Proċedura : 2010/2237(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0335/2010

Testi mressqa :

A7-0335/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2010 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0453

RAPPORT     
PDF 173kWORD 94k
22.11.2010
PE 450.930v02-00 A7-0335/2010

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2010)0578 – C7‑0323/2010 – 2010/2237(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Reimer Böge

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2010)0578 – C7‑0323/2010 – 2010/2237(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0578 – C7‑0323/2010),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod(1), u b'mod partikulari l-punt 26,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0335/2010),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)

ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ xxx ta' Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)      L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

(2)      Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun.

(3)      Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.

(4)      Il-Portugall ressaq applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat minn valangi u għargħar fil-gżira ta' Madeira.

(5)      Franza ressqet applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat mill-maltempata ‘Xynthia’.

IDDEĊIDEW KIF GEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 66 891 540 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

              ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)

              ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur il-Portugall u Franza fuq il-bażi tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (IIA). Il-Ftehim Interistituzzjonali jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

S’issa fl-2010 proposta waħda biss tressqet mill-Kummissjoni biex timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà, il-proposta tal-24 ta' Settembru 2010 biex jiġu mmobilizzati EUR 13,02 miljun wara għargħar kbir fl-Irlanda f'Novembru 2009 (COM (2010) 0534). Din il-proposta u l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda korrispondenti (DAB Nru 8/2010) għadhom fil-proċess li jiġi adottati miż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja.

B’mod parallel mal-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà għall-Portugall u Franza, il-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta’ baġit ta’ emenda (DAB Nru 9/2010 tat-13 ta' Ottubru 2010) sabiex jiddaħħlu fil-baġit tal-2010 l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet korrispondenti kif previst fil-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Il-Portugall applika għall-assistenza mill-Fond ta' Solidarjetà wara li fi Frar 2010 niżlet xita mhux tas-soltu u mhux normali fuq il-gżira ta' Madeira li kkawżat valangi u għargħar kbir li waslu għal ħsara lill-infrastruttura pubblika u privata, lin-negozji u lill-agrikoltura.

L-awtoritajiet Portugiżi stmaw id-dannu dirett totali għal EUR 1.08 biljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 0.68 % tad-dħul nazzjonali gross tal-Portugall. Peress li l-ħsara diretta totali stmata li taqbeż il-limitu ta' 0.6% tal-DNG applikabbli għall-Portugall biex ikun mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru naturali kbir" skont ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 li jistipula l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà u għaldaqstant jaqa' fil-qasam prinċipali ta' applikazzjoni tar-regolament.

Franza applikat għall-assistenza mill-Fond ta' Solidarjetà wara li fi Frar 2010 l-parti l-kbira minnha kienet milquta mill-maltempata ‘Xynthia’ filwaqt li r-reġjun fuq il-kosta tal-Atlantiku, jiġifieri d-dipartimenti ta' Charente-Maritime u Vendée, kienu l-aktar serjament affettwati. Il-maltempata qatlet 53 ruħ u kważi 80 sfaw feruti. Il-maltempata għerrqet żoni mifruxa inklużi żoni residenzjali u kkawżat dannu kbir lil digi, lil infrastruttura pubblika u privata, lil netwerks tat-toroq u tal-ferroviji kif ukoll lill-agrikoltura u n-negozji.

Għaż-żona magħżula l-awtoritajiet Franċiżi stmaw il-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru għal EUR 1 425.43 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 41.12% tal-livell minimu normali applikabbli għal Franza biex jiġi mmobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà, li fl-2010 huwa ta’ EUR 3 466.57 miljun (jiġifieri EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2002).

Bħal f'dan il-każ il-ħsara totali tibqa’ taħt il-limitu normali; l-applikazzjoni ġiet eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-hekk imsejjaħ kriterju tad-"diżastru reġjonali straordinarju" stabbilit fl-Artikolu 2(2), subparagrafu finali, tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. Skont dan il-kriterju, reġjun jista’ eċċezzjonalment jibbenefika wkoll minn għajnuna mill-Fond fejn dan ikun affettwat minn diżastru straordinarju, prinċipalment wieħed naturali, li jaffettwa l-parti l-kbira tal-popolazzjoni tiegħu, u li jħalli riperkussjonijiet serji u li jdumu fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u fuq l-istabbiltà ekonomika tar-reġjun.

Wara li vverifikat li ż-żewġ applikazzjonijiet kienu konformi mal-kriterji ta' eliġibbiltà tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, il-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà għall-ammonti ta' EUR 31 255 790 għall-Portugall (l-għargħar ta’ Madeira) u EUR 35 635 750 għal Franza (il-maltempata Xynthia), li jammontaw għal totali ta' EUR 66 891 540 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Konsegwentement, fl-abbozz ta’ baġit ta’ emenda (DAB Nru 9/2010 tat-13 ta’ Ottubru 2010) il-Kummissjoni ressqet il-proposta li ġejja:

Ċifri - Fond ta' Solidarjetà

Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2010

Baġit emendatorju Nru 9

Ammonti ġodda

AI

AI

AI

13 06

Fond ta’ Solidarjetà

 

 

 

 

 

 

 

13 06 01

Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Stati Membri

3.2

13 022 500

13 022 500

66 891 540

66 891 540

79 914 040

79 914 040

 

Artikolu 13 06 01

 

13 022 500

13 022 500

66 891 540

66 891 540

79 914 040

79 914 040

Iċ-ċifri għall-Baġit 2010 f’din it-tabella huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda (DAB Nru 8/2010) se jiġi adottat mill-Parlament u l-Kunsill.

B'mod parallel, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-linja baġitarja 06 04 14 03: Proġetti tal-enerġija b'appoġġ għall-irkupru ekonomiku – Sistema Ewropea ta’ grid tar-riħ barra mill-kosta.

Skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali, meta tkun qed tippreżenta din il-proposta biex tuża l-Fond, il-Kummissjoni tagħti bidu għall-proċedura tat-trilogu ssimplifikata bil-għan li tiżgura l-qbil taż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja dwar il-ħtieġa li l-Fond jintuża u dwar l-ammont meħtieġ.

Skont ftehim intern mal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI), dan il-kumitat għandu jiġi assoċjat mal-proċess, sabiex jingħataw appoġġ u appoġġ kostruttivi u kontribut għall-implimentazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà. Wara l-evalwazzjoni tat-talba, il-Kumitat REGI tal-Parlament Ewropew ta l-fehma tiegħu dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, kif imfisser fl-ittra mehmuża mar-rapport preżenti.

Il-Parlament jistenna mill-Kummissjoni li din tagħmel dak kollu possibbli biex tiżgura li l-mezzi finanzjarji li jkunu saru disponibbli mill-Awtorità tal-Baġit għall-appoġġ tal-irkupru ekonomiku fl-Ewropa jiġu implimentati sew, speċjalment fil-qasam tal-politika tal-Enerġija li tirrappreżenta prijorità baġitarja strateġika tal-Parlament.

Abbażi ta’ dan, ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Il-President

Is-Sur Alain Lamassoure

President

Kumitat għall-Baġits

ASP 13E205

Suġġett:           Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: il-Portugall u Franza - valangi u għargħar fil-gżira ta' Madeira (il-Portugall) u l-maltempata Xyntha (Franza) fi Frar 2010 (COM(2010)0578)

Għażiż Sur Lamassoure,

Sabiex ikun evitat dewmien bla bżonn fl-approvazzjoni ta' din il-miżura li l-Kumitat għall-Baġits għandu ħsieb li jadotta malajr kemm jista' jkun, għandi pjaċir ninfurmak li l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali m'għandu l-ebda oġġezzjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà sabiex tkun ipprovduta s-somma ta' EUR 66 891 540 lill-Irlanda kif propost mill-Kummissjoni Ewropea u bi qbil mar-regoli mniżżla fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002.

F'dak li jirrigwarda l-maltempata Xynthia, din qasmet Franza fis-27/28 ta' Frar 2010 u laqtet bi vjolenza partikolari l-kosta tal-Atlantiku (u b'mod speċjali r-reġjuni ta' Bretagne, Pays de la Loire u Poitou-Charentes). Din il-maltempata qatlet 52 ruħ u kkażat danni li jlaħħqu EUR 2.4 biljun.

Fid-dawl tal-konsegwenzi eċċezzjonali tal-maltempata Xynthia, li jirrikjedu intervent u appoġġ għar-rikostruzzjoni tad-digi u tas-setturi ekonomiċi li ntlaqtu minn qtugħ tal-attività fit-tul, il-membri tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jappoġġaw bil-qawwa l-utilizzazzjoni tal-miżura inkwestjoni.

Dejjem tiegħek,

Danuta Hübner


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

18.11.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Giovanni Collino, Jean-Luc Dehaene, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Ingeborg Gräßle, Carl Haglund, Lucas Hartong, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, László Surján, Derek Vaughan

Avviż legali - Politika tal-privatezza