verament addizzjonali, li jalloka riżorsi tal-UE lil reġjuni sħab b'mod ġeografikament ibbilanċjat u li mhuwiex għad-detriment ta' programmi eżistenti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, kif ukoll informazzjoni ċara dwar il-kriterji għall-għażla tal-benefiċjarji u dettalji ta' ftehimiet ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw;

46.    Iniedi approċċ integrat rigward l-appoġġ mill-UE għall-Kummerċ Ġust fit-titli baġitarji kollha;

47.    Iqis li, f'konformità man-negozjati bejn l-erba' partijiet dwar it-twaqqif tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandu jkun hemm bħala objettiv l-identifikazzjoni mtejba tal-missjonijiet tal-PESK u tal-PDSK, fl-interess ta' trasparenza mtejba u tal-faċilitazzjoni tas-sorveljanza baġitarja; jiddeċiedi, bħala konsegwenza, li jaqsam il-linji 19 03 01, 19 03 03 u 19 03 07 biex joħloq linji baġitarji separati għall-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, u l-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan, li huma l-missjonijiet ewlenin imwettqa taħt il-PESK/PDSK għas-sena 2011;

48.    Iqis, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi, li s-sħubija bejn l-UE u l-Istati Uniti għandha tiġi identifikata b'mod ċar permezz tal-ħolqien ta' linja baġitarja speċifika dwar "Il-Kooperazzjoni mal-Istati Uniti";

49.    Huwa konvint li hija meħtieġa żieda oħra fil-pakkett finanzjarju biex tiġi appoġġata l-komunità Ċiprijotta Torka biex jiġi żgurat finanzjament adegwat tal-ħidma tal-Kumitat dwar il-Persuni Neqsin f'Ċipru kif ukoll il-proġetti ta' restawr tal-Kumitat Tekniku dwar il-Patrimonju Kulturali; iqis li l-ħidma ta' dawn il-kumitati hija ta' importanza kbira ħafna għaż-żewġ komunitajiet f'Ċipru;

Dwar l-intestatura 5

50.    Jirrifjuta l-pożizzjoni ġenerali tal-Kunsill dwar l-infiq fl-intestatura 5, li tikkonsisti fi tnaqqis ġenerali ta' iktar minn EUR 115-il miljun, li ġej min-nuqqas ta' bbaġitjar tal-aġġustament ta' 1,85% għas-salarji u l-pensjonijiet, tnaqqis globali għal-linji baġitarji tal-Iskejjel Ewropej, li jmur kontra l-prijoritajiet tal-Parlament dwar iż-Żgħażagħ-Edukazzjoni-Mobilità;

51.    Jenfasizza li approċċ restrittiv bħal dan, filwaqt li jwassal għal iffrankar fuq terminu qasir ta' żmien għall-baġit tal-UE u għall-Istati Membri, jipperikola l-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi tal-UE; jenfasizza wkoll li l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom, speċjalment wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

52.    Għalhekk ireġġa' lura b'mod ġenerali t-tnaqqis li sar mill-Kunsill, filwaqt li jqiegħed f'riżerva l-ammonti li jikkorrispondu għall-aġġustament ta' 1,85% tas-salarji sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti s-sentenza tagħha; iqis li l-ibbaġitjar ta' dan l-infiq huwa ġestjoni baġitarja soda u prudenti;

53.    Jerġa' jġib kif kienet l-Abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis l-ieħor kollu msemmi hawn fuq ħlief għal dak relatat mal-konferenzi, laqgħat u kumitati; iqis li t-tnaqqis li sar għall-baġit tal-Iskejjel Ewropej huwa inaċċettabbli; jistagħġeb barra minn hekk kif il-Kunsill jista' jistma l-livelli ta' persunal possibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni b'aktar preċiżjoni mill-Kummissjoni nnifisha;

54.    Jitlob lill-Kunsill biex jadotta malajr l-Ittra ta' Emenda Nru 1/2011, biex is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jkun jista' jibda jaħdem b'riżorsi adegwati fil-bidu nett tal-2011, iżda jiddeċiedi li jqiegħed l-approprjazzjonijiet f'riżerva sakemm ikun hemm aktar konsultazzjoni mal-korpi rilevanti tal-Parlament mill-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-prijoritajiet li għandhom jintlaħqu permezz tar-riżorsi li jsiru disponibbli wara l-fużjoni tal-istrutturi attwali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill;

55.    Jistabbilixxi riżervi għal ċerti linji amministrattivi, sakemm jittieħdu azzjonijiet, jingħata segwitu jew isiru proposti speċifiċi mill-Kummissjoni jew bil-ħsieb li tinkiseb informazzjoni addizzjonali minnha; jitlob b'mod partikolari li ssir reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji u l-applikazzjoni stretta tiegħu rigward il-modalitajiet għall-allokazzjoni tal-pensjonijiet ta' ex membri biex jiġu rilaxxati wħud mir-riżervi;

Dwar l-aġenziji

56.    Japprova, bħala reola ġenerali, l-estimi tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet baġitarji tal-aġenziji u jirrifjuta l-prinċipji li fuqhom kienet ibbażata l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-baġits tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE meta mqabbla mal-2010, jiġifieri:

- il-limitazzjoni taż-żieda għal 1,5% għall-aġenziji li mexjin b’ritmu stabbli,

- il-limitazzjoni taż-żieda għal 3% għall-aġenziji li ġew fdati b'kompiti ġodda,

- bin-nofs biss tal-postijiet mitluba,

- l-ebda modifika għall-proposta tal-Kummissjoni għal aġenziji ġodda;

57.    Iqis, madankollu, li s-sussidju tal-UE għall-aġenziji li jiġbru d-drittijiet m'għandux jitnaqqas bl-ammont ta' dħul assenjat, bl-għan li jkollhom il-flessibilità baġitarja adegwata minħabba l-volatilità tad-drittijiet miġbura;

58.    Jiddeċiedi wkoll li jżid l-allokazzjoni tal-baġit 2011 għat-tliet aġenziji ġodda għas-superviżjoni finanzjarja f'konformità mal-estimi disponibbli tal-impatt baġitarju tal-eżitu tan-negozjati mal-Kunsill, kif ukoll li jistabbilixxi riżerva għall-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, sa ma jkun hemm ir-riżultat tal-proċedura ta' kwittanza għall-2008, li jżid il-finanzjament tal-UE għall-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, f'konformità mal-prijoritajiet tal-Parlament, kif ukoll li jżid l-allokazzjoni baġitarja għall-Aġenzija għall-Kontroll tas-Sajd sabiex tkun f'pożizzjoni li twettaq l-obbligi tagħha ta' kontroll fl-ibħra internazzjonali;

Dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji

59.    Jenfasizza li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, adottati f'numru limitat, tqiesu u ġew ivvalutati bir-reqqa, anke fid-dawl tal-ewwel valutazzjoni utli u kostruttiva mill-Kummissjoni f'Lulju 2010, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' azzjonijiet diġà koperti minn programmi eżistenti tal-UE; ifakkar li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji għandhom l-għan li jifformulaw prijoritajiet politiċi u li jintroduċu inizjattivi ġodda li jistgħu jsiru attivitajiet u programmi futuri tal-UE;

***

TAQSIMIET I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX

Qafas Ġenerali

60.    Ifakkar li l-istituzzjonijiet għandhom ifasslu l-baġits tagħhom fuq il-bażi ta' ġestjoni soda u effiċjenti u, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-effetti tal-kriżi ekonomika attwali, jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jużaw ir-riżorsi b'mod effikaċi, b'mod li jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont it-Trattat ta' Lisbona filwaqt li, fl-istess ħin, ifittxu li jiffrankaw fejn ikun possibbli;

61.    Jiġbed l-attenzjoni għall-kawża li għadha għaddejja mressqa mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-aġġustamenti tas-salarji u ddeċieda li jdaħħal l-approprjazzjonijiet f'riżerva, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-prudenza baġitarja, li jkopru l-effetti għall-2011 jekk il-Qorti taqtagħha favur il-Kummissjoni rigward l-aġġustament ikkonċernat ta' 1,85% għas-salarji;

62.    Jinnota li l-Kunsill naqqas l-approprjazzjonijiet fir-rigward tal-Kroazja, bl-użu ta' ipotesi ta' ħidma differenti dwar id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja minn dik tal-Kummissjoni; jiddeċiedi, fin-nuqqas ta' elementi ġodda li jiġġustifikaw modifika f'dan il-waqt, li jimxi mal-approċċ tal-Kummissjoni;

63.    Iddeċieda, wara valutazzjoni tat-talbiet ta' kull istituzzjoni, li jreġġa' lura parti mit-tnaqqis li sar mill-Kunsill għall-baġit tal-istituzzjonijiet f'dawk il-każijiet fejn it-talbiet speċifiċi ta' kull waħda mill-istituzzjonijiet jitqiesu li huma ġustifikati għalkollox;

64.    Jenfasizza li n-nuqqas tal-Kunsill s'issa li jasal għal pożizzjoni dwar il-Baġit Emendatorju 2/2010 għall-Kumitat tar-Reġjuni u għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ma jħalli l-ebda għażla oħra ħlief li l-kontenut ta' dak il-Baġit Emendatorju jsir parti mid-diskussjoni dwar il-baġit għall-2011;

Taqsima 1 - Il-Parlament Ewropew

Il-qafas ġenerali

65.    Jenfasizza li n-negozjati seħħew matul żewġ laqgħat ta' qabel il-konċiljazzjoni f'Marzu u f'April 2010 u li, fir-rigward ta' numru kbir ta' kwistjonijiet, inkisbu riżultati ċari fl-istadju ta' meta ġew stabbiliti l-estimi; jilqa' bi pjaċir ir-rieda tajba u n-natura kostruttiva ta' dawk il-laqgħat; jilqa' l-fatt li l-Ittra ta' Emenda adottata mill-Bureau f'Settembru 2010 ma timplikax bidliet kbar fl-estimi;

66.    Huwa konxju li jrid jinstab bilanċ diffiċli iżda sodisfaċenti bejn il-ħtieġa li jiġu implimentati għalkollox il-kompiti tal-Parlament kif stipulati fit-Trattat ta' Lisbona, li ma jeħtiġux li jiżdiedu r-riżorsi, u l-applikazzjoni ta' prinċipji baġitarji sodi u trażżin fi żmien ta' kriżi finanzjarja; għalhekk iċċekkja l-linji baġitarji differenti fid-dettall u għamel xi adattamenti għall-approprjazzjonijiet imdaħħla fl-estimi;

67.    Jirrimarka li l-livell globali tal-baġit tiegħu jammonta għal EUR 1 700 349 283% sehem ta' 20.21% tal-infiq fl-intestatura 5 (approprjazzjonijiet amministrattivi) tal-qafas finanzjarju multiannwali, jiġifieri huwa konformi mar-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu fis-sens li l-infiq għandu jkun madwar il-livell ta' 20%;

68.    Jenfasizza, f'dan ir-rigward, li ż-żidiet konsiderevoli tal-kompetenzi skont it-Trattat ta' Lisbona u l-ħtiġijiet konsegwenti ta' persunal u riżorsi oħrajn, ġew assorbiti f'dan l-ammont;

69.    Jinnota li l-ammont finali deċiż mill-awtorità baġitarja jirrappreżenta tnaqqis nett ta' EUR 6 198 071 meta mqabbel mal-Abbozz ta' baġit u EUR 25 029 014 meta mqabbel mal-proposti inizjali għall-baġit qabel il-konċiljazzjoni mal-Bureau;

70.    Iżomm mal-pożizzjoni tiegħu li, fi kwalunkwe każ, politika ta' identifikazzjoni ta' ffrankar kull fejn ikun possibbli u tiftix kontinwu ta' riorganizzazzjoni u ridistribuzzjoni tar-riżorsi eżistenti huma elementi kruċjali tal-politika baġitarja tiegħu, speċjalment f'dan iż-żmien ta' kriżi ekonomika;

Riżorsi umani

71.    Jinnota l-enfasi qawwija fuq l-assistenza indiretta għall-membri proposta mill-Bureau u approvata mill-Kumitat għall-Baġits, filwaqt li ssaħħu b'mod ċar oqsma bħall-kapaċità ta' riċerka u analiżi tal-politika tal-Parlament, is-servizzi tal-librerija, id-dipartimenti tal-politika u oqsma relatati; ifakkar li dan huwa l-komplement korrispondenti, wara r-rwol ġdid u aktar b'saħħtu tal-Parlament, għall-miżuri ta' assistenza diretta li diġà kienet ingħatatilhom spinta fil-baġit 2010 u fil-Baġit Emendatorju 1/2010;

72.    Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-estimi għall-2011 u l-organigramma ta' magħha tat-18 ta' Mejju 2010; issa jiddeċiedi li jagħmel ftit aġġustamenti kif deskritt fil-paragrafi li ġejjin:

73.    Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu li jagħti spinta lill-kapaċità tas-servizzi tal-librerija, billi jikkonferma 15-il kariga ġdida għall-2011 u jittrasforma 13-il aġent kuntrattwali f'karigi permanenti bħala parti minn dan il-proċess; jiddeċiedi li jnaqqas l-approprjazzjonijiet relatati ma' 8 minn dawn il-karigi bil-ħsieb li jiddaħħlu ftit ftit ir-reklutaġġi fuq perjodu ta' sentejn;

74.    Iddeċieda li jżomm f'riżerva l-approprjazzjonijiet marbuta ma' 30 kariga (6 AD5 u 24 AST1) għal 'setturi oħra' sakemm tasal l-informazzjoni addizzjonali mitluba;

75.    Jiddeċiedi li japprova l-internalizzazzjoni tas-servizz ta' akkreditazzjoni, kif issuġġerit fl-Ittra ta' Emenda u, konsegwenza ta' dan, li joħloq 16-il kariga ġdida fl-organigramma (1 AD5 u 15 AST1) u li jagħmel disponibbli l-approprjazzjonijiet korrispondenti;

76.    Japprova, b'segwitu għall-Ittra ta' Emenda, il-miżuri li ġejjin li huma newtrali fir-rigward tal-baġit:

- il-bdil ta' 5 karigi temporanji eżistenti f'karigi permanenti (minn 1 AD9T għal 1 AD5P, minn 1 AD8T għal 1 AD5P, minn 1 AD5T għal 1 AD5P u minn 2 AST3T għal 2 AST1P),

- ir-rivalutazzjoni tal-grad ta' żewġ karigi temporanji minn AD11 għal AD12;

- il-bdil ta' 15-il kariga AST (5 AST10, 5 AST6 and 5 AST5) fi 15-il kariga AD5;

77.    Irrilaxxa EUR 3 miljun f'approprjazzjonijiet fir-riżerva fir-rigward tal-Kroazja, f'konformità mad-deċiżjoni preċedenti tiegħu dwar it-trasferiment C1/2010; u ttrasferixxa dawn il-fondi fil-partita baġitarja għar-reklutaġġ ta' aġenti temporanji;

Assistenza diretta lill-membri

78.    Wara d-dibattitu dettaljat preċedenti tiegħu dwar l-allowance għall-assistenti b'rabta mal-Baġit Emendatorju 1/2010, u l-proposti tal-Bureau għall-2011 għat-tieni parti tat-tisħiħ, jiddeċiedi li jżomm dawn l-approprjazzjonijiet f'riżerva; jinnota t-tweġibiet li waslu mingħand l-amministrazzjoni iżda jqis li mhumiex konklużivi biex jiġġustifikaw żieda oħra f'dan l-istadju; ifakkar fit-talba tiegħu għal informazzjoni kif ivvutata fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2011;

79.    Jirrifjuta t-talba tal-Bureau tiegħu li jgħolli l-grad tal-assistenti tal-Kwesturi minn AST 4 għal AST 8;

Politika tal-bini

80.    Immodifika l-intestatura tal-partita baġitarja 2 0 0 8 biex jipprovdi aktar trasparenza dwar id-diversi proġetti tal-bini;

81.    Jeżiġi li jinżamm infurmat fuq bażi regolari dwar l-iżviluppi l-ġodda għall-proġetti tal-bini b'impatt sinifikanti fuq il-baġit, bħal pereżempju pereżempju l-bini KAD u jistenna r-risposti fir-rigward tal-impatt finanzjarju fuq il-baġit ta' proġetti paralleli possibbli ta' bini fi Brussell;

Politika għall-komunikazzjoni u l-informazzjoni

82.    Jieħu nota tat-tweġiba mogħtija dwar l-istat attwali fir-rigward ta' Sistema għall-Ġestjoni tal-Għerf, li madankollu f'dan l-istadju tal-proġett għadha ma tistax tiġi vvalutata fir-rigward ta' jekk hux se tissodisfa l-aspettattivi li ħolqot; jenfasizza l-ħtieġa ta' skeda ta' żmien rigward l-implimentazzjoni ta' din is-sistema; ifakkar fit-talba tiegħu fir-riżoluzzjoni dwar il-linji gwida li din is-sistema tkun aċċessibbli faċilment għaċ-ċittadini Ewropej permezz tal-internet; jitlob informazzjoni rigward kif jista' jsir iffrankar wara l-implimentazzjoni tas-Sistema għall-Ġestjoni tal-Għerf;

83.    Jinnota li numru sinifikanti ta' membri għamlu mistoqsijiet rigward il-kontenut u l-istat attwali fir-rigward tal-proġett ta' mobilità tal-IT, li jistgħu jiġġustifikaw analiżi u diskussjoni aktar profonda; iddeċieda li għalissa jdaħħal l-approprjazzjonijiet relatati ma' dan il-proġett f'riżerva biex jippermetti li ssir din id-diskussjoni u analiżi;

84.    Jitlob li jinżamm infurmat dwar l-iżviluppi rigward il-WEB TV tal-Parlament u jiddeċiedi li jdaħħal EUR 1 miljun f'riżerva;

Kwistjonijiet marbuta mal-ambjent

85.    Itenni l-appoġġ tiegħu biex jibdew jitħaddmu b'mod effikaċi inċentivi u miżuri konkreti biex isir aktar użu u użu aħjar ta' mezzi ta' trasport li jniġġsu inqas mill-ajruplani u mill-karozzi, bħat-trasport pubbliku u r-roti, li jistgħu wkoll jgħinu biex jiġi identifikat iffrankar futur fuq partiti baġitarji bħal "vetturi";

86.    Fl-istess spirtu, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati miżuri oħrajn biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi kemm f'termini baġitarji kif ukoll ambjentali;

87.    Huwa sodisfatt li jista' jsir ftit aktar iffrankar fuq il-partita baġitarja għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Membri u l-partita għall-konsum tal-enerġija, liema ffrankar jammonta għal total ta' EUR 4 miljun;

Proġetti multiannwali u partiti oħra ta' nfiq

88.    Rigward id-Dar tal-Istorja Ewropea, jiddeċiedi li jdaħħal l-EUR 2,5 miljun mitluba għal aktar studji f'riżerva; jinnota li, sakemm titlesta l-valutazzjoni tal-proposti tal-periti, għad m'hemm disponibbli l-ebda stima ġenerali tal-ispiża globali tal-proġett; jirreferi wkoll għat-talbiet l-oħra li saru f'riżoluzzjonijiet differenti tal-Parlament li għadha ma ngħatat l-ebda tweġiba għalihom, bħall-kooperazzjoni possibbli mal-istituzzjonijiet l-oħrajn u ma' sħab interessati possibbli;

89.    Jiddeċiedi li jaġġusta l-approprjazzjonijiet għal numru addizzjonali ta' partiti baġitarji u li joħloq xi riżervi f'partiti baġitarji fejn il-ħtieġa eżatta ta' approprjazzjonijiet hija diffiċli li tiġi mbassra u jkunu jistgħu jinqalgħu ħtiġijiet addizzjonali possibbli jew, għall-kuntrarju, ikun jista' jsir iffrankar matul is-sena;

90.    Ifakkar li, matul l-istadju tal-estimi u l-proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Kumitat għall-Baġits tiegħu u l-Bureau, l-ammont inizjali ta' EUR 1.2 miljun ikkontemplati biex jiffinanzja d-deċiżjoni tal-Bureau li jintroduċi allowance għad-detenturi tal-kariga, tnaqqas gaħl EUR 400 000; ifakkar, barra minn hekk, li l-infiq relatat mal-allowance għad-detenturi tal-kariga jista' jiġi rimborżat biss fuq preżentazzjoni tad-dokumenti li jiġġustifikaw bis-sħiħ dawn l-ispejjeż; jinnota li żidiet oħra f'paragun mas-sena finanzjarja 2010 huma prinċipalment għat-tiġdid tal-istokk ta' artikli ta' rappreżentanza għas-servizizi protokolari; iqis li jekk dan l-istokk jiġġedded din is-sena, l-infiq għal dan il-punt x'aktarx li jitnaqqas fis-snin li ġejjin; Jenfasizza l-ħtieġa ta' prudenza baġitarja rigward it-talbiet għal missjonijiet bejn il-postijiet ta' ħidma tal-Parlament u missjonijiet oħrajn, kif ukoll rażan fir-rigward tal-ispejjeż ta' rappreżentanza, f'dawn iż-żminijiet ta' kriżi ekonomika; jilqa', għalhekk, it-tnaqqis ta' dawn l-ispejjeż matul is-sena f'paragun mal-bżonnijiet inizjali previsti;

Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja

91.    Jiddeċiedi li joħloq 29 kariga ġdida mid-39 mitluba, primarjament minħabba ż-żieda qawwija fin-numru ta' kawżi u l-ammont ta' xogħol konsegwenti li jwassal għal domanda addizzjonali għal ġuristi lingwisti u traduzzjoni (24 kariga minnhom huma relatati ma' dan) u numru limitat ta' żidiet oħra ġustifikati;

92.    Jinnota li matul il-qari tiegħu, il-Kunsill naqqas l-approprjazzjonijiet inklużi f'din il-partita b'mod li ma jirriflettix kif xieraq ir-rata għolja ta' okkupanza ta' karigi milħuqa mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-2009 u matul l-ewwel nofs tal-2010; iddeċieda għalhekk li t-tnaqqis ta' 3% impost mill-Kunsill (u ekwivalenti għal żieda fir-rata standard ta' tnaqqis minn 2,5% għal 5,5%) jeħtieġ li jitnaqqas għal 1% biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet neċessarji tal-organigramma u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha kif suppost;

93.    Jadotta pożizzjoni ta' kompromess fir-rigward ta' diversi linji ta' nfiq baġitarju, b'mod li jagħti aktar mill-Kunsill iżda inqas mill-abbozz ta' baġit; jagħmel eċċezzjoni għal xi nfiq relatat mal-IT fejn, b'segwitu għal rakkomandazzjonijiet ta' verifika esterna, jingħata l-ammont sħiħ f'żewġ linji;

Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri

94.    Jinnota li l-abbozz ta' baġit tal-Qorti ġie emendat biss b'mod marġinali mill-Kunsill u li, globalment, il-livelli li jirriżultaw jistgħu jiġu aċċettati; jinnota li, wara żieda ta' 32 kariga ta' awditur fl-aħħar sentejn, ma ntalab l-ebda persunal addizzjonali, għalkemm dan kien inizjalment ippjanat li jsir, f'eżerċizzju ta' awtolimitazzjoni;

95.    Jilqa' bi pjaċir l-impenn sistematiku tal-Qorti li tnaqqas l-ispejjeż ta' appoġġ amministrattiv tagħha u li tagħmel verifiki baġitarji interni; jixtieq li jesplora aktar kemm l-istituzzjonijiet l-oħra jistgħu jagħmlu użu mill-ħila esperta tal-Qorti f'dan il-qasam;

Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

96.    Jiddeċiedi li jintroduċi soluzzjoni ta' kompromess rigward il-karigi ġodda mitluba bħala konsegwenza tat-Trattat ta' Lisbona, f'konformità ma' dak li diġà kien ġie propost mill-Presidenza Spanjola fis-sajf, li tikkonsisti fil-ħolqien ta' 11-il kariga ġdida biex wieħed ilaħħaq mal-kompetenzi u l-ammont ta' xogħol miżjuda kif ġej: 6 AD5, 3 AD9 temporanji u 2 AST3;

97.    Jinnota li dawn il-karigi huma maħsuba, inter alia, biex jagħtu spinta lill-kapaċità tal-Kumitat fl-oqsma tal-ħidma konsultattiva, il-programmazzjoni u r-relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili u li jsibu pożizzjoni ta' kompromess aċċettabbli bejn it-talbiet oriġinali tal-Kumitat u l-abbozz ta' baġit tal-Kunsill;

98.    Wara li ħa nota tar-rati attwali ta' postijiet battala u wara li sema' l-Kumitat dwar din il-kwistjoni, jiddeċiedi li japplika rata ta' tnaqqis ta' 4,5% fuq is-salarji, minflok il-5,5% ssuġġerita mill-Kunsill, biex ma jfixkilx ir-reklutaġġ effikaċi għall-karigi battala;

99.    Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi implimentata mingħajr dewmien fil-prinċipju d-deċiżjoni tal-Kumitat li jirrimborża l-biljetti tat-trasport tal-Membri tiegħu fuq il-bażi tal-ispejjeż reali u li jabbanduna s-sistema b'rata fissa attwalment possibbli; jilqa' bi pjaċir din id-deċiżjoni fil-prinċipju, għamel disponibbli l-approprjazzjonijiet relatati ma' din il-bidla fis-sistema u se jkompli jsegwi din il-kwistjoni;

100.  Jaqbel ma' numru limitat ta' żidiet meta mqabbel mal-qari tal-Kunsill, filwaqt li xorta jsir iffrankar fuq l-AB, fir-rigward ta' diversi linji ta' nfiq ta' appoġġ;

Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni

101.  Jiddeċiedi li jintroduċi soluzzjoni ta' kompromess rigward il-karigi ġodda mitluba bħala konsegwenza tat-Trattat ta' Lisbona, f'konformità ma' dak li diġà kien ġie propost mill-Presidenza Spanjola fis-sajf, li tikkonsisti fil-ħolqien ta' 18-il kariga ġdida biex wieħed ilaħħaq mal-kompetenzi u l-ammont ta' xogħol miżjuda kif ġej: 2 AD9, 5 AD7, 7AD5, 2 AST3 u 2 AST1;

102.  Jinnota li dawn il-karigi huma maħsuba, inter alia, biex jagħtu spinta lill-kapaċità tal-Kumitat fl-oqsma tas-sussidjarjetà, il-koeżjoni territorjali, il-valutazzjonijiet tal-impatt, il-ħidma konsultattiva u attivitajiet interreġjonali estiżi;

103.  Jiddeċiedi li jintroduċi rata ta’ tnaqqis ġenerali ta’ 5% wara li sema' l-argumenti tal-Kumitat rigward il-livelli ta' reklutaġġ u r-rati ta' postijiet battala;

104.  Jadotta pożizzjoni ta' kompromess bejn it-talbiet tal-Kumitat u t-tnaqqis tal-Kunsill f'diversi linji ta' nfiq ta' appoġġ;

Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew

105.  Iqis l-AB ta' din l-Istituzzjoni bħala sodisfaċenti fil-parti l-kbira tiegħu u jinnota wkoll li kien hemm ftit ħafna bidliet introdotti mill-Kunsill;

106.  Jenfasizza, madankollu, li huwa tal-fehma opposta mill-Kunsill rigward il-ħolqien ta' kariga temporanja waħda li m'għandha l-ebda impatt baġitarju, peress li l-istess infiq qiegħed isir bħalissa fuq kuntratti, u għalhekk jiddeċiedi li japprovaha;

Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

107.  Meta jitqies l-ammont totali ta' xogħol ta' din l-istituzzjoni, fuq il-bażi tal-obbligi li kienu jeżistu preċedentament u l-obbligi l-ġodda skont it-Trattat ta' Lisbona, li jwasslu għal aktar konsultazzjonijiet dwar leġiżlazzjoni li jkollha impatt fuq il-protezzjoni tad-data, iddeċieda li joħloq 2 karigi ġodda għall-2011 (1 AD6 u 1 AD9);

108.  Adotta approċċ restrittiv rigward żidiet mitluba f'linji oħrajn u jitlob lill-Kontrollur biex jimmaniġġja dawk il-ħtiġijiet internament fil-limiti tal-baġits eżistenti;

***

109.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati.

(1)

ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)

Testi adottati, P7_TA(2010)0086.

(5)

Testi adottati, P7_TA(2010)0205.


NOTA SPJEGATTIVA

I.         Introduzzjoni

1.        It-Trattat ta’ Lisbona (TL) jintroduċi modifiki sostanzjali fl-arkitettura finanzjarja tal-UE. Il-konsegwenzi ta’ dawn il-modifiki ġew analizzati fir-riżoluzzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta’ Lisbona, li ġew adottati mill-PE f’Mejju 2009 fuq il-bażi tar-rapport ta’ Catherine Guy-Quint f’isem il-Kumitat għall-Baġits. Id-dokument ta’ ħidma attwali jkompli jżid ma’ dik ir-riżoluzzjoni u jiżviluppa xi aspetti li jirrigwardaw il-konsegwenzi tal-bidliet ewlenin li għamel it-TL fil-proċedura baġitarja rigward l-organizzazzjoni tal-ħidma fil-Parlament u l-iżvilupp ta’ djalogu interistituzzjonali, l-effetti tagħha f’termini ta’ skeda, eċċ. Filwaqt li dejjem jieħu inkonsiderazzjoni l-linji gwida politiċi stipolati fir-riżoluzzjoni msemmija, id-dokument ta’ ħidma jintegra l-elementi li ġew miftehmin mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fid-Dikjrazzjoni Konġunta (DK) dwar il-miżuri tranżizzjonali applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u l-modifiki introdotti fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament. Id-Dikjarazzjoni Konġunta hi ta’ natura temporanja. Meta wieħed jikkunsidra d-diffikultajiet ta’ ħin, din il-ftehima temporanja għandha titbiddel f’waħda permanenti fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba matul il-Proċedura tal-Baġit tal-2011.

2.        Il-bidliet introdotti mit-TL fil-kwistjonijiet finanzjarji jirrigwardaw b’mod partikolari l-Qafas Finanzjarju Pluriannwali (MFF) u l-proċedura baġitarja annwali.

3.        L-MFF isir att legali vinkolanti adottat mill-Kunsill, b’unanimità, wara li jikseb il-kunsens tal-PE (b’maġġoranza tal-membri tiegħu).

4.        Rigward il-baġit annwali, il-bidla ewlenija hi s-sopressjoni tad-distinzjoni bejn in-nefqa obbligatorja (NO) u n-nefqa mhux obbligatorja (NMO), li jfisser li l-PE u l-Kunsill isiru koresponsabbli għan-nefqa kollha tal-UE, li dwarha jiddeċiedu konġuntament.

Din il-modifika timplika bidliet sinifikanti fil-proċedura baġitarja annwali, li ssir proċedura leġiżlattiva speċjali (il-baġit hu adottat permezz ta’ regolament), li tista’ tiġi kkunsidrata bħala każ speċjali ta’ kodeċiżjoni, jew, biex ma jkunx hemm konfużjoni, deċiżjoni konġunta mill-PE u mill-Kunsill.

It-TL jissimplifika aktar il-proċedura, li matulha kull istituzzjoni se jkollha qari wieħed biss, u li wara, jekk iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja ma jaslux għal ftehim, jissejjaħ Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (KK).

B’mod ġenerali, il-bilanċ istituzzjonali jinżamm u l-iskrutinju demokratiku tal-baġit jissaħħaħ, minħabba li l-PE se jikkodeċiedi l-baġit sħiħ. Aktar min hekk, filwaqt li l-ebda baġit ma jista’ jiġi adottat kontra r-rieda tal-PE, huwa possibbli (tal-anqas fit-teorija) li f’każ speċifiku l-PE jimponi baġit kontra r-rieda tal-Kunsill.

II.       Il-proċedura baġitarja annwali l-ġdida

1. Inizjattiva: Il-Kummissjoni tippreżenta d-DB minflok il-PDB

L-abbozz tal-baġit preliminari (ABP) m’għadux jeżisti. Minflok, il-Kummissjoni tippreżenta l-abbozz tal-baġit (AB), li jikkostitwixxi l-proposta fuq il-bażi li fuqha se taħdem il-proċedura (art. 314(2) TFUE).

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-AB sa meta jissejjaħ il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (art. 314(2) TFUE). Dan jista’ jikkawża problemi fir-rigward tad-disponibilità tad-dejta dwar is-sena agrikola u l-preżentazzjoni tal-ittra ta’ emenda dwar l-agrikoltura tradizzjonali f’waqtha qabel ma jissejjaħ il-KK.

Kalendarju: art. 314(2) TFUE jistipula li l-AB għandu jiġi ppreżentat sal-1 ta’ Settembru

Kalendarju prammatiku(1): Il-Kummissjoni se tippreżenta l-AB sal-aħħar ta’ April/bidu ta’ Mejju (l-aktar tard fit-18-il ġimgħa) skont il-paragrafu 5 tad-Dikjarazzjoni Konġunta. Dan hu prattikament identiku għall-prattika segwita s’issa.

(Trijalogu ta’ Marzu – ara paġna 7 taħt)

2. Il-qari tal-Kunsill

Il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-AB sal-1 ta’ Ottubru (art 314(3) TFUE)

Kalendarju prammatiku: Il-Kunsill se jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu sal-aħħar ta’ Lulju (it-30 ġimgħa – paragrafu 5 tad-DK)

(Trijalogu ta’ Lulju - ara paġna 7 taħt)

3. Il-qari tal-PE

Il-PE għandu 42 jum (wara l-1 ta’ Ottubru) biex japprova l-abbozz tal-baġit kif emendat mill-Kunsill jew biex jadotta emendi li sarulu (art. 314(4) TFUE).

Kalendarju prammatiku: Il-PE se jagħmel il-qari tiegħu fit-42 ġimgħa (nofs Ottubru); il-BUDG għandu jivvota sal-aħħar tad-39 ġimgħa (paragrafu 5 tad-DK)

Il-konsegwenzi tal-qari tal-PE (art. 314(4) TFUE):

-       jekk il-PE jadotta l-AB kif ġie emendat mill-Kunsill jew inkella ma jieħu l-ebda azzjoni, il-baġit jitqies bħala adottat (art. 314(4), a) u b).

-       jekk il-PE jadotta emendi (b’maġġornaza assoluta tal-membri tiegħu) għall-pożizzjoni tal-Kunsill, il-President tiegħu għandu jsejjaħ lill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni wara li jikkuntattja l-President tal-Kunsill (art. 314(4) c))

Minkejja dan, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ma jiltaqax jekk fi żmien 10 ijiem il-Kunsill jinforma lill-PE li hu jaċċetta l-emendi kollha tiegħu (TFUE art. 314(4) c).

F’dan il-każ, il-baġit għandu jitqies adottat bħala tali.

4. Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni

Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandu 21 jum biex jaqbel dwar test konġunt (art. 314(6) TFUE). Il-ħidma tiegħu għandha tintemm sal-aħħar tal-45 ġimgħa (para.5).

Kompożizzjoni:

Il-KK se jkun magħmul minn għadd ugwali ta’ rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-PE (bi prinċipju, 27 membru minn kull delegazzjoni).

Il-membri tad-delegazzjoni tal-PE se jinħatru mill-gruppi politiċi, preferibbilment, “minn fost il-membri tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji u kumitati oħrajn ikkonċernati” (Regola 75d(3)). Hija għandha tiġi preseduta mill-President tal-PE li jista’ jiddelega l-irwol lil “...xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji”.

Organizzazzjoni u ħidma:

Il-metodi ta’ organizzazzjoni u ta’ ħidma tal-KK jeħtieġ li jiġu miftehma bejn l-istituzzjonijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 7 tad-Deċiżjoni Konġunta. Ir-riżoluzzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta’ Lisbona msemmija fuq tinkludi fiha ċerti linji gwida dwar l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-KK li jikkostittwixxu l-mandat attwali għan-negozjaturi tal-PE. Il-kwistjonijiet li għandhom jiġu trattati jinkludu l-livell ta’ rappreżentazzjoni tal-parteċipanti fil-KK, it-tħejjija tal-laqgħat f’livell politiku, l-organizzazzjoni tas-segretarjat tal-KK, id-dokumenti li għandhom jitħejjew għall-ħidma tiegħu, eċċ.

Dan hu eżempju ċar tal-kwistjonijiet li għandhom jissolvew, jew f’livell intern jew inkella f’dak interistituzzjonali: l-għan tal-KK hu li jintlaħaq ftehim dwar test konġunt biex il-baġit jiġi ffinalizzat. Minn perspettiva prattika, 27-27 membru u konsulent ma jistgħux jagħmlu din il-ħidma kollha flimkien. Kif kienet il-prattika sakemm daħal fis-seħħ it-TL, id-deċiżjoni setgħet titħejja minn grupp iżgħar. Min-naħa tal-PE jidher li jkun tajjeb li f’dan in-negozjat, minbarra ċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Baġits u r-rapporteur tal-baġit, u skont is-suġġett li jkun qed jiġi trattat, ikunu jistgħu jipparteċipaw ukoll ir-rapporteurs jew ir-rapporteurs għal opinjoni tal-kumitati speċjalizzati. Għalhekk, din il-parti tal-grupp negozjatur tista’ tinbidel ukoll skont is-suġġett.

Għalissa, l-uniku element miftiehem bejn l-istituzzjonijiet jirrigwarda l-impenn li huma se “jikkooperaw mill-qrib bil-ħsieb li tiġi kkompletata l-ħidma tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni f’21 jum” u li “sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tħejjijiet għal qbil ... id-dokumentazzjoni neċessarja tiġi skambjata bejn l-istituzzjonijiet kmieni kemm jista’ jkun” (paragrafu 5 tad-Dikjarazzjoni Konġunta). F’dokument ta’ ħidma ieħor, ir-rapporteurs jistgħu jippreżentaw xi proposti dwar dawn il-kwistjonijiet, li fi kwalunkwe każ jistgħu jiġu approvati mill-PE.

Proċedura tad-Deċiżjonijiet:

Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni se jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata tal-membri tad-delegazzjoni tal-Kunsill u b’maġġornaza assoluta tad-delegazzjoni tal-PE (art. 314(5) TFUE)).

Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jaħdem fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet tal-Kunsill u tal-PE.

Il-Kummissjoni ma tistax tibqa’ timmodifika l-abbozz tal-baġit b’mod formali ladarba jissejjaħ il-KK, iżda se jkollu rwol importanti biex jiffaċilita qbil bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja.

Il-konklużjoni tal-ħidma tal-KK – l-ebda test konġunt:

Jekk il-KK ma jasalx għal qbil dwar test konġunt fid-data ta’ skadenza ta’ 21 jum, il-Kummissjoni għandha tippreżenta AB ġdid u l-proċedura se terġa’ tibda mill-bidu (art. 314(8) TFUE).

Il-konklużjoni tal-ħidma tal-KK – ftehim dwar test konġunt:

Fil-każ li l-KK jasal għal qbil dwar test konġunt, dan se jiġi ippreżentat liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, li se jkollhom 14-il jum biex jadottawh (art. 314(6) TFUE). Fil-paragrafu 5 tad-Dikjarazzjoni Konġunta l-istituzzjonijiet “se jaħdmu biex japprovaw l-eżitu tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni mill-aktar fis possibbli fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 314(6) TFUE, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura interni rispettivi tagħhom”.

L-eżiti possibbli wara li jkun sar il-qbil dwar test konġunt mill-KK jistgħu jinġabar fil-qosor b’dan il-mod:

Il-baġit jiġi adottat jekk:

- il-PE japprova u l-Kunsill japprova

- il-PE japprova u l-Kunsill ma jagħtix opinjoni

- il-PE japprova u l-Kunsill jirrifjuta (baġit adottat skont l-emendi tal-PE jew it-test konġunt)

- il-PE ma jagħtix opinjoni u l-Kunsill japprova

- il-PE ma jagħtix opinjoni u l-Kunsill ma jagħtix opinjoni

Il-baġit jinċaħad jekk:

- il-PE ma jagħtix opinjoni u l-Kunsill jirrifjuta

- il-PE jirrifjuta u l-Kunsill japprova

- il-PE jirrifjuta u l-Kunsill ma jagħtix opinjoni

- il-PE jirrifjuta u l-Kunsill jirrifjuta

Għandu jiġi nnutat li r-rifjut tat-test konġunt mill-PE jeħtieġ maġġoranza tal-membri tiegħu (art. 314(7) TFUE u Regola 75d(6)), filwaqt li l-maġġoranza sempliċi tkun biżżejjed għall-approvazzjoni tiegħu (dejjem żomm f’moħħok li t-test konġunt jitqies adottat fin-nuqqas ta’ deċiżjoni).

Skont ir-Regola 75(6) it-test konġunt se jiġi sottomess għall-votazzjoni waħdanija. It-test konġunt jitqies adottat jekk ma jinċaħadx minn maġġoranza tal-membri tal-PE (Regola 75d(6)).

Iċ-ċaħda tat-test konġunt:

Jekk it-test konġunt jinċaħad, hi r-responsabilità tal-Kummissjoni li tippreżenta AB ġdid u l-proċedura terġa’ tibda mill-bidu.

Jekk jinħtieġ, jiġi applikat, b’mod provviżorju, il-proċess tal-“wieħed minn tnax” (art. 315 TFUE).

Votazzjoni fuq il-konferma:

Fil-każ li l-PE japprova t-test konġunt u l-Kunsill jiċħdu, il-PE se jkollu 14-il jum (wara ċ-ċaħda mill-Kunsill) biex jikkonferma l-emendi li kien adottata matul il-qari tiegħu (il-maġġoranza tal-membri tal-kompenenti tiegħu u tlieta minn ħames voti mitfugħa huma meħtieġa). Għalkemm din hi possibilità pjuttost teoretika, din tfisser li meta jkun qed jiddeċiedi dwar il-kalendarju annwali tiegħu, il-PE għandu jieħu inkonsiderazzjoni l-ħtieġa li jkollu sessjoni plenarja waqt il-perjodu ta’ 14-il jum mid-deċiżjoni negattiva possibbli tal-Kunsill (tkun ukoll idea tajba jekk il-PE u l-Kunsill jiftehmu dwar il-linji gwida komuni dwar kif jistgħu jipproċedu biex jevitaw il-problemi li jirrigwadaw din l-iskeda limitata fil-ħin(2)).

Imbagħad, il-baġit se jitqies adottat skont kif ġie emendat mill-PE. Fir-rigward ta’ dawk il-linji li għalihom il-PE ma setax jikkonferma l-emendi tiegħu mill-maġġoranza meħtieġa, it-test konġunt se jitqies adottat (art. 314(7)d) TFUE).

Skont ir-Regoli ta’ Proċedura, hi r-responsabilità tal-Kumitat għall-Baġits li jissottometti lill-plenarja l-emendi li hu jqis li għalihom għandha ssir votazzjoni fuq il-konferma (Regola 75d(7)). Tkun meħtieġa aktar riflessjoni dwar kif il-BUDG għandu jaġixxi f’dan il-kuntest (riżoluzzjoni li turi liema emendi għandhom jiġu sottomessi għall-votazzjoni fil-plenarja?).

Għalkemm l-iskeda tal-ħin hi verament limitata f’termini ta’ żmien, f’termini ta’ politika għandu jiġi rrakkomandat li tiġi organizzata proċedura informali ta’ konsultazzjoni bejn ir-rapporteur ġenerali u r-rapporteurs tal-kumitati speċjalizzati sabiex il-BUDG ikun jista’ jirċievi l-opinjonijiet ta’ dawn il-kumitati qabel ma jiddeċiedi liema emendi jipproponi għall-votazzjoni fuq il-konferma fil-plenarja.

III.      Ħidma ta’ tħejjija u djalogu interistituzzjonali informali

Dawn il-modifiki li saru fil-proċedura annwali baġitarja jitolbu tħejjija interna mtejba u djalogu interistituzzjonali msaħħaħ bħala mod ta’ kif jiżguraw konklużjoni ta’ suċċess tal-proċedura.

Fil-livell intern, il-prattika tal-Kumitat għall-Baġits li jorganizza laqgħat mar-rapporteurs baġitarji ta’ kumitati speċjalizzati li jibdew mill-bidu tas-sena baġitarja ġiet rikonoxxuta mill-Konferenza tal-Presidenti. Din kienet titlob it-twaqqif ta’ Konferenza ta’ rapporteurs għall-ippjanar baġitarju u leġiżlattiv(3), sabiex ittejjeb it-tħejjija tad-dibattiti dwar l-Istrateġija ta’ Politika Annwali (SPA) u fil-linji gwida baġitarji, kif ukoll sabiex issegwi u tħejji d-dibattitu dwar il-programm leġiżlattiv annwali, eċċ., bħala partijiet minn programmar leġiżlattiv u baġitarju mġedded li għalih it-TL lesta t-triq.

Fl-2010, minħabba s-sitwazzjoni eċċezzjonali kkawżata min-nomina tal-Kummissjoni mhu se jkun hemm l-ebda dibattitu tal-APS. Minkejja dan, il-koordinaturi tal-BUDG appoġġjaw l-intenzjoni tar-rapporteur ġenerali li jkun hemm dibattitu dwar il-linji gwida baġitarji u votazzjoni dwar riżoluzzjoni mħejjija mill-BUDG.

Dan se jsaħħaħ il-ħtieġa għall-bidu tal-ħidma mar-rapporteurs tal-kumitati speċjalizzati. Diġà tista’ tissejjaħ l-ewwel laqgħa preparatorja waqt is-Sessjoni Plenarja I ta’ Frar fi Strażburgu.

Id-dibattitu dwar il-linji gwida baġitarji jista’ jsir waqt waħda mis-sessjonijiet plenarji f’Marzu (ara l-kalendarju fl-anness 1).

Skont ir-rapport Guy-Quint, hu ta’ importanza kbira li d-djalogu istituzzjonali jissaħħaħ u jitressaq ’il quddiem biex jinfluwenza t-tħejjija tal-AB mill-Kummissjoni u biex jippermetti li l-qari tal-AB fiż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jsir fl-aqwa kundizzjonijiet.

F’dan il-kuntest, it-trijalogu tradizzjonali tar-rebbiegħa jista’ jsir mument sinifikanti li fih il-Parlament u l-Kunsill jiddiskutu l-prijoritajiet baġitarji rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, hu importanti li l-PE jadotta r-rapport tiegħu dwar il-prijoritajiet baġitarji qabel it-trijalogu, anke f’sitwazzjoni speċjali bħal din is-sena, fejn il-Kummissjoni mhux se tippreżenta l-SPA tagħha.

It-trijalogu tradizzjonali ta’ Lulju għandu wkoll jitressaq kemxejn ’il quddiem biex jippermetti diskussjoni bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-prijoritajiet rispettivi tagħhom fuq il-bażi tal-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni. Dan it-trijalogu jista’ jippermetti wkoll li jiġu identifikati l-punti ewlenin ta’ nuqqas ta’ ftehim għal diskussjonijiet li għadhom iridu jsiru u jippermetti wkoll li jkun hemm għarfien tal-oqsma fejn jidher li jista’ jkun hemm qbil bejn l-istituzzjonijiet.

Il-kalendarju fl-anness 1 jipproponi l-ewwel abbozz tad-“dati-prinċipali” ewlenin ta’ dan id-djalogu interistituzzjonali.

Il-Proċedura Baġitarja tal-2011 - Il-Kalendarju Provviżorju

(Aġġornata: fit-03 ta’ Frar. 2010)

Ġimgħa

Avveniment

Is-6 ġimgħa (10 ta’ Frar)

L-ewwel laqgħa mar-Rapporteurs baġitarji tal-Kumitati speċjalizzati

It-8 ġimgħa (23 ta’ Frar)

Preżentazzjoni tal-Abbozz ta’ Rapport dwar il-Prijoritajiet Baġitarji għall-2011

Id-9 ġimgħa (4 ta’ Marzu)

Adozzjoni mill-BUDG ta’ Rapport dwar il-Prijoritajiet Baġitarji għall-2011

Il-11-il ġimgħa (16 ta’ Marzu)

Orjentazzjonijiet baġitarji (Kunsill tal-ECFIN)

It-12-il ġimgħa (24 - 25 ta’ Marzu)

Adozzjoni permezz tal-Plenarja tar-Rapport dwar il-Prijoritajiet Baġitarji għall-2011

Il-11-il ġimgħa (17 ta’ Marzu) jew it-12-il ġimgħa (23 ta’ Marzu)

Trijalogu (għad irid jiġi kkonfermat)

Is-17-il ġimgħa (28 ta’ April)

Abbozz tal-Baġit adottat mill-Kummissjoni u preżentazzjoni lis-COBU fit-28 ta’ April

L-20-il ġimgħa (17-20 ta’ Mejju)

It-tieni laqgħa ma’ Rapporteurs baġitarji tal-Kumitati speċjalizzati (għad trid tiġi kkonfermata)

Il-25 ġimgħa (22 ta’ Ġunju) jew is-26 ġimgħa (30 ta’ Ġunju)

Trijalogu (għad irid jiġi kkonfermat)

Is-27 ġimgħa (5-8 ta’ Lulju)

Il-Qari tal-Kunsill. Adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-Baġit

Is-36 ġimgħa (6 -9 ta’ Settembru)

Id-data tal-iskadenza għall-Kumitati u l-Membri individwali biex iressqu emendi baġitarji

Is-37 ġimgħa (13-17 ta’ Settembru)

Id-data tal-iskadenza għall-gruppi Politiċi biex iressqu emendi baġitarji.

It-38 ġimgħa (20-24 ta’ Settembru)

It-tielet laqgħa mar-Rapporteurs baġitarji tal-Kumitati speċjalizzati (għad trid tiġi kkonfermata)

Id-39 ġimgħa (28-30 ta’ Settembru)

Il-Kumitat BUDG: eżami tal-emendi baġitarji u votazzjoni dwarhom

L-40 ġimgħa (4-8 ta’ Ottubru) jew

Il-41 ġimgħa (11-15 ta’ Ottubru)

Adozzjoni mill-BUDG ta’ abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet (Sezzjoni III u Sezzjonijiet Oħra)

It-42 ġimgħa (18-22 ta’ Ottubru)

Il-Qari tal-PE. Adozzjoni tal-emendi tal-PE dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill. Is-sejħa tal-President tal-PE lill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni.

It-43 sal-45 ġimgħa (25 ta’ Ottubru - 12 ta’ Novembru)

Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jistabbilixxi test konġunt fi żmien 21 jum (qabel it-12 ta’ Novembru)

Fażi ta’ Konċiljazzjoni / Laqgħat Preparatorji(4)

Is-47 ġimgħa (22-25 ta’ Novembru)

Adozzjoni tat-test konġunt (Plenarja)

1. L‑ipprogrammar finanzjarju annwali

1. Il‑Ftehima Interistituzzjonali (IIA‑ Interinstitutional Agreement) tas‑17 ta’ Mejju 2006 tipprovdi, fil‑punt 46 tagħha, għall‑aġġornament regolari tal‑ipprogrammar finanzjarju: darbtejn f’sena, bħala segwitu għall‑adozzjoni tal‑baġit u flimkien mal‑abbozz preliminari tal‑baġit (PDB ‑ Preliminary Draft Budget). Il‑Kummissjoni b’dan qed tagħmel reviżjoni tal‑ipprogrammar, u qed tintegra d‑deċiżjoni taż‑żewġ fergħat tal‑awtorità baġitarja ta’ Diċembru, u tinkorpora l‑proposti għall‑prijoritajiet definiti mill‑Kummissjoni. Għaldaqstant, dan l‑ipprogrammar finanzjarju huwa ritratt “statiku” li jiġi aġġustat regolarment.

2. Kif indikat fid‑Dokument ta’ Ħidma dwar ir‑reviżjoni f’nofs it‑terminu tal‑Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF‑Multiannual Financial Framework) (Rapporteur Reimer Böge), dan l‑ipprogrammar jibqa’ wieħed indikattiv billi l‑approprjazzjonijiet jiġu stabbiliti mill‑awtorità baġitarja fil‑qafas tal‑proċedura annwali.

3. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li xorta jeżisti ċertu marġni għal manuvrar:

- għalkemm l‑envelop globali ta’ programm adottat b’kodeċiżjoni jikkostitwixxi r‑referenza prinċipali (Punt 37 tal-IIA), l‑awtorità baġitarja għandha l‑possibilità li taġġusta l‑approprjazzjonijiet lura u ’l quddiem fuq is-snin

- l‑envelop globali ta’ programm adottat mill‑Kunsill huwa biss “ammont finanzjarju ta’ referenza” (u mhux envelop finanzjarju), u jippermetti marġni ta’ flessibilità u adattament (Punt 38 tal‑IIA)

- l‑azzjonijiet iffinanzjati taħt il‑prerogattivi tal‑Kummissjoni, kif definiti fil‑Punt 49(6) tal‑IIA, jistgħu wkoll jittieħdu inkonsiderazzjoni f’sitwazzjoni ta’ kapaċitajiet finanzjarji limitati. Il‑lista tal‑linji baġitarji għall‑iffinanzjar ta’ azzjonijiet tal‑Kummissjoni skont il‑kompiti li jirriżultaw mill‑prerogattivi istituzzjonali hija mehmuża.

4. Dawn id-diversi mezzi possibbli għal aktar flessibilità jistgħu jiġu kkompletati permezz tad‑dispożizzjoni tal‑Punt 37 tal‑IIA li tistipula li hija permessa varjazzjoni ta’ 5% mill‑ammont tal‑envelop finanzjarju ta’ programmi adottati b’kodeċiżjoni (f’ċertu ċirkostanzi). Ir‑rapporteur tagħkom tenfasizza li billi l‑Baġit 2011 huwa r‑raba’ minn sebgħa skont l‑MFF attwali, din il‑flessibilità issa tassew tagħmel sens u ċertament għandha tiġi kkunsidrata fil‑proċedura baġitarja annwali.

2. Inklużjoni ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji fil‑baġit

5. L‑Artikolu 49(6) tar‑Regolament Finanzjarju jistipula li l‑proġetti pilota u l‑azzjonijiet preparatorji (PP/PA ‑ pilot projects/preparatory actions) jistgħu jidderogaw mill‑prinċipju li skontu l‑approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu biss fil‑Baġit tal‑UE jekk ikun ġie adottat att legali minn qabel.

6. Fir‑rigward tal‑limiti massimi tagħhom, l‑IIA tistabbilixxi ammont totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ 140 miljun fi kwalunkwe sena baġitarja: 40 miljun għal PP, u 100 miljun għal PA (li minnhom 50 miljun għal PA ġodda).

7. Il‑Kummissjoni ma tinkludix approprjazzjonijiet ipprogrammati għall‑PP/PA meta taġġorna l‑ipprogrammar finanzjarju tagħha għas‑sena N+1. Dan ifisser li l‑limiti massimi previsti fl‑IIA għall‑PP/PA jiddependu mil‑limiti massimi tal‑MFF: mingħajr marġni tal‑inqas ekwivalenti fl‑intestaturi, l‑awtorità baġitarja ma tkunx tista’ tuża l‑limiti massimi tal‑PP/PA tal‑IIA. Bl‑istess mod, l‑approprjazzjonijiet għall‑PP/PA inaqqsu l‑marġni disponibbli skont dan.

3. Is‑sitwazzjoni applikabbli għall‑intestaturi kollha tal‑MFF

Intestatura 1a

8. Għandu jitfakkar li fil‑Baġit 2010, tħalla marġni estremament limitat ta’ 147 000 EUR. B’diffikultà ntlaħaq qbil dwar l‑iffinanzjar tas‑Subintestatura 1a billi l‑prijoritajiet u mbagħad il‑ħtieġa li l‑pjan ta’ rkupru jiġi ffinanzjat kienu konfliġġenti mall‑kapaċitajiet finanzjarji limitati.

9. Fir‑rigward tal‑iżmantellar tal‑impjant nukleari Kozloduy, ma ġiet inkluża ebda dispożizzjoni fl‑MFF għall‑2007-2013, għalkemm il‑kwistjoni kienet diġà ġiet identifikata. Matul il‑proċedura baġitarja tal‑2010, intlaħaq qbil biex jiġi stabbilit ammont temporanju permezz tal‑mobilizzazzjoni tal‑Istrument ta’ Flessibilità (75 miljun) sabiex jiġi rispett l‑impenn politiku fir‑rigward tal‑Bulgarija. Madankollu, għad irid jinstab ammont extra ta’ 225 miljun matul is‑snin 2011-2013, b’envelop annwali ta’ 75 miljun.

10. L‑iffinanzjar tal‑Programm Ewropew għall‑Osservazzjoni tad‑Dinja (GMES ‑ European Earth Observation Programme) huwa impenn pendenti ieħor li għandu jiġi rrispettat. L‑ammont għall‑impenji huwa stabbilit għal 10 miljuni għas‑sena 2011.

11. L‑approprjazzjonijiet għall‑Faċilità ta’ Mikrofinanzjament li għadha kemm ġiet adottata, jiġifieri 25 miljun fl‑2011, huma kkumpensati fl‑Intestatura 1a b’riallokazzjoni ekwivalenti minn Progress, kif miftiehem fil‑konċiljazzjoni.

12. Fl‑aħħar nett, it‑tliet aġenziji ġodda deċentralizzati fil‑qasam tas‑servizzi finanzjarji, tar‑rappurtar finanzjarju u tal‑verifika se jiġu allokati baġit gloabli ta’ 15‑il miljun.

13. Il‑Kummissjoni tipproponi l‑iffinanzjar ta’ dawn il‑ħtiġijiet permezz ta’

- tqassim mill‑ġdid, fost l‑oħrajn, tal‑approprjazzjonijiet mill‑Programm għall‑Kompetittività u l‑Innovazzjoni (CIP ‑ Competitiveness and Innovation Programme): dan il‑programm tnaqqas b’6.5 miljuni fl‑2011 (19‑il miljun matul il‑perjodu 2011-2013), għalkemm din kienet waħda mill‑ftit prijoritajiet li l‑Parlament irnexxielu jżomm u jgħaddi għat‑Tieni Qari.

-tnaqqis tal‑marġni: f’Mejju 2009, il‑marġni previst għall‑Baġit 2011 ammontat għal 127 miljun. F’Jannar 2010, dan il‑marġni pprogrammat naqas għal 37 miljun.

14. Ir‑rapporteur tagħkom hija kompletament konxja tal‑fatt li marġni daqstant dejjaq ma jippermetti ebda marġni għal manuvrar għall‑Qari ta’ Ottubru. Hija tixtieq tfakkar li fil‑PDB tal‑2010, il‑marġni kien ta’ 119‑il miljun, ammont li diġà kien meqjus żgħir wisq mill‑Parlament biex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati l‑prijoritajiet tiegħu.

15. Kif intqal hawn fuq, il‑PP/PA mhumiex inklużi fl‑ipprogrammar finanzjarju. Il‑PP/PA fl‑Intestatura 1a kienu jammontaw għal 28.1 miljuni fil‑Baġit 2010: jekk il‑Parlament jixtieq biss li jerġa’ jinkiseb l‑istess livell għall‑approprjazzjonijiet għall‑PP/PA (u jiġu introdotti PP/PA b'ammont ekwivalenti għal dawk mitmuma), il‑marġni jinżel għal inqas minn 9 miljuni, li jirrappreżenta 0.07% tal‑limitu massimu għall‑Intestatura 1a.

16. Din is‑sitwazzjoni turi li l‑iffinanzjar tal‑prijoritajiet għall‑Baġit 2011, kif definit fir‑riżoluzzjoni tal‑PE li għandha tiġi adottata f’Marzu 2010, se jkun matematikament impossibbli mingħajr ma jsir tqassim mill‑ġdid minn ċertu programmi u strumenti (possibilment abbażi ta’ rati ta’ implimentazzjoni mhux sodisfaċenti), jew inkella, għal żmien ieħor fi ħdan il‑perjodu 2007-2013, mingħajr ma jintuża wieħed mill‑mezzi pprovduti fl‑IIA.

 

Baġit

Ipprogrammar Finanzjarju

2010

2011

INTESTATURA 1A - KOMPETITTIVITÀ GĦAT‑TKABBIR U L‑IMPJIEGI

Programmi ta’ Kodeċiżjoni

12.969,288

11.600,469

 

 

 

Qafas ta’ Riċerka (KE)

6.932,938

7.959,302

Programm Kwadru dwar il‑Kompetittività u l‑Innovazzjoni

525,708

557,860

PROGRESS

109,570

88,631

Miżuri kontra t‑tniġġis

20,500

23,000

Marco Polo II

63,940

66,000

Galileo

894,400

195,942

TEN Transport

1.062,440

1.242,000

TEN Energy

21,460

22,100

Safer Internet Plus

 

 

Safer Internet Plus (kontinwazzjoni)

11,070

11,000

Kontenut Diġitali Ewropew għal Netwerks Globali (eContent Plus)

 

 

Dwana 2008-2013

51,450

55,900

Kompjuterizzazzjoni tas‑sistema tas‑sisa (EMCS)

 

 

Fiscalis 2003-2007

 

 

Fiscalis 2008-2013

24,000

27,800

Erasmus Mundus

 

 

Erasmus Mundus 2

97,988

98,838

Istitut Ewropew tat‑Teknoloġija

30,200

62,800

Tagħlim matul il‑Ħajja

1.009,301

1.037,000

Hercule II

14,100

14,200

IDAbc

 

 

Soluzzjonijiet ta’ Interoperabilità għall‑Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (ISA)

23,800

26,000

Produzzjoni ta’ informazzjoni statistika

 

 

Programm statistiku tal‑Komunità 2008-2012

54,519

58,546

MEETS

10,655

11,200

Appoġġ għas‑Servizzi Finanzjarji u l‑Verifika

6,000

7,350

Programm Ewropew tal‑enerġija li jgħinu l‑irkupru ekonomiku

1.980,000

 

Faċilità ta’ Mikrofinanzjament Ewropea

25,250

25,000

Programm Ewropew għall‑Osservazzjoni tad‑Dinja (GMES)

 

10,000

 

 

 

Deċiżjonijiet tal‑Kunsill

885,887

896,865

Qafas ta’ Riċerka (EURATOM)

609,487

631,365

Qafas ta’ Riċerka (EURATOM) Reattur ta’ flussi għoljin (HRA) supplimentari

 

 

Żmantellar tal‑Impjant Nukleari: Bohunice

60,000

62,000

Żmantellar tal‑Impjant Nukleari: Ignalina

120,000

121,000

Żmantellar tal‑Impjant Nukleari: Kozloduy

75,000

75,000

Is‑Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd fl‑2007 — lejn soċjetà ġusta

 

 

Pericles

0,900

1,000

Sistema ta’ informazzjoni għal kontra l‑Frodi (AFIS)

5,500

6,500

Fond Internazzjonali għall‑Irlanda

15,000

 

 

 

 

Total tal‑Programmi f’Intestatura 1A (mingħajr EGF)

13.855,176

12.497,334

Nefqiet oħra

506,678

452,625

 

 

 

TOTAL INTESTATURA 1A (Mingħajr EGF)

14.361,853

12.949,959

Limitu massimu tal-qafas finanzjarju

14.167,000

12.987,000

Marġni

0,147

37,041

FLEX

195,000

 

Riżerva għall‑Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall‑Globalizzazzjoni (EGF)

500,000

 

It‑tabelli kollha juru ċifri ta’ miljuni ta’ ewro, sors: Kummissjoni Ewropea

Intestaturi 1b, 2 u 3a

17. Riflessjoni dwar il‑marġni fis‑Subintestatura 1b hija irrelevanti minħabba li l‑ipprogrammar finanzjarju huwa adattat għall‑ħtiġijiet identifikati mill‑Istati Membri.

Fir‑rigward tal‑Intestatura 2, dan il‑marġni jibqa’ l‑istess għalkemm huwa pprogrammat trasferiment ta’ 53 miljun min‑nefqiet tas‑Suq u għajnuniet diretti għall‑Iżvilupp Rurali, kif previst fid‑Deċiżjoni tal‑Kummissjoni.

Il‑marġni fis‑Subintestatura 3a jibqa’ l‑istess, jiġifieri 19.7 miljuni għall‑2011, iżda għadu mhux ċar f’dan l‑istadju, min‑naħa tal‑Kummissjoni, jekk il-programm ta’ Stokkolma huwiex inkluż f’dan l‑ipprogrammar.

 

Baġit

Ipprogrammar Finanzjarju

2010

2011

INTESTATURA 1B - KOEŻJONI GĦAT‑TKABBIR U L‑IMPJIEGI

Total tal‑Fondi Strutturali

39.191,847

39.688,663

Total tal‑Fondi ta’ Koeżjoni

10.190,245

10.961,150

 

 

 

Total tal‑Programmi f’Intestatura 1B

49.382,092

50.649,813

Nefqiet oħra

5,500

 

 

 

 

TOTAL INTESTATURA 1B

49.387,592

50.649,813

Limitu massimu tal-qafas finanzjarju

49.388,000

50.651,000

Marġni

0,408

1,187

INTESTATURA 2 - PRESERVAZZJONI U ĠESTJONI TA’ RIŻORSI NATURALI

Programmi ta’ kodeċiżjoni

306,855

326,057

In‑nefqa tas‑suq u l‑għajnuniet diretti (wara t‑trasferiment għall‑Iżvilupp Rurali) inkluż il‑programm kodeċiż segwenti: Sondaġġi dwar l‑istruttura ta’ holdings agrikoli

306,855

326,057

Sondaġġi dwar l‑istruttura ta’ holdings agrikoli (inklużi fin‑nefqa tas‑suq u l‑għajnuniet diretti)

15,100

0,550

 

 

 

Deċiżjonijiet tal‑Kunsill

59.104,925

59.865,062

In‑nefqa tas‑suq u l‑għajnuniet diretti (wara t‑trasferiment għall‑Iżvilupp Rurali)

43.819,802

44.437,590

L‑Iżvilupp rurali

14.363,565

14.465,117

Il‑Politika Komuni tas‑Sajd u l‑Liġi tal‑Baħar

277,530

304,070

Fond Ewropew għas‑Sajd (FES)

644,029

658,285

 

 

 

Total tal‑programmi f’Intestatura 2

59.411,780

60.191,119

Nefqiet oħra

87,053

44,807

Azzjonijiet dwar il‑bidla fil‑klima

15,000

 

 

 

 

TOTAL INTESTATURA 2

59.498,833

60.235,926

Limitu massimu tal-qafas finanzjarju

59.955,000

60.338,000

Marġni

456,167

102,074

INTESTATURA 3A - LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA

Programmi ta’ Kodeċiżjoni

403,850

507,080

Fond Ewropew għar‑Refuġjati

102,650

104,030

Fond għall‑Fruntieri Esterni

208,000

254,000

Daphne

18,350

18,000

Ġustizzja penali

15,800

16,000

Prevenzjoni mid‑droga u informazzjoni

3,050

3,050

Sistema ta’ informazzjoni ta’ Schentgen (SIS II)

35,000

(1)

Sistema ta’ informazzjoni dwar il‑Viża (VIS)

21,000

112,000

 

 

 

Deċiżjonijiet tal‑Kunsill

348,200

419,950

Integrazzjoni taċ‑ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi

111,000

132,000

Drittijiet fundamentali

14,000

14,100

Ġustizzja kriminali

26,300

26,850

Terroriżmu

20,520

23,400

Kriminalità

86,380

109,600

Fond Ewropew għar‑Refuġjati

 

 

Fond Ewropew għar‑Ritorn

88,000

114,000

Eurodac

2,000

 

 

 

 

Total tal‑Programmi f’Intestatura 3A

752,050

927,030

Nefqiet oħra

254,437

259,310

 

 

 

TOTAL INTESTATURA 3A

1.006,487

1.186,340

Limitu massimu tal-qafas finanzjarju

1.025,000

1.206,000

Marġni

18,513

19,660

Intestatura 3b

18. L‑Intestatura 3b hija, flimkien mal‑Intestatura 1a, element fundamentali għall‑iffinanzjar tal‑prijoritajiet tal‑PE fil‑Baġit 2011 u b’mod aktar ġenerali għat‑tfassil ta’ “Ewropa għaċ‑Ċittadini”.

19. Minħabba aġġustament ’il quddiem tal‑approprjazzjonijiet fl‑2009 bħala risposta tal‑UE għall‑influwenza pandemika tal‑ħnieżer, hija pprogrammata żieda żgħira fl‑2011, li tikkostitwixxi marġni ta’ 9.4 miljuni. Fil‑PDB tal‑2010, il‑marġni kien id‑doppju, jiġifieri 18.7 miljuni. F’Diċembru tal‑2009, l‑awtorità baġitarja vvutat għal baġit b’marġni żero fl‑Intestatura 3b.

20. Il‑marġni pprogrammat ċertament mhux se jippermetti l‑iffinanzjar ta’ prijoritajiet ġodda favur Youth (żgħażagħ) u azzjonijiet relatati, billi, pereżempju, il‑PP//PA diġà ammontaw għal 9 miljuni fil‑Baġit 2010 għall‑Intestatura 3b. Marġni potenzjali li jista’ jibqa’ minn dan, li jammonta għal EUR 400 000 (ikkalkulat minn prolungament tal‑PP/PA kollha mnaqqsa mill‑marġni) mhijiex aċċettabbli bħala punt tat‑tluq u l‑istess soluzzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati fir‑rigward tal‑Intestatura 1a.

 

Baġit

Ipprogrammar Finanzjarju

2010

2011

INTESTATURA 3B - ĊITTADINANZA

Programmi ta’ Kodeċiżjoni

406,134

415,614

Saħħa pubblika

51,370

52,700

Ħarsien tal‑Konsumatur

21,920

22,800

Kultura 2007

58,164

61,514

Żgħażagħ

127,800

127,700

Media 2007

111,005

114,000

Ċittadin

35,875

31,900

Media Mundus

 

5,000

 

 

 

Deċiżjonijiet tal‑Kunsill

18,000

19,150

Strument Finanzjarju għall‑Protezzjoni Ċivili

18,000

19,150

 

 

 

Total tal‑Programmi f’Intestatura 3B

424,134

434,764

Nefqiet oħra

243,866

238,900

 

 

 

TOTAL INTESTATURA 3B

668,000

673,664

Limitu massimu tal-qafas finanzjarju

668,000

683,000

Marġni

 

9,336

Intestatura 4

21. Il‑marġni li kien baqa’ fil‑Baġit 2010 kien biss ta’ 900 000, minħabba prijoritajiet tradizzjonali appoġġjati mill‑PE li jikkompetu ma’ xulxin, u l‑ħtiġijiet imprevedibbli ta’ pajjiżi terzi li nqalgħu matul il‑proċedura baġitarja.

22. Huwa pprogrammat marġni ta’ 128 miljun fl‑Intestatura 4 għall‑2011, li jirrappreżenta biss 1.5% tal‑limiti massimi. L‑iffinanzjar tal‑miżuri akkumpanjanti għas‑settur tal‑banana (BAM ‑ Bananas Accompanying Measures), ekwivalenti għal 25 miljun, għaldaqstant naqqas il-marġni pprogrammat, minkejja r‑riluttanza qawwija tal‑Parlament li dan il‑marġni jintuża għall‑iffinanzjar ta’ miżuri li ma kinux previsti fl‑MFF. Kif tfakkar ripetutament, “miżuri ġodda jirrikjedu fondi ġodda”.

23. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l‑PE dejjem esprima l‑oppożizzjoni qawwija tiegħu għall‑metodu rikorrenti użat mill‑Kummissjoni li tissottovaluta fil‑proposta tagħha l‑approprjazzjonijiet meħtieġa għall‑Palestina, billi ssostni li l‑ħtiġijiet reali ma jistgħux jiġu evalwati f’dan il‑perjodu tas‑sena.

24. Il‑marġni tal‑Intestatura 4 għandu jitqies f’perspettiva mal‑fatt li l‑PP//PA fl‑Intestatura 4 irċevew 26 miljun fil‑Baġit 2010, u mingħajr ipprogrammar fl‑2011 la għall‑Istrateġija tal‑UE għall‑Baħar Baltiku u lanqas għal Programmi ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għal pajjiżi li mhumiex Membri (20 u 10 miljuni rispettivament fil‑Baġit 2010). Ikun interessanti, f’dan l‑istadju preliminari tat‑tħejjija tal‑Abbozz tal‑Baġit tal‑Kummissjoni li wieħed ikun jaf ir‑raġunament wara dan in‑nuqqas ta’ pprogrammar għall‑Istrateġija tal‑UE għall‑Baħar Baltiku li dejjem ġiet identifikata bħala prijorità tal‑PE.

 

Baġit

Ipprogrammar Finanzjarju

2010

2011

INTESTATURA 4 - L‑UNJONI EWROPEA BĦALA ATTUR GLOBALI

Programmi ta’ Kodeċiżjoni

5.329,491

5.514,847

Strument Ewropew għall‑Viċinat u l‑Partenarjat (ENPI)

1.675,359

1.704,675

L‑Istrument għall‑Koperazzjoni għall‑Iżvilupp (DCI)

2.469,857

2.532,166

Strument Ewropew għad‑Demokrazija u d‑Drittijiet tal‑Bniedem (EIDHR)

164,198

163,112

Strument għall‑Istabilità (IFS)

219,559

290,200

Għajnuna Umanitarja

800,518

824,693

 

 

 

Deċiżjonijiet tal‑Kunsill

2.226,637

2.622,229

Strument għal Qabel l‑Adeżjoni (IPA)

1.587,100

1.796,793

L‑Istrument għall‑Koperazzjoni għas‑Sigurtà Nukleari (INSC)

70,453

75,813

L‑Għajnuna makroekonomika

98,985

114,869

Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni

281,541

327,374

Riżerva għal Garanzija għal Self

93,810

200,000

Strument ta’ ffinanzjar għal Koperazzjoni ma’ Pajjiżi Industrijalizzati u pajjiżi u territorji oħra bi dħul kbir

24,094

24,663

Strument ta’ ffinanzjar għal Koperazzjoni ma’ Pajjiżi Industrijalizzati u pajjiżi u territorji oħra bi dħul kbir ICI +

34,500

45,000

Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili

8,000

9,000

Koperazzjoni mal‑Groenlandja

28,154

28,717

 

 

 

Total tal‑Programmi f’Intestatura 4

7.556,128

8.137,076

Spejjjeż oħra

165,996

164,832

 

 

 

TOTAL INTESTATURA 4 (mingħajr ir‑Riżerva għal għajnuna ta’ emerġenza)

7.892,124

8.301,908

Limitu massimu tal-qafas finanzjarju

7.893,000

8.430,000

Marġni

0,876

128,092

Riżerva għal għajnuna ta’ emerġenza

248,882

253,860

Intestatura 5

25. Is‑sitwazzjoni tal‑marġni ta’ din l‑Intestatura għall‑2011 jiddependi parzjalment mid-Deċiżjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja wara l‑kontestazzjoni mressqa mill‑Kummissjoni u l‑Parlament Ewropew fir‑rigward taż‑żieda fil‑ħlasijiet għall‑2009. Billi reċentement il‑Qorti rrifjutat li tittratta l‑każ permezz ta’ proċedura aċċellerata, x’aktarx li l‑ħlasijiet addizzjonali (f’każ li tittieħed din id‑deċiżjoni) ikollhom jiġu bbaġitjati għall-2011.

26. Bħala tfakkira, id‑differenza li għandha titħallas, b’effett retroattiv, tista’ tammonta għal 135 miljun bejn l-istituzzjonijiet kollha, u din għandha titqabbel mal‑marġni pprogrammat ta’ 109 miljuni fl‑2011.

27. Fl‑aħħar nett, ir‑Rapporteur tixtieq tfakkar li l‑Parlament dejjem esprima x‑xewqa tiegħu li n‑nefqiet amministrattivi kollha jiġu kkategorizzati fl‑Intestatura 5, kif ukoll id‑diżapprovazzjoni tiegħu li jkun hemm nefqiet amministrattivi mferrxa taħt intestaturi oħra.

 

Baġit

Ipprogrammar Finanzjarju

2010

2011

INTESTATURA 5 - AMMINISTRAZZJONI

Nefqa tal‑Kummissjoni, mingħajr il‑pensjonijiet u l‑Iskejjel Ewropej

3.604,622

3.749,042

Pensjonijiet (l‑istituzzjonijiet kollha)

1.192,789

1.302,764

Skejjel Ewropej

154,212

162,861

Nefqa tal‑istituzzjonijiet l‑oħra, mingħajr il‑pensjonijiet

2.937,432

3.091,950

 

 

 

TOTAL INTESTATURA 5

7.889,055

8.306,617

Limitu massimu tal-qafas finanzjarju

7.962,000

8.416,000

Marġni

72,945

109,383

ANNESS:

ANNEX

ANNESS

ACTIONS FINANCED UNDER THE PREROGATIVES OF THE COMMISSION

AZZJONIJIET FINANZJATI TAĦT IL‑PREROGATTIVI TAL‑KUMMISSJONI

Line

Linja

Heading

Intestatura

BUDGET 2010

BAĠIT 2010

2011

2011

HEADING 1A

INTESTATURA 1A

Prince — Communication on economic and monetary union, including the euro

Prince — Komunikazzjoni dwar l‑unjoni ekonomika u monetarja, inkluż l‑euro

Operation and development of the internal market, particularly in the fields of notification, certification and sectoral approximation — Expenditure on administrative management

Tħaddim u żvilupp tas‑suq intern, partikolarment fl‑oqsma tan‑notifika, iċ‑ċertifikazzjoni u l‑approssimazzjoni settorjali— Nefqa għall‑ġestjoni amministrattiva

Operation and development of the internal market, particularly in the fields of notification, certification and sectoral approximation

Tħaddim u żvilupp tas‑suq intern, partikolarment fl‑oqsma tan‑notifika, iċ‑ċertifikazzjoni u l‑approssimazzjoni settorjali

Transport — Expenditure on administrative management

Trasport — Nefqa għall‑ġestjoni amministrattiva

Safety and protection of energy and transport users — Expenditure on administrative management

Sikurezza u ħarsien għall‑utenti tal‑enerġija u t‑trasport — Nefqa għall‑ġestjoni amministrattiva

Information and communication — Expenditure on administrative management

Informazzjoni u Komunikazzjoni — Nefqa fuq il‑ġestjoni amministrattiva

Support activities to the European transport policy and passenger rights

Attivitajiet ta’ appoġġ għall‑politika Ewropea tat‑trasport u d‑drittijiet tal‑passiġġieri

Transport security

Is‑sikurezza tat‑trasport

Security of energy installations and infrastructures

Is‑sikurezza tal‑istallazzjonijiet u l‑infrastruttura tal‑enerġija

Definition and implementation of Community policy in the field of electronic communication — Expenditure on administrative management

Definizzjoni u implimentazzjoni ta' politika Komunitarja fil-komunikazzjoni elettronika — Nefqa għall‑ġestjoni amministrattiva

Definition and implementation of Community policy in the field of electronic communication

Definizzjoni u implimentazzjoni ta' politika Komunitarja fil-komunikazzjoni elettronika

Implementation and development of the Internal market — Expenditure on administrative management

Implimentazzjoni u żvilupp tas‑suq intern — Nefqa għall‑ġestjoni amministrattiva

                                                        

Implementation and development of the Internal market

Implimentazzjoni u żvilupp tas‑suq intern

Solvit programme and Single Market Assistance Services Action plan

Il‑programm SOLVIT u l‑pjan ta’ azzjoni tas‑Servizzi ta’ Għajnuna dwar is‑Suq Waħdieni

Implementation and development of the internal market — Expenditure on administrative management

Implimentazzjoni u żvilupp tas‑suq intern — Nefqa għall‑ġestjoni amministrattiva

Implementation and development of the Internal market

Implimentazzjoni u żvilupp tas‑suq intern

Implementation and development of the Internal market

Implimentazzjoni u żvilupp tas‑suq intern

HEADING 2

INTESTATURA 2

Preparatory work for new international fisheries organisations and other non-compulsory contributions to international organisations

Xogħol ta’ tħejjija għall‑‑organizzazzjonijiet internazzjonali ġodda tas‑sajd u kontributi oħra mhux obbligatorji għall‑organizzazzjonijiet internazzjonali

HEADING 3A

INTESTATURA 3A

Prince — Area of freedom, security and justice

Prince — Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

Evaluation and impact assessment

Evalwazzjoni u studju dwar l‑impatt

HEADING 3B

INTESTATURA 3B

Other measures in the audiovisual sector and media — Expenditure on administrative management

Miżuri oħra fis‑settur awdjoviżiv u l‑midja — Nefqa għall‑ġestjoni amministrattiva

Other measures in the audiovisual sector and media

Miżuri oħra fis‑settur awdjoviżiv u l‑midja

Visits to the Commission — Expenditure on administrative management

Żjara lill‑Kummissjoni — Nefqa għall ġestjoni amministrattiva

Visits to the Commission

Żjara lill‑Kummissjoni

Special annual events

Avvenimenti annwali speċjali

Communication actions — Expenditure on administrative management

Azzjonijiet ta’ Komunikazzjoni — Nefqa għall ġestjoni amministrattiva

Multimedia actions

Azzjonijiet ta’ Multimidja

Information for the media

Informazzjoni għall‑mezzi tax‑xandir

Information outlets

Uffiċċji li jagħtu informazzjoni

Communication of the Representations

Komunikazzjoni tar‑Rappreżentazzjonijiet

Communicating Europe in Partnership

Flimkien biex nikkomunikaw l‑Ewropa

Public opinion analysis

Analiżi tal‑opinjoni pubblika

Online information and communication tools

Informazzjoni onlajn u għodod ta’ komunikazzjoni

Targeted written publications

Pubblikazzjonijiet bil‑miktub immirati

HEADING 4

INTESTATURA 4

Contribution to international environmental activities — Expenditure on administrative management

Kontribuzzjoni għall‑attivitajiet ambjentali internazzjonali — Nefqa għall ġestjoni amministrattiva

Contribution to multilateral and international environmental activities

Kontribuzzjoni għall‑attivitajiet ambjentali multilaterali u internazzjonali

Evaluation of the results of Community aid and follow-up and audit measures — Expenditure on administrative management

Evalwazzjoni tar‑riżultati tal‑għajnuna Komunitarja, azzjonijiet ta’ konsistenza u ta’ awditjar — Nefqa fuq tmexxija amministrattiva

Evaluation of results of Community aid, follow-up and audit measures

Evalwazzjoni tar‑riżultati tal‑għajnuna Komunitarja, azzjonijiet ta’ konsistenza u ta’ awditjar

Information programmes for non-member countries

Programmi ta’ Informazzjoni għal pajjiżi li mhumiex Membri

The European Union in the World

L‑Unjoni Ewropea fid‑dinja

External trade relations, including access to the markets of non-Community countries — Expenditure on administrative management

Relazzjonijiet kummerċjali esterni, inkluż l‑aċċess għas‑swieq ta’ pajjiżi li mhux membri tal‑Komunità— Nefqa għall ġestjoni amministrattiva

External trade relations, including access to the markets of non-Community countries

Relazzjonijiet kummerċjali esterni, inkluż l‑aċċess għas‑swieq ta’ pajjiżi li mhux membri tal‑Komunità

Aid for trade — Multilateral initiatives

Għajnuna għall‑Kummerċ — Inizjattivi Multilaterali

Coordination and promotion of awareness on development issues — Expenditure on administrative management

Koordinament u promozzjoni ta’ għarfien ta’ kwistjonijiet ta’ żvilupp — Nefqa fuq tmexxija amministrattiva        

Evaluation of the results of Community aid and follow-up and audit measures

Evalwazzjoni ta’ riżultati ta’ għajnuna Komunitarja, segwitu u miżuri ta’ awditjar

Coordination and promotion of awareness on development issues

Koordinament u promozzjoni ta’ għarfien ta’ kwistjonijiet ta’ żvilupp        

Prince — Information and communication strategy

Prince — Strateġija ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni

HEADING 5

INTESTATURA 5

Coordination and surveillance of economic and monetary union

Il‑Koordinament u s‑sorveljanza tal‑unjoni ekonomika u monetarja

Operation of radio and television studios and audiovisual equipment

Tħaddim ta’ studjows tar‑radju u tat‑televiżjoni u tagħmir awdjoviżiv

The European Public Spaces

Spazji Pubbliċi Ewropej

Written publications for general use

Pubblikazzjonijiet bil‑miktub għall‑użu ġenerali

Historical archives of the European Union

Arkivji storiċi tal‑Unjoni Ewoprea

Documentary databases

Ġabriet ta’ data dokumentarji

General publications

Pubblikazzjonijiet ġenerali

I.         Qafas legali għal Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji

1.        Proġetti Pilota (PP) u Azzjonijiet Preparatorji (AP) iddaħħlu l-ewwel fil-Parlament Ewropew fl-1975, u żviluppaw, permezz ta’ bosta negozjati interistituzzjonali, f’għodda importanti għall-formulazzjoni ta’ prijoritajiet politiċi u l-introduzzjoni ta’ inizjattivi ġodda li jistgħu jsiru attivitajiet u programmi tal-UE.

2.        L-Artikolu 49(6) tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi għall-bażi legali tagħhom, primarjament billi jsemmi d-derogi tal-prinċipju taħt liema jistgħu jiddaħħlu biss approprjazzjonijiet fil-baġit tal-UE jekk att legali jiġi adottat minn qabel; fil-każ ta’ PP/AP, deċiżjoni dwar il-baġit tittieħed għalhekk qabel kwalunkwe deċiżjoni leġiżlattiva.

3.        Ir-Regolament Finanzjarju jiddefinixxi espliċitament in-natura u l-iskop ta’ dawn iż-żewġ strumenti:

Il-PP huma definiti bħala skemi ta’ natura sperimentali mfasslin biex jittestjaw il-fattibilità ta’ azzjoni u s-siwi tagħha. L-approprjazzjonijiet tal-impenji rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji suċċessivi;

L-AP huma definiti bħala azzjonijiet preparatorji fl-oqsma tal-applikazzjoni tat-Trattat tal-KE u t-Trattat Euratom u tat-Titolu VI tat-TUE, imfasslin biex jippreparaw proposti bil-ħsieb li jiġu adottati azzjonijiet futuri. L-azzjonijiet preparatorji jridu jsegwu approċċ koerenti u jistgħu jieħdu diversi forom. L-approprjazzjonijiet ta’ impenji rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn tliet snin finanzjarji suċċessivi. Il-proċedura leġiżlattiva għandha tkun magħluqa qabel tmiem it-tielet sena finanzjarja.

4.        Il-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta’ Mejju 2006 jiddefinixxi l-qafas u r-regoli aktar fil-fond għall-implimentazzjoni tal-PP u l-AP. Il-Punt D tal-Anness II tal-IIA jagħmel provvediment li sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel evalwazzjoni f’waqtha dwar l-implimentabbilta’ tal-emendi previsti mill-awtorità tal-baġit, li joħolqu azzjonijiet ġodda ta’ tħejjija/proġetti pilota jew itawlu dawk eżistenti, iż-żewġ dirgħajn tal-awtorità tal-baġit se jgħarrfu lill-Kummissjoni sa nofs Ġunju dwar l-intenzjonijiet tagħhom għar-rigward. Dan biex l-ewwel diskussjoni tkun diġà tista’ ssir fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tal-ewwel qari tal-Kunsill.

5.        Fir-rigward tal-limiti, l-IIA jistipula li l-istituzzjonijiet jiftiehmu biex jillimitaw l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet għal skemi pilot għal 40 miljun fi kwalunkwe sena tal-baġit. Huma jiftiehmu wkoll biex jillimitaw għal 50 miljun l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda fi kwalunkwe sena tal-baġit, u għal 100 miljun l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet attwalment impenjati għal azzjonijiet preparatorji.

II.       Bidliet wara t-Trattat ta’ Lisbona

6.        It-Trattat ta’ Lisbona ma jdaħħalx dispożizzjonijiet li għandhom effett dirett fuq il-PP u l-AP; madankollu, iridu jiddaħħlu regoli ġodda għar-Regolament Finanzjarju bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u għal IIA ġdid.

7.        Fl-aħħar “pakkett” tagħha propost reċentement dwar l-emendar tal-IIA u r-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni timmodifika l-qafas għal PP u AP:

           -          l-Anness D tal-IIA ma jagħmilx aktar referenza għal-limiti għal PP u AP

-          iż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit jimpenjaw ruħhom sabiex jinformaw lill-Kummissjoni, sa nofs Ġunju, dwar l-intenzjonijiet tagħhom fir-rigward ta’ PP u AP sabiex l-ewwel diskussjoni tkun tista’ sseħħ fit-trilogu ta’ Ġunju;

-          l-Artikolu 32 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju jagħmel provvediment għal-limiti, li ma jinbidlux.

Ir-rapporteurs tagħkom jenfasizzaw li dawn l-elementi ma jippreġudikawx ir-riżultat tan-negozjati interistituzzjonali fuq l-IIA u r-Regolament Finanzjarju emendati.

8.        Flimkien ma’ dawn il-bidliet proposti pjuttost tekniċi, ta’ min ifakkar b’mod ċar li l-bidliet introdotti mit-Trattat ta’ Lisbona jistgħu jkollhom implikazzjonijiet ċari dwar l-adozzjoni ta’ PP u AP: sal-proċedura tal-baġit 2010, il-PP u l-AP kienu kklassifikati bħala “nefqa mhux obbligatorja” u għaldaqstant kienu taħt ir-responsabilità tal-PE li kien jagħmel id-deċiżjoni finali dwar dan l-infiq. L-abrogazzjoni ta’ kategoriji ta’ nfiq timplika li l-Kunsill issa qiegħed f’pożizzjoni li jippreżenta proposti għal PP u AP u jitlob li jiġi inkluż il-“pakkett ta’ kompromess” tradizzjonali fuq il-PP u l-AP fin-negozjati ġenerali dwar il-Baġit 2011 matul il-konċiljazzjoni.

III.      Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji fil-Baġit 2010: fatti u ċifri

9.        Fil-Baġit 2010, ġew adottati 56 PP u 47 AP. Il-PP ġew allokati ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn bejn 2.5 miljuni (PP dwar kura tas-saħħa mtejba għal vittmi ta’ vjolenza sesswali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) u 1 miljun (18-il PP huma kkonċernati; l-oħrajn għandhom biss pro memoria).

10.       Fir-rigward tal-AP, l-envelop finanzjarju jvarja minn 7.5 miljuni (AP dwar kapaċità tal-UE għal reazzjoni ta’ malajr) għal 0.5 miljun (AP dwar Erasmus għal ġurnalisti).

11.       L-ammont totali adottat għal PP fl-2010 huwa ta’ 40 miljun f’approroprjazzjonijiet ta’ impenn (il-massimu previst fl-IIA) u 61.9 miljuni f’approprjazzjonijiet ta’ ħlas (ebda limitazzjoni prevista mill-IIA); il-PA kienu ffinanzjati sa 63.25 miljun (taħt il-limitu ta’ 100 miljun), maqsuma bejn AP ġodda (13.75 miljun, taħt limitu ta’ 50 miljun) u oħrajn li għadhom għaddejjin (49.5 miljuni, taħt limitu ta’ 50 miljun).

IV.      Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji fil-Baġit 2010: implimentazzjoni

12.       Fit-3 ta’ Marzu, il-Kummissjoni għaddiet l-Ewwel Rapport Temporanju tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-PP u l-AP 2010, fejn uriet il-mod kif hija intiża li timplimentahom (dan id-dokument huwa mehmuż). Rapport aktar dettaljat u estensiv jitwassal flimkien mal-Abbozz tal-Baġit għall-2011, li se jkun ippreżentat fit-28 ta’ April. Ir-rapporteurs tagħkom jistennew li dan ir-rapport li jmiss jagħmel enfasi b’mod ċar fuq il-fattibilità tal-implimentazzjoni u l-aħjar mekkaniżmu għar-rendiment.

V. Konklużjonijiet għat-tħejjija tal-ewwel qari tal-PE

13.       fir-rigward tal-orarju għall-adozzjoni tal-PP u l-AP, ir-rapporteurs jixtiequ jipproponu dan li ġej b’mod tentattiv:

- ġimgħa 6 (10 ta’ Frar):            L-ewwel laqgħa tar-rapporteurs tal-Baġits ta’ kumitati speċjalizzati

- ġimgħa 9 (3 ta’ Marzu):          L-ewwel rapport temporanju mill-COM dwar l-implimentazzjoni ta’ PP/AP fil-Baġit

- ġimgħa 11 (16-17 ta’ Marzu):  Preżentazzjoni ta’ Dokument ta’ Ħidma dwar il-PP/AP fil-COBU

           - ġimgħa 17 (28 ta’ April):         Adozzjoni ta’ Abbozz tal-Baġit mill-COM

- ġimgħa 20 (19 ta’ Mejju):        It-tieni laqgħa tar-rapporteurs tal-Baġits ta’ kumitati speċjalizzati

- ġimgħa 22 (31 ta’ Mejju – 4 ta’ Ġunju): Trażmissjoni mir-rapporteurs tal-Baġits ta’ kumitati speċjalizzati ta’ proposti għal PP/AP lill-COBU u tħejjija ta’ dokument konsolidat

           - ġimgħa 23 (7-11 ta’ Ġunju):     Trażmissjoni ta’ proposti għal PP/AP lill-COM

           - ġimgħa 25 (21-25 ta’ Ġunju):   Trilogu

           - ġimgħa 27 (5-8 ta’ Lulju) :       Rapport ta’ valutazzjoni mill-COM dwar proposti għal PP/AP

- ġimgħa 36 (6-10 ta’ Settembru):          Limitu ta’ żmien għal emendi tal-baġit mill-kumitati

- ġimgħa 38 (20-24 ta’ Settembru):        It-tielet laqgħa tar-rapporteurs tal-Baġit ta’ kumitati speċjalizzati

           - ġimgħa 39 (27-30 ta’ Settembru):        Vot fuq l-emendi tal-baġit fil-COBU

           - ġimgħa 42 (18-22 ta’ Ottubru):L-ewwel qari tal-PE dwar il-Baġit 2011

L-ewwel rapport temporanju tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji 2010

IMPLIMENTAZZJONI TA’ PROĠETTI PILOTA

Implimentazzjoni ta’ Proġetti Pilota

Intestatura 1a

Il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u tal-Għixien ta’ Ħaddiema Mibgħuta (04 03 09)

Miżuri għaż-żamma ta’ impjiegi (04 03 10)

It-titjib tal-mobilità u l-integrazzjoni ta’ ħaddiema fl-UE (04 03 11)

Koperazzjoni komprensiva bejn awtoritajiet pubbliċi, ditti kummerċjali u impriżi mhux għall-qligħ dwar l-integrazzjoni ta’ persuni fis-soċjetà u x-xogħol (04 03 12)

L-istimular tal-konverżjoni ta’ xogħol prekarku għal xogħol bi drittijiet (04 04 08)

Il-prevenzjoni tal-abbuż tal-anzjani(04 04 11)

L-impjegar ta’ persuni bi problemi relatati mal-awtiżmu (04 04 13)

Portplus – Pjan dwar enerġija sostenibbli għal portijiet (06 04 08)

L-irkupru tal-iskart u r-riċiklaġġ tal-iskart għal enerġija nadifa (06 04 15)

L-ispiża tal-istudji għal studenti li ġejjin minn pajjiżi tal-PEV u għal attivitajiet akkademiċi relatati (15 02 31)

Il-politika Ewropea tal-viċinat – It-titjib tal-edukazzjoni permezz ta’ boroż ta’ studju u skambji (15 02 32)

Trasparenza u stabilità fis-swieq finanzjarji (17 02 04)

Intestatura 1b

It-titjib tal-koperazzjoni reġjonali u lokali permezz tal-promozzjoni tal-politika reġjonali tal-UE fuq skala globali (13 03 23)

Azzjonijiet b’konnessjoni mas-settur tat-tessuti u ż-żraben (13 03 25)

Intestatura 2

Appoġġ għal koperattivi tal-bdiewa (05 02 17 01)

Prezzijiet tal-irziezet Ewropej u osservatorju tal-marġnijiet (05 02 17 02)

Appoġġ għal inizjattivi tal-bdiewa u l-konsumaturi għal emissjonijiet baxxi tal-karbonju, konsum baxx tal-enerġija u produzzjoni tal-ikel mibjugħa lokalment (05 02 17 03)

L-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni biex titwaqqaf id-deżertifikazzjoni fl-Ewropa ('07 03 16)

L-irkupru ta’ bastimenti qodma li ma jintużawx fil-kummerċ tas-sajd (07 03 18)

Telf ekonomiku minħabba ammonti għolja ta’ ilma moħli fil-bliet (07 03 19)

Ċertifikazzjoni ta’ prattiki ta’ biedja b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju (07 03 21)

Riċerka kumplessa dwar metodi għall-kontroll tat-tixrid ta’ allerġiji tal-kubrita u l-polline (07 03 22)

Għall-promozzjoni tat-tibdil ta’ bastimenti fil-flotta kummerċjali Ewropea b’bastimenti b’impatt ambjentali baxx (11 09 03)

Sistema Ewropea ta’ rimborż għal laned tax-xorb tal-aluminju (17 03 18)

Intestatura 3a

Valutazzjoni tal-impatt ta’ miżuri leġiżlattivi fil-liġi kuntrattwali (18 06 09)

Intestatura 3b

Netwerks ta’ twissija dwar wirt kulturali (15 04 46)

Intestatura 4

Appoġġ għal miżuri ta’ sorveljanza u protezzjoni għal bastimenti Komunitarji li jbaħħru f’ibħra fejn hemm theddida ta’ piraterija (19 06 07)

Programm għal attivitajiet għall-ħolqien tal-paċi mmexxija minn NGOs (19 06 09)

Finanzjament għall-produzzjoni agrikola (21 02 04)

Titjib fil-kura tas-saħħa għal vittmi ta’ vjolenza sesswali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (21 05 01 08)

Intestatura 5

Għotjiet Ewropej għal riċerka għal ġurnaliżmu investigattiv transkonfinali (16 02 05)

Sistema interistituzzjonali li tidentifika tendenzi fit-tul li qed taffronta l-UE (25 01 09)

Implimentazzjoni ta’ Azzjonijiet Preparatorji

Intestatura 1a

Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ (02 02 03 05)

Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza (02 02 08 01)

Turiżmu sostenibbli (02 02 08 02)

Turiżmu soċjali fl-Ewropa (02 02 08 03)

Intestatura 1b

Il-promozzjoni ta’ ambjent aktar favorevoli għall-mikrokreditu fl-Ewropa (13 03 24)

Intestatura 2

Il-klima tal-Baċir tal-Karpazji (07 03 17)

Il-kapaċità tal-UE għal reazzjoni ta’ malajr (07 04 05)

Postijiet ta’ kontroll (postijiet ta’ mistrieħ) fir-rigward tat-trasport ta’ annimali (17 04 03 03)

Intestatura 3b

Erasmus għall-Ġurnalisti (09 06 05)

Azzjoni Preparatorja fil-Qasam tal-Isports (15 05 11)

Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 (15 06 11)

Il-Monitoraġġ ta’ Miżuri fil-Qasam tal-Politika tal-Konsumatur (17 02 03)

Intestatura 4

Il-monitoraġġ ambjentali tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed u programm qafas komuni għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed (07 02 04)

Implimentazzjoni tal-programmi MEDIA 2007 f’pajjiżi terzi (09 06 01 02)

Reazzjoni ta’ emerġenza għall-kriżi finanzjarja u ekonomika f’pajjiżi li qed jiżviluppaw (19 06 08)

Il-minoritajiet fir-Russja – l-iżvilupp tal-kultura, il-midja u s-soċjetà ċivili (19 08 01 05)

UE-Ażja – Integrazzjoni ta’ politika u prattika (19 10 01 06)

Ġestjoni tal-ilma f’pajjiżi li qed jiżviluppaw (21 04 06)

Trasferiment ta’ teknoloġija relatata mal-farmaċewtiċi lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw (21 05 01 06)

Riċerka u żvilupp dwar mard relatat mal-faqar, mard tropikali u mard li ġie ttraskurat (21 05 01 07)

Preservar u restawrar ta’ wirt kulturali f’żoni ta’ konflitt (22 02 09)

Intestatura 5

Programm tal-amministrazzjoni pubblika tal-Erasmus (26 03 03)

Anness: Id-DĠ responsabbli u l-persuni ta’ kuntatt

Dan huwa l-ewwel rapport temporanju tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji fl-2010.

Dan ikopri l-proġetti/azzjonijiet adottati mill-Awtorità tal-Baġits għall-Baġit 2010, fejn jiffoka fuq it-32 proġett/22 azzjoni ġodda, u proġetti/azzjonijiet eżistenti li għalihom ġew approvati approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali. Huwa jidentifika l-uffiċjali awtorizzanti għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet u jagħti ħarsa ġenerali lejn il-pjanijiet għall-implimentazzjoni. It-tieni rapport ikun trażmess mal-Abbozz tal-Baġit (AB) 2011, kif meħtieġ skont l-Artikolu 49, punt 6a u b tar-Regolament Finanzjarju rivedut. Dan ikun aktar dettaljat, u jipprovdi wkoll informazzjoni dwar proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji li huma fl-istadju ta’ kompletar, jiġifieri fejn ma hemm ebda impenji ġodda fl-2010, iżda li għad għandhom approprjazzjoni ta’ ħlas.

(1)

Matul dawn l-aħħar snin, il-kalendarju prammatiku ġie miftiehem bejn l-Istituzzjonijiet, li kienu konxji li kien hemm bżonn li jaġixxu qabel l-iskadenzi stipolati fit-Trattati. Għall-proċedura baġitarja tal-2011, il-kalendarju prammatiku huwa parzjalment deskritt mid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-regoli tranżizzjonali msemmija fit-test.

(2)

Pereżempju, rigward iż-żmien meta tkun saret it-trażmissjoni uffiċjali tal-Kunsill ta’ deċiżjoni ta’ rifjut, sabiex jiġi żgurat li tiġi programmata sessjoni plenarja fl-14-il jum impost fuq il-PE mit-TFUE li fihom għandu jagħmel il-votazzjoni fuq il-konferma.

(3)

Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar it-tieni rapport interim tal-Partit ta’ Ħidma dwar ir-Riforma tal-Parlament Ewropew.

(4)

Il-format tal-laqgħat għandu jkun definit skont l-aġenda: il-President tal-PE, iċ-Chairperson u r-rapporteurs, il-kumitati speċjalizzati, il-konferenza tar-rapporteurs eċċ...


Implimentazzjoni ta’ Proġetti Pilota

Intestatura 1a

Il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u tal-Għixien ta’ Ħaddiema Mibgħuta (04 03 09)

1. Objettiv

Bħala segwitu tal-azzjonijiet tas-sena l-oħra, l-objettiv ġenerali huwa li tinkiseb dejta aħjar dwar kif iseħħ fil-prattika l-bgħit ta’ ħaddiema.

2. Implimentazzjoni

L-objettiv jitmexxa permezz ta’ 3 azzjonijiet separati:

1. Il-provvediment ta’ għotjiet għal inizjattivi li jgħinu biex jeżaminaw il-kundizzjonijiet reali tax-xogħol u tal-għixien ta’ ħaddiema mibgħuta u kif l-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-ispettorati tax-xogħol jaħdmu fil-prattika. L-objettivi speċifiċ ta’ din il-miżura huma:

- biex jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, jistabbilixxu l-aħjar prattiki u jippubblikaw ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri u

- biex jeżaminaw kull mistoqsija u diffikultà li tista’ tinqala’ fl-applikazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni tal-bgħit ta’ ħaddiema, kif ukoll fl-infurzar tagħha fil-prattika.

2. Studju dwar l-aspetti legali tal-bgħit ta’ ħaddiema fil-qafas tal-provvediment ta’ servizzi fl-Unjoni Ewropea, li jeżamina kull diffikultà li tista’ tinqala’ fl-applikazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni tal-bgħit ta’ ħaddiema, kif ukoll fl-infurzar tagħha fil-prattika.

3. Studju dwar l-impatt ekonomiku u soċjali tal-bgħit ta’ ħaddiema fil-kuntest tal-provvediment ta’ servizzi transkonfinali li jiffoka fuq dawk is-setturi fejn l-użu tal-bgħit ta’ ħaddiema hija l-aktar mifruxa u fuq dawk l-Istati Membri bi preżenza relattivament akbar ta’ ħaddiema mibgħuta kemm bħala pajjiżi li jirċievu jew li jibgħatu.

Saru sejħiet matul l-2009 għat-tliet azzjonijiet kollha u l-kuntratti ġew iffirmati sat-tmiem tal-2009.

3. Tbassir għall-2010

L-ewwel riżultati ta’ dawn l-azzjonijiet huma mistennija fit-tielet trimestru tal-2010. It-tieni Sejħa għal Proposti għal inizjattivi biex jesploraw il-kundizzjonijiet reali tax-xogħol u tal-għixien ta’ ħaddiema mibgħuta u kif is-sitwazzjoni hija mmexxija fil-prattika għat-tieni trimestru tal-2010. Fl-2010 se jitnieda t-tieni studju dwar l-aspetti legali tal-bgħit ta’ ħaddiema li jkopri dawk l-Istati Membri li ma setgħux ikunu inklużi fl-ewwel studju.

Miżuri għaż-żamma ta’ impjiegi (04 03 10)

1. Objettiv

Skont ir-rimarka tal-baġit inkluża fil-Baġit tat-2010, sabiex ikun hemm għajnuna biex ittaffi l-konsegwenzi soċjali u fuq l-impjiegi tal-kriżi kurrenti, għandu jitnieda Proġett Pilota biex jittestja metodi ulterjuri għat-tisħiħ tal-isforzi kollettivi biex jimmitigaw l-impatt negattiv tal-kriżi fuq livell Ewropew. Permezz tal-Proġett Pilota, għandha ssir analiżi ta’ kemm dawk l-impjiegi li huma f’riskju minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika jistgħu effettivament jinżammu billi jiddaħħlu miżuri bħal arranġamenti għal tnaqqis tal-ħinijiet tax-xogħol u taħriġ. Għandhom jiġu stabbiliti l-aħjar prattiki u jiġi promoss l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti.

2. Implimentazzjoni

Sabiex jinkisbu objettivi bħal dawn, se jiġu ppubblikati tliet sejħiet għal offerti matul l-ewwel kwart tal-2010 dwar il-kwistjonijiet li ġejjin.

Studju dwar “arranġament għal tnaqqis tal-ħinijiet tax-xogħol matul il-kriżi, u x’tagħlimiet jinkisbu"

F’ħafna Stati Membri s-swieq tax-xogħol l-ewwel nett irrispondew għall-kriżi billi aġġustaw il-produzzjoni u l-ħinijiet tax-xogħol totali biex jikkonfrontaw it-tnaqqis fid-domanda minflok naqqsu l-livelli tal-impjiegi. Permezz ta’ programmi ta’ kumpens għal tnaqqis tal-ħinijiet tax-xogħol fejn dawk li jħaddmu jistgħu japplikaw għal għajnuna tal-istat temporanja biex iżidu l-pagi ta’ ħaddiema li jaħdmu sigħat imnaqqsa, l-impjiegi Ewropej ġew imħarsa mill-impatt inizjali tar-reċessjoni. L-istudju għandu janalizza kif dawn l-iskemi verament affettwaw ir-reżiljenza relattiva tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea (UE) sa issa minħabba dawn il-miżuri ta’ aġġustament interni (pereż. skemi għal tnaqqistal-ħinijiet tax-xogħol u ħinijiet tax-xogħol iqsar, għeluq temporanju eċċ.) u kif dan jista’ jitqabbel ma’ esperjenzi aktar bikrija b’miżuri simili f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi aktar bikrija. L-istudju għandu jivvaluta wkoll miżuri meħuda mill-gvernijiet biex jiżgura li dawn l-arranġamenti kienu l-aktar effettivi pereżempju billi janalizza d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità. L-istudju għandu janalizza wkoll l-effettività ta’ miżuri li jabbinaw l-arranġament għal tnaqqis tal-ħinijiet tax-xogħol ma’ taħriġ relatat max-xogħol f’termini tal-impatt ta’ dawn fuq l-impjegabilità tal-ħaddiema kkonċernati (pereż. jekk dan jiffaċilitax it-tranżizzjoni possibbli għal impjiegi ġodda). L-istudju għandu janalizza wkoll kif u jekk ir-riskji ta’ telf staġnat marbut ma’ dawn il-miżuri ġewx limitati. Barra dan, l-istudju għandu janalizza l-irwol tal-partijiet interessati differenti f’dan il-kuntest inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, l-imsieħba soċjali, il-muniċipalitajiet u partijiet interessati oħra tas-suq tax-xogħol.

Studju dwar “il-provvista tal-apprendistati fl-Istati Membri”

L-objettiv tal-istudju huwa li ssir valutazzjoni tal-impatt tal-kriżi fuq is-sitwazzjoni ta’ persuni (żgħażagħ) li issa qed itemmu l-edukazzjoni tagħhom u x’inhu r-riskju sussegwenti li qed jaffrontaw f’termini ta’ qgħad u perjodi ta’ inattività u jekk hemmx ir-riskju li jkun hemm konsegwenzi ulterjuri f’termini tal-impjegabilità tagħhom anke wara l-irkupru. L-istudju għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet ta’ kif l-aħjar li żgħażagħ jingħataw appoġġ issa meta jippruvaw jidħlu fis-suq tax-xogħol pereżempju fl-għamla ta’ sejbien ta’ xogħol, taħriġ prattiku relatat mal-impjieg, jew aċċess għal studju ulterjuri biex jinkisbu l-kompetenzi ewlenin għal suċċess fuq is-suq tax-xogħol fil-futur. L-istudju għandu wkoll jivvaluta l-prattiki kurrenti ta’ apprendistati f’kumpaniji u fis-settur pubbliku u jivvaluta l-potenzjal li jiġu stabbiliti miri nazzjonali u aktar opportunitajiet għall-mobilità tat-tagħlim, inklużi għal apprendisti u gradwati li jitħarrġu. L-istudju għandu wkoll jidentifika l-irwol tal-UE fit-tixrid tal-aħjar prattiki u proġetti reċiproċi ta’ tagħlim kif ukoll biex iżżid il-kwalità tal-apprendistati barra milli tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar miżuri potenzjali li għandhom ikunu kkunsidrati biex iħeġġu lil kumpaniji joffru aktar postijiet ta’ apprendistat u jinvestu ruħhom biex iżidu l-impjegabilità ta’ staff ġdid inklużi apprendisti.

Studju dwar “ħarsa ġenerali komprensiva dwar ftehimiet ta’ appredistati fl-Istati Membri"

Matul l-aħħar snin, ippersistew żewġ dgħufijiet strutturali ewlenin fl-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol: livelli għoljin ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ f’bosta Stati Membri u kwalità baxxa u nuqqas ta’ sikurezza f’bosta impjiegi meħuda miż-żgħażagħ. Dgħufijiet fejn l-edukazzjoni tintrabat mal-impjiegi fi stadju bikri u n-numru dejjem għoli ta’ żgħażagħ b’livelli baxxi wisq ta’ ħiliet u kompetenzi (b’mod partikolari dawk li jispiċċaw l-iskola kmieni) jimpedixxu tranżizzjoni bla problemi li tirnexxi mill-edukazzjoni għall-impjieg. F’bosta pajjiżi l-problemi huma aktar ikkonċentrati fost gruppi speċifiċi ta’ żgħażagħ, migranti u xi minoritajiet etniċi. Dan huwa partikolarment ta’ tħassib billi dawn iż-żgħażagħ jagħmlu proporzjoni dejjem tikber tal-popolazzjoni żgħażugħa speċjalment f’żoni urbani. Fl-istess ħin, it-talba għal ħaddiema b’ħiliet għolja qiegħda ssir dejjem aktar diffiċli biex titqabbel, billi l-provvediment ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità għolja u attraenti mhuwiex biżżejjed f’bosta Stati Membri. L-istudju għandu jara kig arranġamenti għal apprendistati fl-Istati Membri jaffrontaw dawn il-problemi. Sabiex jagħmel dan l-istudju se jippreżenta ħarsa ġenerali għal kull Stat Membru dwar id-disponibilità ta’ postijiet ta’ apprendistat fi ħdan il-kumpaniji stess u fis-settur pubbliku għaż-żgħażagħ u l-kundizzjonijiet taħt liema dawn l-apprendistati jseħħu. L-istudju jidentifika bidliet eventwali f’dan il-kuntest matul l-aħħar 5 snin u b’mod partikolari jindirizza l-konsegwenzi tal-kriżi. L-istudju jevalwa l-potenzjal tal-programmi ta’ traineeships fis-sens li tingħata sikurezza liż-żgħażagħ u r-relazzjoni bejn dawn il-programm u għażliet individwali fil-mogħdijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ. L-istudju jħares ukoll lejn opzjonijiet biex jiġu inklużi edukazzjoni vokazzjonali bbażata l-iskola u arranġamenti temporanji tax-xogħol biex jiġu provduti pontijiet għal żgħażagħ li deħlin fis-suq tax-xogħol. L-istudju se janalizza wkoll l-effettività tal-programmi ta’ traineeships f’termini li jipprovdu opportunitajiet ta’ impjieg għaż-żgħażagħ u li jiġu evitati perjodi itwal ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ.

Min-naħa l-oħra, sabiex jiġu promossi l-iskamonju ta’ informazzjoni rilevanti u jiġu stabbiliti u ppubbliċizzati l-aħjar prattiki wara r-riżultati tal-istudju li se jitniedu, se jiġu organizzati avvenimenti ta’ tixrid.

Il-Kummissjoni tippubblika tliet sejħiet għal offerti li jkun fihom l-azzjoni msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni se tuża l-EUR 1 000 000 allokati għal din l-azzjoni.

3. Tbassir għall-2010

Is-sejħiet għal offerti jkunu pubblikati fl-ewwel kwart tal-2010. Din l-azzjoni tkun implimentata mill-bidu tat-3 Kwart tal-2010 u tintemm matul l-2011.

It-titjib tal-mobilità u l-integrazzjoni ta’ ħaddiema fl-UE (04 03 11)

1. Objettiv

Filwaqt li l-moviment liberi tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (UE) huwa ġeneralment pożittiv, hemm potenzjalment effetti negattivi sekondarji, b’mod partikolari għal ħaddiema vulnerabbli. Għaldaqstant l-għan ta’ dan il-proġett pilota huwa biex jgħin li jingħelbu ċertu diffikultajiet, inklużi varji diffikultajiet soċjali, li l-ħaddiema jaffrontaw fil-pajjiż ospitanti. Il-proġett jagħraf li d-distakki fl-appoġġ lil ħaddiema vulnerabbli ta’ sikwit jitnaqqsu mis-soċjetà ċivili. L-irwol tagħha għaldaqstant għandu jkun appoġġat sabiex ikunu jistgħu jinħolqu netwerks u sħubiji, u sabiex servizzi ta’ konsulenza jkunu jistgħu jingħaqdu flimkien biex jinħolqu strutturi ta’ konsulenza.

2. Implimentazzjoni

F’Diċembru 2009 il-Kummissjoni ppreżentat il-Linji Gwida għall-attivitajiet tal-EURES għas-snin 2010-2013. Waqt li kienet qed tiddiskuti dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni ħadet qies tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar “Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar il-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)”, li fost oħrajn, jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-mobilità ta’ gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni u tgħin biex jitneħħew l-ostakoli li jiltaqgħu magħhom billi toħloq aktar impjiegi ta’ kwalità, tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni, taffronta forom ġodda ta’ esklużjoni soċjali, tappoġġa l-ugwaljanza bejn is-sessi, tappoġġa l-familja u effettivament tiżgura aċċess għall-post tax-xogħol, is-servizzi tal-akkomodazzjoni u t-trasport.

Il-Kummissjoni, fil-proposta tagħha għal-linji gwida tal-EURES ippreżentat azzjoni li ssejjaħ lill-membri tal-EURES sabiex: “Jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet li huma attivi fil-provvediment ta’ informazzjoni u assistenza għall-integrazzjoni ta’ ħaddiema u l-familji tagħhom, b’mod partikolari gruppi vulnerabbli. Il-pajjiżi ospitanti għandhom imexxu din l-azzjoni.”

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 1 000 000 għal din l-azzjoni, implimentati permezz ta’ għotjiet annwali għal EURES li jibdew minn Ġunju 2010. Għall-ewwel pass, grupp magħżul ta’ pajjiżi jkun mitlub jimplimenta dawn l-attivitajiet.

Il-Kummissjoni ppubblikat sejħa għal proposti (VP/2009/008) f’Diċembru 2009 li fiha l-azzjoni msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni allokat EUR 1 000 000 għal din l-azzjoni, implimentati permezz ta’ għotjiet annwali għal EURES.

3. Tbassir għall-2010

Din l-azzjoni tibda f’Ġunju 2010 u tintemm f’Mejju 2011. Għall-ewwel pass, huwa mistenni li l-pajjiżi ospitanti jimplimentaw dawn l-attivitajiet.

Koperazzjoni komprensiva bejn awtoritajiet pubbliċi, ditti kummerċjali u impriżi mhux għall-qligħ dwar l-integrazzjoni ta’ persuni fis-soċjetà u x-xogħol (04 03 12)

1. Objettiv

L-iżvilupp ta’ impriżi tal-ekonomika soċjali jżid xogħol stabbli u ta’ kwalità, u mhux biss f’servizzi relatati mal-politiki tal-assistenza soċjali. F’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-ekonomija soċjali, l-istrateġija ta’ Lisbona u l-aġenda soċjali, huwa importanti li jkun hemm il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kumpaniji f’dan is-settur permezz ta’ proġetti ta’ kollaborazzjoni bejn gvernijiet u negozji, sew jekk għall-qligħ jew le, li jippromwovu mudelli u prattiki trasferibbli, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi, meta jiżdied l-għadd ta’ persuni fir-riskju ta’ marġinalizzazzjoni.

Għaldaqstant il-proġett għandu jżid l-għarfien tal-komunità tan-negozju fir-responsabilità soċjali tagħha, permezz ta’ appoġġ lil kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-integrazzjoni max-xogħol, u għalhekk jespandu l-oqsma tax-xogħol għall-inklużjoni soċjali u x-xogħol għal gruppi żvantaġġati (agrikoltura, industrija, kummerċ eċċ.).

2. Implimentazzjoni

Il-proġetti jkunu implimentati permezz ta’ għotjiet wara sejħa għal proposti li għandha tkun organizzata fl-2010.

L-applikazzjonijiet għandhom jipproponu soluzzjonijiet effettivi u effiċjenti għal kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi li huma speċifiċi għat-territorju tal-popolazzjonijiet ta’ referenza; essenzjalment permezz ta’ kollaborazzjoni bejn amministrazzjonijiet, impriżi mhux għall-qligħ u impriżi soċjali. Għaldaqstant il-proġetti għandhom jippjanaw il-ħolqien ta’ netwerks fost istituzzjonijiet pubbliċi u negożji li jkunu kapaċi jkunu innovattivi fil-governanza jew jifformulaw indikaturi ta’ benesseri soċjali, b’impatt kwantitattiv fuq il-popolazzjonijiet ta’ referenza. Il-baġit disponibbli għall-2010 jammonta għal EUR 1 500 000. Ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-Komunità m’għandhiex taqbeż it-80% tal-ispejjeż totali eliġibbli.

3. Tbassir għall-2010

Orarju indikattiv:

Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti     Mejju/Ġunju 2010

Limitu ta’ żmien għas-sottomissjonijiet    Settembru 2010

Deċiżjoni dwar l-għoti                         Diċembru 2010

Implimentazzjoni tal-proġett(i)               matul l-2011

L-istimular tal-konverżjoni ta’ xogħol prekarku għal xogħol bi drittijiet (04 04 08)

1. Objettiv

L-objettiv ġenerali tal-Proġett Pilota huwa li jinkiseb fehim aħjar tal-fenomenu ta’ “xogħol prekarju” fis-sens l-aktar wiesgħa tiegħu mal-Unjoni Ewropea (UE) kollha u biex jippromwovi l-konverżjoni ta’ relazzjonijiet tax-xogħol prekarji għal kuntratti tax-xogħol b’aktar drittijiet soċjali, notevolment permezz ta’ studju fil-fond ta’ passi konkreti meħuda fil-livell tal-Istati Membri biex jinkoraġġixxu tali trasformazzjoni.

2. Implimentazzjoni

L-objettiv jitmexxa permezz ta’ 2 azzjonijiet separati:

Il-provvediment ta’ għotjiet għal proġetti transnazzjonali fil-kamp tal-konverżjoni ta’ xogħol prekarju għal xogħol assoċjat mad-drittijiet. L-objettivi speċifiċi ta’ din il-miżura huma:

- biex jippromwovu l-analiżi u/jew il-monitoraġġ ta’ miżuri konkrei meħuda biex itejbu d-drittijiet ta’ ħaddiema prekarji;

- biex tiġi skambjata u mxerrda informazzjoni rilevanti dwar prattiki nazzjonali jew inizjattivi ta’ koperazzjoni mfassla biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-konverżjoni ta’ xogħol prekarju għal xogħol bi drittijiet;

- biex jiġi analizzat l-irwol ta’ xogħol prekarju fil-qafas ġenerali tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u demografiċi, b’attenzjoni fuq l-esklużjoni soċjali u faqar fuq ix-xogħol, kif ukoll l-impatt speċifiku tiegħu fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għixien ta’ ħaddiema żgħażagħ, nisa u migranti;

- biex jiġu analizzati s-sinifikat ekonomiku, il-kawżi u l-effetti ta’ xogħol prekarju fl-isfond tat-tendenzi tax-xogħol tal-lum, u sa kemm dan jikkontribwixxi għall-flessibilità tas-suq tax-xogħol.

Studju li jiddeskrivi u janalizza miżuri ta’ politika u prattiki tajbin implimentati reċentement fl-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu t-trasformazzjoni ta’ relazzjonijiet tax-xogħol prekarji f’kuntratti li għandhom aktar drittijiet soċjali. L-istudju għandu jgħin biex jiġi żviluppat kunċett ċar tal-prekarjetà fir-relazzjonijiet tax-xogħol u identifikazzjoni ta’ x’jista’ jikkostitwixxi drittijiet soċjali bażiċi.

3. Tbassir għall-2010

Is-sejħa għal proposti u s-sejħa għal offerti huma ppjanati għat-tieni kwart tal-2010.

Il-prevenzjoni tal-abbuż tal-anzjani(04 04 11)

1. Objettiv

F’konformità mar-rimarki tal-baġit, il-proġett pilota huwa intiż biex jiffinanzja inizjattivi li jgħinu biex ikun skopert kemm huwa mifrux l-abbuż ta’ persuni anzjani fl-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, il-proġett pilota se jiffoka fuq:

· l-evalwazzjoni tal-iskala tal-abbuż ta’ anzjani skont id-definizzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) (abbuż fiżiku, psikoloġiku u finanzjarju),

· il-kisba ta’ fehim aħjar tal-kawżi tal-abbuż ta’ anzjani,

· l-identifikazzjoni ta’ metodi eżistenti ta’ politika u prattika tajba fl-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-abbuż ta’ anzjani u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet dwar kif għandha tittejjeb il-kwalità fil-kura tal-anzjani. Fir-rigward ta’ dan il-punt, ta’ min jinnota li kemm jista’ jkun possibbli se jipprova jwieġeb għal dak li ntalab fil-kummenti tal-baġit.

· Ta’ min jinnota li dan l-aħħar punt huwa inqas ambizzjuż milli dak li ntalab fil-kummenti tal-baġit (“tkejjil tal-effettività tar-reazzjonijiet ta’ politika fl-Istati Membri”).

2. Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni se timplimenta dan il-proġett pilota permezz ta’ sejħa għal proposti, konferenza organizzata taħt il-Presidenza Belġjana u koperazzjoni mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD). L-għan ta’ din is-sejħa għal proposti huwa biex jingħata appoġġ għal inizjattiva li għandha teżamina kif l-aħjar li jkun ipprevedut l-abbuż ta’ anzjani billi jiġu żgurati kwalità għolja u dinjità fis-servizzi tal-kura fuq żmien twil. L-iskop tal-għotja huwa sabiex fl-Istati Membri varji jiġi organizzat eżerċizzju ta’ riflessjoni, li jiġbor flimkien lil rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli għas-superviżjoni tas-servizzi tal-kura fuq zmien twil, ta’ provdituri, ta’ dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani u tal-utenti tas-servizzi tal-kura fuq żmien twil. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet u karti eżistenti fuq livell nazzjonali u Ewropew, il-proġett għandu jeżamina kif dawn l-istandards jistgħu jitqiegħdu fil-prattika. Il-konferenza li se tiġi organizzata mill-Presidenza Belġjana (it-tieni nofs tal-2010) se teżamina kif għandha tiġi żgurata d-dinjità ta’ persuni anzjani debboli u tieħu kont ta’ proġetti ta’ riċerka mitmuma jew li għadhom għaddejjin dwar l-abbuż ta’ anzjani li kienu finanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni hija intiża li, flimkien mal-OECD, tmexxi proġett immexxi mill-politika biex jeżamina inizjattivi disponibbli u joffri rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ politiki dwar kwalità u sodisfazzjoni tal-utent fis-sistemi tal-kura fuq żmien twil fl-Unjoni Ewropea, biex b’hekk jippromwovi riformi li jnaqqsu r-riskji tal-abbuż ta’ anzjani. Il-proġett se jiffoka fuq tliet elementi ewlenin: i) Monitoraġġ tal-kwalità u sistemi ta’ kontroll; ii) Regolazzjoni tal-kwalità f’sistemi ta’ kura fuq żmien twil (LTC); iii) Politiki biex jindirizzaw nuqqasijiet fil-kwalità, inkluż taħriġ ta’ dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani u ta’ ħaddiema LTC.

3. Tbassir għall-2010

1.Sejħa għal proposti:

Mejju 2010:                 pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti

Awwissu 2010:            limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ proposti

Ottubru 2010:              deċiżjoni tal-għotja tal-kumitat ta’ valutazzjoni

Novembru 2010:           firmar tal-kuntratt (24 xahar)

Novembru 2012:           preżentazzjoni u tixrid tar-riżultati finali

2. Konferenza tal-Presidenza Belġjana

Il-konferenza għandha ssir fit-tieni nofs tal-2010. Wara għadd ta’ kuntatti mal-gvern Belġjan il-Kummissjoni għadha qed tistenna l-konferma finali min-naħa tal-Belġju dwar din l-inizjattiva. Jekk il-konferenza ppjanata ma tiġix organizzata taħt il-Presidenza Belġjana, din tista’ tiġi organizzata mill-Kummissjoni fil-bidu tal-2011.

3. Koperazzjoni mal-OECD

Il-proġett għandu jibni fuq proġett li jkun għadu għaddej mill-OECD li jirrevedi l-kopertura ta’ kura fuq żmien twil u politiki tal-forza tax-xogħol u l-impatt tagħhom fuq il-benesseri ta’ persuni informali li jieħdu ħsieb anzjani, l-aċċess u finanzjament LTC sostenibbli.

Novembru 2010:           firmar tal-kuntratt

Novembru 2012:           preżentazzjoni u tixrid tar-riżultati finali

L-impjegar ta’ persuni bi problemi relatati mal-awtiżmu (04 04 13)

1. Objettiv

L-objettiv huwa l-finanzjament ta’ proġetti li jgħinu l-iżvilupp ta’ politiki għall-impjegar u l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni bl-awtiżmu. Dan għandu jappoġġa proġetti innovattivi u integrati, li jindirizzaw żvantaġġi multipli li jaffrontaw persuni bi problemi relatati mal-awtiżmu, filwaqt li jitqiesu l-punti tajbin li joffru. Il-proġetti għandhom jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ reazzjonijiet effettivi ta’ politika u għall-istabbiliment u l-promozzjoni ta’ skambju ta’ prattiki tajbin.

2. Implimentazzjoni

Il-proġetti pilota jkunu implimentati permezz ta’ sejħa għal proposti. Proġetti proposti għandhom jiżviluppaw jew jittestjaw metodi biex itejbu l-aċċess għal u ż-żamma f’impjiegi għal persuni bi problemi relatati mal-awtiżmu f’mod prattiku inklużi l-partijiet interessati rilevanti kollha. Il-proġetti għandhom jinbnew madwar każijiet reali li jippermettu numru suffiċjenti ta’ persuni bl-awtiżmu biex jagħmlu xogħol imħallas f’sitwazzjonijiet inklużivi. Il-proġetti proposti għandhom jinkludu valutazzjoni dettaljata li tkun tista’ tintuża għat-tixrid tar-riżultati tal-proġett. Il-proġetti jridu jitfasslu b’tali mod li tinkiseb sostenibilità suffiċjenti wara li jkun spiċċa l-finanzjament mill-KE.

3. Tbassir għall-2010

Orarju indikattiv:                       Sejħa għal proposti tkun ippubblikata matul it-tieni kwart tal-2010

                                               Firmar ta’ ftehimiet ta’ għotjiet fir-raba’ kwart tal-2010 (bejn 3 u 6 proġetti)

Ammont indikattiv:                    EUR 1 000 000

Rata massima ta’ kofinanzjament:          80 % tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni. Il-kofinanzjament tal-Kummissjoni għal kull proġett finanzjat għandu jkun bejn EUR 150 000.00 u 400 000.00. Proġetti jistgħu jdumu għaddejjin għal 24 xahar.

Portplus – Pjan dwar enerġija sostenibbli għal portijiet (06 04 08)

1. Objettiv

L-objettiv stipulat mill-Parlament Ewropew huwa biex issir il-promozzjoni tal-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, biex tiżdied l-effikaċja fl-enerġija b’azzjonijiet diretti lejn strutturi u installazzjonijiet tal-portijiet u biex operaturi privati jkollhom għodda ta’ investiment f’teknoloġiji li jippermettu ffrankar tal-enerġija. Din il-proposta hija interessanti, billi tintegra attivitajiet ekonomiċi industrijali u miżuri tal-enerġija.

2. Implimentazzjoni

Kif inhu magħruf, porzjon kbir tal-programm ta’ Qafas għar-Riċerka (PQ7) huwa ddedikat għall-effiċjenza fl-enerġija. Għaldaqstant, l-azzjoni proposta tidħol sew fil-qafas tal-PQ7. Il-Kummissjoni se tipproponi l-inklużjoni ta’ dan il-proġett fil-Programm ta’ Ħidma tagħha li jmiss li se jkun ippubblikat f’Lulju 2010. Il-proġett propost ladarba inkluż fil-Programm ta’ Ħidma se jsegwi l-passi tas-soltu taċ-ċiklu tal-proġetti tal-PQ7 u jkun suġġett għar-regoli applikabbli tal-proċedura ta’ kumitat.

3. Tbassir għall-2010

Ebda nefqa ma hija prevista peress li l-finanzjament jingħata mill-PQ7.

L-irkupru tal-iskart u r-riċiklaġġ tal-iskart għal enerġija nadifa (06 04 15)

1. Objettiv

L-objettiv kif stipulat mill-Parlament Ewropew jinvolvi r-riċiklaġġ tal-iskart tad-dar mormi/maħżun f’siti għall-iskart.

2. Implimentazzjoni

Wara kunsiderazzjonijiet, jidher li t-tħaffir ta’ Skart Solidu Muniċipali (SSM) li jkun f’landfills minn siti ta’ landfills qodma huwa teknoloġija mingħajr provi b’ċansijiet minimi għal kummerċjalizzazzjoni u tiftiħ li jirnexxu. L-SSM li jkun f’landfills huwa ddekompostat parzjalment (jew ħafna) u diġà tilef kwantitajiet sinifikanti tad-densità tal-enerġija permezz ta’ proċessi ajrobiċi u/jew anerobiċi. Il-kontenut tal-umdità huwa wkoll relattivament għoli u għalhekk minbarra l-ispejjeż tat-tħaffir (kemm f’termini ta’ ekonomija kif ukoll konsum tal-enerġija) relatati mad-daqs, iridu jiġu appoġġati l-omoġenizzazzjoni u t-tnixxif. Minħabba l-fatt li l-SSM baqa’ fil-landfills għal perjodi twal, dan jimplika li l-komponenti kollha jkunu kkontaminati minn niġġiesa varji.

It-tħaffir ta’ siti ta’ landfills qodma jista’ jirriżulta f’perikli serji għall-ambjent u s-saħħa. Matul il-proċess tat-tħaffir, kwantitajiet sinifikanti ta’ metanu, li huwa Gass b’Effett ta’ Serra 24 darba aktar qawwi mid-dijossidu tal-karbonju, jiġu rilaxxati wkoll biex b’hekk il-benefiċċju finali ta’ Gass b’Effett ta’ Serra minn proċess bħal dan ikun negattiv jew l-aktar l-aktar minimu.

Fir-rigward ta’ dan il-Proġett Pilota, il-Kummissjoni temmen li jkun ħafna aktar effettiv jekk jiġi evitat għal kollox il-landfilling bl-implimentazzjoni ta’ politiki bbażati fuq id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. F’każijiet fejn il-landfilling għadu għaddej, għandhom jiġu applikati l-ġbir u l-utilizzazzjoni estensivi ta’ gass mil-landfills għal skopijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan il-Proġett Pilota kif propost mhux se joffri kontribut effettiv għal ġestjoni nadifa u rħisa tal-enerġija, u għaldaqstant tissuġġerixxi li ma jiġix implimentat.

3. Tbassir għall-2010

Ebda nefqa ma hija prevista.

L-ispiża tal-istudji għal studenti li ġejjin minn pajjiżi tal-PEV u għal attivitajiet akkademiċi relatati (15 02 31)

1. Objettiv

L-iskop ta’ dan il-proġett pilota huwa biex jippermetti lil studenti ġejjin minn pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) biex isiru jafu aktar dwar il-politiki u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) billi jattendi korsijiet speċjalizzati offruti permezz ta’ skema ta’ boroż ta’ studju, f’konformità mal-politika l-ġdida Ewropea tal-Viċinat Imtejba.

2. Implimentazzjoni

Il-Parlament Ewropew ħatar lill-Kulleġġ tal-Ewropa (iż-żewġ kampusijiet ta’ Bruges u Natolin/Warsow) bħala l-istituzzjoni akkademika fejn il-parteċipanti jsegwu programmi mfassla apposta għall-iskopijiet ta’ dan il-proġett pilota, fejn tqiesu l-karatteristiċi speċifiċi u l-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tal-Kulleġġ. Għaldaqstant il-Kulleġġ tal-Ewropa huwa de facto f’pożizzjoni ta’ monopolju biex jattwa l-kompiti ta’ dan il-proġett pilota, kif stipulat fl-Artikolu 168.1(c) tar-regoli ta’ Implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni Ewropea hija mistennija li tadotta programm ta’ ħidma annwali fuq dan il-proġett sa Marzu 2010. Il-programm ta’ ħidma se jiddefinixxi: it-tip ta’ programmi ta’ taħriġ (korsijiet; tul ta’ żmien eċċ. Eċċ.); in-numru indikattiv ta’ studenti parteċipanti/magħżula minn pajjiżi tal-PEV; il-kriterji tal-valutazzjoni (għażla u għotja); il-kundizzjonijiet u ż-żminijiet għall-formoli tal-applikazzjoni tal-istudenti; u l-ammont u l-kopertura tal-borża ta’ studju (rati fissi).

3. Tbassir għall-2010

L-għażla tal-istudenti se ssir bejn April/Ġunju 2010. L-appoġġ finanzjarju tal-Komunità jingħata permezz ta’ ftehim ta’ għotja.

Il-politika Ewropea tal-viċinat – It-titjib tal-edukazzjoni permezz ta’ boroż ta’ studju u skambji (15 02 32)

1. Objettiv

Dan il-proġett pilota se jkopri boroż ta’ studju għal studenti minn pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV)(1) li qed jistudjaw għal grad ta’ Master fl-Istudji Ewropej fl-2010-11. L-għan huwa li l-kapaċitajiet professjonali tal-istudenti jespandu u dawn ikunu jistgħu jaffrontaw politiki tal-Komunità. L-inizjattiva tista’ tinkoraġġixxi l-evoluzzjoni ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ impjegati taċ-ċivil pro-Ewropej fil-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

2. Implimentazzjoni

Il-proġett ikun implimentat permezz ta’ sejħa għal proposti miftuħa indirizzata lill-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla tal-UE li joffru grad ta’ Master fl-Istudji Ewropej. L-istituzzjonijiet ikunu mitluba jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom u jagħżlu minn qabel studenti gradwati li huma ċittadini u residenti f’pajjiż tal-PEV (massimu ta’ 3 kandidati kklassifikati flimkien ma’ 2 fuq il-lista ta’ riżerva).

Il-Kummissjoni Ewropea tkun responsabbli għall-għoti tal-boroż ta’ studju lill-kandidati gradwati magħżula kif proposti mill-istituzzjonijiet parteċipanti, biex isegwu Grad ta’ Master fl-Istudji Ewropej.

3. Tbassir għall-2010

L-għotjiet ikunu koperti b’kuntratt ma’ kull istituzzjoni minn fejn l-istudenti tal-PEV ikunu ngħataw borża ta’ studju. Huwa mistenni li tagħti 30 sa 40 borża ta’ studju sħiħa (skont kemm idum il-Grad ta’ Master). Il-boroż ta’ studju jkopru l-miżati tat-tagħlim, l-ispejjeż ta’ sussistenza (rati fissi għal kull pajjiż), u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni.

L-orarju u l-ammont indikattiv tas-sejħa(sejħiet) għal proposti huma kif ġej:

- Marzu 2010: Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti;

- 30 ta’ April 2010: Limitu ta’ żmien għall-applikazzjoni;

- Mejju – Ġunju 2010: Proċedura tal-għoti u deċiżjoni tal-għoti;

- 30 ta’ Ġunju 2010: L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla jiġu informati mill-Kummissjoni Ewropea.

L-ammont indikattivi jkunu: għal għotjiet EUR 960 000; u għall-akkwist (esperti biex jevalwaw il-formoli tal-applikazzjoni riċevuti wara s-sejħa għal proposti) EUR 40 000.

Trasparenza u stabilità fis-swieq finanzjarji (17 02 04)

1. Objettiv

Fir-rigward tar-rimarka tal-baġit adottata fil-Baġit tal-2010, il-Kummissjoni evalwat b’attenzjoni l-ġustifikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-kuntest ta’ dan il-proġett pilota.

Tassew, swieq finanzjarji aktar stabbli u trasparenti huma objettiv ewlieni għall-azzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u għall-gvernijiet nazzjonali tal-UE. Fil-Komunikazzjoni reċenti tagħha “L-iżgurar ta' swieq tad-derivattivi effiċjenti, sikuri u sodi” (KUMM(2009) 332), il-Kummissjoni diġà ħabbret azzjonijiet ta’ politika futuri biex iżżid it-trasparenza tas-swieq derivattivi.

Bħala parti mir-reazzjoni tagħha għall-kriżi finanzjarja, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Nixprunaw l-irkupru Ewropew” (KUMM (2009)114) ipproponiet biex tippromwovi aktar l-edukazzjoni finanzjarja mal-UE kollha, issaħħaħ leħen l-investituri Ewropej u tipprovdi finanzjament dirett biex tiffaċilita l-bini ta’ ħiliet tal-partijiet interessati li jinvestu biex tirrappreżenta l-interessi tagħhom fil-politiki tas-servizzi finanzjarji fil-livell tal-UE, permezz ta’ taħriġ, riċerka u informazzjoni. Għal dan il-għan, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilixxew kuntatti mal-Parlament Ewropew biex jiskambjaw ideat dwar l-aħjar metodu biex jimplimentaw dawn il-proġetti pilota u sar ftehim għal kors ta’ azzjoni, li jiffoka fuq il-provvediment ta’ taħriġ u informazzjoni f’oqsma speċifiċi tas-servizzi finanzjarji.

Huwa fatt li prodotti finanzjarji aktar kumplessi, li oriġinarjament kienu intiżi għal operaturi professjonali, mhumiex aktar limitati għal użu professjonali minn istituzzjonijiet finanzjarji. Qabel ma tfaċċat il-kriżi finanzjarja, tali prodotti tqassmu l-aktar lil konsumaturi li kienu mġiegħla jakkwistawhom mingħajr biżżejjed għarfien dwar ir-riskji u l-konsegwenzi tagħhom.

In-nuqqas ta’ trasparenza ta’ prodotti finanzjarji bħal dawn huwa minħabba l-kumplessità teknika tagħhom, fejn il-konsumaturi jkunu mxekkla milli jiksbu biżżejjed informazzjoni dwar ir-riskji bażiċi. Barra dan, ta’ sikwit hemm nuqqas ta’ konsulenza adattata għall-profili personali tal-konsumaturi u utenti aħħarija oħrajn, biex b’hekk dawn tal-aħħar jixtru prodotti finanzjarji li mhumiex adatti għall-ħtiġijiet tagħhom.

Fil-qasam azzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur, it-taħriġ u l-informazzjoni li huma indirizzati lil organizzazzjonijiet u entitajiet li huma attivi fil-qasam ta’ tqajjim ta’ kuxjenza u konsulenza jistgħu jkunu mod effettiv biex tittejjeb il-kwalità tat-teħid ta’ deċiżjoni finali kif ukoll il-parir mogħti lill-konsumaturi. F’dawk l-organizzazzjonijiet li jipprovdu konsulenza lill-konsumaturi, dan it-tip ta’ edukazzjoni finanzjarja jiżviluppa l-kapaċità tal-konsumatur u jagħti poter lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet informati, għaliex ikunu mgħammra bl-informazzjoni neċessarja biex jakkwistaw prodotti adatti għall-ħtiġijiet tagħhom, u b’hekk jevitaw riskji mhux neċessarji.

2. Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tmexxi kors intiż biex iħarreġ konsulenti ta’ konsumaturi dwar kwistjonijiet varji tas-servizzi finanzjarji. L-għan tal-kors ikun biex iħarreġ konsulenti dwar varjetà wiesgħa ta’ kwistjonijiet finanzjarji, bħal ġestjoni ta’ flus u pariri dwar il-baġit tal-familja, prodotti ta’ kreditu u attivitajiet ta’ investiment, inkluż valutazzjoni ta’ riskju. Il-popolazzjoni fil-mira tkun tinkludi organizzazzjonijiet volontarji ffinanzjati mill-gvern jew organizzazzjonijiet mhux governattivi indipendenti, entitajiet komunitarji, assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u korpi rilevanti oħrajn li huma attivi fil-konsulenza lil konsumaturi. Fejn possibbli u xieraq, il-parteċipazzjoni għal dawn il-korsijiet għandha tkun estiża lil assoċjazzjonijiet ta’ amministrazzjonijiet lokali. Il-kuntrattur imqabbad mill-Kummissjoni jkun meħtieġ jidentifika l-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-organizzjonijiet rilevanti b’rabta ma’ kwistjonijiet finanzjarji u jmexxi sessjonijiet ta’ taħriġ maħluqa apposta. Dawn l-attivitajiet ikunu mfassla bil-ħsieb li jiksbu effett multiplikatur permezz tat-tixrid ta’ għarfien u informazzjoni lill-udjenza rilevanti fil-mira.

Għall-użu effiċjenti u effettiv ta’ riżorsi, il-korsijiet ma jistgħux jiġu organizzati f’kull wieħed mis-27 Stat Membru, għaldaqstant huwa maħsub li l-korsijiet jitmexxew fi Stati Membri magħżula jew gruppi ta’ Stati Membri.

Il-Kummissjoni tagħżel il-provditur tal-korsijiet permezz ta’ sejħa għal offerti.

3. Tbassir għall-2010

L-avviż tal-kuntratt ikun ippobblikat f’Ġunju 2010 u l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti minn appaltaturi potenzjali jkun f’Settembru 2010. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni ssir f’Ottubru 2010, u l-kontroll intern tal-akkwist isir f’Novembru 2010.

(1)

        L-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, is-Sirja, it-Tuneżija, l-Ukraina u r-Russja.


Intestatura 1b

It-titjib tal-koperazzjoni reġjonali u lokali permezz tal-promozzjoni tal-politika reġjonali tal-UE fuq skala globali (13 03 23)

1. Objettiv

L-objettivi tal-Proġett Pilota jkunu biex:

· jikkontribwixxi b’mod aktar effettiv għas-sħubija strateġika bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi f’konformità mat-talbiet ewlenin minn dawn tal-aħħar għal aktar koperazzjoni f’dan il-qasam;

· jaqsam il-benefiċċji tal-esperjenza twila tal-UE dwar kif il-politiki reġjonali u ta’ koeżjoni jsaħħu l-proċess ta’ integrazzjoni ekonomika u politika, filwaqt li jippromwovu t-tkabbir, l-iżvilupp sostenibbli, ugwaljanza ta’ opportunità u koperazzjoni transkonfinali.

· jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-immaġni internazzjonali tal-Unjoni;

· jikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-valuri Ewropej, il-prinċipji bażiċi, l-istrutturi ta’ rendiment u l-politiki. Parti importanti tal-proġett pilota hija li jinħatfu l-opportunitajiet għal koperazzjoni ma’ u assistenza lil organizzazzjonijiet internazzjonali fil-bini ta’ sħubiji reġjonali.

Għaldaqstant l-objettivi, kif definiti mill-Kummissjoni, għall-proġett pilota huma konformi mal-prijoritajiet identifikati fir-rimarki tal-baġit ivvutati mill-Parlament, u kif ikkonfermati f’żewħ laqgħat li saru fl-2009 mas-Sur van Nistelrooij, MPE, u membru tal-Kumitat għall-Politika Reġjonali tal-PE.

Ir-riżorsi addizzjonali għall-2010 se jgħinu biex jiżviluppa d-djalogu ma’ pajjiżi terzi li huwa biss f’fażi preliminari. Dawn ir-riżorsi se jgħinu lill-Kummissjoni biex tapprofondixxi u twessa’ l-attivitajiet tagħha u biex iġġib għajnuna reali lil pajjiżi terzi f’isforzi tagħhom biex itejbu l-politika pubblika fl-iżvilupp reġjonali, u kwistjonijiet ta’ governanza reġjonali u lokali.

2. Implimentazzjoni

Fl-2010 il-proġett pilota jkun implimentat, bħal ma seħħ fl-2009, permezz tal-użu ta’ Kuntratti ta’ Qafas jew għotjiet. L-azzjonijiet appoġġati se jinkludu l-organizzazzjoni ta’ konferenzi internazzjonali u avvenimenti oħrajn, attivitajiet ta’ informazzjoni, żjarat ta’ studju, netwerking u studji.

Għal ċerti studji, jintużaw ukoll is-sejħiet għal offerti.

3. Tbassir għall-2010

Studji (mal-OECD u oħrajn) – baġit indikattiv EUR 700 000

Qed jitħejja studju territorjali tal-Ukraina b’ġestjoni konġunta mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD). Barra dan, qed jiġi esplorat il-potenzjal tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ innovazzjoni reġjonali fiċ-Ċina li jinvolvi studju konġunt mal-OECD u l-Kummissjoni Ċiniza għall-Iżvilupp u r-Riforma Nazzjonali. Hemm previsti għadd ta’ studji dwar:

· Il-potenzjal tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ innovazzjoni reġjonali fiċ-Ċina (mal-OECD);

· Studju Territorjali tal-Ukraina (mal-OECD);

· Koperazzjoni transkonfinali fl-Afrika;

· Is-segwitu ta’ sistemi ta’ innovazzjoni reġjonali fl-Amerika Latina;

· Studji bejn pari f’reġjuni magħżula tal-Ukraina.

Seminars ta’ informazzjoni (żjarat ta’ studju u seminars) – baġit indikattiv EUR 750 000

Is-seminars huma mezz importanti għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-promozzjoni ta’ fehim reċiproku ma’ pajjiżi terzi. Hemm domanda dejjem tikber minn pajjiżi terzi għal esperjenza diretta tal-implimentazzjoni tal-politika reġjonali tal-UE fil-kamp f’kuntesti differenti. Dan huwa possibbli bil-proġett pilota, billi jerfa’ fuqu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni li jonfqu l-esperti maħtura u l-parteċipanti minn pajjiżi terzi.

Hemm maħsuba għadd ta’ seminars li għandhom isiru fil-pajjiżi msieħba ewlenin dwar temi bħal: kwistjonijiet strateġiċi u ta’ governanza, sistemi ta’ informazzjoni, evalwazzjoni, sistemi ta’ innovazzjoni reġjonali, koperazzjoni transkonfinali, eċċ.

· Il-Brażil: Seminar dwar il-koperazzjoni fil-politika reġjonali tal-UE-Brażil;

· Il-Brażil: Workshop dwar Informazzjoni, Evalwazzjoni, Kontroll Finanzjarju u Verifika;

· Iċ-Ċina: Seminar ta’ livell għoli dwar il-koperazzjoni fil-politika reġjonali tal-UE-Ċina u parteċipazzjoni fl-Expo Dinji f’Shanghai (seminar, stand, netwerking);

· Iċ-Ċina: Żewġ programmi ta’ taħriġ mal-Akkademja tal-Liġi Ewropea ta’ Trier (permezz ta’ kuntratt ta’ qafas eżistenti jew sejħa għal offerti);

· L-Arġentina: Seminar dwar sistemi ta’ innovazzjoni reġjonali fl-Amerika Latina (mal-OECD) u possibbilment seminar dwar il-koperazzjoni transkonfinali;

· L-Ukraina: Sensiela ta’ seminars introduttorji dwar il-politika reġjonali Ewropea f’reġjuni magħżula (Odessa, Chernovtsy, Kharkhiv u Donetsk), li jinvolvu uffiċjali tal-Kummissjoni u esperti reġjonali tal-UE;

· L-Afrika t’Isfel: Seminar dwar il-Politika Reġjonali organizzat mill-gvern li jinvolvi uffiċjali tal-UE u esperti reġjonali tal-UE;

· L-Awstralja: l-ewwel konferenza dwar politika reġjonali.

Hemm previsti għadd ta’ skambji ta’ programmi, prinċipalment għal rappreżentanti reġjonali Brażiljani u uffiċjali nazzjonali u reġjonali Ċiniżi. L-Ukraina, l-Afrika tal-Punent (l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent (UEMOA), il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS)) u l-Afrika t’Isfel jistgħu jieħdu sehem ukoll f’dawn iż-żjarat ta’ skambju skont jekk dawn jesprimux interess.

· Il-Brażil: It-tieni skambju tal-programm għal 40 rappreżentant reġjonali, żjarat f’reġjuni Ewropej u Ġranet Miftuħa Ġimgħa Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni;

· L-Ukraina: Żjarat minn uffiċjali tal-Ukraina fi Brussell, in-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni tal-Ippjanar tal-Ispazju (ESPON), reġjuni tal-UE u l-Ġranet Miftuħa Ġimgħa Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni;

· Possibiltajiet oħrajn: L-Afrika tal-Punent u/jew t’Isfel: żjarat minn uffiċjali fi Brussell, ESPON, reġjuni tal-UE u l-Ġranet Miftuħa Ġimgħa Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni. Kuntatti/żjarat ta’ segwitu għal pajjiżi tal-Amerika Ċentrali fil-kuntest tan-negozjati tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-UE.

Appoġġ għal għodda ta’ informazzjoni u komunikazzjoni – baġit indikattiv EUR 50 000

Sabiex tiżdied il-viżibilità tal-attivitajiet u l-prijoritajiet tal-politika reġjonali, huwa importanti li jitħejjew, u jiġu tradotti f’lingwi oħra, prodotti ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

Il-Kummissarju u/jew id-DĠ REGIO ta’ sikwit jintalbu jagħmlu preżentazzjonijiet, flimkien tal-provvediment ta’ stands f’konferenzi mad-dinja kollha. Billi huwa impossibbli li dawn it-talbiet kollha jintlaqgħu, huwa raġonevoli li jitħejja materjal jew stands lesti li jistgħu jinġarru lejn dawn id-destinazzjonijiet. Din l-azzjoni tkun implimentata permezz ta’ kuntratt ta’ servizz.

Azzjonijiet b’konnessjoni mas-settur tat-tessuti u ż-żraben (13 03 25)

1. Objettiv

F’konformità mal-approprjazzjonijiet allokati, adottati fil-baġit tal-2010, dan il-proġett pilota jimmira biex jiżviluppa l-istrateġija Komunitarja għas-setturi tat-tessuti/ħwejjeġ u taż-żraben, b’mod partikolari għar-reġjuni inqas vantaġġati.

F’dan il-kuntest, l-approprjazzjonijiet huma intiżi biex jintużaw sabiex issir valutazzjoni fil-fond tas-sitwazzjoni tas-setturi tat-tessuti/ħwejjeġ u taż-żraben fl-Unjoni Ewropea inkluż il-prospetti għall-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni. Il-valutazzjoni għandha tiffoka fuq l-oqsma enfasizzati fil-kumment tal-baġit. B’mod partikolari r-riċerka u l-innovazzjoni, ir-ristrutturar, it-taħriġ vokazzjonali u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u jkollha angolu reġjonali. Għandha tenfasizza l-iżviluppi strateġiċi meħtieġa sabiex tittejjeb il-kompetittività fis-setturi tat-tessuti/ ħwejjeġ u taż-żraben fl-UE.

2. Implimentazzjoni

Il-proġett ikun implimentat permezz ta’ sejħa għal offerti mmirata għall-finanzjament ta’ valutazzjoni fil-fond tas-sitwazzjoni tas-setturi u l-prospetti għall-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni.

Is-sejħa għal offerti, li se titnieda fl-ewwel nofs tal-2010, se tinkludi żewġ lottijiet, l-ewwel wieħed jiffoka fuq il-valutazzjoni fil-fond tas-settur Ewropew tat-Tessuti u l-Ħwejjeġ u t-tieni wieħed fuq il-valutazzjoni fil-fond tas-settur Ewropew taż-Żraben.

Għal kull lott, il-proġett ikun magħmul minn 6 rapporti/valutazzjonijiet indipendenti kif ġej:

a.     Stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tas-setturi Ewropej tat-tessuti/ħwejjeġ u taż-żraben u l-prospetti għall-iżvilupp fil-ġejjieni

b.     Valutazzjoni dwar il-metodu kif ċentri speċjalizzati tar-riċerka u l-innovazzjoni jikkomunikaw/jittrasferixxu t-tekonoloġija lil intrapriżi tat-tessuti/ħwejjeġ u taż-żraben f’reġjuni differenti tal-Unjoni Ewropea. Identifikazzjoni tal-aħjar prattiki, fatturi li jirnexxu u diffikultajiet. Identifikazzjoni ta’ żviluppi potenzjali fil-ġejjieni.

c.     Valutazzjoni tad-diffikultajiet ewlenin li qed jolqtu lill-SMEs tat-tessuti/ħwejjeġ u taż-żraben f’reġjuni differenti tal-Unjoni Ewropea u l-prospetti biex jingħelbu dawn id-diffikultajiet.

d.     Valutazzjoni ta’ proċessi fil-passat jew li għadhom għaddejjin għar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni fl-impriżi tat-tessuti/ħwejjeġ u taż-żraben f’reġjjuni differenti tal-Unjoni Ewropea. Antiċipazzjoni ta’ proċessi ta’ modernizzazzjoni u ristrutturar fil-ġejjieni.

e.     Identifikazzjoni tal-aħjar metodi ta’ taħriġ (l-aħjar prattiki) applikati għall-impriżi tat-tessuti/ħwejjeġ u taż-żraben f’reġjuni differenti tal-Unjoni Ewropea. Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal taħriġ fil-ġejjieni.

f.      Valutazzjoni tal-iżvilupp ta’ prattiki tar-Riċerka u l-Innovazzjoni f’reġjuni differenti tat-tessuti/ħwejjeġ u taż-żraben tal-Unjoni Ewropea. Prospetti futuri għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur.

Il-proġett se jiffoka b’mod partikolari fuq reġjuni speċifiċi tal-Unjoni Ewropea.

Rapport finali ta’ sinteżi, li jiġbor il-konklużjonijiet ewlenin tas-6 valutazzjonijiet indipendenti, għandu jagħmel enfasi fuq il-mixja ’l quddiem għaż-żewġ setturi.

Baġit totali: EUR 1 000 000 (EUR 630 000 għal lott 1 u EUR 370 000 għal lott 2)

3. Tbassir għall-2010

 Is-sejħa għal offerti b’2 lottijiet se titnieda matul l-ewwel nofs tal-2010.

 L-isfida ewlenija hija sabiex timijiet multidixxiplinari jitħajru japplikaw għas-sejħa għal offerti, fejn dawn ikollhom għarfien fil-fond tas-setturi tat-tessuti/ħwejjeġ u/jew taż-żraben u għarfien fil-fond tal-oqsma differenti li jeħtieġu attenzjoni.


Intestatura 2

Appoġġ għal koperattivi tal-bdiewa (05 02 17 01)

Il-Kummissjoni għadha qed tirrifletti dwar il-fattibilità u l-mekkaniżmu ta’ rendiment l-aktar xieraq.

Prezzijiet tal-irziezet Ewropej u osservatorju tal-marġnijiet (05 02 17 02)

Il-Kummissjoni għadha qed tirrifletti dwar il-fattibilità u l-mekkaniżmu ta’ rendiment l-aktar xieraq.

Appoġġ għal inizjattivi tal-bdiewa u l-konsumaturi għal emissjonijiet baxxi tal-karbonju, konsum baxx tal-enerġija u produzzjoni tal-ikel mibjugħa lokalment (05 02 17 03)

Il-Kummissjoni għadha qed tirrifletti dwar il-fattibilità u l-mekkaniżmu ta’ rendiment l-aktar xieraq.

L-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni biex titwaqqaf id-deżertifikazzjoni fl-Ewropa ('07 03 16)

1. Objettiv

Fir-rigward tar-rimarka tal-baġit adottata fil-Baġit tal-2010, dan il-proġett huwa intiż biex jidentifika u jiżviluppa attivitajiet ta’ prevenzjoni biex titwaqqaf id-deżertifikazzjoni fl-Ewropa.

Minħabba l-ambitu wiesgħa ħafna ta’ inizjattivi koperti mir-rimarka tal-baġit, ġew organizzati bosta laqgħat mal-Parlament Ewropew sabiex tiġi definita tema fokali possibbli li mhix diġà koperta minn oqsma ta’ politika oħrajn (jiġifieri r-riċerka u l-agrikoltura).

Wara d-diskussjonijiet mal-PE, il-proġett pilota se jiffoka biex jappoġġa l-iżvilupp ta’ inizjattivi pilota konkreti sabiex jikkontribwixxu għall-iskambji ta’ prattika tajba u innovazzjoni fil-livell lokali fuq erba’ kwistjonijiet prijoritarji (konservazzjoni tal-ilma tax-xita u l-ilma tal-wiċċ, forom alternattivi ta’ irrigazzjoni, miżuri għall-iffrankar tal-ilma/effiċjenza fl-ilma u uċuħ tar-raba’ li jikkunsmaw inqas ilma) biex titwaqqaf id-deżertifikazzjoni fl-Ewropa. B’mod partikolari, il-proġett se jiffoka fuq l-ittestjar ta’ tekonoloġiji, tekniki jew prattiki ta’ spiża baxxa mfassla speċjalment biex jindirizzaw l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa bil-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-bniedem u tal-ambjent f’reġjuni differenti (possibbilment fir-reġjuni prijoritarji identifikati) tal-Ewropa. Il-proġett ikopri l-identifikazzjoni, l-appoġġ finanzjarju, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ 3-5 inizjattivi pilota konkreti.

2. Implimentazzjoni

L-impenn għal dan il-proġett kien diġà ta’ Eur 1 000 000 taħt il-baġit tal-2009.

Ġew allokati approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali ta’ EUR 1 500 000 taħt il-baġit tal-2010.

L-approprjazzjonijiet addizzjonali se jkunu inkorporati fl-istess sejħa għal proposti biex b’hekk isir possibbli li jkun hemm l-implimentazzjoni ta’ 3-5 proġetti pilota, aktar milli ppjanat oriġinarjament.

3. Tbassir għall-2010

Il-proġett huwa implimentat f’żewġ fażijiet.

L-ewwel fażi kienet it-tnedija ta’ kuntratt ta’ servizz li jgħin lill-Kummissjoni biex tagħżel, timmonitorja u tevalwa l-proġetti pilota. Il-Kuntratt ġie ffirmat fl-2009 u għadu għaddej.

It-tieni fażi tibda fl-2010 u hemm ippjanata t-tnedija ta’ sejħa għal proposti għal ammont indikattiv ta’ EUR 2 4000 000 fl-ewwel kwart tas-sena.

Il-proposti piloti jintgħażlu u l-ftehimiet tal-għotja jiġu ffirmati fit-tieni nofs tas-sena (iż-żmien indikattiv huwa Ottubru 2010).

L-irkupru ta’ bastimenti qodma li ma jintużawx fil-kummerċ tas-sajd (07 03 18)

1. Objettiv

It-tipi ta’ vapuri koperti mill-proġett pilota, kif definiti mill-Awtorità tal-Baġit, huma bosta fl-ambitu. Ġie propost li l-ambitu jkun iffokat fuq vapuri li għandhom x’jaqsmu mal-Ewropa biss: vapuri żgħar li joperaw fl-Unjoni Ewropea (UE), bastimenti tal-flotta u bastimenti oħra tal-gvern u bastimenti kbar tat-tbaħħir marbuta mal-UE (jidħlu fl-portijiet tal-UE, itajru l-bandiera ta’ pajjiż tal-UE jew li għandhom sid benefiċjarju Ewropew). Bastimenti kbar tat-tbaħħir li joperaw barra mill-UE ma jiġux ikkunsidrati.

Barra dan meta jitqiesu r-rimarka u l-ġustifikazzjoni tal-baġit mhuwiex ċar jekk l-għan huwiex studju intern jew proġett operazzjonali attwali dwar ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta’ materjali u ġestjoni xierqa tal-iskart perikoluż li jifdal.

Il-metodu propost għall-2010 huwa li jitmexxa studju dwar l-ambitu li jistabbilixxi inventarju tal-għadd u l-kompożizzjoni ta’ vapuri u jidentifika l-proċessi ta’ riċiklaġġ li diġà hemm fis-seħħ jew qed jiġu żviluppati. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju jistgħu jwasslu eventwalment għat-tieni fażi (fl-2011) fejn l-analiżi tista’ tiġi rfinata u l-aħjar prattiki jitqassmu permezz ta’ avvenimenti biex titqajjem kuxjenza fl-Istati Membri rilevanti (stadju 2).

Il-proġett ikun jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:

Stadju 1 (2010): Jiġi stabbilit inventarju tal-vapuri, tal-kompożizzjoni tagħhom, tal-post u l-metodi tagħhom għaż-żarmar (inkluż l-impatt dwar is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent). Identifikazzjoni tal-aħjar prattiki.

Stadju 2 (2011): Jiġu organizzati avvenimenti biex titqajjem kuxjenza fl-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar l-aħjar prattiki, jitqajjem dibattitu pubbliku u jiġu identifikati soluzzjonijiet u ideat ġodda mal-partijiet interessati rilevanti (awtoritajiet lokali, sidien ta’ vapuri, faċilitajiet tar-riċiklaġġ ta’ vapuri, NGOs...

Ir-riżultati ta’ dawn l-istadju jistgħu jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni ta’ żviluppi possibbli ulterjuri, pereżempju f’termini ta’ teknoloġiji ġodda għall-ġestjoni tal-iskart, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta’ materjali li jinsabu f’vapuri bħal fibri tal-ħġieġ u raża u ġestjoni aħjar ta’ skart perikoluż prodott mir-riċiklaġġ ta’ vapuri. Żviluppi bħal dawn jistgħu jiġu promossi bil-proposta ta’ prijorità speċifika għal proġetti li jkunu ffinanzjati permezz ta’ sejħa futura għal proposti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas.

2. Implimentazzjoni

Stadju 1:

Informazzjoni rilevanti dwar bastimenti kummerċjali kbar tat-tbaħħir tinkiseb permezz ta’ proċedura negozjata (teżisti database kummerċjali).

Din l-informazzjoni imbagħad tiġi sfruttata permezz ta’ studju (sejħa għal offerti).

Stadju 2: Avvenimenti biex titqajjem kuxjenza jiġu organizzati permezz ta’ tender speċifika waħda jew aktar.

3. Tbassir għall-2010

Il-proġett għandu jsir f’2 fażijiet. Hija biss Fażi 1 (EUR 300 000) li għandha tkun iffinanzjata mill-baġit tal-2010 permezz ta’ proċedura ta’ akkwist. Fażi 2 għandha tkun deċiża u żviluppata fid-dettall biss wara li fażi 1 tkun stabbiliet l-informazzjoni bażika. Għandha tiġi wkoll implimentata permezz ta’ proċedura ta’ akkwist (baġit tal-2010).

Deċiżjoni għal finanzjament fuq Fażi 1 tkun proposta għall-adozzjoni sa April 2010.

Is-sejħa għal offerti se titnieda mill-aktar fis possibbli fl-ewwel nofs tal-2010. Minħabba l-proċedura ta’ akkwist il-kuntratt mhux mistenni li jiġi ffirmat qabel it-tieni nofs tal-2010.

Diffikultajiet potenzjali jistgħu jkunu inerenti għaż-żarmar ta’ bastimenti kbar tat-tbaħħir li jsir l-aktar f’pajjiżi terzi u aċċess għal informazzjoni dwar l-impatti tal-metodi ta’ riċiklaġġ.

Telf ekonomiku minħabba ammonti għolja ta’ ilma moħli fil-bliet (07 03 19)

1. Objettiv

L-għan tal-proġett huwa li ssir valutazzjoni ta’ ilma moħli u t-telf ekonomiku relatat fil-bliet kbar mal-Unjoni Ewropea (UE) kollha. L-għanijiet proposti jistgħu jinġabru hekk kif ġej:

1) Evalwazzjoni u stima ta’ ilma moħli fi bliet rappreżentattivi varji.

2) Analiżi tal-konsegwenzi, it-telf ekonomiku relatat u l-impatt ambjentali.

It-telf ta’ riżorsi tal-ilma huwa importanti kemm mill-aspett ta’ riżorsa u kemm mill-aspett ekonomiku. Għaldaqstant il-proġett se jimmira biex jistabbilixxi r-rabta bejn it-telf tal-ilma u l-valur tal-ilma fil-baċiri magħżula.

2. Implimentazzjoni

Il-proġett pilota jkun implimentat permezz ta’ sejħa għal offerti miftuħa.

Il-kuntratt jimmira biex jistabbilixxi linja bażi li tiddeskrivi telf tal-ilma f’selezzjoni ta’ bliet kbar fl-UE.

Kif indikat fir-rimarki tal-baġit, il-proġett għandu jkun marbut mal-impenn tal-UE kontra l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa, u l-pajjiżi magħżula se jkunu dawk fejn hemm problemi sinifikanti bl-iskarsezz tal-ilma u/jew in-nixfa, fejn huwa magħruf li t-telf huwa għoli, u l-potenzjal għal tnaqqis tat-telf huwa għoli għaldaqstant, kif ukoll il-bliet li naqqsu t-telf tal-ilma, sabiex jiġu studjati l-aħjar prattiki.

It-telf tar-riżorsi tal-ilma huwa importanti kemm mill-aspett tar-riżorsi kif ukoll mill-aspett ekonomiku. Għaldaqstant il-proġett jimmira biex jistabbilixxi r-rabta bejn it-telf tal-ilma u l-valur tal-ilma f’baċiri magħżula.

3. Tbassir għall-2010

Il-Kummissjoni se tniedi sejħa għal offerti miftuħa fl-ewwel parti tal-2010, biex timplimenta l-objettivi ta’ hawn fuq.

Il-firma tal-kuntratt hija intiża biex issir qabel it-tmiem tas-sena.

Ċertifikazzjoni ta’ prattiki ta’ biedja b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju (07 03 21)

1. Objettiv

Meta jitqiesu l-objettivi stipulati fir-rimarka tal-baġit, il-Kummissjoni tmexxi l-implimentazzjoni tal-proġett pilota fuq tliet kompiti prinċipali:

- l-ewwel, biex tqabbel il-kalkulaturi eżistenti tal-karbonju fil-livell tal-irziezet u biex issib l-aktar xieraq jew ibridu xieraq għall-ittestjar fit-tielet stadju tal-proġett. Huwa maħsub li jsir aktar milli speċifikat fid-deskrizzjoni tar-rimarka tal-baġit, sabiex jiġu inklużi impatti ambjentali oħrajn tas-sistemi tal-biedja u miżuri ta’ mitigazzjoni, sabiex kalkulatur tal-karbonju għal bidla fil-klima ma jwassalx, pereżempju, għal ħsara lill-bijodiversità;

- it-tieni, biex teżamina liema tip ta’ amministrazzjoni tkun meħtieġa biex tkun stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni;

- u t-tielet, biex tittestja l-kalkulatur tal-karbonju (minn kompitu 1) u l-proposti ammistrattivi ta’ prattiċità (minn kompitu 2) fil-livell reġjonali biex tiġi valutata l-fattibilità fl-Unjoni Ewropea (UE) kollha.

2. Implimentazzjoni

Kif indikat fl-ittra tal-Kummissjoni ta’ Novembru 2009 dwar l-esegwibilità ta’ emendi vvutati fl-ewwel qari tal-baġit tal-2010, il-Kummissjoni diġà qed tagħmel studji dwar il-kwistjonijiet koperti mill-proġett pilota. Ir-riżultat ta’ dawn l-istudji jkunu disponibbli sa tmiem l-2010, u għandhom ikunu l-pedament għall-iżvilupp tal-azzjonijiet taħt il-proġett pilota.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni, huwa previst li d-DĠ ENV se jaħdem flimkien maċ-ĊKR għall-implimentazzjoni tat-tliet kompiti.

3. Tbassir għall-2010

Deċiżjoni ta’ finanzjament għat-tnedija ta’ studju preliminari tkun proposta għall-adozzjoni sa April 2010.

Il-kuntratti u/jew l-arranġamenti amministrattivi maċ-ĊKR għal kompiti 1 u 2 huma mistennija li jiġu ffirmati fit-tieni nofs tal-2010, bir-riżultati fl-2011 u l-2012. Fir-rigward ta’ kompitu 3, għad irid jiġi determinat jekk il-kompitu jistax jiġi ffinanzjat mill-krediti tal-2010.

Riċerka kumplessa dwar metodi għall-kontroll tat-tixrid ta’ allerġiji tal-kubrita u l-polline (07 03 22)

1. Objettiv

Skont ir-rimarka tal-baġit adottata fil-Baġit tal-2010, il-proġett huwa intiż:

- biex janalizza t-tipi varji ta’ kontroll tal-kubrita u jiddefinixxi dak l-aktar effettiv;

- biex jiżviluppa mekkaniżmu ta’ prevenzjoni għall-kontroll tat-tixrid tal-kubrita.

Speċji aljeni invażivi, bħall-kubrita, huma meqjusa bħala t-tieni l-akbar theddida għall-bijodiversità mad-dinja kollha. Il-problema mistennija li tmur għall-agħar fis-seklu li ġej minħabba l-bidla fil-klima u minħabba aktar kummerċ u turiżmu.

Dan l-objettiv jiġbor fih l-objettivi 1, 2 u 6 kif ivvutati mill-Parlament. Ma jinkludix l-objettivi 3, 4 u 5 relatati mal-effetti allerġeniċi tal-polline tal-kubrita. Dan kien miftiehem f’laqgħa bejn il-Kummissjoni (DĠ ENV u DĠ SANCO) u l-MPE Áder fit-8 ta’ Diċembru 2009. Studji dwar l-effetti allerġeniċi u kif nittrattawhom kienu meqjusa mhux adatti għal proġett pilota.

Filwaqt li qieset l-ammont sostanzjali disponibbli mill-Parlament Ewropew fil-baġit, il-Kummissjoni se tiffoka l-proġett pilota fuq:

- it-tixrid tal-kubrita komuni mal-Unjoni Ewropea (UE) kollha, billi titfassal u tiġi stabbilita sistema ta’ twissija bikrija li timmonitorja t-tixrid tal-kubrita. Id-definizzjoni ta’ tali sistema se ssir b’koperazzjoni mill-qrib ma’ xogħol ieħor li għadu għaddej (pereżempju fl-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent) u fi ħdan il-qafas li qed jiġi żviluppat tal-istrateġija tal-UE dwar speċji aljeni invażivi. Tkun esplorata l-possibilità li s-sistema titfassal sabiex tkun tista’ titwessa’ biex tinkludi speċi invażivi oħrajn;

- l-effetti negattivi tal-kubrita komuni fuq is-saħħa pubblika, il-bijodiversità u sistemi ta’ produzzjoni;

- l-implimentazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ esperimenti sabiex jivvalutaw ir-riżultati ta’ prattiki ta’ qerda u l-impatt tagħhom fuq speċi mhux fil-mira u biex issir analiżi tal-mudelli agronomiċi u organizzattivi relatati mal-qerda tal-kubrita.

Dawn l-attivitajiet huma mistennija li jikkontribwixxu għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet futuri fil-ġlieda kontra l-infestazzjoni mill-kubrita.

2. Implimentazzjoni

Il-proġett, li għalih hemm previst ammont totali ta’ EUR 1 500 000 fil-baġit tal-2010, se jkun implimentat fuq il-linji li ġejjin:

· sejħa għal proposti, għal ammont indikattiv ta’ EUR 500 000, bħala appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ esperimenti meħtieġa għall-valutazzjoni tal-metodi ta’ qerda tal-kubrita komuni u għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ sett ta’ rakkomandazzjonijiet dwar ir-riżultati tal-miżuri ta’ kontroll, il-mudelli agronomiċi u organizzattivi tagħhom, il-fatturi tagħhom li rnexxew u l-impatt tagħhom fuq speċi mhux fil-mira. Is-sejħa tkun ippubblikata f’Marzu/April 2010 (wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament meħtieġa) u nistennew li l-proġetti jibdew sa tmiem l-2010, għal tul ta’ żmien massimu ta’ 3 snin.

· kuntratt ta’ servizz jiġi konkluż wara sejħa għal offerti miftuħa, li għandha tkun ippubblikata f’Marzu 2010, għal ammont massimu ta’ EUR 500 000. Il-kuntratt se jipprovdi l-analiżi tal-opzjonijiet possibbli għall-istrutturar tas-sistema ta’ twissija bikrija. Il-firma tal-kuntratt u l-bidu tax-xogħol huma mistennija għal Novembru 2010.

· kuntratt ta’ servizz jiġi konkluż wara sejħa għal offerti miftuħa, li għandha tkun ippubblikata f’Marzu 2010, għal ammont massimu ta’ EUR 500 000. Il-kuntratt se jipprovdi valutazzjoni, f’termini monetarji, tal-effetti tal-kubrita komuni fuq is-saħħa pubblika, il-bijodiversità u sistemi ta’ produzzjoni. Dan se jinkludi l-ispejjeż diretti u indiretti.

3. Tbassir għall-2010

F’Marzu 2010 tkun ippubblikata sejħa għal offerti miftuħa għal kuntratt ta’ servizz għat-tfassil u t-twaqqif ta’ sistema ta’ twissija bikrija. F’Marzu 2010 wkoll tkun ippubblikata sejħa għal offerti miftuħa għal kuntratt ta’ servizz dwar l-effetti tal-kubrita komuni fl-UE.

Ix-xogħol għaż-żewġ kuntratti mistenni jibda f’Novembru 2010

Wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament tiġi ppubblikata sejħa għal offerti għal esperimenti għall-kontroll u l-qerda tal-kubrita. Id-data tal-għeluq tkun stabbilita għal Mejju u l-ftehim tal-għoti huwa mistenni li jkun finalizzat fit-tielet kwart tal-2010.

Diffikultajiet potenzjali, speċjalment relatati mas-sejħa għal offerti, jirriżultaw mill-fatt li fl-istess ħin se titħejja strateġija tal-UE dwar speċi invażivi, u d-dispożizzjonijiet ta’ din għandhom ikunu inklużi waqt it-tfassil u l-analiżi tal-opzjonijiet għal sistema ta’ twissija bikrija, iżda jistgħu ma jkunux finalizzati fil-ħin biex isir dan. Bħalissa barra minn hekk qed tiġi riveduta l-istrateġija tal-UE tas-saħħa tal-pjanti. Għandhom jitqiesu wkoll ir-riżultati ta’ dan il-proċess. Barra dan, jistgħu jirriżultaw diffikultajiet jekk is-sistema ta’ twissija bikrija tkun iffokata fuq speċje partikolari waħda biss meta fl-istess ħin qed jiġu esplorati dispożizzjonijiet għal sistema ta’ twissija bikrija aktar ġenerali għal speċi invażivi.

Għall-promozzjoni tat-tibdil ta’ bastimenti fil-flotta kummerċjali Ewropea b’bastimenti b’impatt ambjentali baxx (11 09 03)

Għadhom għaddejjin diskussjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni dwar l-attribuzzjoni fost id-DĠ, u l-mekkaniżmu ta’ rendiment l-aktar xieraq.

Sistema Ewropea ta’ rimborż għal laned tax-xorb tal-aluminju (17 03 18)

1. Objettiv

L-objettiv tal-proġett huwa li ssir valutazzjoni tal-impatti mid-daħla ta’ skema armonizzata pan-Ewropea ta’ rimborż għal laned tal-aluminju u – jekk l-impatti juru li huma pożittivi – l-introduzzjoni ta’ fażi pilota ta’ tali skema fi grupp magħżul ta’ Stati Membri. Għal dan il-għan, għandha ssir Valutazzjoni tal-Impatt fid-dettall li tkopri kwistjonijiet relatati mal-piż ambjentali, ekonomiku, soċjali u amministrattiv u li jqis il-funzjonament bla problemi tas-suq intern, flimkien ma’ pjan dettaljat li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-modalitajiet tal-proġett pilota.

Biex jittwettaq dan il-kompitu, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tniedi studju ta’ Valutazzjoni tal-Impatt biex tesplora l-problema u tivvaluta l-fattibilità ta’ soluzzjonijiet possibbli (EUR 300 000)

Bħala l-ewwel stadju, il-kuntrattur għandu jevalwa l-impatti relatati mal-piż ambjentali, ekonomiku, soċjali u amministrattiv bl-introduzzjoni ta’ regoli komuni għar-rimborż ta’ laned. L-impatti għandhom ikunu analizzati f’termini kwalitattivi u kwantitattivi.

It-tieni nett, il-kuntrattur għandu jidentifika soluzzjonijiet li x’aktarx irendu l-aktar benefiċċji u l-inqas spiża lis-soċjetà inġenerali. Il-valutazzjoni tkun tinkludi analiżi tal-benefiċċju mqabbel mal-ispiża ta’ kull alternattiva. Għandhom isiru mudelli li jbassru l-benefiċċji potenzjali (ambjentali, ekonomiċi u soċjali) ta’ tali skema f’perspettiva ta’ għaxar snin, u l-ispejjeż relatati, għas-soċjetà tal-Unjoni Ewropea (UE) inġenerali u għal kull Stat Membru.

Il-valutazzjoni għandha tidentifika wkoll il-livell xieraq ta’ governanza fejn għandhom jittieħdu azzjonijiet, f’konformità mat-Trattat u l-protokolli dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Jekk il-livell tal-UE jkun indikat bħala l-livell l-aktar xieraq għal azzjoni, il-valutazzjoni għandha tinkludi l-qafas legali neċessarju (inklużi abbozzi ta’ proposti ta’ miżuri xierqa) u orarju preċiż li juri l-passi u l-investimenti meħtieġa fil-livell tal-UE u f’kull Stat Membru.

Jekk il-livelli nazzjonali u reġjonali jkunu l-livelli l-aktar xierqa għal azzjoni, għandhom jiġu proposti miżuri biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fit-titjib tal-kompatibilità tal-iskemi ta’ depożitu għal-laned tal-aluminju. Tali miżuri għandhom jinkludu kampanji mmirati biex titqajjem kuxjenza, workshops transnazzjonali bejn bosta partijiet interessati, armonizzazzjoni ta’ leġiżlazzjonijiet nazzjonali, eċċ. L-ispejjeż u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ tali miżuri, orarji u passi għal kull azzjoni għandhom ikunu deskritti.

Ir-riżultati tal-Valutazzjoni tal-Impatt jistgħu eventwalment iwasslu għat-tieni fażi, li tista’ tinvolvi ttestjar fil-prattika tal-fattibilità u valur miżjud tal-aħjar alternattiva(i) indikata mill-istudju.

2. Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tniedi Valutazzjoni tal-Impatt li tkun iffinanzjata mill-baġit tal-2010 permezz ta’ proċedura ta’ akkwist. Baġit indikattiv EUR 300 000, li jinkludi: identifikazzjoni u valutazzjoni ta’ alternattivi possibbli biex tiġi indirizzata l-problema, żvilupp ta’ xenarji u valutazzjoni tal-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tagħhom.

Deċiżjoni ta’ finanzjament dwar Fażi 1 tkun proposta għall-adozzjoni sa April 2010.

Is-sejħa għal offerti se titnieda mill-aktar fis possibbli fl-ewwel nofs tal-2010. Minħabba l-proċedura ta’ akkwist il-kuntratt mhux mistenni li jiġi ffirmat qabel it-tieni nofs tal-2010.

Skont ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatt, tista’ tkun prevista t-tieni fażi li tinvolvi implimentazzjoni prattika. Il-ħtieġa u l-valur miżjud tat-tieni fażi għandu jiġi deċiż biss wara li l-Valutazzjoni tal-Impatt tkun stabbiliet l-informazzjoni bażika.

3. Tbassir għall-2010

Deċiżjoni ta’ finanzjament għal Fażi I tkun proposta għal adozzjoni sa April 2010.

Is-sejħa għal offerti se titnieda fl-ewwel nofs tal-2010.

Il-kuntratt huwa mistenni li jiġi ffirmat fit-tieni nofs tal-2010.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt huma mistennija għat-tmiem tal-2011.


Intestatura 3a

Valutazzjoni tal-impatt ta’ miżuri leġiżlattivi fil-liġi kuntrattwali (18 06 09)

1. Objettiv

L-objettivi ġenerali tal-proġett huma:

(a)       biex jiġu eliminati l-ostakli legali għall-funzjonament effiċjenti ta’ tranżazzjonijiet transkonfinali bejn negozji fl-Istati Membri;

(b)       biex tittejjeb il-ħajja ta’ kuljum ta’ individwi u negozji billi jingħataw is-setgħa li jasserixxu d-drittijiet tagħhom mal-Unjoni Ewropea kollha.

(c)       biex jippromwovu l-istudju u l-iżvilupp tal-Qafas Komuni ta’ Referenza għal-Liġi Kuntrattwali Ewropea u

(d)       biex titkompla d-diskussjoni dwar l-utilità tat-28 sistema kuntrattwali.

2. Implimentazzjoni

Il-proġett pilota se jinkludi l-azzjonijiet li ġejjin, li għandhom jinbdew fl-2010:

(a) Traduzzjoni tal-Abbozz tal-Qafas Komuni ta’ Referenza (AQKR) għal Liġi Kuntrattwali Ewropea u l-kummenti u n-noti tiegħu f’ħames lingwi importanti kif ukoll traduzzjoni ta’ xogħol akkademiku ieħor fil-qasam tal-liġi kuntrattwali Ewropea, jiġifieri il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Ispanjol, it-Taljan u l-Pollakk. Minħabba r-riżorsi limitati ma jkunx possibbli li jkun tradott l-AQKR kollu. Is-soluzzjoni prevista hija li ssir traduzzjoni biss tat-taqsimiet relatati direttament jew indirettament mal-liġi kuntrattwali. Għall-promozzjoni ta’ diskussjoni kbira jeħtieġ ukoll li jiġu tradotti xogħlijiet akkademiċi oħrajn fil-lingwi msemmija hawn fuq. F’dan il-kuntest il-prinċipji Gwida tal-Liġi Kuntrattwali Ewropea (fil-Liġi Kuntrattwali Ewropea) (1) għandhom jiġu tradotti wkoll. Dan l-istudju tfassal bil-Franċiż u jinkludi madwar 170 paġna. Diġà ġie tradott għall-Ingliż iżda jkun utli ħafna għad-diskussjoni jekk jiġi tradott għall-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol u l-Pollakk.

(b) Studju dwar l-attitudni ta’ negozji Ewropej lejn it-28 sistema kuntrattwali: Din is-sistema tkun simili għal dawk magħmula għal oqsma oħra tas-suq intern (pereż. il-kumpanija Ewropea, il-grupp Ewropew tal-interess ekonomiku jew it-trademark Komunitarja) u tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ kummerċ intra-Komunitarju billi tistabbilixxi qafas legali waħdieni, applikabbli direttament.

(c) Sa ħames seminars dwar kwistjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-liġi kuntrattwali, pereżempju dwar dik l-imsejħa buttuna blu (l-idea tal-buttuna blu hija li l-partijiet fi tranżazzjonijiet transkonfinali elettroniċi jistgħu jimmarkaw buttuna blu fuq l-iskrin biex jaċċettaw li strument fakultattiv Ewropew jiggverna l-kuntratt tagħhom, minflok wieħed tar-reġimi nazzjonali).

Għal dawn l-azzjonijiet il-Kummissjoni tagħmel referenza għal varji kuntratti ta’ qafas eżistenti.

3. Tbassir għall-2010

L-1 Kwart: Adozzjoni tad-deċiżjoni finanzjarja

It-2 Kwart: Tnedija tat-traduzzjoni u l-istudju

It-3 u r-4 Kwart: Organizzazzjoni tal-konferenzi

(1)

fi: European Contract Law, Material for a Common Frame of Reference, editjat minn Bénédicte Fauvarque-Cosson u Denis Mazeaud, Sellier, Munich 2008, p.421 ss


Intestatura 3b

Netwerks ta’ twissija dwar wirt kulturali (15 04 46)

1. Objettiv

Il-kumment tal-Baġit kif adottat fil-qafas tal-Baġit tal-2010 jipprevedi l-ħolqien ta’ netwerk ta’ skambju dirett ta’ informazzjoni bejn punti ta’ kuntatt uffiċjali stabbiliti fl-Istati Membri differenti biex javżaw dwar każijiet ta’ serq u traffiku jew esportazzjoni illegali ta’ beni relatati mal-patrimonju kulturali jew ta’ monumenti storiċi protetti u jipprovdu l-informazzjoni kollha relatata ma’ dawn, u l-infrastrutturi neċessarji għal dan il-għan.

In-netwerk ikun ibbażat primarjament fuq database dokumentat kif suppost li jelenka l-artikli misruqa u l-informazzjoni utli kollha biex jiffaċilita t-tfittxija u l-irkupru ta’ dawn l-oġġetti, jintlaħaq ftehim, bejn il-punti ta’ kuntatt dwar ċertu numru ta’ miżuri fil-ġlieda kontra s-serq u t-traffiku illegali ta’ beni relatati mal-patrimonju kulturali u, fl-aħħar nett, jipprovdi malajr din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tal-pulizija, tal-portijiet, tal-ajruporti u tad-dwana.

2. Implimentazzjoni

Il-proġett pilota tal-Parlament Ewropew jinstab fil-kuntest tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tas-27/28 ta’ Novembru 2008 li, fost oħrajn, stieden lill-Kummissjoni Ewropea biex, qabel il-31 ta’ Diċembru 2010, tindirizza u tirrapporta dwar is-sitwazzjoni tal-istrumenti leġiżlattivi, normattivi u operazzjonali fil-qasam tal-beni kulturali misruqa fl-Unjoni Ewropea (UE).

Enfasizza wkoll l-importanza ta’ koperazzjoni stretta bejn is-servizzi tal-Istati Membri speċjalizzati fil-ġlieda kontra t-traffiku tal-beni kulturali, pereżempju bil-ħatra ta’ punti ta’ kuntatt f’kull wieħed mill-Istati Membri u rrakkomanda li tiġi studjata l-possibilità li tkun iċċirkulata b’mod aktar mgħaġġel u wiesgħa l-informazzjoni dwar il-beni kulturali misruqa, li jinsabu fis-sistemi nazzjonali eżistenti.

Proprju biex ikun hemm segwitu għal din it-talba, il-Kummissjoni nediet ċertu numru ta’ attivitajiet:

Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tas-27/28 ta’ Novembru 2008, l-Interpol ingħatat il-kariga biex tipperfezzjona d-database tagħha kif ukoll is-sistema ta’ twissija tagħha. Il-grupp ta’ ħidma li twaqqaf se jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lejn nofs l-2010; dawn ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ permezz tal-programm “Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità”, immexxi mid-DĠ JLS.

Għaddej ukoll studju dwar il-prevenzjoni tat-traffiku ta’ beni kulturali fl-UE u dan mistenni li jintemm lejn tmiem l-2010-bidu l-2011; ir-riżultati ta’ dan l-istudju għandhom jippermettu l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-modalitajiet previsti għal koperazzjoni Ewropea.

-  Grupp ta’ esperti “mobilità ta’ kollezzjonijiet”, immexxi mid-DĠ EAC bħalissa qed jaħdem fuq l-identifikazzjoni ta’ mezzi ta’ rinfurzar tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra t-traffiku tal-beni kulturali fl-Istati Membri. Il-konklużjonijiet tax-xogħol ta’ dan il-grupp huma mistennija matul l-2010.

3. Tbassir għall-2010

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ikun jaqbel li wieħed jistenna l-konklużjonijiet ta’ dawn id-diversi inizjattivi qabel ma tiġi ppjanata l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet aktar operazzjonali kif rakkomandati mill-proġetti pilota adottat mill-Parlament. Jidher ċar li l-Kummissjoni se żżomm lill-Parlament Ewropew informat dwar ir-riżultati tal-attivitajiet li għaddejjin bħalissa.

Minħabba restrizzjonijiet fiż-żmien, mhuwiex probabbli li l-Kummissjoni tkun tista’ tniedi l-proġetti pilota qabel it-tmiem tal-2010.

Madankollu, fil-każ jekk ikun hemm xi riżultati konklużivi matul is-sena, il-Kummissjoni tista’ tevalwa l-opportunità li tuża l-krediti disponibbli biex twettaq l-inizjattivi li għaddejjin.


Intestatura 4

Appoġġ għal miżuri ta’ sorveljanza u protezzjoni għal bastimenti Komunitarji li jbaħħru f’ibħra fejn hemm theddida ta’ piraterija (19 06 07)

1. Objettiv

L-ewwel riżultat ewlieni tkun id-dejta tas-sorveljanza marittima tar-reġjun ’il barra mix-xtut tas-Somalja li jitwassal regolarment lil utenti operattivi f’dan il-kamp – pereż. lil NAVFOR tal-UE skont kemm idum il-mandat tagħha, u wara dan lil entità ta’ segwitu xierqa. Sabiex tħares il-konfidenzjalità tad-dejta, informazzjoni ta’ monitoraġġ u sorveljanza marittima minn sistemi tal-Unjoni Ewropea (UE) m’għandhomx jitqassmu lil entitajiet li ma ngħatawx il-mandat biex jikkontribwixxu għall-protezzjoni u s-salvagwardja ta’ bastimenti Komunitarji fiż-żona jew li ma hemm ebda ftehim li jista’ jkun infurzat dwar il-protezzjoni ta’ tali informazzjoni.

Riżultat ulterjuri jkun iż-żieda ta’ kuxjenza dwar is-sitwazzjoni marittima u valutazzjoni tar-riskju derivat. Huwa preżunt li dan iwassal għal protezzjoni aħjar ta’ bastimenti li jbaħħru f’żoni ta’ riskju għoli.

2. Implimentazzjoni

Il-metodu ta’ implimentazzjoni propost huwa ta’ ġestjoni ċentralizzata diretta. Il-proġett jikkonsisti f’servizz, jiġifieri l-istudju ta’ possibiltajiet li tiġi pprovduta informazzjoni marittima integrata inkluż fażi ta’ ttestjar. Taħt dawn il-kundizzjonijiet iċ-ĊKR ġie inkarigat bl-eżekuzzjoni tal-kompiti relattivi.

3. Tbassir għall-2010

L-attivitajiet previst taħt dan il-proġett pilota huma hekk kif ġej:

Kompletar tal-inventarju ta’ inizjattivi li għadhom għaddejjin u partijiet involuti.

Twaqqif u ttestjar ta’ ġbir ta’ dejta ta’ sorveljanza marittima, komunikazzjonijiet u kuntatti f’pajjiżi magħżula fir-reġjun tal-Qarn tal-Afrika u l-Golf ta’ Aden.

Ksib ta’ fluss persistenti ta’ dejta ta’ sorveljanza marittima minn għadd ta’ sorsi.

Tmexxija tal-partijiet l-aktar importanti tas-sistema f’fażi ta’ ttestjar f’pajjiżi magħżula fir-reġjun ’il barra mix-xtut tas-Somalja(1) sabiex jiġi stabbilit liema mill-varji metodi possibbli huma fattibbli u effettivi fil-prattika.

Twaqqif analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispiża tal-użu ta’ mezzi ta’ sorveljanza jew komunikazzjoni partikolari, sabiex id-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq l-użu kontinwu fil-fażi operazzjonali.

Programm għal attivitajiet għall-ħolqien tal-paċi mmexxija minn NGOs (19 06 09)

1. Objettiv

Permezz tal-ittra tagħha dwar l-Esegwibilità, il-Kummissjoni diġà wriet li ma hemm ebda ħtieġa għal proġett pilota speċifiku li jaħdem mas-soċjetà ċivili għall-ħolqien tal-paċi għaliex tagħmel diġà xogħol sostanzjali ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) taħt l-Istrument għall-Istabilità (IfS).

Kważi kwart tal-fondi kollha tal-IfS għal reazzjoni għal kriżi taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament IfS (19.060101), madwar EUR 60 miljun), qed jiġu implimentati minn NGOs mad-dinja kollha, f’aktar minn 80 għotja mogħtija sa mill-2007. L-eżempji l-aktar prominenti jinkludu ż-Żimbabwe, it-Tajlandja tan-Nofsinhar, il-Kolumbja, il-Ġeorġja, il-Bangladexx, il-Filippini u Kuba.

Taħt l-Artikolu 4.3 tal-IfS, il-finanzjament għall-NGOs kien ta’ madwar Eur 9 miljuni għall-2007-2009,, u huwa stmat li medja ta’ EUR 10 miljuni jew aktar se tkun allokata għal NGOs kull sena mill-2010 sal-2013.

Ara: http://ec.europa.eu/external_relations/grants_contracts/grants/awards/index_en.htm

Barra dan, il-Kummissjoni reċentement adottat deċiżjoni ta’ finanzjament taħt l-Artikolu 3 tal-IfS – It-Tielet Faċilità għal azzjonijiet urġenti li jinvolvu Konsulenza dwar Politika, Assistenza Teknika, Medjazzjoni u Rikonċiljazzjoni għall-benefiċċju ta’ pajjiżi terzi milquta minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi (PAMF 3), u ppubblikata fuq il-websajt tagħha (http://ec.europa.eu/external_relations/ifs/index_en.htm). Din il-faċilità se tipprovdi aktar minn EUR 3 miljun intiżi għal attivitajiet immexxija minn NGOs f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi fis-setturi enumerati fil-proġett pilota.

F’dan l-isfond, il-EUR 1 miljun addizzjonali provduti minn dan il-proġett pilota se jiġi debitament implimentat fi ħdan dan il-qafas eżistenti, f’konformità mal—kummenti tal-baġit ivvutati mill-Parlament.

2. Implimentazzjoni

Huwa previst li dan il-proġett pilota jiġi implimentat taħt deċiżjoni ta’ finanzjament ġdida fl-2010 għar-Raba’ Faċilità għal azzjonijiet urġenti li jinvolvi Konsulenza dwar Politika, Assistenza Teknika, Medjazzjoni u Rikonċiljazzjoni għall-benefiċċju ta’ pajjiżi terzi milquta minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi, fejn allokazzjoni speċifika ta’ finanzjament tkun prevista għal attivitajiet immexxija minn NGOs.

Id-deċiżjoni tawtorizza nefqa taħt 19.0601ċ u 19.0609 (il-proġett pilota). Tista’ tkun ikkunsidrata sejħa għal proposti ristretta, speċjalment għal attivitajiet li jsiru f’kundizzjonijiet stabbli għall-kuntrarju ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi. Jiġu stabbiliti segwitu u rapportar speċifiku għall-infiq, l-azzjonijiet meħuda u r-riżultati miksuba għall-proġett pilota.

3. Tbassir għall-2010

Id-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija hawn fuq se tkun adottata fl-ewwel kwart tal-2010, u l-għotjiet għal attivitajiet immexxija minn NGOs se jingħataw mill-bidu tar-raba’ kwart tal-2010.

Finanzjament għall-produzzjoni agrikola (21 02 04)

1. Objettiv

Dan il-proġett pilota għandu l-objettiv ġenerali li jiffaċilita l-aċċess għal bdiewa ta’ azjendi żgħar għal riżorsi finanzjarji li għandhom jintużaw biex jistimolaw il-produzzjoni agrikola f’pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Bħalissa (Frar 2010), il-Kummissjoni qed tippjana missjonijiet esploratorji fil-Malawi biex jiċċekkjaw l-eżistenza u l-integrità ta’ organizzazzjonijiet speċjalizzati fil-mikrofinanza, inkluż banek u assoċjazzjonijiet lokali. Il-missjonijiet esploratorji jistgħu jwasslu għall-identifikazzjoni ta’ proġetti potenzjali ta’ mikrokrediti għal bdiewa ta’ azjendi żgħar li huma l-aktar milquta mill-kriżi tal-ikel u li qed ifittxu mezzi finanzjarji biex iżidu l-produzzjoni u l-ġabriet. Imbagħad tkun meħtieġa l-mira diretta għal benefiċjarji aħħarija potenzjali.

2. Implimentazzjoni

Fuq il-bażi tar-riżultati tal-missjonijiet esploratorji, il-Kummissjoni tkun tista’ tara jekk huwiex possibbli li tagħti kuntratt dirett lil istituzzjonijiet lokali tal-mikrofinanza li diġà jaħdmu fil-pajjiż u jżommu de facto sitwazzjoni ta’ monopolju. Din tkun l-għażla preferuta: proġett immirat

Bħala pożizzjoni sekondarja, jekk din l-għażla ma tkunx tista’ tiġi implimentata, il-Kummissjoni tikkunsidra l-alternattiva ta’ tnedija ta’ sejħa għal proposti li tkun immirata lejn l-operazzjoni ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati tal-mikrofinanza.

3. Tbassir għall-2010

Ladarba l-missjoni ta’ identifikazzjoni tkun finalizzata (tbassir: Marzu/April 2010), fil-każ ta’ proġetti mmirati, il-Kummissjoni tniedi l-proċedura għall-impenn ta’ fondi li jwasslu għal Deċiżjoni tal-Kummissjoni (tbassir: Mejju 2010) u sussegwentement il-firma tal-kuntratti (tbassir: Settembru 2010).

Fil-każ li tkun tinħtieġ li titnieda sejħa għal proposti, il-proċedura mistennija tkun:

- Ottubru April 2010: pubblikazzjoni tal-linji gwida

- Diċembru 2010: sottomissjoni tan-noti tal-kunċett

- Jannar 2011: bidu tal-evalwazzjoni

- Nofs April 2011: sottomissjoni tal-applikazzjoni kompluti

- L-aħħar ta’ Mejju 2011: għażla tal-applikazzjonijiet li rnexxew

- Ġunju 2011: firmar tal-kuntratti ta’ għotja

Titjib fil-kura tas-saħħa għal vittmi ta’ vjolenza sesswali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (21 05 01 08)

1. Objettiv

F’konformità mar-rimarka tal-baġit adotatta fil-Baġit tal-2010, dan il-proġett pilota jimmira biex itejjeb r-reazzjoni medika lil vittmi ta’ vjolenza sesswali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK).

2. Implimentazzjoni

Billi l-proġett għadu kif ġie miftiehem, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni fir-RDK għadha fil-proċess ta’ tfassil tal-proġett.

Bħala l-ewwel pass, id-Delegazzjoni se tqabbad konsulent fuq żmien qasir biex jesplora l-alternattivi għal dan il-proġett, li ftit minnhom jistgħu jkunu:

o appoġġ dirett għal faċilitajiet medikali eżistenti fir-RDK tal-Lvant li jappoġġaw vittmi ta’ vjolenza sesswali

o Esplorazzjoni ta’ alternattivi għall-provvediment ta’ taħriġ u tagħmir mediku għall-faċilitajiet mediċi fir-RDK tal-Lvant li jaħdmu ma’ vittmi ta’ vjolenza sesswali.

 o 

3. Tbassir għall-2010

o Ikunu finalizzati t-termini ta’ Referenza għall-identifikazzjoni: tmiem ta’ Frar

o Proċedura tal-għażla għal Konsulent (kuntratt ta’ qafas Lott 8): Marzu

o Studju kompletat: Lulju

o Proposta ta’ finanzjament sottomessa Brussell: Settembru

(1)

Ikunu biss involuti pajjiżi li magħhom ġie konkluż ftehim li jista’ jiġi infurzat dwar il-protezzjoni tad-dejta pproċessata.


Intestatura 5

Għotjiet Ewropej għal riċerka għal ġurnaliżmu investigattiv transkonfinali (16 02 05)

1. Objettiv

Ir-rimarka tal-baġit adottat fil-Baġit tal-2010 tirreferi għal proġett immirat biex jiżviluppa riċerka ġurnalistika serja transkonfinali fuq skala tal-Unjoni Ewropa (UE), u jiġu organizzati sejħiet għal proposti kompetittivi bil-għan li jintgħażlu proġetti investigattivi komuni li jiġbru ġurnalisti minn tal-inqas żewġ Stati Membri Ewropej u b’dimensjoni transkonfinali jew Ewropea li tinġieb permezz ta’ perspettiva nazzjonali, reġjonali jew lokali.

F’dan l-istadju l-Kummissjoni kellha kuntatt preliminari mal-amministrazzjoni tal-PE. Id-DĠ COMM għandha l-ħsieb li tagħmel kuntatti ulterjuri mal-MPE kkonċernati.

2. Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni bħalissa qed tesplora l-opzjonijiet li għandha għall-implimentazzjoni tal-proġett pilota. Il-proġett huwa politikament sensittiv għax dan jinvolvi l-għoti ta’ flejjes pubbliċi lil ġurnalisti individwali.

3. Tbassir għall-2010

Il-fażi ta’ implimentazzjoni tkun determinata wara valutazzjoni dettaljata.

Sistema interistituzzjonali li tidentifika tendenzi fit-tul li qed taffronta l-UE (25 01 09)

Għadhom għaddejjin diskussjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni dwar liema hu l-mekkaniżmu ta’ rendiment l-aktar xieraq. B’mod parallel, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilixxew kuntatti mal-Parlament Ewropew għall-iskambju ta’ ideat dwar l-aħjar metodu ta’ implimentazzjoni għal dan il-proġett pilota.


Implimentazzjoni ta’ Azzjonijiet Preparatorji

Intestatura 1a

Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ (02 02 03 05)

1. Objettiv

L-Ewropa teħtieġ aktar intraprendituri. L-intraprenditorija hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ impjiegi. Bosta fundaturi ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) huma nieqsa minn esperjenza maniġerjali u ħiliet ewlenin. Dan, flimkien mal-fatt li l-maġġoranza kbira ta’ SMEs joperaw f’pajjiż wieħed biss, jirrestrinġi t-tkabbir. Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ jgħin lil intraprendituri ġodda tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jarrikkixxu l-esperjenzi tagħhom, jitgħallmu u joħolqu netwerks ma’ intraprendituri ta’ esperjenza fl-intrapriżi tagħhom fi Stati Membri oħra tal-UE. L-objettiv ġenerali tal-azzjoni preparatorja huwa biex jittejbu l-intraprenditorija, l-internazzjonaliżmu u l-kompetittività ta’ SMEs Ewropej u jittejbu ċ-ċansijiet għal suċċess ta’ intraprendituri potenzjali li għadhom jibdew u mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar stabbiliti reċentement fl-UE.

L-azzjoni preparatorja tagħti wkoll informazzjoni għat-tħejjija tal-bażi legali għal programm permanenti wara l-2011.

2. Implimentazzjoni

L-azzjoni preparatorja tkun implimentata permezz ta’ sejħa għal proposti. Is-sejħa għal proposti tkun ippubblikata madwar Marzu 2010. Huwa mistenni li jintgħażlu madwar 30-35 proposta.

3. Tbassir għall-2010

Għall-2010 l-għanijiet huma:

o Implimentazzjoni tas-sejħa għal proposti tal-2010.

o Ġestjoni tal-ftehimiet tal-għotjiet u l-iskambji tal-mobilità tas-sejħa tal-2009.

o Mira: 1200 skambju sa Ġunju 2011.

o Evalwazzjoni tal-proġett pilota u tal-azzjoni preparatorja.

o Organizzazzjoni ta’ konferenza tal-partijiet interessati dwar l-iżvilupp fil-ġejjieni tal-programm Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ.

o Tħejjija ta’ bażi legali għal programm permanenti.

L-orarju mistenni huwa kif ġej:

ŻMIEN

GĦAN

RIŻULTAT MISTENNI

Marzu 2010

Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għat-2 ċiklu tal-azzjoni preparatorja.

Parteċipazzjoni mal-UE kollha tal-organizzazzjonijiet rilevanti fis-sejħa.

12-13 ta’ April 2010

Konferenza tal-partijiet interessati (Brussell)

Informazzjoni għall-evalwazzjoni tal-proġett pilota u l-azzjoni preparatorja biex tippermetti t-tħejjija tal-bażi legali.

Lulju 2010

Evalwazzjoni tal-proposti.

Għażla tal-aħjar proposti (madwar 25-35), aċċettazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni u ffirmar tad-deċiżjoni tal-għotja.

Settembru 2010

L-ewwel rapport dwar l-evalwazzjoni temporanja.

Informazzjoni għall-abbozzar tal-bażi legali.

Ottubru-Diċembru 2010

Tħejjija u ffirmat tal-ftehimiet tal-għotjiet.

Sfruttar tal-użu tal-approprjazzjonijiet allokati għall-iffirmar tal-ftehimiet tal-għotjiet.

Ġunju-Diċembru 2010

Abbozzar tal-bażi legali.

It-test tal-bażi legali jitħejja għaċ-ċirkolazzjoni u l-approvazzjoni.

Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza (02 02 08 01)

1. Objettiv

Minn meta tnieda l-proġett, il-mira tal-inizjattiva kienet biex tiġbed l-attenzjoni lejn il-valur, id-diversità u l-karatteristiċi maqsuma ta’ destinazzjonijiet turistiċi Ewropej u biex tippromwovi kemm fi ħdan l-Ewropa kif ukoll f’pajjiżi terzi dawk id-destinazzjonijiet Ewropej fejn l-objettiv tat-tkabbir ekonomiku huwa segwit b’tali mod li jiżgura s-sostenibilità soċjali, kulturali u ambjentali tat-turiżmu. Il-miżura kienet intiża wkoll biex tgħin ċittadini Ewropej jsiru jafu aħjar lil xulxin.

Tassew, fl-2006, l-Awtorità tal-Baġits adottat il-proġett pilota “Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza” (EDEN) bħala mezz biex tinbeda azzjoni Komunitarja b’appoġġ għat-turiżmu Ewropew, b’baġit annwali ta’ EUR 1 miljun. Fl-2007 il-proġett pilota ntemm. L-Awtorità tal-Baġits adottat baġit ta’ EUR 2.5 miljuni fl-2008 biex tniedi azzjoni preparatorja sabiex tiżgura s-segwitu tal-proġett pilota. L-istess baġit ġie adottat fl-2009. Għat-tielet u l-aħħar sena tal-azzjoni preparatorja, l-Awtorità tal-Baġits ivvutat għal baġit miżjud ta’ EUR 3 miljuni.

B’mod aktar partikolari, l-għanijiet tal-proġett huma biex:

· itejjeb il-viżibilità tad-destinazzjonijiet turistiċi Ewropej emerġenti ta’ eċċellenza, speċjalment dawk inqas magħrufin,

· tinħoloq kuxjenza dwar id-diversità ul-kwalità turistika tal-Ewropa,

· jippromwovi l-pajjiżi u r-reġjuni Ewropej kemm fl-Ewropa kif ukoll fis-swieq prinċipali ta’ pajjiżi terzi,

· jgħin inaqqas il-konġestjoni, jiġġieled l-istaġonalità, u jibbilanċja mill-ġdid il-flussi turistiċi lejn destinazzjonijiet mhux tradizzjonali,

· jippreżenta għotjiet għal forom sostenibbli ta’ turiżmu,

· joħloq pjattaforma għall-iskambju ta’ prattiki tajbin fil-livell Ewropew,

· jippromwovi netwerking bejn destinazzjonijiet rebbieħa ta’ premjijiet li jistgħu jipperswadu lil destinazzjonijiet oħra biex jadottaw mudelli sostenibbli tal-iżvilupp tat-turiżmu.

Il-proġett irċieva wkoll l-appoġġ konkret mill-Parlament Ewropew billi ċ-ċerimonja tal-premjijiet tal-kompetizzjoni tar-ritratti ta’ EDEN f’Diċembru 2009 saret fl-uffiċċji tiegħu.

2. Implimentazzjoni

Fl-2009 il-Kummissjoni:

1. Implimentat il-proġett EDEN III (imsejjaħ “It-Turiżmu u żoni protetti”) billi appoġġat lill-Istati Membri bil-provvediment ta’ għotjiet (sa 75% tal-ispejjeż eliġibbli) għall-proċeduri ta’ għażla nazzjonali tad-destinazzjonijiet ta’ eċċellenza. Din l-għażla saret fuq livell nazzjonali fl-ewwel nofs tal-2009 bi 22 pajjiż (20 Stat Membru u 2 pajjiżi Kandidati): l-Awstrija – il-Belġju – il-Bulgarija – il-Kroazja – Ċipru – ir-Repubblika Ċeka – l-Estonja – Franza – il-Greċja – l-Ungerija – l-Irlanda – l-Italja – Il-Latvja – il-Litwanja – il-Lussemburgu – Malta – l-Olanda – il-Polonja – ir-Rumanija – is-Slovenja – Spanja – it-Turkija.

L-għażla tat-22 rebbieħ tlestiet f’Ġunju 2009. Id-destinazzjonijiet eliġibbli kienu dawk iż-żoni protetti (jiġifieri żona ta’ art u/jew baħar/ibħra interni dedikati speċjalment għall-protezzjoni u ż-żamma tad-diversità bijoloġika, u tar-riżorsi kulturali naturali u assoċjati, u mmexxija permezz ta’ mezzi legali jew mezzi effettivi oħrajn) u/jew iż-żoni ta’ madwarhom fejn prodott turistiku li huwa vijabbli ekonomikament ġie żviluppat bl-użu taż-żona protetta bħala assi, filwaqt li jirrispetta l-ambjent protett tagħha u fl-istess ħin jissodisfa l-ħtiġijiet tar-residenti lokali u l-viżitaturi.

2. Barra dan, sabiex tingħata aktar viżibilità għall-azzjoni preparatorja l-Kummissjoni implimentat l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni li ġejjin:

a. il-produzzjoni tal-materjal awdjoviżiv dwar id-destinazzjonijiet ippremjati u ċ-ċerimonja tal-Premjijiet ta’ EDEN,

b. l-organizzazzjoni taċ-ċerimonja tal-Premjijiet ta’ EDEN u l-Wirja EDEN matul il-Forum Ewropew tat-Turiżmu fi Brussell fis-7-8 ta’ Ottubru 2009,

c. il-produzzjoni ta’ materjal promozzjonali (pereż. pakkett ta’ informazzjoni għall-midja, brochures, powsters, eċċ),

d. tnedija ta’ paġna tal-ammiraturi fuq Facebook, il-pubblikazzjoni tal-paġna EDEN fuq Wikipedia, il-pubblikazzjoni ta’ artikli f’rivisti differenti. It-tħejjija ta’ edizzjoni speċjali tal-Parliament Magazine dedikata għall-kompetizzjoni,

e. iż-żamma u l-aġġornar tal-portal tal-internet dedikat (www.edenineurope.eu )

f. it-tnedija ta’ kompetizzjoni tar-ritratti dwar it-tema ta’ turiżmu sostenibbli b’ċerimonja finali tal-premjazzjoni fl-uffiċċji tal-Parlament Ewropew.

3. biex tipprovdi appoġġ lid-destinazzjonijiet għall-attivitajiet ta’ netwerking, promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni biex jittejbu l-aspetti tas-sostenibilità fil-ġestjoni tad-destinazzjoni Ewropea, il-Kummissjoni:

a. żammet in-netwerk tad-destinazzjonijiet EDEN

b. pproponiet l-iffirmar ta’ dik l-imsejħa d-Dikjarazzjoni ta’ Brussell lid-destinazzjonijiet rebbieħa tal-edizzjonijiet EDEN II li għalhekk ingħaqdu man-netwerk

c. organizzat żewġ laqgħat tan-netwerk (waħda fl-Irlanda fi Frar u l-oħra fi Brussell f’Ottubru

d. ippruvat tinvolvi l-Uffiċċji Nazzjonali tat-Turiżmu fil-promozzjoni tad-destinazzjonijiet rebbieħa.

3. Tbassir għall-2010

Jitkomplew l-istess objettivi u proċedura bħas-snin preċedenti: it-tema prevista, kif miftiehma mal-Istati Membri hija “it-turiżmu u r-riġenerazzjoni ta’ siti fiżiċi”.

Hemm ippjanat li tiġi ppubblikata sejħa għal proposti għall-Istati Membri interessati, il-pajjiżi Kandidati u taż-Żona Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) fi Frar. L-ammont dedikat għall-għotjiet għall-proċedura ta’ għażla se tkun l-istess bħall-2009 (EUR 1 miljun).

Bis-saħħa tal-baġit miżjud, se jintużaw aktar riżorsi għall-kampanja ta’ komunikazzjoni bil-għan li tiżdied il-viżibilità tal-proġett fl-Ewropa u ’l barra minnha, kif ukoll biex jittejjeb il-funzjonament tan-netwerk EDEN, li għandha sservi bħala pjattaforma ta’ referenza għall-awtoritajiet lokali li jixtiequ jadottaw offerti ta’ turiżmu sostenibbli għat-tkabbir tagħhom.

Il-proġett EDEN IV jintemm b’ċerimonja finali tal-premjijiet fl-aħħar trimestru tas-sena fl-okkażjoni ta’ avveniment ewlieni tat-turiżmu biex kemm jista’ jkun possibbli jiġbed ħafna nies.

Għal dan il-għan, se tissaħħaħ il-koperazzjoni ma’ partijiet interessati differenti, b’mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea tal-Ivvjaġġar u kanali tat-TV u rivisti dedikati.

L-għan ewlieni ġenerali tas-sena huwa li jiżdied l-għarfien dwar destinazzjonijiet mhux tradizzjonali emerġenti mal-Ewropa kollha fost il-pubbliku inġenerali. B’mod aktar speċifiku, 25 destinazzjoni se jkunu nominati bħala destinazzjonijiet EDEN għall-offerta sostenibbli tagħhom fil-qasam tat-turiżmu akwatiku qabel is-sajf tal-2010; l-għażla għar-rawnd li jmiss ta’ EDEN se titnieda qabel tmiem is-sena; in-netwerk EDEN se jitkabbar u jissaħħaħ taħt it-tmexxija ta’ espert fil-kummerċjalizzazzjoni u l-immarkar ta’ destinazzjonijiet.

Diffikultajiet potenzjali huma marbuta mal-kriżi ekonomika ġenerali. Għadd ta’ awtoritajiet parteċipanti diġà qed jaffrontaw problemi bit-tmexxija tal-proġett minħabba tnaqqis fir-riżorsi finanzjarji u umani. Hemm possibilità konkreta li l-għadd ta’ pajjiżi parteċipanti fil-proġett ma jistax jiżdied.

Turiżmu sostenibbli (02 02 08 02)

1. Objettiv

FL-2009 l-implimentazzjoni tal-azzjoni preparatorja saret permezz tal-kuntratti finanzjarji eżistenti u tender ta’ valur baxx (inqas minn EUR 60 000). Kienet iffukata fuq żewġ inizjattivi biex titqajjem kuxjenza. L-ewwel inizjattiva kienet il-produzzjoni ta’ vidjoklipp qasir biex jintuża għall-promozzjoni taċ-ċikliżmu bħala attività ta’ mistrieħ, iżda wkoll bħala mod ta’ trasport għal turiżmu sostenibbli u bħall-promozzjoni tar-rotot EuroVelo eżistenti.

It-tieni inizjattiva kienet tikkonsisti fl-organizzazzjoni ta’ tliet Workshops reġjonali fl-Ewropa sabiex:

- Juru l-importanza dejjem tikber tat-turiżmu taċ-ċikliżmu u l-benefiċċji tiegħu u l-impatti ekonomiċi reġjonali u ssir enfasi fuq l-importanza li tiġi żviluppata l-Mogħdija tal-Purtiera tal-Ħadid bħala rotta EuroVelo, mil-liema jibbenefikaw iż-żoni li qabel kienu remoti.

- Jippreżentaw l-aħjar prattiki Ewropej minn rotot EuroVelo eżistenti u jsir mudell tal-implimentazzjoni tal-Mogħdija tal-Purtiera tal-Ħadid.

- Jesploraw l-interess ta’ pajjiżi u reġjuni flimkien ma’ dik li qabel kienet il-Purtiera tal-Ħadid għall-implimentazzjoni ta’ mogħdija taċ-ċikliżmu bħal din u kif jimxu ’l quddiem billi jiġu identifikati inizjattivi fattibbli u konkreti dwar kif il-Kummissjoni tista’ tassisti l-implimentazzjoni tagħha fis-snin 2010 u 2011.

- Jippromwovu n-netwerking ta’ pajjiżi u reġjuni flimkien ma’ dik li qabel kienet il-Purtiera tal-Ħadid lejn l-istabbiliment ta’ rotta taċ-ċikliżmu transnazzjonali futura, il-“Mogħdija tal-Purtiera tal-Ħadid”.

- Ifakkru l-istorja komuni ta’ pajjiżi u persuni li jgħixu matul dik li qabel kienet il-Purtiera tal-Ħadid filwaqt li fl-istess ħin tingħata viżibilità għaċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom.

Kull wieħed mill-ewwel żewġ Workshops ġabar bejn 90 u 120 parteċipant minn awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tat-trasport u t-turiżmu u partijiet interessati oħrajn kif ukoll ġurnalisti u rappreżentanti tal-midja, li wrew interess kbir fit-tema tat-turiżmu taċ-ċikliżmu. L-MPE Michael Cramer, inizjatur u promotur tal-Proġett tal-Mogħdija tal-Purtiera tal-Ħadid kien mistieden għall-Workshops bħala kelliem.

2. Implimentazzjoni

L-implimentazzjoni fl-2010 ta’ din l-azzjoni preparatorja se ssir permezz ta’ sejħa għal proposti.

3. Tbassir għall-2010

L-implimentazzjoni għal azzjonijiet biex titqajjem aktar kuxjenza għat-turiżmu taċ-ċikliżmu jidher li l-aħjar li ssir b’sejħa għal proposti mmirata lejn il-benefiċjarji li ġejjin: awtoritajiet nazzjonali u/jew reġjonali u assoċjazzjonijiet oħrajn responsabbli għall-iżvilupp reġjonali u/jew it-turiżmu fl-Istati Membri

Orarju 2010 (tentattiv):

April: tnedija ta’ sejħa għal proposti għall-aħjar prattiki dwar netwerks sostenibbli transkonfinali tat-turiżmu bir-roti u l-ferroviji

Novembru: pubblikazzjoni tar-riżultati

Diċembru: deċiżjoni tal-għotja

Riżultat mistenni:

Huwa mistenni li jingħata minimu ta’ 3 sa massimu ta’ 10 netwerks transkonfinali (skont l-iskala tal-proġett).

Diffikultajiet mistennija:

- biex jinstabu sinerġiji xierqa għal sejħiet simili fi ħdan programmi operazzjonali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FERŻ).

Turiżmu soċjali fl-Ewropa (02 02 08 03)

1. Objettiv

L-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett tkun opportunità ġenwina għall-promozzjoni ta’ sħubiji, mogħtija spinta mill-Unjoni Ewropea, bejn l-imsieħba soċjali kif ukoll is-setturi pubbliċi u privati. Programmi ta’ skambju reġjonali (bħal Interreg, kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FERŻ) huma tassew indikattivi tal-propensità li titħeġġeġ il-koperazzjoni reġjonali u transkonfinali. F’dan il-kuntest, Calypso huwa intiż bħala għodda biex jiġu estiżi l-prattiki reġjonali tajbin eżistenti lil territorji Ewropej oħrajn filwaqt li tkun żgurata l-aċċessibilità, permezz ta’ skambji tat-turiżmu, għal gruppi fil-mira differenti sabiex jinkludi strati addizzjonali tal-popolazzjoni Ewropea.

Fl-2009 tnieda studju (bil-krediti tal-2009) li jirrifletti b’mod ċar l-objettivi ewlenin ta’ Calypso. L-objettivi tal-istudju huma:

- l-ikkatalogar tal-prattiki tajbin ewlenin (l-aktar rappreżentattivi) bħala mezz biex jinkoraġġixxu attività turistika b’mod partikolari fl-istaġun kwiet, biex b’hekk jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol meta d-domanda għat-turiżmu hija tradizzjonalment baxxa;

- l-identifikazzjoni tal-miżuri eżistenti fil-livell Ewropew u nazzjonali li jippermettu l-iskambju ta’ persuni mill-gruppi fil-mira li ġejjin: ċittadini anzjani, żgħażagħ, ċittadini b’diżabilità u familji li qed jaffrontaw ċirkostanzi soċjali diffiċli;

- l-istudju tad-diffikultajiet relatati ma’ tali skambji filwaqt li ssir proposta tas-soluzzjonijiet l-aktar xierqa;

- il-proposta ta’ mekkaniżmu jew aktar fl-istaġun baxx tat-turiżmu li tagħti setgħa lil gruppi fil-mira partikolari (ċittadini anzjani, żgħażagħ, ċittadini b’diżabilità u familji li qed jaffrontaw ċirkostanzi soċjali diffiċli) biex imorru fuq btala fi Stati Membri/Pajjiżi Kandidati oħra fuq il-bażi ta’ programmi b’tema u offerti fuq l-akkomodazzjoni kkoordinati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri/Pajjiżi Kandidati (awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali), fuq il-bażi ta’ inizjattivi minn partijiet interessati li jinkludu muniċipalitajiet, organizzazzjonijiet tal-karità, parroċċi, unjins, imsieħba soċjali, koperattivi jew kwalunkwe assoċjazzjoni mhux għall-qligħ.

2. Implimentazzjoni

L-2010 qed tara – fost bosta inizjattivi – l-implimentazzjoni ta’ dan l-istudju. Il-kisba tal-objettivi ta’ hawn fuq tikkontribwixxi għal:

- ġenerazzjoni ta’ attività ekonomika u tkabbir mal-Ewropa kollha (billi jiffaċilita l-iżvilupp ta’ programmi tat-turiżmu Ewropej għal gruppi fil-mira).

- titjib tal-mudelli tal-istaġonalità tat-turiżmu mal-Ewropa kollha, b’mod partikolari permezz tal-funzjoni tal-politika soċjali tat-turiżmu (mudelli tat-tkabbir tat-turiżmu; tħeġġiġ tal-attività ekonomika minn gruppi fil-mira matul l-istaġun baxx bħala mezz biex jitnaqqsu r-riskji tal-qgħad għall-persunal tat-turiżmu; mitigazzjoni tal-pressjoni fuq l-infrastruttura fiżika ta’ destinazzjonijiet żviluppati bil-promozzjoni tat-turiżmu mhux fl-aqwa xhur; assistenza fl-iżvilupp ta’ destinazzjonijiet żgħar emerġenti fil-kuntest tal-iżvilupp reġjonali).

- ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol aħjar fis-settur tat-turiżmu (rispett għall-isfidi tas-sostenibilità tat-turiżmu(1); tisħiħ tal-prospetti għal xogħol full-time għall-kuntrarju ta’ xogħol part-time staġonali; titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol billi ssir enfasi fuq l-importanza ta’ ambjent tax-xogħol kwalitattiv permezz mal-katina sħiħa tal-provvista tat-turiżmu).

- żieda fiċ-ċittadinanza Ewropea (bil-provvediment ta’ opportunitajiet tanġibbli biex jittejbu l-mobilità, sodisfazzjoni personali, soċjalizzazzjoni u tagħlim attiv għal familji, żgħażagħ u anzjani).

3. Tbassir għall-2010

Hemm previst li l-istudju li qed jiġi implimentat bħalissa se jindika rakkomandazzjonijiet xierqa dwar l-orjentazzjonijiet futuri ta’ Calypso. Bil-għan li tiffaċilita l-iskambji u l-iżvilupp ta’ turiżmu soċjali fil-livell Ewropew, il-Kummissjoni bi ħsiebha li toħroġ inizjalment sejħa għal proposti mal-pajjiżi Ewropej kollha interessati fl-azzjoni preparatorja. Il-baġit se jkun madwar EUR 800 000.

Barra mill-implimentazzjoni tal-istudju, attivitajiet oħrajn previsti jinkludu kampanja ta’ komunikazzjoni (li tuża Kuntratt ta’ Qafas eżistenti) u laqgħat f’partijiet differenti tal-Ewropa immirati biex tiżgura viżibilità addizzjonali għall-Azzjoni Preparatorja. Il-kampanja ta’ komunikazzjoni se tinkludi fost oħrajn il-produzzjoni ta’ logo u fuljetti, flimkien mal-kumpilazzjoni ta’ databases immirati u t-tisħiħ ta’ relazzjonijiet ma’ partijiet interessati. Il-laqgħat, min-naħa l-oħra, huma skedati biex jaħbtu flimkien tal-istadji differenti tal-implimentazzjoni tal-istudju, u se jinkludu konferenza tal-għeluq (organizzata b’kollaborazzjoni mal-Presidenza Spanjola) f’Ġunju 2010.

Sabiex jgħin lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha hemm Grupp ta’ Esperti magħmul minn kampjun rappreżentattiv ta’ partijiet interessati (inkluż uffiċjali tal-Kummissjoni, korpi rappreżentattivi Ewropej tat-turiżmu, Membri tal-Grupp tas-Sostenibilità tat-Turiżmu (GST), imsieħba soċjali, NGOs eċċ.) li qed jiġi kkonsultat regolarment dwar l-istadji differenti tal-implimentazzjoni.

(1)

Kif identifikat fil-Komunikazzjoni: “Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv” (KUMM(2007) 621 finali)


Intestatura 1b

Il-promozzjoni ta’ ambjent aktar favorevoli għall-mikrokreditu fl-Ewropa (13 03 24)

1. Objettiv

Fit-1e ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni Ewropea adottat komunikazzjoni (KUMM (2007) 708) dwar “Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikrokreditu b’appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi ((1)) (l-“Inizjattiva Ewropea”) li għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp tal-mikrokreditu fl-Unjoni Ewropea. Din l-inizjattiva tinkludi erba’ linji differenti:

e.  Titjib tal-ambjent legali u istituzzjonali fl-Istati Membri;

f.  Tibdil ulterjuri tal-klima favur l-intraprenditorija;

g.  Promozzjoni tat-tixrid tal-aħjar prattiki;

h.  Proviżjon ta’ kapital addizzjonali għal istituzzjonijiet tal-mikrokreditu.

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tenfasizza b’mod partikolari li hemm meħtieġ appoġġ tekniku u finanzjarju adegwat biex jgħin lil istituzzjonijiet tal-mikrofinanza (MFIs)/ provdituri ta’ mikrokreditu joħorġu l-potenzjal tagħhom.

Fl-10 u l-11 ta’ Settembru 2008 l-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) nedew rispettivament inizjattiva konġunta JASMINE (Azzjoni Konġunta b’Appoġġ għal Istituzzjonijiet tal-Mikrofinanza fl-Ewropa) biex jappoġġaw provdituri tal-mikrofinanza li mhumiex banek bil-għan li jgħinuhom itejbu l-kwalità tal-attivitajiet tagħhom, biex jespandu u jsiru sostenibbli.

Il-fażi pilota ta’ din l-inizjattiva hija mmirata biex tittestja l-ħila tas-suq Ewropew biex jipprovdi appoġġ lil provdituri tal-mikrokreditu/ MFIs fuq termini kummerċjali. JASMINE bdiet l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tagħha fit-3 kwart tal-2009. Il-fażi pilota se ddum 3 snin mill-2009-2011 u qed timmira lejn madwar 30 MFI li mhumiex banek fl-UE.

Fir-rigward tal-fażi pilota msemmija hawn fuq il-Kummissjoni u l-BEI ftiehmu dan li ġej:

i. li l-faċilità JASMIKNE tkun f’idejn u mmexxija mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI);

j. l-Kummissjoni tiffinanzja attivitajiet relatati mal-assistenza teknika li għandha tkun provduta lil provdituri tal-mikrokreditu/MFIs li mhumiex banek, bħal valutazzjonijiet/klassifiki u taħriġ kif indikat fil-proposta 2 ta’ KUMM(2007) 708 (l-ewwel pilastru), u

k. il-BEI jipprovdi finanzjament lil MFIs magħżula fuq bażi kummerċjali permezz tal-Faċilità Pilota tal-Mikorkreditu RCM ta’ EUR 20 miljun (it-tieni pilastru). Dan tal-aħħar timmira biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ mikrointrapriżi żgħar ħafna permezz ta’ entitajiet tal-mikrofinanza li huma qrib għas-sostenibilità tagħhom stess jew b’mod ġenerali fil-fażi ta’ żvilupp fejn jimmiraw li jsiru kompletament bankabbli. Strumenti finanzjarji jinkludu arranġamenti għal qsim tar-riskju finanzjati u mhux finanzjati u investimenti tal-ekwità u jkunu ffinanzjati flimkien mal-imsieħba kofinanzjaturi, bħal banek u fondi ta’ investiment.

Skont id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li titnieda azzjoni preparatorja bil-ħsieb li tippromwovi ambjent aktar favorevoli għall-mikrokreditu fl-Ewropa, li hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-inizjattiva KUMM(2007) 708 adottata mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Novembru 2007, “Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikrokreditu b’appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi”, il-Kummissjoni u l-FEI huma tal-opinjoni li l-allokazzjoni tal-baġit mill-Parlament Ewropew tista’ tintuża biex jitlestew l-attivitajiet previsti fi ħdan l-inizjattiva JASMINE; biex b’hekk tippermetti firxa usa’ ta’ servizzi għall-MFIs Ewropej, fosthom:

Kapital ta’ riskju addizzjonali u appoġġ finanzjarji sabiex jgħin lil MFIs aktar żgħar jew inqas sostenibbli milli dawk fil-mira taħt it-tieni pilastru biex jilħqu daqs importanti u pożizzjoni finanzjarja (it-tielet pilastru). Ir-riżorsi disponibbli tħat l-Azzjoni Preparatorja (“Riżorsi APPE”) jintużaw għal dak l-iskop flimkien mal-Faċilità Pilota tal-Mikrokreditu RCM, jew ma’ kwalunkwe faċilità Ewropea ġdida relatata mal-mikrofinanza.

Dawn it-3 pilastri jkunu meqjusa bħala blokki separati ta’ finanzjament u mmexxija hekk.

2. L-ambitu tal-azzjoni u l-objettiv

L-objettiv tal-Azzjoni huwa biex jimplimenta l-Azzjoni Preparatorja. L-għan tal-Azzjoni Preparatorja huwa li trawwem l-iżvilupp tal-mikrokreditu fuq bażi sostenibbli, b’mod partikolari billi tipprovdi finanzjament tal-bidu għal istituzzjonijiet tal-mikrofinanza li mhumiex banek fl-UE.

Il-baġit allokat għall-Azzjoni (EUR 4 000 000) se jintuża biex jipprovdi finanzjament inizjali u appoġġ finanzjarju ieħor lil MFIs/provdituri ta’ mikorkreditu li mhumiex banek magħżula fl-UE. Huwa intiż biex jgħin lil MFIs/provdituri tal-mikrokreditu żgħar biex jiksbu daqs importanti u pożizzjoni finanzjarja.

L-Azzjoni għandha ttejjeb l-iżvilupp tal-mikrokreditu fl-UE b’koordinazzjoni mal-faċilità JASMINE li tnediet u twaqqfet mill-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI fl-2008, li tgħaqqad l-assistenza teknika (l-ewwel pilastru) u l-Faċilità Pilota tal-Mikrokreditu RCM (it-tieni pilastru).

Billi mhux l-MFIs/provdituri tal-mikrokreditu kollha jkunu eliġibbli għal finanzjament taħt il-Faċilità Pilota tal-Mikrokreditu RCM li tgħid fil-linji gwida tagħha li “l-objettiv finanzjarju għall-Faċilità tal-Mikrokreditu jkun li jikseb kopertura tal-ispiża sħiħa u jippreserva l-valur reali tal-investiment rilevanti”, ir-Riżorsi APPE jippermettu l-finanzjament ta’ inizjattivi kompletament ġodda li għandhom leġittimità soda mill-aspett soċjali u jgħinuhom jiksbu s-sostenibilità fuq medda ta’ żmien medja sa twila. Il-kapital tal-bidu huwa l-kapital inizjali użat biex jinbena negozju. L-ammont ta’ flus huwa ġeneralment relattivament żgħir peress illi n-negozju għadu fl-istadju tal-kunċett. Riskju bħal dan huwa ġeneralment fl-istadju ta’ qabel id-dħul u l-kapital tal-bidu jkun meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż tal-operat inizjali sakemm is-servizz jista’ jibda jagħmel dħul, u biex jiġbed l-attenzjoni ta’ investituri privati.

3. Implimentazzjoni

Il-proġett huwa implimentat permezz ta’ għotja (EUR 4 miljuni) direttament mill-Kummissjoni lill-FEI skont l-Artikoli 168(d) u 168(f) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002. Il-Bord tal-FEI fit-22 ta’ Diċembru 2009 approva li dan l-ammont jiżdied b’EUR 250 000 addizzjonali. Dan jippermetti li jiġi ffirmat Ftehim ta’ kontribuzzjoni mal-FEI fl-ewwel kwart tal-2010.

Ir-riżorsi allokati lil din l-azzjoni preparatorja se jintużaw biex jgħinu sa 5 provdituri tal-mikrokreditu li mhumiex banek biex jiksbu sostenibilità u pożizzjoni kummerċjali fuq medda ta’ żmien medja. Dawn jibdew jitqassmu każ b’każ lil MFIs/provdituri ta’ mikrokreditu magħżula matul l-2010. Parti mill-finanzjament ikun ukoll allokat biex titwaqqaf koordinazzjoni ma’ JASMINE. L-ispejjeż amministrattivi marbuta mat-tmexxija tal-proġett huma stmati li jammontaw għal 7% għad-dewmien kollu tal-proġett.

Il-FEI jipprevedi li juża r-riżorsi primarjament f’żewġ modi:

Finanzjament waħdu mir-riżorsi biex jipprovdi kapital tal-bidu lil MFIs/provdituri tal-mikrokreditu kompletament ġodda li huma mistennija li jkollhom impatt importanti f’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi u inklużjoni finanzjarja iżda li ma jistgħux jiksbu self fuq termini kummerċjali. F’dan il-każ, il-FEI jappoġġa finanzjarjament lil MFIs/provdituri tal-mikrofinanza li għandhom jibdew/qed jikbru (jiġifieri inizjattivi lokali f’pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent) permezz ta’ finanzjament ta’ kapital tal-bidu. L-objettiv aħħari tar-riżorsi f’kuntest ta’ finanzjament waħdu huwa li jikkontribwixxi għall-bini u ż-żamma ta’ provdituri ġodda tal-mikrokreditu.

Taħlita ta’ kapital tal-bidu/finanzjament mir-Riżorsi APPE u finanzjament kummerċjali mill-Faċilità Pilota tal-Mikrokreditu RCM biex tkopri r-riskju għal MFIs/provdituri tal-mikrokreditu li juru portafoll ta’ kwalità tajba iżda jeħtieġu finanzjament kapitali biex jaffrontaw domanda dejjem tikber (jiġifieri ftuħ ta’ fergħat ġodda għal MFIs/provdituri tal-mikrokreditu eżistenti; reklutaġġ; estensjoni tal-uffiċċji, eċċ.); jew għal kwalunkwe faċilità Ewropea ġdida relatata mal-mikrofinanza.

4. Tbassir għall-2010

L-azzjoni se tibda fl-ewwel kwart tal-2010 u se ddum sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-perjodu ta’ investiment se jkun sa 4 snin, li jibda mid-data ta’ meta jaslu l-fondi mill-FEI.

Id-DĠ REGIO, id-DĠ ENTR u d-DĠ EMPL qed ifittxu li jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom sabiex irawmu sinerġija akbar bejn strumenti eżistenti mmirati għall-mikrointrapriżi u l-inklużjoni finanzjarja ta’ intraprendituri potenzjali, b’mod partikolari JEREMIE u JASMINE, l-istrument CIP u l-faċilità tal-mikrofinanza PROGRESS imħabbra reċentement.

(1)

() Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikrokreditu b’appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi- KUMM (2007)708 finali.


Intestatura 2

Il-klima tal-Baċir tal-Karpazji (07 03 17)

1. Objettiv

L-objettiv tal-azzjoni preparatorja huwa biex tinvestiga l-istruttura dettaljata tal-ispazju relatata mat-temp tal-Karpazji u l-baċir tal-Karpazji m’metodi integrati jew tal-inqas paragunabbli. Ir-riżultati bażiċi jkunu kontribut għal studji dwar il-varjabilità u l-bidla fil-klima reġjonali, u klimatoloġija applikata Din hija t-tieni sena ta’ dan il-proġett pilota: EUR 2.5 miljuni ġew allokati fil-baġit tal-2009 u EUR 2 miljuni issa ġew inklużi fil-baġit tal-2010. Il-proġett li diġà għaddej huwa ffokat fuq il-ġabra u l-elaborazzjoni tad-dejta rilevanti bil-ħsieb li jinkiseb monitoraġġ f’ħin reali tan-nixfa fir-reġjun tal-Karpazji u jiġi żviluppat protokoll/pjattaforma ta’ skambju ta’ informazzjoni.

F’din it-tieni sena l-Kummissjoni ma tikkunsidrax li huwa xieraq li tinvesti aktar fil-ġabra u l-elaborazzjoni ta’ dejta, mingħajr ma jkunu nġabru u analizzati r-riżultati tal-finanzjament tal-ewwel sena.

Fl-2010, f’konformità mal-White Paper dwar L-Adattament għat-Tibdil fil-Klima u meta qieset il-ħtiġijiet tar-reġjun tal-Karpazji/l-Ewropa tax-Xlokk, il-Kummissjoni pproponiet li tiffoka l-analiżi dwar il-vulnerabilità tar-reġjun għall-impatti tal-bidla fil-klima u dwar is-suġġeriment ta’ miżuri potenzjali ta’ adattament. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi se jkunu interrelatati bil-qawwa max-xogħol li għaddej u se jipprovdu wkoll kontribut għall-Adaptation Clearinghouse tal-Unjoni Ewropea (UE), il-pjattaforma bbażata fuq l-internet għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-impatti tal-bidla fil-klima, il-vulnerabilità u l-adattament imsemmija mill-White Paper dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima.

2. Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tixtieq tikkonkludi kuntratt wieħed jew aktar għal analiżi tal-vulnerabilità għall-impatti tal-Bidla fil-Klima u miżuri potenzjali ta’ adattament.

3. Tbassir għall-2010

Sejħa miftuħa jew aktar se titnieda fit-tieni nofs tal-2010, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament.

Il-kapaċità tal-UE għal reazzjoni ta’ malajr (07 04 05)

1. Objettiv

Din l-azzjoni preparatorja timmira biex tilqa’ l-isfidi li jaffrontaw il-protezzjoni ċivili kif spjegata fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra diżastri naturali, fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċità tal-Unjoni fir-Reazzjoni għad-Diżastri u fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar nirien tal-foresti fis-sajf tal-2009. Din tkopri t-timijiet għal-lest u tagħmir li jkopru ambitu usa’ ta’ diżastri u t-tnaqqis ta’ distakki eżistenti f’kapaċitajiet ta’ reazzjoni. Inizjalment tnediet taħt il-baġit tal-2008 u ġiet imġedda fl-2009 bit-tagħqid tal-proġett pilota tal-2008 dwar ir-Riżerva Tattika ta’ Kontra n-Nirien tal-UE f’azzjoni preparatorja waħda. Dan huwa għaliex il-proġett pilota u l-azzjoni preparatorja fl-2008 kienu qed ikopru attivitajiet relatati mill-qrib, filwaqt li l-proġett pilota kien restritt għal nirien tal-foresti.

L-estensjoni tal-azzjoni preparatorja għall-2010 (it-tielet u l-aħħar sena tal-baġit) jagħmilha possibbli li tkompli, tirrinforza u tiddiversifika l-kapaċità għal reazzjoni ta’ malajr stabbilita fl-2008 u fl-2009 waqt l-istennija għal preżentazzjoni mill-Kummissjoni u adozzjoni mil-leġiżlatur ta’ proposta li tistabbilixxi l-kapaċità għal reazzjoni ta’ malajr fuq bażi permanenti.

L-ammonti proposti huma l-istess bħal dawk allokati għal din il-linja tal-Baġit fil-Baġit tal-2009.

2. Implimentazzjoni

Il-fondi se jintużaw permezz ta’:

1) sejħa għal proposti (għotjiet) immirati biex jtejbu l-kapaċità ġenerali tal-Unjoni Ewropea (UE) biex tirreaġixxi immedjatament għal ħtiġijiet kritiċi li jinqalgħu minn kull tip ta’ diżastru naturali ġewwa u barra l-UE, u

2) sejħa għal offerti (kuntratt ta’ studju), immirata biex tevalwa l-mudelli varji ta’ governanza u l-arranġamenti għall-iżvilupp ta’ Kapaċità għal Reazzjoni ta’ Malajr tal-UE.

3. Tbassir għall-2010

Deċiżjoni ta’ finanzjament ad hoc qiegħda fil-proċess ta’ adozzjoni.

Huwa ppjanata li fi Frar 2010 titnieda sejħa għal proposti għal ammont ta’ EUR 7 350 000 u li f’April 2010 jiġu ffirmati l-ftehimiet tal-għotjiet. Huwa mistenni li jkun organizzat Jum ta’ Informazzjoni fi Frar 2010.

Huwa ppjanat ukoll li titnieda tender għal kuntratt ta’ studju għal ammont ta’ EUR 150 000 fir Frar 2010 u li l-kuntratt ikun iffirmat f’April 2010.

Huwa mistenni li l-għotjiet jingħataw lill-benefiċjarji qabel is-sajf. L-azzjoni preparatorja għandha tippermetti ttestjar ulterjuri ta’ arranġamenti varji biex ir-riżorsi jkunu disponibbli għall-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili tal-UE.

Dawn jistgħu jinkludu

- kapaċitajiet addizzjonali Ewropej għal-lest (standby) għal reazzjoni ta’ malajr li jistgħu jiċċaqilqu fuq talba tal-Kummissjoni/MIC;

- estensjoni ulterjuri ta’ perjodi ta’ standby u ċaqliq addizzjonali ta’ riżorsi disponibbli fil-qafas tas-sejħiet ta’ azzjoni preparatorja tal-2008 u l-2009;

- riżerva tattika komplementari ta’ kapaċità tal-ajru ta’ kontra n-nirien biex tgħin lil Stati Membri jew pajjiżi terzi maħkuma minn nirien tal-foresti.

 - 

Postijiet ta’ kontroll (postijiet ta’ mistrieħ) fir-rigward tat-trasport ta’ annimali (17 04 03 03)

1. Objettiv

Aktar trasport ta’ annimali bl-art fuq vjaġġi twal qajmu l-ħtieġa għal postijiet ta’ kontroll imtejba fejn l-annimali jistgħu jistrieħu. Fl-interess tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali, kien meħtieġ li jiddaħħlu miżuri speċifiċi biex jiġi evitat stress għall-annimali u t-tixrid ta’ mard kontaġjuż. L-objettiv tal-azzjoni huwa li jiżdied l-użu ta’ postijiet ta’ kontroll u l-promozzjoni ta’ postijiet ta’ kontroll ta’ kwalità għolja.

L-azzjoni preparatorja tal-2010 hija segwitu ta’ azzjonijiet preparatorji simili vvutati fl-2009 u fl-2008.

2. Implimentazzjoni

Il-proġett ikun implimentat permezz ta’ għotjiet biex jiġġeddu jew jinbnew postijiet ta’ kontroll ta’ kwalità għolja u sistema ta’ ċertifikazzjoni possibbli biex ittejjeb l-użu tagħhom minn trasportaturi ta’ bhejjem.

L-implimentazzjoni se titmexxa direttament mid-DĠ SANCO.

3. Tbassir għall-2010

Bħalissa għaddej studju preliminari għall-fattibilità biex jiġu ddeterminati l-aħjar kriterji għall-għotjiet u r-riżultati huma mistennija f’Mejju 2010 (ibbażat fuq il-krediti vvutati fl-2009).

Qed titħejja deċiżjoni ta’ finanzjament għal din l-azzjoni u sadanittant tkun adottata.

Tkun ippubblikata sejħa waħdanija għal proposti għal ammont ta’ EUR 2 000 000. L-azzjoni trid issir fi żmien 24 xahar wara l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja. Is-sejħa se titnieda wara li jitlesta l-istudju preliminari tal-fattibilità.

Diffikultajiet mistennija:

Fis-sejħa preċedenti li saret fl-2008 dwar l-istess tema kien hemm ftit partijiet li wrew interess fil-proġett. Barra dan, l-applikanti ma kellhomx biżżejjed kofinanzjament jew sostenibilità ekonomika biex ikunu jistgħu jiżguraw parteċipazzjoni konsistenti fil-proġetti proposti.

Is-sejħa futura titħejja b’mod li tipprovdi reklamar usa’ u li l-partijiet interessati jkunu konxji tal-importanza tal-vijabilità ekonomika tal-proġetti tagħhom.


Intestatura 3b

Erasmus għall-Ġurnalisti (09 06 05)

1. Objettiv

Ir-rimarki tal-baġit adottati fil-Baġit tal-2010 jipprevedu li “wieħed mill-għanijiet l-aktar importanti tal-politika tal-midja tal-UE huwa li l-pluraliżmu jiġi żgurat. Mod effettiv ta’ kif jittejjeb il-pluraliżmu huwa billi l-ġurnalisti jingħataw aċċess għall-pluraliżmu. Dan jista’ jinkiseb bil-finanzjament ta’ skambji ta’ ġurnalisti bejn pajjiżi differenti u midja ġewwa l-UE. L-għan huwa biex il-ġurnalisti jkunu jistgħu jiksbu fehim usa’ u aktar komprensiv tal-UE u tal-midja u l-kultura tagħha.”

L-ewwel sena ta’ din l-azzjoni preparatorja se twassal il-parametri taħt liema l-azzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew (MPE Rübig) tista’ tkun implimentata b’suċċess.

2. Implimentazzjoni

Bħala l-ewwel pass tal-Azzjoni Preparatorja qed jiġi kkummissjonat studju esploratorju/ ta’ fattibilità. L-istudju esploratorju jittestja l-loġika ta’ intervent bażika u jiddefinixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal programm possibbli ta’ “Erasmus għal Ġurnalisti”. Ir-riżultat jikkostitwixxi analiżi oriġinali, aktar milli jkun biss ġabra ta’ sorsi sekondarji; iqis il-programmi Erasmus li diġà għaddejjin sabiex jitgħallem mill-esperjenzi tagħhom u jevita d-dupplikar u jista’ jipproponi mezzi alternattivi. L-istudju se jikkonsisti f’żewġ partijiet. L-ewwel parti għandha tittratta dwar id-dettalji tal-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ programm possibbli. It-tieni parti tal-istudji għandhom jipprovdu l-informazzjoni bażika dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-ġurnaliżmu u s-settur tal-midja fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE). Din il-parti tal-istudju għandu jkollu l-binja ta’ database u t-tħejjija ta’ analiżi għall-ġestjoni ta’ programm possibbli minn entità esterna.

3. Tbassir għall-2010

Għan: Ikun kummissjonat studju esploratorju/ ta’ fattibilità. L-istudju jrid jitlesta fi żmien 12-il xahar u l-parti 1 tkun disponibbli f’Settembru 2010.

Orarju:

Żmien

Kompiti ewlenin

23 ta’ Jannar

Tnedija tat-tender għal studju ta’ fattibilità

Frar-Marzu 2010

Evalwazzjoni tal-proposti, għoti u ffirmar tal-kuntratt tal-istudju esploratorju

Settembru 2010

Rapport preliminari dwar Parti 1 tal-istudju disponibbli, b’informazzjoni għat-tħejjija ta’ proġett pilota

Marzu 2011

Kompletar tat-tieni parti, li jkun fiha sfond statistiku għall-ġestjoni tal-proġett.

Riżultat mistenni

Studju esploratorju/ ta’ fattibilità li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett Erasmus għal Ġurnalisti.

Diffikultajiet mistennija

Ma huma mistennija ebda diffikultajiet partikolari. L-elaborazzjoni tad-database statistika rikjesta dwar is-sitwazzjoni attwali tal-ġurnaliżmu u s-settur tal-midja tista’ tqajjem mistoqsijiet varji b’relazzjoni ma’ parti 2 tax-xogħol. Din il-kwistjoni tkun indirizzata b’konsultazzjoni regolari mal-kuntrattur bħala parti mill-ġestjoni tal-istudju.

Azzjoni Preparatorja fil-Qasam tal-Isports (15 05 11)

1. Objettiv

Skont l-Artikolu 165 tat-Trattat TFUE, “L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ kwistjonijiet sportivi, filwaqt li tqis in-natura speċifika tal-isport, l-istrutturi tiegħu bbażati fuq attività volontarja u l-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu”. L-objettiv tal-azzjoni preparatorja għall-2010 huwa li tipprovdi appoġġ ta’ politika għall-identifikazzjoni ta’azzjonijiet ta’ politika futuri fil-qasam tal-isports (studji, stħarriġ, konferenzi u seminars); u biex tittestja t-twaqqif u l-funzjonament ta’ netwerks adattati u prattiki tajbin.

2. Implimentazzjoni

Sejħa għal proposti se tkopri appoġġ għal netwerks u prattiki tajbin fi tliet oqsma ewlenin:

· Il-ġlieda kontra d-doping (Numru indikattiv ta’ proġetti: 5. Ammont indikattiv: EUR 1 miljun);

· Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali fi u permezz tal-isports (Numru indikattiv ta’ proġetti: 5. Ammont indikattiv: EUR 1 miljun);

· Il-promozzjoni tal-volontarjat fl-isports (Numru indikattiv ta’ proġetti: 1. Ammont indikattiv: EUR 0.5 miljun ).

Il-benefiċjarji potenzjali se jkunu awtoritajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet sportivi, istitutuzzjonijiet tal-edukazzjoni u korpi tas-soċjetà ċivili.

Saru kuntatti informali mal-Parlament Ewropew għal din l-azzjoni. Fil-laqgħa ta’ Jannar 2010 tal-Kumitat dwar il-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kummissjoni ħabbret li bħalissa qed tniedi proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati tal-isports bħala bażi għal inizjattivi futuri f’dan il-qasam, u se tagħti ħarsa ħafifa lejn l-approċċ tal-politika tagħha lejn l-isports b’reazzjoni għall-Artikolu 165 (2) tat-Trattat TFUE.

3. Tbassir għall-2010

Akkwisti: isiru studji, stħarriġ, konferenzi u seminars sabiex jappoġġaw id-djalogu strutturat tal-Kummissjoni mal-partijiet interessati tal-isports u biex jidentifikaw azzjonijiet futuri fil-qasam tal-isports fuq il-bażi tal-prijoritajiet identifikati fil-White Paper dwar l-Isports tal-2007.

Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 (15 06 11)

1. Objettiv

L-iskop tal-azzjonijiet preparatorju fl-2010 huwa biex iwittu l-pedamenti għal attivitajiet ta’ suċċess għas-Sena Ewropea tal-Volontarjat li jippromwovu ċittadinanza attiva fl-2011. F’konformità mal-kummenti għal-linja tal-baġit 15.06.11, l-azzjonijiet preparatorji se jiffukaw fuq l-iżvilupp u t-tnedija ta’ kampanja ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u l-mobilizzazzjoni koordinata tas-soċjetà ċivili.

Kampanja ta’ informazzjoni u komunikazzjoni professjonali u mmirata sew hija kruċjali għas-suċċess tas-Sena Ewropea. Il-kampanja tkun żviluppata u mnedija matul l-201 sabiex tiżgura livell tajjeb ta’ għarfien għall-2011. Jitfassal kuntratt speċifiku skont il-Kuntratt ta’ Qafas Multiplu Nru EAC/20/228 b’appalt kompetittiv li jiġġedded għall-provvediment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni integrati. Il-provditur magħżul ikun responsabbli għal: il-kunċett, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ kampanja u strateġija ta’ kommunikazzjoni għas-Sena Ewropea; l-iżvilupp u t-tixrid ta’ għodda ta’ komunikazzjoni u materjal promozzjonali inkluż websajt Ewropew; u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti biex titqajjem kuxjenza.

Voluntiera u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw u jaħdmu ma’ voluntiera huma l-partijiet interessati ewlenin tas-Sena Ewropea. Tingħata għotja lil struttura ta’ koordinazzjoni li tgħaqqad flimkien il-partijiet interessati ewlenin fil-livell Ewropew biex timmobilizza l-voluntiera u tippromwovi s-sjieda tas-Sena fost is-soċjetà ċivili.

L-Alleanza hija grupp uniku pan-Ewropew ta’ 22 netwerk internazzjonali u Ewropew ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li tgħaqqad abbundanza li m’hawnx bħala ta’ għarfien u esperjenza. Hija tirrappreżenta madwar 1,500 organizzazzjoni attivi tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u reġjonali u tkopri s-setturi kollha u t-tipi ta’ volontarjat kif ukoll l-etajiet kollha tal-voluntiera u għaldaqstant hija de facto f’pożizzjoni ta’ monopolju biex tagħmel dawn il-kompiti tal-istruttura ta’ koordinazzjoni tas-soċjetà ċivili kif stipulat fl-Artikolu 168.1(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Ebda korp ieħor ma jista’ jegħleb l-ambitu wiesgħa, il-wisa’ tal-kopertura ġeografika u l-iskala ta’ rappreżentazzjoni tal-Alleanza. Is-segretarjat tal-Alleanza jkun mistieden jippreżenta talba għal għotja biex jispeċifika kif huma: jippjanaw u jagħmlu attivitajiet immirati speċifikament għal voluntiera u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mmirati biex jinkoraġġixxu r-rikonoxximent tal-volontarjat, jistimolaw proġetti u jippromwovu l-bini ta’ sħubiji bejn is-soċjetà ċivili, in-negozju, ir-riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi, jappoġġaw id-dibattitu u l-qsim ta’ esperjenzi sabiex jittejjeb il-qafas tal-politika tal-volontarjat u jinħolqu kundizzjonijiet aħjar għal attivitajiet volontarji fl-Unjoni Ewropea (UE).

2. Implimentazzjoni

Tħejja programm ta’ ħidma li jkopri dawn iż-żewġ azzjonijiet u bħalissa qiegħed għal konsultazzjoni fost is-servizzi. Il-programm ta’ ħidma għandu jkun adottat madwar il-bidu ta’ Marzu biex b’hekk il-kuntratti għall-kampanja ta’ komunikazzjoni u l-istruttura ta’ koordinazzjoni tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jiġu ffirmati u x-xogħol ikun jista’ jibda fl-aħħar ta’ Marzu/April 2010.

Saru kuntatti informali mal-Parlament Ewropew dwar din l-azzjoni.

3. Tbassir għall-2010

Proċedura diretta ta’ għoti mbagħad għandha tittieħed fl-ewwel kwart tal-2010.

Il-Monitoraġġ ta’ Miżuri fil-Qasam tal-Politika tal-Konsumatur (17 02 03)

1. Objettiv

It-tip eżatt ta’ azzjoni u dejta li għandha tinġabar għadha qed tiġi studjata. L-objettiv ġenerali huwa biex ikun hemm fehim aħjar tal-funzjonament tas-suq intern mill-perspettiva tal-konsumatur u n-naħa tad-domanda. Dan ikun segwit permezz tal-kontinwazzjoni tal-istħarriġ u l-istudju eżistenti, billi jara kif ikun l-aħjar li jitqassmu r-riżultati u jtejjeb il-metodoloġiji identifikati, u l-finanzjament possibbli għal studji ulterjuri tas-suq – biex b’hekk tittejjeb il-kwalità tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur.

2. Implimentazzjoni

Skont ir-riżultati tad-diskussjoni li għaddejja, jintużaw sejħiet għal offerti, proposti għal għotjiet jew kuntratt ta’ qafas għall-implimentazzjoni tal-partijiet varji tal-azzjoni.

3. Tbassir għall-2010

Fuq il-bażi tar-riżultati tat-tielet Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur li jmiss (Marzu 2010), id-DĠ SANCO jidentifika swieq tal-konsumatur li juru s-sinjali l-aktar serji ta’ funzjonament ħażin għall-konsumaturi. Wieħed jew aktar minn dawn is-swieq imbagħad jintgħażel biex isir studju tas-suq aktar fil-fond.

Sabiex isir aktar progress dwar l-introduzzjoni mal-Unjoni Ewropea (UE) kollha ta’ metodoloġiji armonizzati għall-klassifikazzjoni u r-rapportar, ikun hemm studju ta’ kif l-aħjar li jingħelbu l-ostakli. Jiġu studjati wkoll il-possibiltajiet biex titqassam aħjar id-dejta miġbura taħt it-Tabella ta’ Valutazzjoni.


Intestatura 4

Il-monitoraġġ ambjentali tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed u programm qafas komuni għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed (07 02 04)

1. Objettiv

L-azzjoni preparatorja timmira biex tippromwovi miżuri għall-monitoraġġ regolari tal-kwalità tal-ambjent tal-baħar u tax-xatt, u biex tiġġieled it-tniġġis fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed.

B’mod partikolari, l-objettivi tagħha huma li ġejjin:

- biex tistudja t-tniġġis tal-ambjent tal-baħar u tax-xatt; biex tistudja l-impatt tat-tniġġis fuq il-bijodiversità u fuq l-impjiegi appoġġati mill-ambjent tal-baħar u tax-xatt,

- biex tistudja teknoloġiji ġodda għall-ħarsien tal-ambjent u tindif ta’ emerġenza ta’ tniġġis,

- biex tfassal u twaqqaf sistema ta’ monitoraġġ integrat tal-baħar u tax-xatt fir-reġjun,

- biex tistabbilixxi netwerk ta’ faċilitajiet għall-monitoraġġ dinamiku ta’ telerilevament tas-sistema “baħar-xatt-xmara”,

- biex tħarreġ persuni u tħejji persunal għall-implimentazzjoni attwali ta’ attivitajiet relatati mal-monitoraġġ.

2. Implimentazzjoni

Din l-azzjoni preparatorja tkompli fuq il-proġett pilota “monitoraġġ ambjentali tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed” u programm ta’ qafas Komuni Ewropew għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed maħluq fl-2008.

Taħt il-baġits tal-2008 u l-2009, ingħataw żewġ għotjiet lill-Kummissjoni tal-Baħar l-Iswed, l-organizzazzjoni waħdanija li għall-kompetenza u l-istruttura tagħha tista’ tiggarantixxi djalogu effiċjenti dwar it-tniġġis fost il-pajjiżi ta’ madwar ix-xatt, għal EUR 1 miljun kull waħda:

- L-ewwel ftehim ta’ għotja ġie ffirmat f’Diċembru 2008 u l-azzjoni, li nbdiet f’Jannar 2009, iddum 24 xahar. Il-proġett jimmira biex isaħħaħ il-koperazzjoni istituzzjonali sabiex jinbena l-konsensus biex jiġu indirizzati l-problemi tat-tniġġis miż-żejt u għat-tħejjija tal-implimentazzjoni ta’ pjattaforma ta’ monitoraġġ u informazzjoni dwar it-tniġġis miż-żejt.

- It-tieni ftehim ta’ għotja ġie ffirmat f’Diċembru 2009 u l-proġett huwa mistenni li jitlesta sa tmiem l-2011. Dan jiffoka fuq l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ informazzjoni u monitoraġġ meħtieġa biex il-pajjiżi ta’ madwar ix-xatt ikunu jistgħu jindirizzaw it-tniġġis ikkawżat miż-żejt.

Ir-riżultati ta’ dawn iż-żewġ proġetti jkunu magħrufa fit-tmiem l-2011. Kif diġà msemmi fl-ittra dwar l-esegwibilità indirizzata lill-Parlament f’Novembru 2009, il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun siewi li jistennew għar-riżultati tal-proġetti msemmija hawn fuq qabel it-tnedija ta’ attivitajiet ġodda dwar it-tniġġis miż-żejt. Meta jitqiesu l-Pjan ta’ Azzjoni Strateġiku tal-Konvenzjoni ta’ Bukarest adottat fl-2009 mil-laqgħa Ministerjali tal-Konvenzjoni ta’ Bukarest, il-Pjan ta’ Ħidma kurrenti tal-Konvenzjoni tal-Baħar l-Iswed (KBI), il-prijorità tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, kif ukoll inizjattivi reġjonali oħrajn bħall-inizjattiva tal-Ilma tal-UE u t-Task Force għad-Danubju u l-Baħar l-Iswed, jista’ jkun meħtieġ aktar xogħol fl-2010, fost oħrajn fl-oqsma li ġejjin:

- koperazzjoni bejn il-KBI u l-Konvenzjoni tad-Danubju (ICPDR)

- tisħiħ tal-koperazzjoni ma’ Konvenzjonijiet Ewropej ta’ Ibħra Reġjonali oħrajn.

- Appoġġ għall-inizjattiva tal-Ilma tal-UE (komponent ġeografiku li jkopri ż-żona tal-Kawkasu).

· Tali attivitajiet jikkontribwixxu għall-istudju tat-tniġġis, it-tfassil u t-twaqqif ta’ sistema integrata ta’ monitoraġġ tal-baħar u tax-xatt u t-taħriġ ta’ persunal għall-implimentazzjoni attwali ta’ attivitajiet relatati mal-monitoraġġ, f’konformità mal-objettivi tal-PE; huwa stmat li l-baġit neċessarju m’għandux jaqbeż EUR 500 000.

3. Tbassir għall-2010

Il-Kummissjoni tagħmel l-isforzi kollha meħtieġa inkluż konsultazzjonijiet formali mal-partijiet interessati ewlenin, għall-implimentazzjoni tal-azzjoni preparatorja bil-għan li tippromwovi aktar il-ħarsien tal-ambjent fil-Baħar l-Iswed, filwaqt li tqis il-ħtieġa li tibni fuq proġetti u riżultati eżistenti, biex tevita xogħol li jikkoinċidi ma’ attivitajiet rilevanti li għaddejjin jew li huma diġà ppjanati u biex tikkunsidra l-kapaċità ta’ assorbiment ta’ organizzazzjonijiet possibbli ta’ implimentazzjoni fir-reġjun.

Implimentazzjoni tal-programmi MEDIA 2007 f’pajjiżi terzi (09 06 01 02)

1. Objettiv

Fil-kuntest tal-importanza dejjem tikber tad-dimensjoni internazzjonali tal-politika awdjoviżiva, l-objettiv tal-“Azzjoni Preparatorja MEDIA Internazzjonali” huwa biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali u kulturali bejn il-professjonisti tal-industrija tal-films tal-Ewropa u l-kontropartijiet tagħhom f’pajjiżi terzi. Il-koperazzjoni globali tal-industrija awdjoviżiva hija mistennija li toffri lill-konsumatur għażla ikbar billi ġġib prodotti aktar diversi kulturalment fis-swieq Ewropej u internazzjonali u biex toħloq opportunitajiet kummerċjali ġodda.

2. Implimentazzjoni

Ġie vvutat ammont ta’ EUR 1 miljun għat-tielet sena tal-azzjoni preparatorja MEDIA Internazzjonali meta mqabbel ma’ EUR 5 miljuni fl-2009. Dan għandu jkun ikkunsidrat fil-kuntest usa’ tat-tnedija tal-Programm MEDIA Mundus mill-2011 b’baġit annwali ta’ EUR 5 miljuni.

Kif diġà spjegat fl-ittra ta’ Esegwibilità, minħabba t-tnaqqis fil-baġit, is-sejħa għal proposti 2010, li se titnieda fi Frar 2010, se tinkludi żewġ linji ta’ azzjoni biss (meta mqabbla ma’ ħamsa fl-2009), jiġifieri t-taħriġ ta’ professjonisti u aċċess għas-swieq. Il-baġit mhux se jippermetti li jitkomplew xi proġetti siewja li ntgħażlu fil-passat(1).

3. Tbassir għall-2010

Is-sejħa se tkun ippubblikata fi Frar. L-għażla tal-proġetti ssir f’April/Mejju. Huwa mistenni li tappoġġa madwar 10 proġetti, meta mqabbla ma’ 18 fl-2008 u 40 fl-2009. Il-proġetti jistgħu jibdew fit-tieni nofs tal-2010.

Filwaqt li s-sejħa għal proposti tal-2009 kienet miftuħa għal proġetti fil-qasam ta’ taħriġ inizjali, taħriġ kontinwu, promozzjoni, distribuzzjoni, wiri ta’ xogħlijiet ċinematografiċi u għal proġetti li jinkoraġġixxu l-udjenzi, is-sejħa għal proposti tal-2010 se jkollha tikkonċentra fuq it-taħriġ kontinwu u l-aċċess għas-suq.

Reazzjoni ta’ emerġenza għall-kriżi finanzjarja u ekonomika f’pajjiżi li qed jiżviluppaw (19 06 08)

1. Objettiv

Il-baġit tal-Komunità mhuwiex mgħammar biex jindirizza direttament il-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fil-50 pajjiż tal-Istrument ta’ Finanzjament tal- Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u ma jistax ikun sostitut għall-irwol u l-mandat makroekonomiku u settorjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFI).

Huwa wkoll importanti biex titfakkar il-mobilizzazzjoni tal-EUR 1 biljun fondi addizzjonali għall-Faċilità tal-Ikel li parti minnha hija allokata lill-pajjiżi DCI; parti sostanzjali ta’ dan il-biljun diġà ġiet impenjata din is-sena u tkompli titqassam matul ix-xhur li ġejjin.

B’ammont limitat, l-iskop ta’ din l-azzjoni preparatorja għandu jkun, f’konformità mal-objettiv tal-PE, biex tevalwa l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

2. Implimentazzjoni u Tbassir għall-2010

Il-Kummissjoni tipproponi li tibda l-implimentazzjoni matul l-2010 billi tniedi studju dwar l-impatt tal-kriżi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Huwa stmat li ammont ta’ EUR 500 000 jkun xieraq biex isir studju.

Il-minoritajiet fir-Russja – l-iżvilupp tal-kultura, il-midja u s-soċjetà ċivili (19 08 01 05)

1. Objettiv

L-objettiv ġenerali huwa li jitkomplew l-attivitajiet ippjanati fil-fażi preċedenti tal-azzjoni preparatorja (“Minoritajiet etniċi u nazzjonali fir-Russja: il-promozzjoni tal-integrità u d-djalogu interkulturali”, li hija mistennija tibda l-implimentazzjoni fl-2011. L-azzjoni preparatorja sħiħa proposta mill-Parlament Ewropew “Il-minoritajiet fir-Russja: żviluppar tal-lingwi, il-kultura, il-midja u s-soċjetà ċivili” hija ffokata fuq il-promozzjoni tal-minoritajiet etniċi u nazzjonali fir-Russja u t-titjib tar-rikonoxximent tal-integrità tagħhom fir-rigward tal-lingwi, il-kultura, l-edukazzjoni, il-midja u s-soċjetà ċivili.

2. Implimentazzjoni

Din il-fażi (bħat-tnejn preċedenti) tkun implimentata permezz ta’ ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjoni internazzjonali (jintuża ftehim standard ta’ kontribuzzjoni). L-organizzazzjoni internazzjonali identifikata hija l-Kunsill tal-Ewropa.

3. Tbassir għall-2010

Huwa ppjanat li abbozz ta’ proġett pilota jitlesta sas-sajf tal-2010; il-kuntratt huwa ppjanat li jkun iffirmat matul l-2011, meta r-riżultati rilevanti minn attivitajiet preċedenti jkunu disponibbli. Billi dan l-istadju huwa kontinwazzjoni ta’ dawk preċedenti, ir-riżultati mistennija tiegħu jkunu konformi ma’ dawk mistennija għat-tieni stadju.

Minħabba s-sensittività tal-kwistonijiet koperti mill-azzjoni, huwa essenzjali li tingħata approvazzjoni sħiħa mill-awtoritajiet Russi.

UE-Ażja – Integrazzjoni ta’ politika u prattika (19 10 01 06)

Fir-rimarka tal-baġit adottata fil-Baġit tal-2010, il-PE talab lill-Kummissjoni biex ikollu rikors, għall-implimentazzjoni tagħha, għal għotja diretta lil organizzazzjoni msemmija speċifikament. Dan imur kontra r-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni tipproponi li timplimenta din l-azzjoni preparatorja permezz ta’ Sejħa għal Proposti jew Sejħa għal Offerti skont ir-regoli tar-Regolament Finanzjarju u konsegwentement qiegħda tirrefletti aktar dwar kif tifforma l-implimentazzjoni.

Ġestjoni tal-ilma f’pajjiżi li qed jiżviluppaw (21 04 06)

1. Objettiv

L-azzjoni, li ddaħħlet fl-2007 għal proġetti pilota u estiża aktar tard bħala azzjoni preparatorja, għandha l-għan li tippromwovi l-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u tiffoka b’mod partikolari fuq it-titjib tal-koperazzjoni fil-livell reġjonali u kontinentali sabiex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju.

Fl-2010 tingħata enfasi speċjali għall-adattament ta’ politiki u prattiki tal-ġestjoni tal-ilma għall-impatti mistennija tal-bidla fil-klima, sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ skarsezza tal-ilma kif ukoll il-konflitti marbutin ma’ din.

2. Implimentazzjoni

Il-proġetti ffinanzjati taħt din il-linja tal-baġit huma identifikati u fformulati bl-involviment tad-DĠ Żvilupp, id-DĠ RELEX, EuropeAid u d-Delegazzjonijiet tal-UE.

Il-proġetti ffinanzjati s’issa huma:

Sena

Titlu

Kontribuzzjoni tal-KE f’EUR

Sieħeb ta’ implimentazzjoni

2007

Il-bini ta’ kapaċitajiet lokali għal servizzi sostenibbli tal-ilma u s-sanità f’baċiri transkonfinali permezz ta’ metodu parteċipatorju fl-Amerika Ċentrali (2008–2010)

1.5 miljun

Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għal Servizzi ta’ Proġetti (UNOPS)

 

Il-Promozzjoni ta’ Ġestjoni Integrata tar-Riżorsi tal-Ilma (IWRM) u t-Trawwim ta’ Djalogu Transkonfinali fl-Ażja Ċentrali

1.5 miljun

Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP)

2008

It-Trawwim ta’ Ġestjoni Integrata ta’ Riżorsi u Koperazzjoni Intergovernattiva fis-settur tal-ilma fl-Afrika

1.5 miljun

Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC)

 

Appoġġ lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana (AUC) lejn IWRM imtejba permezz ta’ koperazzjoni intergovernattiva

1.5 miljun

Deutsche Gesellschaft für Technische Zusammenarbeit (GTZ)

2009

Titjib tal-Governanza tal-Ġestjoni tal-Ilma fil-livell tal-mikrobaċiri

1 miljun

 

 

Netwerk tal-Amerika Latina ta’ Ċentri tal-Għarfien fis-Settur tal-Ilma

2 miljuni

 

Skont il-ħtiġijiet tal-ilma, ġie miftiehem li kull sentejn l-azzjonijiet iffinanzjati taħt din il-linja tal-baġit jsiru fl-Afrika ’l Isfel mis-Saħara. F’konformità mad-distribuzzjoni ġeografika, l-objettivi msemmija hawn fuq u wara li jitqiesu l-inizjattivi li għaddejjin fis-settur, l-għażliet li qed jiġu kkunsidrati għal finanzjament fl-2010 huma dawn li ġejjin:

i) Azzjonijiet preparatorji għall-iżvilupp ta’ ġestjoni tal-ilma transkonfinali fl-Afrika, li jiffukaw b’mod speċifiku fuq l-impatt tal-bidla fil-klima fuq il-ġestjoni tal-ilma, kif ukoll il-prevenzjoni ta’ konflitt. Din il-ħidma tibni fuq il-koperazzjoni rinfurzata bejn l-AU, l-AMCOW u istituzzjonijiet reġjonali (appoġġati minn din il-linja tal-baġit fl-2008), u fuq koordinazzjoni rinforzata ta’ donaturi. L-iskambju tal-għarfien jibni fuq il-ħidma tal-komponent tar-riċerka tal-Inizjattiva tal-Ilma tal-UE, b’mod partikolari l-ħidma ta’ SPLASH ERANET, u l-koperazzjoni tkun rinforzata ma’ organizzazzjonijiet u netwerks rilevanti bħall-Isħubija Globali għall-Ilma (li tappoġġa l-AMCOW dwar kwistjonijiet transkonfinali), l-IUCN u oħrajn. L-objettiv huwa li jikkontribwixxu għat-tħejjija u l-iżvilupp ta’ programmi sodi ta’ ġestjoni tal-ilma transkonfinali li għandhom jiġbdu r-riżorsi lejhom għall-implimentazzjoni tagħhom, inkluż fil-qafas tal-Isħubija tal-Infrastruttura tal-UE-Afrika;

ii) Espansjoni tan-Netwerk Afrikan taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza (ara l-programm tal-2008) għal reġjuni ġodda;

Appoġġ għall-involviment tas-soċjetà ċivili fi programmi ta’ ġestjoni ta’ baċiri transkonfinali, bħall-Inizjattiva tal-Baċir tan-Nil, biex jiżguraw l-iżvilupp ta’ baċiri transkonfinali ankrati fuq metodi parteċipatorji u l-involviment tal-partijiet interessati.

3. Tbassir għall-2010

L-azzjonijiet previsti bħalissa qegħdin fi stadji differenti ta’ identifikazzjoni. Skont ir-riżultati tal-fażi ta’ identifikazzjoni, it-tliet azzjonijiet kollha, jew parti minnhom, imsemmija hawn fuq jibdew isiru finalment.

Huwa mistenni li d-deċiżjoni ta’ finanzjament dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet tal-2010 se tittieħed mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn Ottubru 2010.

Trasferiment ta’ teknoloġija relatata mal-farmaċewtiċi lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw (21 05 01 06)

1. Objettiv

L-objettiv ta’ din l-azzjoni preparatorja huwa li tappoġġa t-titjib tar-riċerka, l-iżvilupp, u l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ farmaċewtiċi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiżdied l-aċċess, speċjalment ta’ pajjiżi fqar u l-inqas żviluppati, għal prodotti tas-saħħa ta’ mard relatat mal-faqar, mard tropikali u li ġie ttraskurat, kif ukoll mard li mhux trażmess.

2. Implimentazzjoni

Taħt l-ewwel sena ta’ din l-azzjoni preparatorja – baġit tal-2008 – ġie ffirmat ftehim ta’ kontribuzzjoni mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) f’Diċembru 2008 dwar l-implimentazzjoni ta’ konsultazzjoni kbira mal-partijiet interessati. L-iskop tal-istudju huwa li jiġu identifikati l-isfidi u l-ostakli ewlenin tal-produzzjoni lokali tal-farmaċewtiċi u t-trasferiment relatat tat-teknoloġija lil pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jiġu pprovduti rakkomandazzjonijiet u gwida għal azzjoni ulterjuri f’dan il-qasam. L-istudju tnieda f’Jannar 2009 u se jdum 24 xahar.

Parti mill-approprjazzjonijiet taħt it-tieni sena tal-azzjoni preparatorja – baġit tal-2009 – intużat biex testendi dan l-istudji għal tilqimiet u dijanjostika permezz ta’ emenda għall-Ftehim ta’ Kontribuzzjoni inizjali mal-WHO (EUR 519 000). Tkun identifikata azzjoni ulterjuri b;mod konġunt mal-WHO u l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) hekk kif l-ewwel riżultati parzjali jkunu disponibbli sa minn Marzu 2010. Din it-tieni fażi (EUR 4 481 000) tlesti t-triq għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju u tiffissa l-qafas għal miżuri konkreti ta’ bini ta’ kapaċità skont il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet identifikati. Huwa mistenni li tkun implimentata permezz ta’ Ftehim ta’ Kontribuzzjoni mal-aġenzija tan-NU l-aktar xierqa.

It-tieni fażi ta’ din l-azzjoni tfasslet b’mod flessibbli, sabiex jibdew jiżviluppaw pjanijiet għall-bini ta’ kapaċitajiet fil-qasam tar-riżorsi umani u jakkomodaw l-ewwel riżultati tal-istudju hekk kif ikunu disponibbli. Billi dawn l-attivitajiet huma diġà koperti mill-baġit allokat fl-2009, appoġġ għal oqsma oħrajn għandu jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-istudju. Għaldaqstant ikun prematur u diffiċli ħadna biex jiġu identifikati attivitajiet addizzjonali qabel l-2011.

Riċerka u żvilupp dwar mard relatat mal-faqar, mard tropikali u mard li ġie ttraskurat (21 05 01 07)

1. Objettiv

L-objettiv tal-azzjoni huwa li tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp ta’ mard relatat mal-faqar, mard tropikali u mard li ġie ttraskurat sabiex jiżdied l-aċċess, speċjalment għal pajjiżi foqra u l-inqas żviluppati, għal intervent tas-saħħa pubblika, servizzi effettivi tas-saħħa, mediċini u tilqimiet kontra dan il-mard.

2. Implimentazzjoni

Fl-2008, l-ewwel sena ta’ din l-azzjoni preparatorja, azzjoni li ġiet identifikata u mħejja b’konsultazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, notevolment l-RTD. Ftehim ta’ kontribuzzjoni ġie ffirmat mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) f’Diċembru 2008 għall-implimentazzjoni ta’ konsultazzjoni kbira tal-partijiet interessati bl-iskop li jiġu identifikati l-prijoritajiet l-aktar urġenti fir-R&Ż f’mard relatat mal-faqar, mard tropikali u mard li ġie ttraskurat u jipprovdu rakkomandazzjonijiet għal aktar azzjoni f’dan il-qasam. Il-konsultazzjoni hija implimentata permezz ta’ Programm Speċjali għar-Riċerka u t-Taħriġ f’Mard Tropikali (TDR) u hija parti minn programm ikbar. Ir-riżultat ewlenin se jkunu Rapport Globali dwar ir-Riċerka dwar Mard Infettiv ta’ faqar b’rakkomandazzjonijiet dwar prijoritajiet għar-riċerka.

Fl-2009, ġie ffirmat Ftehim ta’ Kontribuzzjoni ġdid mal-WHO/TDR biex jappoġġa t-twaqqif ta’ netwerks reġjonali sostenibbli ta’ innovazzjoni ta’ prodotti tas-saħħa tar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&Ż) sabiex tinbena l-kapaċità għall-innovazzjoni tar-R&Ż ta’ prodott fl-Afrika, l-Ażja u l-Amerika Latina u biex tittejjeb il-kollaborazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar f’dan il-qasam. Din l-azzjoni se tappoġġa t-twaqqif tal-organizzazzjoni ta’ netwerk reġjonali fl-Afrika u l-iżvilupp ta’ pjanijiet strateġiċi tan-negozju għan-netwerks tal-Ażja u l-Amerika Latina.

L-identifikazzjoni ta’ attivitajiet ġodda fil-qasam tar-Riċerka u l-Iżvilupp għandhom ikunu ggwidati mir-rakkomandazzjonijiet finali tal-konsultazzjoni li għaddejja, li mhux se jkunu disponibbli qabel it-tmiem tal-2010. Se jitnedew konsultazzjonijiet mal-WHO/TDR, f’kollaborazzjoni mill-qrib mad-DĠ ETD, biex jidentifikaw l-oqsma tar-R&Ż fejn inizjattivi konġunti jipprovdu valur miżjud, b’mod partikolari fid-dawl tal-Istrateġija Globali u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa Pubblika, l-Innovazzjoni u l-Proprjetà Intellettwali. Tkun esplorata wkoll il-possibilità ta’ aktar appoġġ għal attivitajiet għal bini ta’ kapaċità fil-livell reġjonali.

3. Tbassir għall-2010

L-identifikazzjoni għal aktar azzjoni li għandha tiġi implimentata taħt il-baġit tal-2010 ssir b’kollaborazzjoni mill-qrib mad-DĠ RTD u permezz ta’ konsultazzjonijiet informali mal-WHO, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi evitat ix-xogħol doppju mal-Programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp tal-UE u tibni fuq attivitajiet li għaddejjin.

Marzu-Ġunju 2010: konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni u l-partijiet interessati rilevanti għall-identifikazzjoni tal-azzjoni.

Lulju-Settembru 2010: formulazzjoni tal-azzjoni.

Ottubru-Novembru 2010: proċedura tad-deċiżjoni ta’ finanzjament.

Preservar u restawrar ta’ wirt kulturali f’żoni ta’ konflitt (22 02 09)

1. Objettiv

Skont ir-rimarka inkluża fil-baġit tal-2010, l-approprjazzjonijiet għandhom jintużaw għall-appoġġ ta’ proġetti ta’ preservazzjoni u restawr għal oġġetti kulturali u reliġjużi prezzjużi (knejjes, moskej, libreriji, mużewijiet, monumenti, eċċ) li ssirilhom ħsara jew jinqerdu bi gwerra jew konflitti politiċi oħrajn. Approprjazzjonijiet jistgħu jintużaw biex jappoġġaw organizzazzjonijiet pubbliċi kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li jmexxu proġetti f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni hija lesta biex timplimenta azzjoni preparatorja b’dan l-bjettiv fil-Balkani tal-Punent u t-Turkija. Ħadet nota wkoll li , mill-esperjenza tal-proġetti pilota tal-2008-2009, din “għandha ... tiżviluppaha aktar, inkluż li tipproponi bażi legali permanenti”. Fir-rigward tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija, azzjonijiet simili fil-ġejjieni jistgħu jkunu koperti mill-Istrument għall-Assistenza Qabel l-Adeżjoni (IPA), għaldaqstant ma hemm ebda ħtieġa għal bażi legali separata.

Fir-rigward tal-użu tal-fondi allokati kif ukoll l-opportunità biex tiġi żviluppata bażi legali speċifika permanenti għall-wirt kulturali f’partijiet oħra tad-dinja, il-Kummissjoni jeħtieġ li tevalwa kif din l-esperjenza tista’ titwessa’ għal reġjuni oħrajn.

2. Implimentazzjoni

Skont il-valutazzjoni li għaddejja, il-fondi allokati għal-linja tal-baġit 22 02 09 jistgħu jintużaw, parzjalment jew kollha kemm huma, għall-Balkani tal-Punent u t-Turkija. L-implimentazzjoni ssir permezz ta’ sejħa għal proposti miftuħa għal NGOs.

3. Tbassir għall-2010

Hemm il-ħsieb li l-kuntratti jiġu ffirmati qabel it-tmiem tal-2011. It-tħejjija għat-tnedija tas-sejħiet għal proposti se ssir matul l-2010.

(1)

L-2008 kienet l-ewwel sena tal-Azzjoni Preparatorja MEDIA Internazzjonali, b’baġit ta’ EUR 2 miljuni għal 18-il proġett (minn 33 proposta). Għall-2009, il-PE ivvota żieda konsiderevoli fil-baġit, sabiex 40 proġett (minn 95 proposta) setgħu jiġu magħżula għal total ta’ EUR 5 miljuni. Il-proġetti kollha ta’ MEDIA Internazzjonali huma bbażati fuq sħubiji bejn professjonisti mill-UE u minn pajjiżi terzi, li jimmiraw biex jiksbu effett ta’ netwerking internazzjonali massimu u sostenibbli. Il-proġetti magħżula fl-2008 u l-2009 ikkontribixxew biex jiġu strutturati b’suċċess swieq awdjoviżivi internazzjonali u, fil-fatt, ħolqu aspettattivi fost professjonisti li diġà investew bil-kbir fil-ħolqien ta’ sħubiji ġodda u proġetti ta’ kwalità tajba fl-2008 u l-2009 li wittu t-triq għat-tnedija tal-Programm il-ġdid MEDIA Mundus fl-2011).


Intestatura 5

Programm tal-amministrazzjoni pubblika tal-Erasmus (26 03 03)

1. Objettiv

Din l-azzjoni preparatorja hija l-kontinwazzjoni tal-proġett pilota bl-istess isem, iffinanzjata fuq il-linja tal-baġit 26 03 02 matul is-snin tal-baġit 2008 u 2009, u implimentata b’mod konġunt mad-DĠ HR tal-Kummissjoni u l-Iskola Amministrattiva Ewropea (EAS). Il-livelli ta’ sodisfazzjoni kienu għoljin ħafna matul l-erba’ sessjonijiet li diġà ġew organizzati fejn kważi 98% tal-parteċipanti taw punteġġ ta’ 4 jew 5 (fuq skala ta’ 1 sa 5) f’termini ta’ sodisfazzjoni ġenerali. L-Istati Membri kollha għajr tnejn bagħtu parteċipanti u bosta għandhom listi twal ta’ stennija ta’ kandidati.

L-għan huwa biex titrawwem kollaborazzjoni bejn amministrazzjonijiet tal-Istati Membri (fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE), billi jippermetti li uffiċjali nazzjonali maħtura relattivament reċentement jieħdu ħsieb mistoqsijiet tal-UE biex isiru jafu aħjar l-istituzzjonijiet permezz ta’ konferenzi, żjara u sessjonijiet ta’ taħriġ.

2. Implimentazzjoni

Erba’ sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ ġimgħatejn, żjarat għal u konferenzi fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE fi Brussell, Lussemburgu u Strasburgu huma previsti fl-2010. S’issa, massimu ta’ 60 parteċipant ġew ammessi, iżda dan jista’ jiżdied xi ftit.

Il-parteċipanti jridu jissodisfaw għadd ta’ kriterji, fejn l-aktar importanti huwa li huma ma jkunux ħadmu fid-dipartiment tagħhom għal aktar minn ħames snin, li jieħdu ħsieb kwistjonijiet tal-UE u li qatt ma jkunu ħadmu f’ebda pożizzjoni fi kwalunkwe mill-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn il-kriterji huma mfasslin biex jiżguraw impatt massimu għall-azzjoni preparatorja.

Se titnieda sejħa għal kandidati, bħal ma kien il-każ għall-proġett pilota, permezz tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti tal-Istati Membri. Id-deċiżjoni dwar liema kandidati għandhom jiddaħħlu skont il-kriterji tal-Kummissjoni u meta jitqiesu fejn possibbli l-preferenzi tal-Istat Membru, issir permezz ta’ panel ta’ selezzjoni magħmul minn rappreżentanti tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-EAS.

Meta ppropona din l-azzjoni preparatorja, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex “tesplora kif dawk il-miżuri [għall-implimentazzjoni tal-proġett pilota tal-amministrazzjoni pubblika tal-Erasmus] jistgħu jiġu żviluppati aktar. Huwa propost li l-EAS tmexxi erba’ programmi ta’ taħriġ qosra kull sena li jkunu miftuħa għal maniġers li jaħdmu f’amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, u dawn jibnu fuq azzjoni sperimentali li rnexxiet li dan beda s-sena l-oħra. Tali żvilupp ikun konformi mal-għan ġenerali tal-azzjoni preparatorja tal-amministrazzjoni pubblika tal-Erasmus billi jsaħħaħ ir-rabtiet bejn amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet permezz ta’ avvenimenti ta’ tagħlim reċiproċi u l-opportunità għall-iskambju ta’ esperjenzi u prattika tajba, kif ukoll jippromwovi t-twaqqif ta’ netwerks utli. L-EAS tuża l-għalliema interni tagħha u kuntratti ta’ konsulenza eżistenti biex tmexxi dawn il-korsijiet.

3. Tbassir għall-2010

Minħabba ż-żmien bil-quddiem li kien meħtieġ biex jitħejja l-proġett pilota, tlieta mill-erba’ sessjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-2008 saru fl-2009 u l-approprjazzjonijiet tal-2009 qed jintużaw biex jiffinanzjaw l-erba’ sessjonijiet tal-2010.

Bl-istess mod, l-akbar parti tal-approprjazzjonijiet tal-2010 se tintuża biex tiffinanzja ż-żjara ta’ ġimgħatejn fl-2011, għalkemm xi ftit se tintuża fl-2010 stess, b’mod partikolari biex tiffinanzja n-numru ikbar ta’ parteċipanti għal kull sessjoni u l-programmi għal maniġers imsemmija taħt punt 2.

Għaldaqstant ma hemm bżonn ta’ ebda approprjazzjoni fl-2011. Il-Kummissjoni u l-EAS qed jistudjaw attivament il-kwistjoni ta’ proposta għal bażi legali għall-ġejjieni.


Anness: Id-DĠ responsabbli u l-persuni ta’ kuntatt

PROĠETTI PILOTA

Numru tal-linja

Intestatura

DĠ Resp.

Persuna ta’ Kuntatt

Intestatura 1a

04 03 09

Proġett pilota – Kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għixien għal ħaddiema mibgħuta

EMPL

Tim RENTROP

04 03 10

Proġett pilota – Miżuri għaż-żamma ta’ impjiegi

EMPL

Egbert HOLTHUIS

04 03 11

Proġett pilota – It-titjib tal-mobilità u l-integrazzjoni ta’ ħaddiema tal-UE

EMPL

Marco FERRI

04 03 12

Proġett pilota – Koperazzjoni komprensiva bejn awtoritajiet pubbliċi, ditti kummerċjali u impriżi mhux għall-qligħ dwar l-integrazzjoni ta’ persuni fis-soċjetà u x-xogħol

EMPL

Peter SZATMARI

04 04 08

Proġett pilota – L-istimular tal-konverżjoni ta’ xogħol prekarju għal xogħol bi drittijiet

EMPL

Bertrand MULLER SCHLEIDEN

04 04 11

Proġett pilota – Prevenzjoni tal-abbuż tal-anzjani

EMPL

Sven MATSKE

04 04 13

Proġett pilota – L-impjegar ta’ persuni bi problemi relatati mal-awtiżmu

EMPL

Daniel SCHMIDT

06 04 08

Proġett pilota - Portplus – Pjan dwar enerġija sostenibbli għal portijiet

ENER

Stefan TOSTMANN

06 04 15

Proġett pilota – L-irkupru tal-iskart u r-riċiklaġġ tal-iskart għal enerġija nadifa

 

 

15 02 31

Proġett pilota – L-ispiża tal-istudji għal studenti li ġejjin minn pajjiżi tal-PEV u għal attivitajiet akkademiċi relatati

EAC

Ana MAGRANER

15 02 32

Proġett pilota – Il-Politika Ewropea tal-Viċinat – It-titjib tal-edukazzjoni permezz ta’ boroż ta’ studju u skambji

EAC

Pedro MARTINEZ MACIAS

17 02 04

Proġett pilota – Trasparenza u stabilità fis-swieq finanzjarji

SANCO

Myriam CAZZANIGA

Intestatura 1b

13 03 23

Proġett pilota – It-titjib tal-koperazzjoni reġjonali u lokali permezz tal-promozzjoni tal-politika reġjonali tal-UE fuq skala globali

REGIO

Raphael GOULET

13 03 25

Proġett pilota – Azzjonijiet b’konnessjoni mas-settur tat-tessuti u ż-żraben

ENTR

Ivone KAIZELER

Intestatura 2

05 02 17 01

Proġett pilota – Appoġġ għall-koperattivi tal-bdiewa

 

 

05 02 17 02

Proġett pilota – Prezzijiet tal-irziezet Ewropej u osservatorju tal-marġnijiet

 

 

05 02 17 03

Proġett pilota – Appoġġ għal inizjattivi tal-bdiewa u l-konsumaturi għal emissjonijiet baxxi tal-karbonju, konsum baxx tal-enerġija u produzzjoni tal-ikel mibjugħa lokalment

 

 

07 03 16

Proġett pilota – L-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni biex titwaqqaf id-deżertifikazzjoni fl-Ewropa

ENV

Andrea NAM

07 03 18

Proġett pilota – L-irkupru ta’ bastimenti qodma li ma jintużawx fil-kummerċ tas-sajd

ENV

Laurence MATRINGE

 

07 03 19

Proġett pilota – Telf ekonomiku minħabba ammonti għolja ta’ ilma moħli fil-bliet

ENV

Henriette FAERGEMANN

 

07 03 21

Proġett pilota – Ċertifikazzjoni ta’ prattiki ta’ biedja b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju

ENV

Jana POLAKOVA

07 03 22

Proġett pilota – Riċerka kumplessa dwar metodi għall-kontroll tat-tixrid ta’ allerġiji tal-kubrita u l-polline

ENV

WAKENHUT François

 

11 09 03

Proġett pilota – Għall-promozzjoni tat-tibdil ta’ bastimenti fil-flotta kummerċjali Ewropea b’bastimenti b’impatt ambjentali baxx

 

 

17 03 18

Proġett pilota – Sistema Ewropea ta’ rimborż għal laned tax-xorb tal-aluminju

ENV

Diana OANCEA

 

Intestatura 3a

18 06 09

Proġett pilota – Valutazzjoni tal-impatt ta’ miżuri leġiżlattivi fil-liġi kuntrattwali

JLS

Lenka ZDRAHALOVA

Intestatura 3b

15 04 46

Proġett pilota –Netwerks ta’ twissija ta’ wirt kulturali

JLS

F. KNECHCIAK

Intestatura 4

19 06 07

Proġett pilota – Appoġġ għal miżuri ta’ sorveljanza u protezzjoni għal bastimenti Komunitarji li jbaħħru f’ibħra fejn hemm theddida ta’ piraterija

AIDCO

Elisabeth SANDFUCHS

19 06 09

Proġett pilota – Programm għal attivitajiet għall-ħolqien tal-paċi mmexxija minn NGOs

RELEX

Christian MEUNIER

21 02 04

Proġett pilota – Finanzjament għall-poduzzjoni agrikola

AIDCO

Simona MARI

21 05 01 08

Proġett pilota – Titjib fil-kura tas-saħħa għal vittmi ta’ vjolenza sesswali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

AIDCO

Bronte FLECKER

Intestatura 5

16 02 05

Proġett pilota – Għotjiet ta’ riċerka Ewropea għal ġurnaliżmu investigattiv transkonfinali

COMM

Stefaan DE RYNCK

25 01 09

Proġett pilota – Sistema interistituzzjonali li tidentifika tendenzi fit-tul li għandha quddiemha l-UE

SG

Julien MOUSNIER

AZZJONIJIET PREPARATORJI

Numru tal-linja

Intestatura

DĠ Resp.

Persuna ta’ Kuntatt

Intestatura 1a

02 02 03 05

Azzjoni preparatorja - Erasmus for Intraprendituri Żgħażagħ

ENTR

Gloria LORENZO LERONES

02 02 08 01

Azzjoni preparatorja – Destinazzjonijiet Ewrope ta’ Eċċellenza

ENTR

Francesca TUDINI / Iuliana ALUAS

02 02 08 02

Azzjoni preparatorja – Turiżmu sostenibbli

ENTR

Renate PENITZ

02 02 08 03

Azzjoni preparatorja – Turiżmu soċjali fl-Ewropa

ENTR

Alan VELLA

Intestatura 1b

13 03 24

Azzjoni preparatorja — Il-promozzjoni ta’ ambjent aktar favorevoli għall-mikrokreditu fl-Ewropa

REGIO

Philippe DELVAUX

Intestatura 2

07 03 17

Azzjoni preparatorja – Il-klima tal-Baċir tal-Karpazji

ENV

Jacques DELSALLE

07 04 05

Azzjoni preparatorja – Il-Kapaċità tal-UE għal reazzjoni ta’ malajr

ENV

Martine BETRI DE MEYER

 

17 04 03 03

Azzjoni preparatorja — Postijiet ta’ kontroll (postijiet ta’ mistrieħ) fir-rigward tat-trasport ta’ annimali

SANCO

Andrea GAVINELLI / Denis SIMONIN

Intestatura 3b

09 06 05

Azzjoni preparatorja - Erasmus għall-Ġurnalisti

INFSO

Kalman DEZSERI

15 05 11

Azzjoni preparatorja fil-qasam tal-Isports

EAC

Jaime BARDOLET

15 06 11

Azzjoni preparatorja – Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011

COMM

Jennifer WANNAN

17 02 03

Azzjoni preparatorja – Il-monitoraġġ ta’ miżuri fil-Qasam tal-Politika tal-Konsumatur

SANCO

David MAIR / Marie-Loise ALTMUTTER

Intestatura 4

07 02 04

Azzjoni preparatorja – Il-monitoraġġ ambjentali tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed u programm qafas komuni Ewropew għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed

ENV

Michail PAPADOYANNAKIS

 

09 06 01 02

Azzjoni preparatorja – Implimentazzjoni tal-programmi MEDIA 2007 f’pajjiżi terzi

EAC

Irina ORSSICH

19 06 08

Azzjoni preparatorja – Reazzjoni ta’ emerġenza għall-kriżi finanzjarja u ekonomika f’pajjiżi li qed jiżviluppaw

AIDCO

Angelo BAGLIO

19 08 01 05

Azzjoni preparatorja – Il-minoritajiet fir-Russja – L-iżvilupp tal-kultura, il-midja u s-soċjetà ċivili

AIDCO

Jyrki TORNI

19 10 01 06

Azzjoni preparatorja – UE-Ażja – Integrazzjoni ta’ politika u prattika

AIDCO

Thierry ROMMEL

21 04 06

Azzjoni preparatorja – Ġestjoni tal-ilma f’pajjiżi li qed jiżviluppaw

AIDCO

Louis du BREIL de PONTBRIAND

21 05 01 06

Azzjoni preparatorja – Trasferiment ta’ teknoloġija relatata mal-farmaċewtiċi lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw

AIDCO

Cristina TORRES

21 05 01 07

Azzjoni preparatorja – Riċerka u żvilupp dwar mard relatat mal-faqar, mard tropikali u mard li ġie ttraskurat

AIDCO

Cristina TORRES

22 02 09

Azzjoni preparatorja – Preservar u restawrar ta’ wirt kulturali f’żoni ta’ konflitt

ELARG

Anna Claire MICHAEL

Intestatura 5

26 03 03

Azzjoni preparatorja – Programm tal-amministrazzjoni pubblika tal-Erasmus

HR

Hendrik VANTILBORGH

Dokument ta’ Ħidma dwar il-Politika ta’ Koeżjoni – l-Intestatura 1b tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM)

1. Dan id-dokument ta’ ħidma jiffoka fuq l-aspetti baġitarji tal-Politika ta’ Koeżjoni, li tikkonsisti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), b’enfasi speċifika fuq il-baġit 2011.

2. Abbażi tal-iskadenzi għall-infiq eleġibbli għall-perjodu 2000-2006, għall-2011 huwa mistenni livell baxx ħafna ta’ pagamenti meta mqabbel mal-perjodu ta’ pprogrammar preċedenti. Għaldaqstant, dan id-dokument ta’ ħidma jiffoka primarjament fuq il-perjodu 2007-2013, għalkemm ir-Rapporteur tagħkom tqis prijorità wkoll l-għeluq rapidu tal-perjodi ta’ pprogrammar 2000-2006 u qabel.

Il-Qagħda kif inhi

3. Għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013, l-Istati Membri huma obbligati jissottomettu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni d-dokumenti li ġejjin: rapport ta’ evalwazzjoni ta’ konformità minn korp tal-verifika indipendenti, opinjoni(1) għad-deskrizzjoni tas-sistemi ta’ kull programm operazzjonali (PO; total ta’ 434 PO fl-Istati Membri kollha), kif ukoll strateġija ta’ verifika. Dawn l-elementi jiffurmaw parti mis-Sistema tal-Ġestjoni u l-Kontroll 2007-2013 (MCS), li l-arkitettura bażika tagħha tikkonsisti, f’livell nazzjonali, fl-Awtoritajiet kif stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1083/2006(2), l-Awtorità Amministrattiva, l-Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni, u l-Awtorità ta’ Verifika.

4. Fil-bidu nett, il-Kummissjoni kienet antiċipat li l-evalwazzjonijiet ta’ konformità jkunu kompluti sal-aħħar tal-2008 u l-ewwel pagamenti interim kellhom jinħarġu fil-bidu tal-2009. Iżda l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-MCSs tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, kienet timxi bil-mod u l-biċċa l-kbira tagħha saret fit-tieni nofs tal-2009, l-aktar minħabba diffikultajiet li tfaċċaw f’livell nazzjonali bit-traspożizzjoni ta’ rekwiżiti regolatorji kumplessi tal-UE jew bl-arranġamenti organizzattivi l-ġodda li rriżultaw fi proċeduri ingombranti (ara wkoll aktar ’l isfel). Dan id-dewmien affettwa l-livell tal-pagamenti lill-Istati Membri, u sal-aħħar tal-2009, diversi Stati Membri kienu rċevew il-ħlas tal-prefinanzjamenti biss. Fl-istess ħin, jiġifieri tliet snin wara l-bidu tal-perjodu ta’ pprogrammar, ir-rata tal-implimentazzjoni baġitarja għall-Politika ta’ Koeżjoni kienet madwar nofs (12%) ir-rata miksuba fl-istess stadju tal-perjodu ta’ pprogrammar preċedenti.

5. Waqt li l-Parlament Ewropew (bħalma għamel anki l-Kunsill) saħaq ripetutament fuq l-importanza tal-użu sħiħ u effiċjenti mill-approprjazzjonijiet disponibbli, ir-rata baxxa ta’ assorbiment tal-fondi strutturali kollha tal-UE matul dawn l-aħħar snin wasslet għal differenza dejjem tikber bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti taħt din l-Intestatura (ara t-tabella ta’ hawn isfel) u żieda sinifikanti tal-impenji pendenti tul iż-żmien.

Implimentazzjoni baġitarja tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 (EUR)

 

Riżultat 2009

Riżultat 2008

Riżultat 2007

 

AI

AP

AI

AP

AI

AP

13 03 16 FEŻR - Konverġenza

22,417,259,853

11,719,113,679

22,214,199,721

5,042,066,871

20,980,317,541

2,962,793,999

13 03 17 FEŻR - PEACE

31,466,303

9,678,184

30,849,316

6,745,369

30,244,428

4,496,913

13 03 18 FEŻR - Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

4,633,542,658

2,088,250,347

4,988,612,298

975,969,847

5,325,424,141

592,878,567

13 03 19 FEŻR - Koperazzjoni Territorjali Ewropea

1,044,712,714

291,003,601

1,148,761,991

248,832,150

884,635,554

129,987,703

13 03 20 FEŻR - Assistenza Teknika Operattiva

38,518,918

28,402,091

39,092,010

41,100,334

28,622,403

1,290,670

Total għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

28,165,500,446

14,136,447,902

28,421,515,336

6,314,714,571

27,249,244,067

3,691,447,852

 

 

 

 

 

 

 

13 04 02 Fond ta’ Koeżjoni

9,287,121,769

4,302,640,240

8,142,934,367

2,797,798,864

7,115,314,105

1,582,788,048

 

 

 

 

 

 

 

04 02 17 FSE - Konverġenza

7,305,903,755

4,390,658,515

7,007,279,761

1,604,058,625

6,759,975,961

1,035,501,851

04 02 18 FSE - PEACE

0

0

0

0

 

 

04 02 19 FSE - Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

3,477,243,743

2,616,162,792

3,603,844,752

764,099,609

3,726,328,031

478,419,579

04 02 20 FSE - Assistenza Teknika Operattiva

7,932,259

3,678,982

9,635,899

2,084,758

7,969,537

31,999

Total għall-Fond Soċjali Ewropew

10,791,079,757

7,010,500,289

10,620,760,412

2,370,242,992

10,494,273,529

1,513,953,429

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL FEŻR + FK + FSE

48,243,701,972

25,449,588,431

47,185,210,115

11,482,756,427

44,858,831,701

6,788,189,329

(tkompli)

Baġit 2010

Riżultati totali 2007 - 2009

 

AI

AP

AI

AP

13 03 16 FEŻR - Konverġenza

22,782,329,782

14,884,200,000

65,611,777,115

19,723,974,548

13 03 17 FEŻR - PEACE

32,095,629

15,600,000

92,560,047

20,920,467

13 03 18 FEŻR - Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

4,261,005,835

3,330,700,000

14,947,579,097

3,657,098,761

13 03 19 FEŻR - Koperazzjoni Territorjali Ewropea

1,069,579,848

520,400,000

3,078,110,259

669,823,454

13 03 20 FEŻR - Assistenza Teknika Operattiva

50,000,000

41,600,000

106,233,330

70,793,095

Total għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

28,195,011,094

18,792,500,000

83,836,259,848

24,142,610,325

 

 

 

 

 

13 04 02 Fond ta’ Koeżjoni

10,185,294,880

4,350,000,000

24,545,370,241

8,683,227,152

 

 

 

 

 

04 02 17 FSE - Konverġenza

7,473,667,217

5,256,700,000

21,073,159,477

7,030,218,992

04 02 18 FSE - PEACE

p.m

p.m

 

 

04 02 19 FSE - Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

3,343,826,311

2,416,700,000

10,807,416,526

3,858,681,980

04 02 20 FSE - Assistenza Teknika Operattiva

10,471,454

10,500,000

25,537,695

5,795,739

Total għall-Fond Soċjali Ewropew

10,827,964,982

7,683,900,000

31,906,113,698

10,894,696,710

 

 

 

 

 

TOTAL FEŻR + FK + FSE

49,208,270,956

30,826,400,000

140,287,743,787

43,720,534,187

Impenji pendenti (għall-perjodu 2007-2013 biss)

mhux applikabbli

96,567,209,600

Sors: Rapport tal-Kummissjoni dwar ir-riżultat baġitarju, Baġit Ġenerali 2010 u kalkolazzjoni minnha stess

6. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn imniżżla fil-baġit u implimentati, kif ippreżentat hawn fuq, huma dawk previsti fil-pakketti finanzjarji deċiżi minn qabel għal kull sena tal-perjodu 2007-2013 għall-Fondi kollha. Għaldaqstant, huma allinjati tajjeb mal-allokazzjoni annwali lill-Intestatura 1b, kif prevista mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

7. L-ipprogrammar finanzjarju għall-Intestatura 1b għas-snin 2010 and 2011 (impenji) huwa ppreżentat hawn isfel. F’dan ir-rigward, kif imsemmi fid-dokument ta’ ħidma preċedenti tar-Rapporteur tagħkom dwar l-ipprogrammar finanzjarju, għandu jiġi nnutat li diskussjoni dwar il-marġni fis-sottointestatura 1b hija irrilevanti għax l-ipprogrammar finanzjarju qed jiġi adattat għall-bżonnijiet identifikati minn kull Stat Membru.

Programmar finanzjarju - Intestatura 1b (EUR miljun)

 

INTESTATURA IB - KOEŻJONI GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI

 

 

 

2010

2011

TFS

Totat għall-Fondi Strutturali

39,191.847

39,688.663

TFK

Totat għall-Fond ta’ Koeżjoni

10,190.245

10,961.150

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totat tal-programmi tal-Intestatura IB

49,382.092

50,649.813

 

 

 

 

 

Infiq ieħor

5.500

 

 

 

 

 

 

TOTAL TAL-INTESTATURA IB

49,387.592

50,649.813

 

Limitu massimu tal-qafas finanzjarju

49,388.000

50,651.000

 

Marġni

0.408

1.187

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

8. Meta mqabbla mal-programmi operazzjonali, il-qagħda tal-proġetti l-kbar hija saħansitra aktar sensittiva ladarba dawn għandhom l-aktar rata baxxa fir-rigward tal-approvazzjoni tal-MCSs (101 minn 949 sal-1 ta’ Marzu 2010) u konsegwentement anki rati ta’ implimentazzjoni baxxi ħafna. Skont id-Direttur Ġenerali tad-DĠ REGIO(3), il-kriżi ekonomika u r-restrizzjonijiet relatati fuq il-baġits nazzjonali se jirriżultaw probabbilment fl-abbandun ta’ xi wħud minnhom.

9. Ġie rrappurtat li l-bidu tal-perjodu f’livell baxx ħafna kien dovut fuq kollox għal dawn li ġejjin:

- dewmien fi ftehimiet dwar il-baġit tal-UE, l-adozzjoni tar-Regolamenti u n-negozjati dwar programmi,

- ir-rekwiżit li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu evalwazzjonijiet ta’ konformità dwar is-Sistemi ta’ Ġestjoni u ta’ Kontroll,

- l-approvazzjoni obbligatorja tal-MCS qabel ma jitwettaq kwalunkwe pagament interim,

- ix-xogħol marbut mal-ġestjoni tal-perjodi ta’ pprogrammar li jaħbtu ma’ xulxin: l-awtoritajiet nazzjonali għadhom qed jaħdmu fuq il-konklużjoni tal-programmi tal-2000-2006,

- F’ħafna każijiet, id-distribuzzjoni mhux ċara tad-dmirijiet f’livell nazzjonali, l-esperjenza insuffiċjenti jew in-nuqqas ta’ kapaċitajiet amministrattivi fi ħdan kemm l-awtoritajiet amministrattivi u kemm il-benefiċjarji u proċessi ta’ riorganizzazzjoni interna tal-amministrazzjonijiet pubbliċi,

- l-impatt tar-riċessjoni ekonomika globali li bdiet fil-ħarifa tal-2008.

10. It-tabella ta’ hawn isfel turi l-aktar ċifri reċenti għall-implimentazzjoni għal kull Stat Membru (sal-24/02/2010) għat-tliet Fondi flimkien.

Rati ta’ assorbiment għal kull Stat Membru (għall-Fondi kollha) sal-24/02/2010 (f’miljun EUR)

Pajjiż

Deċiżi

Impenjati

Imħallsa

Imħallsa / impenjati

Imħallsa / deċiżi

AT

1,204.479

679.586

245.575

36.14%

20.39%

BE

2,063.501

1,276.387

418.387

32.78%

20.28%

CB

7,815.225

4,271.354

791.157

18.52%

10.12%

CY

612.435

480.393

93.348

19.43%

15.24%

CZ

26,302.604

14,035.435

3,280.128

23.37%

12.47%

DE

25,488.616

14,393.826

4,915.749

34.15%

19.29%

DK

509.577

282.512

78.783

27.89%

15.46%

EE

3,403.460

1,690.292

780.239

46.16%

22.92%

ES

34,657.734

21,649.371

4,793.282

22.14%

13.83%

FI

1,595.966

952.314

279.693

29.37%

17.52%

FR

13,449.221

7,456.226

2,102.815

28.20%

15.64%

GB

9,890.937

5,822.786

1,754.316

30.13%

17.74%

GR

20,210.261

11,761.802

2,236.584

19.02%

11.07%

HU

24,921.149

13,115.732

3,298.703

25.15%

13.24%

IE

750.725

572.948

219.708

38.35%

29.27%

IT

27,965.315

15,742.591

3367.328

21.39%

12.04%

LT

6,775.493

3,418.579

1,530.561

44.77%

22.59%

LU

50.487

27.990

7.210

25.76%

14.28%

LV

4,530.448

2,272.505

763.077

33.58%

16.84%

MT

840.123

465.645

98.987

21.26%

11.78%

NL

1,660.003

920.315

225.693

24.52%

13.60%

PL

65,221.853

35,049.048

9,555.918

27.26%

14.65%

PT

21,411.561

12,034.498

2,863.450

23.79%

13.37%

SE

1,626.092

901.514

262.692

29.14%

16.15%

SI

4,101.049

2,250.815

578.510

25.70%

14.11%

SK

11,360.620

5,770.092

1,302.742

22.58%

11.47%

BG

6,673.628

3,189.422

645.324

20.23%

9.67%

RO

19,213.037

8,669.953

1,982.597

22.87%

10.32%

Somma:

344,305.598

189,153.933

48,472.557

25.63%

14.08%

Sors: Id-DĠ Poltika Reġjonali

11. Ir-raġunijiet ippreżentati biex jiġu spjegati d-differenzi msemmija fir-rati ta’ assorbiment bejn l-Istati Membri jinkludu dawn li ġejjin:

- il-varjetà li hemm fl-istrateġiji u l-kontenut tal-programmi. Pereżempju, il-programmi li jinkludu infrastrutturi kumplessi u kbar għandhom perjodu ta’ tħejjija itwal mill-oħrajn,

- id-differenzi li hemm fl-istrutturi amministrattivi nazzjonali,

- il-fatt li l-Istati Membri ma kenux qed jinsabu fl-istess stadju fejn jidħol l-iffinalizzar tal-programmi tal-perjodu ta’ pprogrammar preċedenti, u b’hekk iddewwem il-bidu tal-perjodu l-ġdid. B’żieda ma’ dan, diversi estensjonijiet tal-perjodi ta’ eleġibilità tal-programmi tal-2000-06 (sal-1 ta’ Lulju 2010 għall-FSE u l-FEŻR) għadhom qed jitolbu riżorsi min-naħa ta’ xi wħud mill-Istati Membri, li inkella kienu jkunu jintużaw għall-perjodu 2007-13.

12. Fid-dikjarazzjonijiet konġunti dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni ta’ Novembru 2008, April 2009 u Novembru 2009, it-tliet istituzzjonijiet enfasizzaw il-bżonn li titħaffef aktar l-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni, b’mod partikolari b’talba favur tħaffif fl-approvazzjoni tal-MCSs.

13. F’Novembru 2009, l-istituzzjonijiet innutaw ukoll li r-rati ta’ approvazzjoni tal-MCSs u tal-proġetti l-kbar kienu tjiebu gradwalment, iżda qiesu wkoll li l-approvazzjonijiet kienu għadhom qed jimxu bil-mod wisq.

14. Fil-prijoritajiet tiegħu għall-baġit 2011, il-Parlament laqa’ b’sodisfazzjon it-tressiq ta’ deskrizzjonijiet ta’ MCSs mill-Istati Membri għal-PO kważi kollha u r-rata ta’ approvazzjoni ta’ 87% min-naħa tal-Kummissjoni sal-aħħar tal-2009.

15. Skont l-aħħar aġġornament mill-Kummissjoni (12 ta’ Marzu 2010), kienu tressqu kważi r-rapporti kollha dwar l-MCSs mill-Istati Membri (428 minn 434 programm). Fil-każijiet ta’ 94% tal-programmi (406) kienu aċċettati l-MCSs tagħhom, u għas-87% tal-programmi (377) sar mill-inqas pagament interim wieħed. Għaldaqsttant, huwa mistenni li l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-aħħar MCSs tirriżulta f’żieda konsiderevoli fil-pagamenti interim fl-2010 u l-2011.

16. Dan huwa kkonfermat mit-tabella ta’ hawn fuq li tipprovdi tqassim iddettaljat (fl-istess data) ta’ dawn iċ-ċifri bejn il-FSE u l-FEŻR/FK.

Pagamenti skont it-tip sat-12/03/2011 (miljunEUR)

Fond

(4)Total tal-allokazzjonijiet 2007-13

Pagamenti bil-quddiem 2007-09

Pagamenti interim 2008-2009

Pagamenti interim 2010

FSE

76,253.0

6,093.0

4,795.9

454.9

FEŻR/FK

269,400.2

23,290.4

9,447.5

4,920.3

TOTAL

345,653.1

29,383.4

14,243.4

5,375.2

Sors: Risposta tal-Kummissjoni għall-mistoqsija tal-Kumitat għall-Baġits invista tal-laqgħa tal-Grupp ta’ Monitoraġġ fis-17 ta’ Marzu 2010 dwar il-Politika ta’ Koeżjoni

17. Din it-tabella turi li l-pagamenti interim imwettqa matul l-ewwel 70 jum tal-2010 diġà jirrappreżentaw 38% ta’ dawk imwettqa fl-2008 u l-2009. Dan jista’ jitqies sinjal inkuraġġanti ta’ implimentazzjoni rapida fil-qasam tal-Politika ta’ Koeżjoni matul ix-xhur li ġejjin u fl-2011.

18. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tibqa’ tikkopera mill-qrib, b’mod speċjali ma’ dawk l-Istati Membri li jippreżentaw rati baxxi ta’ assorbiment matul il-perjodu ta’ pprogrammar preċedenti, sabiex tibqa’ tingħata spinta u tittejjeb aktar is-sitwazzjoni.

Simplifikazzjoni, pagamenti bil-quddiem u proposti leġiżlattivi reċenti

19. Fir-rebbiegħa tal-2009, il-Kummissjoni nediet il-Pakkett ta’ Rkupru Ewropew, b’serje ta’ miżuri li jgħinu t-tħaffif fl-implimentazzjoni tal-Fondi. L-inizjattiva inkludiet bidla fil-qafas leġiżlattiv bil-provvista ta’ pagamenti bil-quddiem addizzjonali ta’ EUR 6.25 biljun u serje ta’ elementi ta’ simplifikazzjoni maħsuba biex joffru aktar flessibilità fl-implimentazzjoni tal-programmi (pereżempju rimbors sħiħ tal-iskemi tal-għajnuna statali qabel l-implimentazzjoni tagħhom). Il-pagamenti bil-quddiem kollha taħt il-Pakkett ta’ Rkupru Ewropew tħallsu lill-Istati Membri f’April 2009.

20. Fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom f’Novembru 2009, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill esprimew il-fehma li l-opportunitajiet ipprovduti mill-użu ta’ fondi strutturali setgħu jkunu applikati għal azzjonijiet aktar immirati li jiffaċilitaw l-issuperar tal-effetti tal-kriżi ekonomika, b’mod partikulari dawk li jappoġġjaw it-tkabbir u l-kompetittività u jillimitaw it-telf ta’ impjiegi.

21. L-eżerċizzju reċenti ta’ simplifikazzjoni, li għadu għaddej, u l-modifiki sussegwenti tar-regolamenti (b’mod partikolari ż-żieda ulterjuri fil-pagamenti bil-quddiem u l-flessibilità fid-diżimpenn ta’ approprjazzjonijiet tal-2007) bla dubju se jħalli impatt pożittiv fuq ir-ritmu ta’ implimentazzjoni fl-Istati Membri u huwa mistenni li se jnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-korpi ta’ ġestjoni(5).

22. Mill-aspett tekniku, tista’ tintalab aktar informazzjoni dwar il-metodu tal-applikazzjoni ta’ 1/6 tal-approprjazzjonijiet 2007 għall-“impenn mill-ġdid”, li għandhom jinfirxu fuq is -snin 2008-2013. Dan se jwassal biex ma jintrabtux pagamenti ma’ approprjazzjonijiet tal-2007 u biex l-ewwel pagamenti għall-perjodu 2007-2013 se jsiru b’rabta ma’ approprjazzjonijiet tal-2008? Kif se jiġi ttrattat tali mekkaniżmu fil-baġit? Se jħalli impatt fuq il-marġni taħt il-limitu massimu stabbilit mill-QFM?

23. Fejn jidħlu l-modifiki marbuta mas-simplifikazzjoni, il-proposta għal modifika li għaddejja bħalissa hija t-tielet waħda, wara l-modifika tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u l-proposti li saru fil-kuntest tal-pakkett ta’ rkupru fir-rebbiegħa tal-2009. Dawn il-miżuri ta’ simplifikazzjoni kollha huma tentattivi biex ir-regoli jsiru aktar sempliċi u ċari u inqas burokratiċi, jiġifieri aktar attraenti għall-benefiċjarji jew benefiċjarji potenzjali. Bħala riżultat, il-Kummissjoni tistenna li aktar promoturi ta’ proġetti se jitħajru biex japplikaw għal fondi u b’hekk jintlaħaq assorbiment aktar rapidu.

24. Madankollu, ta’ min wieħed jinnota li tfaċċaw diffikultajiet f’livell nazzjonali, pereżempju fejn tidħol it-traspożizzjoni nazzjonali tar-rekwiżiti regolatorji tal-UE(6), l-arranġamenti organizzattivi l-ġodda (it-twaqqif tal-Awtorità Amministrattiva, l-Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni u l-Awtorità ta’ Verifika), aspetti relatati mar-riżorsi umani u l-istabbiliment tal-għodod mitluba (sistemi ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, linji gwida għall-implimentazzjoni). F’dan ir-rigward, ir-Rapporteur tagħkom tixtieq tenfasizza, bħala prijorità l-aktar tard għall-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss, li jinħtieġu (aktar) titjib strutturali u miżuri ta’ simplifikazzjoni biex tiġi evitata s-sottoimplimentazzjoni rikorrenti u biex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament jiżviluppaw b’mod regolat, meta mqabbla mal-aproprjazzjonijiet ta’ impenn.

25. Madankollu, ġeneralment, l-eżerċizzji reċenti ta’ simplifikazzjoni, flimkien mal-effett mekkaniku taż-żieda fil-pagamenti bil-quddiem u tal-fatt li tul il-perjodu għadhom disponibbli approprjazzjonijiet għall-2007, għandhom iwasslu għal ħtieġa miżjuda ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2011.

Prospettivi għall-2011

26. Il-Politika ta’ Koeżjoni tammonta għal 35.6 % tal-qafas finanzjarju 2007-2013. Għall-2011, il-limitu massimu tal-QFM għall-Intestatura ib ġie stabbilit għall-ammont ta’ EUR 50.65 biljun bil-prezzijiet attwali.

27. Ir-Rapporteur tagħkom tixtieq tenfasizza li, fejn jidħol il-Baġit 2011, mhux se jkun hemm spazju reali għal manuvri fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn peress li dawn għandhom jammontaw għall-pakketti annwali preallokati deċiżi fil-bidu tal-perjodu u suġġetti għal aġġustament possibbli, kif previst mill-Artikolu 17 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba.

28. Barra minn hekk, wara l-modifiki leġiżlattivi reċenti, ċerti ammonti li ġejjin minn approprjazzjonijiet għall-2007 mhux diżimpenjati se jkunu disponibbli fl-2011. Għaldaqstant, il-kwistjoni ewlenija tirrigwarda l-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament li għandhom jiġu inklużi fil-baġit.

29. Għar-raġunijiet ippreżentati hawn fuq, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tabilħaqq se jirrikjedu żieda sinifikanti meta mqabbla mas-snin preċedenti. Fil-fatt, għandhom ikunu suffiċjenti biex jinqdew il-ħtiġijiet li ġejjin:

- li tiġi koperta ż-żieda possibbli fil-pagamenti bil-quddiem mhux diġà ffinanzjati permezz ta’ approprjazzjonijiet tal-baġit 2010,

- huwa probabbli li l-2011 se tkun l-ewwel sena sħiħa li għaliha se jkunu appruvati l-MCSs kollha u għaldaqstant se jsiru pagamenti għall-PO kollha: fl-aħħar, fil-ħames sena tal-implimentazzjoni tiegħu, il-perjodu ta’ pprogrammar se jasal biex jiżvolġi b’ritmu regolari,

- se jkunu disponibbli impenji addizzjonali ladarba għal kull sena tal-perjodu 2008-2013 se jiżdied 1/6 tal-impenji tal-2007. B’hekk se tiżdied il-possibilità li impenji mhux imħallsa jiġu indirizzati lejn il-livell sussidjarju(7),

- b’żieda ma’ dan, dawk l-approprjazzjonijiet għall-2007 li ġew riallokati għas-snin 2009 u 2010 jista’ jkun li jżidu l-livell tal-approprjazzjonijiet ittrasferiti għall-2011,

- huwa raġonevoli wkoll li wieħed jistenna li l-implimentazzjoni ta’ proġetti konkreti tiżdied, l-aktar bis-saħħa tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni msemmija hawn fuq,

- l-attenzjoni tal-Istati Membri se tkun inqas u inqas alenjata minn kwistjonijiet relatati mal-perjodu ta’ pprogrammar preċedenti.

30. Madankollu, minħabba l-urġenza tagħhom, minn dakinhar ma twettqet l-ebda stima tal-impatt tal-aħħar żewġ proposti tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni, il-provvista addizzjonali ta’ fondi li għandha tingħata matul is-snin li ġejjin, u b’mod partikolari fl-2011, għalissa ma tistax tiġi stmata preċiżament. Ta’ min wieħed żomm f’moħħu, però, li weħidhom, il-pagamenti bil-quddiem addizzjonali għall-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni għal 5 Stati Membri huwa stmat li jammontaw għal EUR 775 miljun. Fil-fatt m’hemmx garanzija li l-pagamenti bbaġitjati għall-2010 se jkunu suffiċjenti, u b’hekk jista’ jkun li se titpoġġa pressjoni addizzjonali fuq il-baġit 2011.

31. Madankollu, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, ir-Rapporteur tagħkom hija tal-fehma li l-Intestatura 1b se tirrikjedi livell ta’ pagamenti ħafna ogħla fl-2011.

Il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni

32. Skont il-prijoritajiet tal-Parlament għall-baġit 2011, it-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipju ta’ gwida biex jintlaħqu użu kemm jista’ jkun tajjeb tal-baġit tal-UE u tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza. Huwa kruċjali, f’dan il-kuntest, it-titjib tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-bżonn li jiġu ddefiniti b’mod ċar l-objettivi, l-għanijiet u l-loġika ta’ intervenzjoni. F’dan ir-rigward, ir-Rapport strateġiku ta’ sinteżi tal-Kummissjoni, mistenni f’April 2010, jista’ jkun li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni f’livell sussidjarju.

33. Il-mira tkun li jintlaħaq bilanċ aħjar bejn ir-regoli u l-proċeduri meħtieġa biex ikunu żgurati l-legalità u r-regolarità tal-infiq tal-UE minn naħa waħda u, min-naħa l-oħra, l-għan li l-Politika ta’ Koeżjoni tkun diretta aktar lejn il-prestazzjoni u effiċjenti f’termini ta’ spiża, kif mitlub mill-prijoritajiet tal-PE għall-baġit 2011. Fil-fatt, xi osservaturi u atturi f’livell nazzjonali jqisu li r-rekwiżiti regolatorji għall-2007-13 għadhom ixaqilbu aktar lejn il-kontroll milli lejn kwistjonijiet ta’ kontenut (jiġifieri, sa ċertu punt, il-kontroll jaljena l-attenzjoni mill-kontenut). Bħala riżultat, dawk inkarigati mill-ġestjoni tal-Fondi Strutturali jiddedikaw aktar ħin biex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni finanzjarja u ta’ kontroll milli biex jeżaminaw jekk humiex se jintlaħqu l-objettivi tal-programmi.

34. Għaldaqstant, jidher li hemm ħtieġa li, minflok fuq il-legalità u r-regolarità tal-assorbiment tal-fondi wieħed jiffoka aktar fuq il-kisba tal-objettivi. F’dan il-kuntest għandhom jiġu kkunsidrati t-tibdiliet li saru fil-qafas leġiżlattiv fl-2009, li ppruvaw inaqqsu l-piż ta’ kontroll għall-Istati Membri mingħajr ma jkun hemm deroga mir-regoli ewlenin li jirrigwardaw il-ġestjoni finanzjarja soda, u l-pjan ta’ azzjoni dwar il-fondi strutturali li għadu għaddej(8).

35. Fir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet tal-Kumitat għall-Baġits invista tal-laqgħa tal-Grupp ta’ Monitoraġġ fis-17 ta’ Marzu dwar il-Politika ta’ Koeżjoni, il-Kummissjoni enfasizzat li min-naħa tagħha ma jingħatax segwitu fir-rigward tal-użu tal-pagamenti bil-quddiem fih innifsu(9). Għaldaqstant, iż-żidiet fil-pagamenti bil-quddiem previsti skont it-tidbiliet reċenti fir-regoli jimplikaw li ammont ikbar ta’ Fondi Struturali se jiġi mmonitorat inqas jew xejn, u dan iqajjem ċertu tħassib. Waqt li l-Kummissarju Samecki m’ilux li bagħat ittra biex jistieden lill-Istati Membri biex jirrappurtaw dwar l-assorbiment tal-pagamenti bil-quddiem addizzjonali, għad baqa’ biex wieħed jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza aktar din il-problema permezz ta’ eżami mtejjeb tal-pagamenti bil-quddiem. Wieħed jista’ jitlobha wkoll biex tirrapporta lill-PE dwar l-użu tagħhom, f’konformita mal-prijoritajiet tal-PE għall-Baġit 2011, li jitolbu l-provvista, lill-awtorità baġitarja, ta’ informazzjoni sħiħa u aġġornata u fiż-żmien.

Konklużjonijiet preliminari: il-kisba tal-prijoritajiet tal-UE

36. Fil-kuntest tal-Istrateġija l-ġdida UE 2020, il-Kummissjoni diġà enfasizzat il-kontribut sinifikanti li jista’ jkollha l-Politika ta’ Koeżjoni, bħalma ġara fil-każ tal-perjod ta’ pprogrammar attwali u dak preċendenti fir-rigward tal-Istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi. Impenjat ruħha biex tallinja l-objettivi tal-Politika ta’ Koeżjoni mal-viżjoni Ewropa 2020 fejn tidħol il-promozzjoni ta’ tkabbir intelliġenti, aktar ekoloġiku u kompetittiv tal-ekonomiji reġjonali abbażi tal-għarfien, tal-innovazzjoni u l-użu effiċjenti tar-riżorsi, anki permezz tat-tisħiħ ta’ sforzi magħquda u l-ibbenefikar minn sinerġiji bejn politiki Komunitarji relatati ma’ xulxin.

37. Il-Kummissjoni ssemmiet li, mill-pakkett ta’ EUR 350 biljun iddedikat lill-Politika ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013, ammont ta’ bejn EUR 200 u250 biljun se jkun allokat għal objettivi marbuta mal-inizjattiva UE 2020(10).

38. B’żieda mar-raġunijiet ippreżentati hawn fuq, fil-fehma tar-Rapporteur, l-aħħar kumment jirriżulta fi bżonn saħansitra aktar urġenti ta’ allokazzjoni ambizzjuża kif xieraq ta’ pagamenti lill-Politika ta’ Koeżjoni fi ħdan il-baġit 2011. Fil-fatt, l-2011 se tkun il-ħames sena ta’ implimentazzjoni tal-perjodu ta’ pprogrammar attwali, u l-PO se jilħqu livell ta’ maturità li jimplika l-eżekuzzjoni rapida tagħhom.

39. Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, ir-Rapporteur tagħkom tixtieq tiġbed l-attenzjoni lejn il-kwistjonijiet pendenti u talbiet li ġejjin, invista tal-proċedura baġitarja ii jmiss:

- il-Kummissjoni għandha tibqa’ tikkopera mill-qrib, b’mod speċjali ma’ dawk l-Istati Membri li jippreżentaw rati baxxi ta’ assorbiment matul il-perjodu ta’ pprogrammar preċedenti, bil-għan li tibqa’ tingħata spinta u tittejjeb aktar is-sitwazzjoni,

- jista’ jkun li jinħtieġu titjib strutturali ulterjuri u aktar miżuri ta’ simplifikazzjoni sabiex tiġi evitata s-sottoimplimentazzjoni rikorrenti,

- il-Parlament għandu jinżamm infurmat dwar il-kontenut tal-aġġustament possibbli għall-pakketti finanzjarji previsti mill-Artikolu 17 tal-Ftehima Interistituzzjonali,

- il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-metodu ta’ kif jista’ jiġi applikat l-“impenn mill-ġdid” ta’ porzjonijiet ta’ 1/6 tal-approprjazzjonijiet tal-2007, għat-tifrix tagħhom fuq is-snin 2008-2013. B’liema mod l-approprjazzjonijiet għall-2007 mhux diżimpenjati se jsiru disponibbli għall-2011? Dan se jwassal biex l-ebda pagament mhu se jintrabat ma’ approprjazzjonijiet għall-2007? X’se jkun it-trattament baġitarju ta’ mekkaniżmu bħal dan? Dan se jħalli impatt fuq il-marġni taħt il-limitu massimu stabbilit mill-QFM?

- peress li m’hemmx garanzija li l-pagamenti bbaġitjati għall-1010 se jkunu suffiċjenti biex ikopru l-pagamenti bil-quddiem addizzjonali u l-pagamenti interim, il-Parlament għandu jinżamm infurmat regolarment dwar l-implikazzjonijiet baġitarji tat-tnejn: kwalunkwe baġit ta’ emenda possibbli fl-2010 u kwalunkwe pressjoni partikolari li jista’ jkun li hemm fuq il-baġit tal-2011,

- il-Kummissjoni għandha tipproponi mod ta’ kif wieħed jista’ jiffoka aħjar fuq il-kisba ta’ objettivi minflok fuq il-legalità u r-regolarità, mingħajr ma jkun hemm deroga mir-regola ewlenija li tirrigwarda l-ġestjoni finanzjarja soda,

- il-Kummissjoni għandha tindirizza l-kwistjoni tad-dgħufija tal-arranġamenti ta’ kontroll fil-fażi tal-bidu, b’mod partikolari permezz ta’ eżami mtejjeb tal-pagamenti bil-quddiem, u tirrapporta lura lill-Parlament dwar l-użu tagħhom.

1.2. L-istrumenti baġitarji li jipprovdu appoġġ indirett lil “Żgħażagħ”

Flimkien mal-programmi ewlenin li jappoġġjaw żgħażagħ-edukazzjoni-mobilità, xi programmi oħrajn tal-UE qed jipprovdu wkoll appoġġ għaż-żgħażagħ. Iffinanzjar supplimentari huwa pprovdut permezz tal-qasam tal-politika tal-impjieg u tal-affarijiet soċjali (il-programm Progress, l-EURES, l-azzjonijiet ta’ Mobilità, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)), il-qasam tal-politika tal-iżvilupp rurali (Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)), il-politika agrikola komuni u b’mod partikolari, il-politika tal-iżvilupp rurali li jappoġġjaw lill-bdiewa żgħażagħ, il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES), li huma rispettivament iffinanzjati taħt l-intestaturi 1a, 1b u 2 tal-baġit tal-UE. Madankollu, fil-qafas ta' dawn l-oqsma ta’ politika, m’hemm l-ebda linja baġitarja partikolari jew approprjazzjonijiet intenzjonati, iddedikati speċifikament għal Żgħażagħ.

1.2.1. Il-programm PROGRESS huwa wieħed mill-istrumenti li jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-impjieg u soċjali f’ħames oqsma: Impjieg, inklużjoni u protezzjoni soċjali, kundizzjonijiet tax-xogħol, nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ugwaljanza bejn is-sessi. Fil-mira tiegħu hemm l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-servizzi tal-impjieg pubbliku u l-uffiċċji tal-istatistika nazzjonali. Jistgħu jipparteċipaw il-korpi speċjalizzati, l-universitajiet u l-istituti tar-riċerka, kif ukoll l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Il-programm Progress huwa instrumentali biex jipprovdi l-analiżi u l-parir tal-politika dwar l-aġenda tal-politika tal-UE, l-immonitorjar/valutazzjoni u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE, il-promozzjoni tat-trasferiment tal-politika, l-identifikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki f’oqsma tal-politika relatati, tagħlim reċiproku u appoġġ fost l-Istati Membri, filwaqt li jiġbru l-appoġġ u jħeġġu l-involviment tal-partijiet interessati nazzjonali u tal-UE ewlenin; ma jappoġġjax b’mod dirett l-attivitajiet taż-żgħażagħ u tal-mobilità.

1.2.2. Is-Servizz tal-Impjieg Ewropew (EURES) jikkonsisti minn network ta’ aktar minn 800 konsulent tal-EURES u websajts li jiġbru l-postijiet tal-impjiegi battala mis-Servizzi tal-Impjieg Pubbliku tal-Istati Membri tal-EURES (UE, ŻEE u CH) b’informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-tluq u tax-xogħol fl-Istati Membri.

L-EURES ifittex li jippromwovi l-mobilità ġeografika u professjonali tal-ħaddiema fl-Ewropa sabiex jingħelbu l-ostakli li għad fadal għall-moviment ħieles u jikkontribwixxi għall-emerġenza ta’ suq tax-xogħol reali fil-livell Ewropew.

1.2.3. Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa l-istrument ewlieni għall-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ taħt il-Politika ta’ Koeżjoni. Fi ħdan il-prijoritajiet strateġiċi għall-programmi operattivi tematiċi u reġjonali dejjem hemm ambitu speċifiku għal azzjonijiet li jikkonċernaw gruppi fil-mira differenti, fosthom iż-żgħażagħ. Skont is-sitwazzjoni speċifika f’kull Stat Membru u reġjun, l-FSE jappoġġja proġetti differenti li jkollhom iż-żgħażagħ fil-mira permezz tal-iffaċilitar tat-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għax-xogħol jew billi jiġu megħjuna lura lejn l-edukazzjoni biex iżidu l-livelli tal-ħiliet tagħhom.

1.2.4. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FERŻ) jappoġġja primarjament l-infrastruttura fl-edukazzjoni u t-taħriġ. L-appoġġ madankollu mhux qed speċifikament jimmira ż-żgħażagħ u ma jħeġġiġx il-mobilità. L-appoġġ tal-FERŻ għall-edukazzjoni u t-taħriġ (bl-esklużjoni tal-infrastruttura) huwa marġinali.

1.2.5. Il-Politika Agrikola Komuni tappoġġja ħafna miżuri għall-bdiewa żgħażagħ taħt il-kolonna tal-iżvilupp rurali (miżura ta’ “twaqqif ta’ bdiewa żgħażagħ”). Bdiewa żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw ukoll minn miżuri oħra bħal ma huma “taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet tal-informazzjoni” u “Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli” fejn azzjonijiet speċifiċi favur iż-żgħażagħ huma frekwenti.

1.2.6. Id-dispożizzjonijiet tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) relevanti fil-qasam taż-Żgħażagħ jinsabu taħt il-miżura “Kumpens soċjo-ekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta Komunitarja tas-sajd(11). Huma l-Istati Membri li jridu jiddeċiedu fuq l-ammont li jixtiequ jiddedikaw għal dawn il-miżuri. Ma kinetx possibbli li jipprovdu ċifri dwar il-baġit allokat għal dawn l-azzjonijiet speċifiċi.

II. L-istruttura baġitarja tal-programmi u l-attivitajiet ta’ Żgħażagħ-Mobilità-Edukazzjoni

Titlu 15 tal-baġit ikopri l-parti ewlenija tal-programmi u l-attivitajiet Żgħażagħ. Ħafna azzjonijiet ta’ mobilità huma ffinanzjati mit-Titlu 04 tal-baġit bħala parti mill-qasam ta’ politika tal-impjieg u l-affarijiet soċjali. Madankollu, m’hemm l-ebda programm iddedikat direttament għal Żgħażagħ f’dan il-qasam ta’ politika.

2.1. Il-qasam ta’ politika tal-edukazzjoni u l-kultura (15)

Tabella: Il-programmi ‘Żgħażagħ-Edukazzjoni-Mobilità’ ffinanzjati taħt it-titlu 15:

 

 

 

Baġit 2009

Baġit 2010

AB 2011

BL

Titlu

MFF

AI

Impl

%

Impl

%

AI

Impl(12)

%

Impl(13)

%

AI

15 02 02 05

Il-programm Erasmus Mundus

1a

75 523 024

100

75 894 879

99,9

94 163 000

-

78 800 000

0,76

94 540 000

88 000 000

15 01 04 14

In-nefqa amministrattiva tal-Erasmus Mundus

1a

1 326 664

99,6

1 326 664

48,0

770 000

18,8

770 000

10,3

996 000

996 000

15 02 03

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

4

7 598 370

98,9

3 569 764

97,9

8 000 000

0,4

5 200 000

31,1

9 000 000

5 000 000

15 01 04 17

Idem – Spiża amministrattiva

4

114 983

100

114 983

48,0