RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba
22.11.2010 - (COM(2010)0578 – C7‑0323/2010 – 2010/2237(BUD))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Reimer Böge
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba
(COM(2010)0578 – C7‑0323/2010 – 2010/2237(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0578 – C7‑0323/2010),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod[1], u b'mod partikulari l-punt 26,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea[2],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0335/2010),
1. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ xxx ta' Novembru 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[1], u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,
wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[2],
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.
(2) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.
(4) Il-Portugall ressaq applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat minn valangi u għargħar fil-gżira ta' Madeira.
(5) Franza ressqet applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat mill-maltempata ‘Xynthia’.
IDDEĊIDEW KIF GEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 66 891 540 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi ,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur il-Portugall u Franza fuq il-bażi tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (IIA). Il-Ftehim Interistituzzjonali jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.
S’issa fl-2010 proposta waħda biss tressqet mill-Kummissjoni biex timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà, il-proposta tal-24 ta' Settembru 2010 biex jiġu mmobilizzati EUR 13,02 miljun wara għargħar kbir fl-Irlanda f'Novembru 2009 (COM (2010) 0534). Din il-proposta u l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda korrispondenti (DAB Nru 8/2010) għadhom fil-proċess li jiġi adottati miż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja.
B’mod parallel mal-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà għall-Portugall u Franza, il-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta’ baġit ta’ emenda (DAB Nru 9/2010 tat-13 ta' Ottubru 2010) sabiex jiddaħħlu fil-baġit tal-2010 l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet korrispondenti kif previst fil-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali.
Il-Portugall applika għall-assistenza mill-Fond ta' Solidarjetà wara li fi Frar 2010 niżlet xita mhux tas-soltu u mhux normali fuq il-gżira ta' Madeira li kkawżat valangi u għargħar kbir li waslu għal ħsara lill-infrastruttura pubblika u privata, lin-negozji u lill-agrikoltura.
L-awtoritajiet Portugiżi stmaw id-dannu dirett totali għal EUR 1.08 biljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 0.68 % tad-dħul nazzjonali gross tal-Portugall. Peress li l-ħsara diretta totali stmata li taqbeż il-limitu ta' 0.6% tal-DNG applikabbli għall-Portugall biex ikun mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru naturali kbir" skont ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 li jistipula l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà u għaldaqstant jaqa' fil-qasam prinċipali ta' applikazzjoni tar-regolament.
Franza applikat għall-assistenza mill-Fond ta' Solidarjetà wara li fi Frar 2010 l-parti l-kbira minnha kienet milquta mill-maltempata ‘Xynthia’ filwaqt li r-reġjun fuq il-kosta tal-Atlantiku, jiġifieri d-dipartimenti ta' Charente-Maritime u Vendée, kienu l-aktar serjament affettwati. Il-maltempata qatlet 53 ruħ u kważi 80 sfaw feruti. Il-maltempata għerrqet żoni mifruxa inklużi żoni residenzjali u kkawżat dannu kbir lil digi, lil infrastruttura pubblika u privata, lil netwerks tat-toroq u tal-ferroviji kif ukoll lill-agrikoltura u n-negozji.
Għaż-żona magħżula l-awtoritajiet Franċiżi stmaw il-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru għal EUR 1 425.43 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 41.12% tal-livell minimu normali applikabbli għal Franza biex jiġi mmobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà, li fl-2010 huwa ta’ EUR 3 466.57 miljun (jiġifieri EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2002).
Bħal f'dan il-każ il-ħsara totali tibqa’ taħt il-limitu normali; l-applikazzjoni ġiet eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-hekk imsejjaħ kriterju tad-"diżastru reġjonali straordinarju" stabbilit fl-Artikolu 2(2), subparagrafu finali, tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. Skont dan il-kriterju, reġjun jista’ eċċezzjonalment jibbenefika wkoll minn għajnuna mill-Fond fejn dan ikun affettwat minn diżastru straordinarju, prinċipalment wieħed naturali, li jaffettwa l-parti l-kbira tal-popolazzjoni tiegħu, u li jħalli riperkussjonijiet serji u li jdumu fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u fuq l-istabbiltà ekonomika tar-reġjun.
Wara li vverifikat li ż-żewġ applikazzjonijiet kienu konformi mal-kriterji ta' eliġibbiltà tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, il-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà għall-ammonti ta' EUR 31 255 790 għall-Portugall (l-għargħar ta’ Madeira) u EUR 35 635 750 għal Franza (il-maltempata Xynthia), li jammontaw għal totali ta' EUR 66 891 540 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Konsegwentement, fl-abbozz ta’ baġit ta’ emenda (DAB Nru 9/2010 tat-13 ta’ Ottubru 2010) il-Kummissjoni ressqet il-proposta li ġejja:
Ċifri - Fond ta' Solidarjetà
Artikolu Partita |
Intestatura |
FF |
Baġit 2010 |
Baġit emendatorju Nru 9 |
Ammonti ġodda |
||||
AI |
AĦ |
AI |
AĦ |
AI |
AĦ |
||||
13 06 |
Fond ta’ Solidarjetà |
|
|
|
|
|
|
|
|
13 06 01 |
Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Stati Membri |
3.2 |
13 022 500 |
13 022 500 |
66 891 540 |
66 891 540 |
79 914 040 |
79 914 040 |
|
|
Artikolu 13 06 01 |
|
13 022 500 |
13 022 500 |
66 891 540 |
66 891 540 |
79 914 040 |
79 914 040 |
|
Iċ-ċifri għall-Baġit 2010 f’din it-tabella huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda (DAB Nru 8/2010) se jiġi adottat mill-Parlament u l-Kunsill.
B'mod parallel, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-linja baġitarja 06 04 14 03: Proġetti tal-enerġija b'appoġġ għall-irkupru ekonomiku – Sistema Ewropea ta’ grid tar-riħ barra mill-kosta.
Skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali, meta tkun qed tippreżenta din il-proposta biex tuża l-Fond, il-Kummissjoni tagħti bidu għall-proċedura tat-trilogu ssimplifikata bil-għan li tiżgura l-qbil taż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja dwar il-ħtieġa li l-Fond jintuża u dwar l-ammont meħtieġ.
Skont ftehim intern mal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI), dan il-kumitat għandu jiġi assoċjat mal-proċess, sabiex jingħataw appoġġ u appoġġ kostruttivi u kontribut għall-implimentazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà. Wara l-evalwazzjoni tat-talba, il-Kumitat REGI tal-Parlament Ewropew ta l-fehma tiegħu dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, kif imfisser fl-ittra mehmuża mar-rapport preżenti.
Il-Parlament jistenna mill-Kummissjoni li din tagħmel dak kollu possibbli biex tiżgura li l-mezzi finanzjarji li jkunu saru disponibbli mill-Awtorità tal-Baġit għall-appoġġ tal-irkupru ekonomiku fl-Ewropa jiġu implimentati sew, speċjalment fil-qasam tal-politika tal-Enerġija li tirrappreżenta prijorità baġitarja strateġika tal-Parlament.
Abbażi ta’ dan, ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport.
ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Il-President
Is-Sur Alain Lamassoure
President
Kumitat għall-Baġits
ASP 13E205
Suġġett: Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: il-Portugall u Franza - valangi u għargħar fil-gżira ta' Madeira (il-Portugall) u l-maltempata Xyntha (Franza) fi Frar 2010 (COM(2010)0578)
Għażiż Sur Lamassoure,
Sabiex ikun evitat dewmien bla bżonn fl-approvazzjoni ta' din il-miżura li l-Kumitat għall-Baġits għandu ħsieb li jadotta malajr kemm jista' jkun, għandi pjaċir ninfurmak li l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali m'għandu l-ebda oġġezzjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà sabiex tkun ipprovduta s-somma ta' EUR 66 891 540 lill-Irlanda kif propost mill-Kummissjoni Ewropea u bi qbil mar-regoli mniżżla fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002.
F'dak li jirrigwarda l-maltempata Xynthia, din qasmet Franza fis-27/28 ta' Frar 2010 u laqtet bi vjolenza partikolari l-kosta tal-Atlantiku (u b'mod speċjali r-reġjuni ta' Bretagne, Pays de la Loire u Poitou-Charentes). Din il-maltempata qatlet 52 ruħ u kkażat danni li jlaħħqu EUR 2.4 biljun.
Fid-dawl tal-konsegwenzi eċċezzjonali tal-maltempata Xynthia, li jirrikjedu intervent u appoġġ għar-rikostruzzjoni tad-digi u tas-setturi ekonomiċi li ntlaqtu minn qtugħ tal-attività fit-tul, il-membri tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jappoġġaw bil-qawwa l-utilizzazzjoni tal-miżura inkwestjoni.
Dejjem tiegħek,
Danuta Hübner
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.11.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
13 1 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Giovanni Collino, Jean-Luc Dehaene, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Ingeborg Gräßle, Carl Haglund, Lucas Hartong, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, László Surján, Derek Vaughan |
|||||