RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

25.11.2010 - (COM(2010)0289 – C7‑0143/2010 – 2010/0160(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Jean-Paul Gauzès


Proċedura : 2010/0160(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0340/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

(COM(2010)0289 – C7‑0143/2010 – 2010/0160(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0289),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0143/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ...,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0340/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li tkun stabbilita Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tikkonsisti minn netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali, li taħdem id f’id mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej il-ġodda, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), bil-għan li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-sorveljanza tal-gruppi transkonfinali permezz tat-twaqqif ta’ kulleġġi superviżorji u tistabbilixxi ġabra unika tar-regoli Ewropej applikabbli għall-parteċipanti kollha fis-suq finanzjarju tas-suq intern.

Il-Kunsill enfasizza li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha setgħat superviżorji fuq l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha li tinforza t-Trattati u b’mod partikolari t-Titolu VII tal-Kapitolu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward ir-regoli komuni tal-kompetizzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

(3) Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li tkun stabbilita Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tikkonsisti minn netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali, li taħdem id f’id mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej il-ġodda, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea ), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), bil-għan li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-sorveljanza tal-gruppi transkonfinali permezz tat-twaqqif ta’ kulleġġi superviżorji u tistabbilixxi ġabra unika tar-regoli Ewropej applikabbli għall-parteċipanti kollha fis-suq finanzjarju tas-suq intern. Il-Kunsill enfasizza li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha setgħat superviżorji fuq l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha li tinforza t-Trattati u b’mod partikolari t-Titolu VII tal-Kapitolu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward ir-regoli komuni tal-kompetizzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) issa ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill1.

 

1 ĠU L ...

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-ambitu tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun definit b’mod ċar biex il-parteċipanti fis-suq finanzjarju jkunu jistgħu jidentifikaw l-awtorità kompetenti fil-qasam tal-attività tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tassumi kompetenza ġenerali fil-kwistjonijiet relatati mar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza kontinwa ta’ aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati.

(4) L-ambitu tal-kompetenzi tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandu jkun definit b’mod ċar biex il-parteċipanti fis-suq finanzjarju jkunu jistgħu jidentifikaw l-awtorità kompetenti fil-qasam tal-attività tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tkun responsabbli b'mod esklużiv għar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza kontinwa ta’ aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni bejn l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, sabiex jiġu evitati kunflitti possibbli ta' interess taħt il-mudell fejn l-emittent iħallas, li huma partikolarment virulenti fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji strutturati, u biex tisseddaq it-trasparenza u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet għal strumenti finanzjarji strutturati, aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jew iċċertifikati għandu jkollhom id-dritt għal aċċess għal lista ta' strumenti finanzjarji strutturati li jkun qed jiġu kklassifikati mill-kompetituri tagħhom. L-informazzjoni għal din il-klassifikazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-emittent jew minn parti terza relatata sabiex b'hekk jinħarġu klassifikazzjonijiet mhux mitluba li jkunu qed jikkompetu ma' xulxin dwar strumenti finanzjarji strutturati. Il-ħruġ ta' tali klassifikazzjonijiet mhux mitluba għandu jippromwovi l-użu ta' aktar minn klassifikazzjoni waħda għal kull strument finanzjarju strutturat. Aċċess għas-siti fuq l-internet għandu jingħata biss jekk aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun tista' tiżgura l-kunfidenzjalità tat-tagħrif mitlub.

(5) Sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni bejn l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, sabiex jiġu evitati kunflitti possibbli ta' interess taħt il-mudell fejn l-emittent iħallas, li huma partikolarment virulenti fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, u biex tisseddaq it-trasparenza u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet għal strumenti finanzjarji, aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jew iċċertifikati għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw informazzjoni dwar strumenti finanzjarji li jkunu qed jiġu kklassifikati mill-kompetituri maħtura tagħhom sabiex ikunu f’pożizzjoni li jipprovdu klassifikazzjonijiet mhux mitluba. Il-ħruġ ta' tali klassifikazzjonijiet mhux mitluba għandu jippromwovi l-użu ta' aktar minn klassifikazzjoni waħda għal kull strument finanzjarju. Aċċess għas-siti fuq l-internet għandu jingħata biss jekk aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun tista' tiżgura l-kunfidenzjalità tat-tagħrif mitlub.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa direttament mingħand il-parteċipanti fis-suq finanzjarju. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jgħinu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq sabiex tinforza talbiet bħal dawn.

(11) Biex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa direttament mingħand il-parteċipanti fis-suq finanzjarju. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jgħinu lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) sabiex tinforza talbiet bħal dawn u għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli mingħajr dewmien.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Biex twettaq is-setgħat superviżorji tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha d-dritt twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post. Meta twettaq is-setgħat superviżorji tagħha, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għall-proċedimenti, l-opportunità li jinstemgħu biex ikun rispettat id-dritt ta’ difiża tagħhom.

(12) Biex twettaq is-setgħat superviżorji tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandu jkollha d-dritt twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post mingħajr avviż minn qabel. Meta twettaq is-setgħat superviżorji tagħha, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għall-proċedimenti, l-opportunità li jinstemgħu biex ikun rispettat id-dritt ta’ difiża tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu u jikkooperaw mal-Awtorità Ewropea tat-Titolu u s-Swieq. Din tal-aħħar tista' tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lil awtoritajiet kompetenti pereżempju fejn ħidma superviżorja tkun teħtieġ għarfien u esperjenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet lokali, li huma disponibbli aktar faċilment fil-livel nazzjonali. Ħidmiet possibbli li jistgħu jiġu ddelegati jinkludu t-twettiq ta' kompiti speċifiċi ta' investigazzjoni u spezzjonijiet fil-post, il-valutazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, iżda wkoll ħidmiet speċifiċi relatati mas-superviżjoni ta' kuljum. Id-dettalji ta' tali delegazzjoni, inklużi l-proċeduri u kwalunkwe kumpens li jkun se jingħata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jiġi speċifikat fil-linji gwida.

(13) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titolu u s-Swieq) u jikkooperaw magħha. Din tal-aħħar tista' tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lil awtoritajiet kompetenti pereżempju fejn ħidma superviżorja tkun teħtieġ għarfien u esperjenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet lokali, li huma disponibbli aktar faċilment fil-livel nazzjonali. Ħidmiet possibbli li jistgħu jiġu ddelegati jinkludu t-twettiq ta' kompiti speċifiċi ta' investigazzjoni u spezzjonijiet fil-post, il-valutazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, iżda wkoll ħidmiet speċifiċi relatati mas-superviżjoni ta' kuljum. Id-dettalji ta' tali delegazzjoni, inklużi l-proċeduri u kwalunkwe kumpens li jkun se jingħata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jiġi speċifikat fil-linji gwida. Għall-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu li l-valur tal-bejgħ tagħhom huwa inqas minn [...], l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tkun tista’ wkoll tiddelega parti mill-funzjonijiet superviżorji tagħha lill-awtoritajiet kompetenti. Il-funzjonijiet relatati mar-reġistrazzjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal delegazzjoni bħal din.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tkun tista' tipproponi lill-Kummissjoni timponi ħlasijiet perjodiċi ta' penali. L-iskop ta’ dawk il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jkun li ksur tal-liġi stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ikun mitmum, li informazzjoni kompluta u korretta li tkun talbet l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tiġi fornuta u li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u persuni oħra jissottomettu rwieħhom għal investigazzjoni. Barra minn hekk, bl-iskop li sservi bħala deterrent u biex l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu mġiegħla jikkonformaw mar-Regolament, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' timponi multi, fuq talba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, meta intenzjonalment jew b’negliġenza, jinkisru dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament. Il-multa għandha tkun dissważiva u proporzjonata man-natura u l-gravità tal-ksur, it-tul ta' żmien tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata. Kriterji dettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multi kif ukoll tal-aspetti proċedurali relatati mal-multi għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f'att iddelegat. L-Istati Membri għandhom jibqgħu biss kompetenti għall-istipular u l-implimentazzjoni tar-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tal-obbligu ta' ditti finanzjarji li jużaw, għal skopijiet regolatorji l-klassifikazzjoni tal-kreditu biss maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament.

(15) L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tkun tista' timponi ħlasijiet perjodiċi ta' penali. L-iskop ta’ dawk il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jkun li ksur tal-liġi stabbilit mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) ikun mitmum, li informazzjoni kompluta u korretta li tkun talbet l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tiġi fornuta u li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u persuni oħra jissottomettu rwieħhom għal investigazzjoni. Barra minn hekk, bl-iskop li sservi bħala deterrent u biex l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu mġiegħla jikkonformaw mar-Regolament, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha wkoll tkun tista' timponi multi meta, intenzjonalment jew b’negliġenza, jinkisru dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament. Il-multa għandha tkun dissważiva u proporzjonata man-natura u l-gravità tal-ksur, it-tul ta' żmien tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata. Kriterji dettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multi kif ukoll tal-aspetti proċedurali relatati mal-multi għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f'att iddelegat. L-Istati Membri għandhom jibqgħu biss kompetenti għall-istipular u l-implimentazzjoni tar-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tal-obbligu ta' ditti finanzjarji li jużaw, għal skopijiet regolatorji l-klassifikazzjoni tal-kreditu biss maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Ir-reġistrazzjoni ta’ aġenzija li tikklassifika l-kreditu mogħtija minn awtorità kompetenti għandha tibqa’ valida fl-Unjoni kollha kemm hi wara t-tranżizzjoni tas-setgħat superviżorji minn awtoritajiet kompetenti għall-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq).

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jespliċita li mhux se jkun hemm rekwiżit għar-reġistrazzjoni mill-ġdid jew għat-tieni reġistrazzjoni ladarba l-AETS tassumi d-doveri tagħha f'Jannar 2011.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni bikrija u kontinwa tal-informazzjoni tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 18 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att iddelegat. Bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jkun jista' jittawwal bi tliet xhur fir-rigward ta' oqsma li jqanqlu tħassib partikolari. Għandu jkun possibbli wkoll li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni. Approvazzjoni bikrija bħal din ta' atti ddelegati hija partikolarment xierqa meta jkun meħtieġ li jiġu rispettati l-iskadenzi, pereżempju meta jkun hemm skedi ta' żmien stabbiliti fl-att bażiku sabiex il-Kummissjoni tadotta atti ddelegati.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 18 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18c) Fid-Dikjarazzjoni (Nru 39) dwar l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Lisbona, il-Konferenza ħadet nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tikkonsulta esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija tal-abozzi ta' atti ddelegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, b'konformità mal-prattika stabbilita tagħha.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8a – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni dwar strumenti finanzjarji strutturati

Informazzjoni dwar strumenti finanzjarji

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-emittent ta' strument finanzjarju strutturat jew parti terza relatata għandu jipprovdi lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun inħatret minnu, fuq websajt protetta minn password li tkun immaniġġata minnu, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu inizjalment tiddetermina jew timmonitorja klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ strument finanzjarju strutturat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 8(1).

1. L-emittent ta' strument finanzjarju jew parti terza relatata għandu jipprovdi lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun inħatret minnu, fuq websajt protetta b'mod xieraq li tkun immaniġġata minnu, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu inizjalment tiddetermina jew timmonitorja klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ strument finanzjarju skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 8(1).

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament 1060/2009

Artikolu 8a – paragrafu 2 – parti introdutorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta aġenziji oħra li jikklassifikaw il-kreditu rreġistrati jew iċċertifikati skont dan ir-Regolament jitolbu aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, huma għandhom jingħataw aċċess mingħajr dewmien sakemm ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

2. Meta aġenziji oħra li jikklassifikaw il-kreditu rreġistrati jew iċċertifikati skont dan ir-Regolament jitolbu aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, huma għandhom jingħataw aċċess sakemm ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 a – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jipprovdu klassifikazzjonijiet fuq bażi annwali għal tal-anqas 10% tal-istrumenti finanzjarji strutturati li għalihom jitolbu aċċess għal informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

(b) ikunu adottaw, implimentaw u infurzaw politiki u proċeduri sodi, robusti u adegwati li jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom, inklużi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba, ikunu affidabbli u ta' kwalità għolja.

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament 1060/2009

Artikolu 8a – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu maħtura u aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistratati jew iċċertifikati oħrajn, għandhom jinfurmaw minnfuh lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) jekk aċċess għall-websajt protetta b'mod xieraq ma jiġix ipprovdut skont il-paragrafu 1 jew 2.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament 1060/2009

Artikolu 8a – paragrafu 2 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tista' teżamina u tivvaluta r-raġunijiet għal kwalunkwe differenza sinifikanti fir-rati maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għall-istess strumenti finanzjarji, u tista' tasal għal konklużjonijiet f'termini ta' miżuri li għandhom jittieħdu fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament 1060/2009

Artikolu 8a – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Sal-1 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tirrapporta dwar il-funzjonament ta' dan l-Artikolu, inklużi l-kostijiet u l-benefiċċji tiegħu, l-impatti tiegħu fuq il-livell ta' konċentrazzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, dwar l-affidabilità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fl-Unjoni, dwar l-investituri u dwar l-emittenti. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament 1060/2009

Artikolu 8a – paragrafu 3 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Sal-1 ta' Lulju 2014, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha teżamina mill-ġdid il-funzjonament ta' dan l-Artikolu u għandha, abbażi ta' dak l-eżami, toħroġ opinjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Fid-dawl ta' dik l-opinjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tagħmel proposti biex temenda dan l-Artikolu.

Emenda  20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8b – paragrafu 1 – parti introdutorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata fl-Unjoni għandha żżomm websajt protetta minn password li jkun fiha:

1. Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jew gruppi ta’ aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati fl-Unjoni għandhom iżommu websajt protetta b’mod xieraq li jkun fiha:

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament 1060/2009

Artikolu 8b – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) lista tal-istrumenti finanzjarji strutturati li għalihom tkun tinsab fil-proċess li tipprovdi klassifikazzjoni tal-kreditu, tidentifika t-tip ta’ strument finanzjarju strutturat, l-isem tal-emittent u d-data meta l-proċess ta’ klassifikazzjoni nbeda;

(a) lista tal-istrumenti finanzjarji li għalihom tkun tinsab fil-proċess li tipprovdi klassifikazzjoni tal-kreditu, tidentifika t-tip ta’ strument finanzjarju, l-isem tal-emittent u d-data meta l-proċess ta’ klassifikazzjoni nbeda;

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8b – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) konnessjoni mal-websajt protetta minn password li fiha l-emittent tal-istrument finanzjarju strutturat jew parti terza relatata jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 8a(1), minnufih malli tkun fil-pussess ta’ din il-konnessjoni.

(b) konnessjoni mal-websajt protetta b'mod xieraq li fiha l-emittent tal-istrument finanzjarju jew parti terza relatata jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 8a(1), minnufih malli tkun fil-pussess ta’ din il-konnessjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aġenzija li tikklassifika l-kreditu għandha tagħti aċċess mingħajr dewmien għall-websajt protetta minn password imsemmija fil-paragrafu 1 lil kwalunkwe aġenzija li tikklassifika l-kreditu reġistrata jew iċċertifikata taħt dan ir-Regolament sakemm l-aġenzija li tikklassifika l-kreditu li titlob aċċess tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8a (2).”

2. Aġenzija li tikklassifika l-kreditu għandha tagħti aċċess mingħajr dewmien għall-websajt protetta b'mod xieraq imsemmija fil-paragrafu 1 lil kwalunkwe aġenzija li tikklassifika l-kreditu reġistrata jew iċċertifikata taħt dan ir-Regolament sakemm l-aġenzija li tikklassifika l-kreditu li titlob aċċess tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8a (2).”

Emenda  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament 1060/2009

Artikolu 8b – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tingħata, meta titolbu, aċċess għall-websajts protetti b’mod xieraq imsemmija f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 8a.

Emenda  25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament 1060/2009

Artikolu 8b – paragrafu 2 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Kwalunkwe aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistratata jew iċċertifikata, għandha tinforma minnufuh lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) jekk l-aċċess għal websajt protetta b’mod xieraq ma jiġix ipprovdut b'konformità mal-paragrafu 2.

Emenda  26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8 – punt b a (ġdid)

Regolament 1060/2009

Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Fil-paragrafu 3, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

“L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 22 għandha tkun infurmata bi kwalunkwe ftuħ jew għeluq ta’ fergħa jew sussidjarja fit-territorju tagħha.”

Emenda  27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament 1060/2009

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

3. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u b’lingwa li tintuża ta’ spiss fl-isfera tal-finanza internazzjonali.

Emenda  28

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament 1060/2009

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-AETS għandha fi żmien 30 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4) teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni abbażi tal-konformità tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

1. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha, fi żmien 45 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4), teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni abbażi tal-konformità tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Emenda  29

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament 1060/2009

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fi żmien 40 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4), u fi żmien 55 jum tax-xogħol minnha meta jkun japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tadotta deċiżjoni raġunata b’mod sħiħ ta’ reġistrazzjoni jew ċaħda.

3. Fi żmien 45 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4), u fi żmien 60 jum tax-xogħol minnha meta jkun japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tadotta deċiżjoni raġunata b’mod sħiħ ta’ reġistrazzjoni jew ċaħda.

Emenda  30

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament 1060/2009

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-AETS għandha, fi żmien 40 jum ta’ xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4), teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni abbażi tal-konformità ta’ dawk l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

1. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha, fi żmien 55 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4) teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni abbażi tal-konformità tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Emenda  31

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament 1060/2009

Artikolu 17 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fi żmien 50 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4), u fi żmien 65 jum tax-xogħol minnha meta jkun japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tadotta deċiżjonijiet raġunati b’mod sħiħ ta’ reġistrazzjoni jew ċaħda individwali.

3. Fi żmien 55 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4), u fi żmien 70 jum tax-xogħol minnha meta jkun japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tadotta deċiżjonijiet raġunati b’mod sħiħ ta’ reġistrazzjoni jew ċaħda individwali.

Emenda  32

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament 1060/2009

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikoli 16, 17 jew 20, l-AETS għandha tinnotifika lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata. Meta l-AETS tirrifjuta li tirreġistra l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jew tirtira r-reġistrazzjoni tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, hija għandha tagħti raġunijiet sħaħ fid-deċiżjoni tagħha.

1. Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 16, 17 jew 20, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tinnotifika lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata jekk tkunx ġiet reġistrata jew le. Meta l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tirrifjuta li tirreġistra l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jew tirtira r-reġistrazzjoni tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, hija għandha tagħti raġunijiet sħaħ fid-deċiżjoni tagħha.

Emenda  33

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament 1060/2009

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-AETS għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe deċiżjoni taħt l-Artikolu 16, 17 jew 20.

2. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 16, 17 jew 20.

Emenda  34

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-AETS għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni taħt l-Artikolu 16, 17 jew 20.

3. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 16, 17 jew 20. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista aġġornata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kull xahar.

Emenda  35

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament 1060/2009

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a, regolament dwar l-imposti. Dak ir-regolament għandu jiddetermina b’mod partikolari t-tip ta' imposti u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti l-imposti, l-ammont tal-imposti u l-mod kif jitħallsu. L-ammont ta' imposti ċċarġjari lil aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkun proporzjonat mad-daqs u s-saħħa ekonomika tagħha.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a, u b'konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c, miżuri relatati mal-imposti. Dawk il-miżuri għandhom jiddeterminaw b’mod partikolari t-tip ta' imposti u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti l-imposti, l-ammont tal-imposti u l-mod kif jitħallsu. L-ammont ta' imposti ċċarġjati lil aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkun proporzjonat mad-daqs, is-saħħa ekonomika tagħha u l-kumplessità tal-attivitajiet imwettqa.

Emenda  36

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament 1060/2009

Titolu III – Kapitolu II – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. It-titolu tal-Kapitolu II fit-Titolu III għandu jiġi sostitwit b’“Sorveljanza mill-AETS”.

10. It-titolu tal-Kapitolu II fit-Titolu III għandu jiġi sostitwit b’"Superviżjoni mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)".

Emenda  37

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11

Regolament 1060/2009

Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-AETS għandha toħroġ u taġġorna linji gwida dwar:

2. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha toħroġ u taġġorna standards tekniċi dwar:

Emenda  38

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11

Regolament 1060/2009

Artikolu 21 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. B'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS], l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha, sas-7 ta' Ġunju 2011, b'kooperazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru .../2010 [ABE] u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AEAPX], toħroġ u taġġorna linji gwida dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta' approvazzjoni skont l-Artikolu 4(3).

Emenda  39

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11

Regolament 1060/2009

Artikolu 21 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sa [disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-AETS għandha tipproponi abbozz ta’ standards tekniċi għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament …/… [AETS] dwar:

3. Sa ...*, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tipproponi abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS] dwar:

 

*Nota lill-ĠU – hawn għandha tiddaħħal id-data: disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda.

Emenda  40

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 22 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 22a

 

Reviżjoni kontinwa tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

 

1. Waqt l-operat ta' kuljum tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha, bla preavviż u fuq bażi ta' kampjuni magħżula b'mod sporadiku, twettaq eżamijiet ta' klassifikazzjonijet tal-kreditu maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tirrikjedi li l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernata tippreżentalha l-informazzjoni kollha li tkun intużat u rapport dettaljat dwar il-metodu tal-klassifikazzjoni. L-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippreżenta l-informazzjoni u r-rapport fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li ssir din it-talba.

 

2. L-eżami msemmi fil-paragrafu 1 għandu jservi biex jiġi stabbilit jekk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jkunux saru skont kriterji oġġettivament validi, b'mod responsabbli u b'konformità ma' dan ir-Regolament.

 

3. Jekk, meta tkun qed teżamina l-klassifikazzjonijiet, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tidentifika xi ksur ta' dan ir-Regolament, hija tista', b'konformità mal-gravità ta' tali ksur:

 

(a) titlob lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tispjega ċ-ċirkostanzi;

 

(b) titlob aktar informazzjoni lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu;

 

(c) teżamina klassifikazzjonijiet tal-kreditu oħrajn maħruġa mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu; jew

 

(d) tieħu miżuri iktar estensivi bħal, pereżempju, spezzjoni komprensiva tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu."

Ġustifikazzjoni

L-aġenziji tal-kreditu skont Basel II/Basel III jassumu kompiti awtonomi. Dan ir-Regolament madankollu jissoġġettahom għal ċerta superviżjoni, filwaqt li l-klassifikazzjonijiet infushom ma jiġux eżminati rigward l-affidabbiltà u l-fond sostantiv tagħhom. Il-kriżi finanzjarja madankollu wriet li dan huwa meħtieġ b'urġenza.

Emenda  41

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, la l-AETS u lanqas kwalunkwe awtorità pubblika ta’ Stat Membru ma għandha tinterferexxi mal-kontenut ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew ta' metodoloġiji.

Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), il-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità pubblika oħra ta’ Stat Membru ma għandhomx jinterferixxu mal-kontenut ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew mal-metodoloġiji użati.

Emenda  42

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 23a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta titlob l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba u għandha tiddikjara l-iskop tagħha, tispeċifika x’informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi l-limitu taż-żmien li fih trid tingħata. Hija għandha tindika wkoll il-penali provduti fl-Artikolu 36b fil-każ li l-produzzjoni tal-informazzjoni meħtieġa ma tkunx kompluta jew meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.

2. Meta titlob l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ) għandha tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba u għandha tiddikjara l-iskop tagħha, tispeċifika x’informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi l-limitu taż-żmien li fih trid tingħata. Hija għandha tindika wkoll il-penali provduti fl-Artikolu 36b fil-każ li l-produzzjoni tal-informazzjoni meħtieġa ma tkunx kompluta jew meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw. Fejn ikun rilevanti, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tispeċifika r-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS] u d-dritt li kwalunwe deċiżjoni li timponi ħlas ta’ penali tiġi eżaminata mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  43

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 23b – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fin-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni applikabbli għall-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), l-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitwettqu b'konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isiru.

Emenda  44

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 23c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-post b’avviż jew mingħajru fil-bini tal-persuni msemmija fl-Artikolu 23a (1).

1. Biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tista’ twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-post b’avviż minn qabel fil-bini tal-persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1).

 

L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tista’ wkoll twettaq spezzjonijiet fuq il-post mingħajr avviż minn qabel meta l-iżvilupp xieraq u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jitolbu hekk u meta l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) ikollha bażi reġonevoli biex:

 

(a) tissuspetta li jkun sar ksur ta' dan ir-Regolament; jew

 

(b) tkun tal-fehma li l-evidenza relatata ma' tali ksur tkun tista' tinqered.

Emenda  45

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 23c – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 36b fil-każ li l-persuni konċernati ma jissottomettux rwieħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien adattat qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun sejra titwettaq l-ispezzjoni.

3. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) biex iwettqu spezzjonijiet fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, il-persuni maħtura biex iwettquha u l-kariga tagħhom fi ħdan l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 36b fil-każ li l-persuni konċernati ma jissottomettux rwieħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien adattat qabel l-ispezzjoni, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun sejra titwettaq l-ispezzjoni.

Emenda  46

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Regolament 1060/2009

Artikolu 23c – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni għandhom kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, fuq talba tal-AETS, jgħinu attivament lill-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS. Għal dan il-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2.

5. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), jgħinu attivament lill-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq). Għal dan il-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu wkoll jattendu l-ispezzjonijiet fil-post, jekk jitolbu dan.

Emenda  47

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Regolament 1060/2009

Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jseħħ wieħed mill-ksur elenkati fl-Anness III mwettaq minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata, l-AETS għandha tieħu deċiżjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Meta jseħħ kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, inklużi dawk elenkati fl-Anness III mwettaq minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tieħu deċiżjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda  48

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Regolament 1060/2009

Artikolu 24 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Qabel ma tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) b’dan.

Emenda  49

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Regolament 1060/2009

Artikolu 24 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AETS tista’ testendi l-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu bi tliet xhur f’ċirkostanzi eċċezzjonali relatati mal-potenzjal għal tfixkil fis-suq jew instabilità finanzjarja.

Bl-inizjattiva tagħha stess jew bit-talba tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tista’ testendi l-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu bi tliet xhur f’ċirkostanzi straordinarji relatati mal-potenzjal għal tfixkil fis-suq jew instabilità finanzjarja.

Emenda  50

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Regolament 1060/2009

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta tkun qed tikkomunika d-deċiżjonijiet tagħha b'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bid-drittijiet tagħhom ta' appell lill-Bord tal-Appell u lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS ] rispettivament.

Emenda  51

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Regolament 1060/2009

Artikolu 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AETS u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti.

Emenda  52

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 27 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux xieraq, jipprovdu lill-AETS u lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet li jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux xieraq, jipprovdu lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet li jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament u skont il-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti.

Emenda  53

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Regolament 1060/2009

Artikolu 27 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tqis rilevanti fir-rigward ta’ dawk l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li jwettqu attivitajiet fit-territorju ta’ dawk l-Istati Membri.

Emenda  54

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 19

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AETS tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. Dawk il-kompiti superviżorji jistgħu b'mod partikolari jinkludu talbiet ta' informazzjoni skont l-Artikolu 23a u investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikolu 23c(6).

L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi ta’ natura mhux essenzjali u operattivi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u tagħti istruzzjonijiet dettaljati għal dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni ta’ dawk il-kompiti. Dawk il-kompiti superviżorji jistgħu b'mod partikolari jinkludu talbiet ta' informazzjoni skont l-Artikolu 23a u investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikolu 23c(6).

Id-delegazzjoni tal-kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabilità tal-AETS.

Id-delega tal-kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabilità tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq). Il-funzjoni relatata mar-reġistrazzjoni, is-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet, inklużi l-valutazzjoni finali u d-deċiżjonijiet ta' segwitu fir-rigward tal-ksur, ma għandhomx jiġu ddelegati. Delega tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin.

Emenda  55

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 19

Regolament 1060/2009

Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ li l-AETS tqis li t-talba mhijiex iġġustifikata, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tinnotifika. Fil-każ li l-AETS tqis li t-talba hija ġġustifikata, hija għandha timplimenta miżuri xierqa biex issolvi din il-kwistjoni.

Meta l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tqis li t-talba mhijiex iġġustifikata, hija għandha tinforma bil-miktub lill-awtorità kompetenti li tinnotifika bil-miktub, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet. Meta l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tqis li t-talba hija ġġustifikata, hija għandha timplimenta miżuri xierqa biex issolvi din il-kwistjoni.

Emenda  56

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament 1060/2009

Artikolu 36a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta mitluba mill-AETS, il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multa fuq aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta, intenzjonalment jew b’negliġenza, l-aġenzija ta' klassifikazzjopni tal-kreditu tkun wettqet xi wieħed mill-ksur elenkati fl-Anness III.

1. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tista’ timponi multa fuq aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta, intenzjonalment jew b’negliġenza, l-aġenzija ta' klassifikazzjopni tal-kreditu tkun wettqet kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, inklużi dawk elenkati fl-Anness III.

Emenda  57

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Minkejja l-paragrafu 2, meta l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun direttament jew indirettament kisbet benefiċċju finanzjarju kwantifikabbli mill-ksur, l-ammont tal-multa jrid ikun tal-inqas daqs dak il-benefiċċju.

3. Minkejja l-paragrafu 2, meta l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun direttament jew indirettament kisbet benefiċċju finanzjarju kwantifikabbli mill-ksur, l-ammont tal-multa jrid ikun ogħla minn dak il-benefiċċju.

Emenda  58

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament 1060/2009

Artikolu 36a – paragrafu 4 – parti introdutorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 38a regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn tispeċifika b'mod partikolari:

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 38a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn tispeċifika b'mod partikolari:

Emenda  59

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36a – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kriterji dettaljati biex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa;

(a) il-fatturi speċifiċi applikabbli għall-komputazzjoni tal-multa skont it-termini tal-paragrafu 2, għal kull wieħed mill-kriterji;

 

(i) it-tul taż-żmien u l-frekwenza tal-ksur;

 

(ii) jekk il-ksur kixifx dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri jew fis-sistemi tal-ġestjoni jew fil-kontrolli interni tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu;

 

(iii) jekk l-offiża finanzjarja kinitx iffaċilitata mill-ksur, ikkawżata mill-ksur jew b’xi mod ieħor attribwibbli għall-ksur;

 

(iv) il-kobor tat-telf jew tar-riskju ta’ telf ikkawżat lill-investituri;

 

(v) l-impatt potenzjali tal-ksur fuq il-klassifika maħruġa mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-krediti kkonċernata;

 

(vi) jekk il-ksur ikunx sar intenzjonalment u deliberatament, jew b’negliġenza jew żvista;

 

(vii) il-livell ta' benefiċċju miksub jew it-telf evitat, jew li jkun hemm il-ħsieb li jinkiseb jew li jiġi evitat, direttament jew indirettament;

 

(viii) il-kapaċità ekonomika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-krediti jew l-emittent ta' strument finanzjarju strutturat jew il-parti terza kkonċernata;

 

(ix) jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew l-emittent ta’ strument finanzjarju strutturat jew il-maniġment superjuri tal-parti terza kkonċernata kinux konxji mill-ksur jew minn ksur potenzjali;

Emenda  60

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36a – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-tfassil tal-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 4.

Emenda  61

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36a – paragrafu 4 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ddelegati l-Artikolu 38a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn tispeċifika lista ta’ multi u l-limiti ta' dawk il-multi, fir-rigward tal-ksur elenkat fl-Anness III.

Emenda  62

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36b – paragrafu 1 – parti introdutorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta mitluba mill-AETS, il-Kummissjoni tista’, b’deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1) ħlasijiet perjodiċi ta’ penali biex iġġegħilhom:

1. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tista' timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1) ħlasijiet perjodiċi ta’ penali biex iġġegħilhom:

Emenda  63

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel tieħu deċiżjoni dwar multa jew ħlas perjodiku ta’ penali kif provdut fl-Artikoli 36a u 36b, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għal proċedimenti, l-opportunità li jinstemgħu fuq il-kwistjonijiet li dwarhom il-Kummissjoni tkun għamlet oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet konċernati setgħu jikkummentaw.

1. Qabel tieħu deċiżjoni dwar multa jew ħlas perjodiku ta’ penali kif provdut fl-Artikoli 36a u 36b, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għal proċedimenti, l-opportunità li jinstemgħu fuq il-kwistjonijiet li dwarhom l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tkun għamlet oġġezzjoni. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet konċernati setgħu jikkummentaw.

Emenda  64

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dritt ta' difiża tal-persuni konċernati għandu jiġi rispettat b’mod sħiħ fil-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt għal aċċess għall-fajl ma għandux ikun estiż għal informazzjoni kunfidenzjali u d-dokumenti interni tal-Kummissjoni.

2. Id-dritt ta' difiża tal-persuni konċernati għandu jiġi rispettat b’mod sħiħ fil-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt għal aċċess għall-fajl ma għandux ikun estiż għal informazzjoni kunfidenzjali u d-dokumenti interni tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq).

Emenda  65

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament 1060/2009

Artikolu 36d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta’ penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 36a u 36b.

1. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta’ penali li jkunu ġew imposti b'konformità mal-Artikoli 36a u 36b sakemm tali żvelar ma jqigħedx f'periklu serju s-suq finanzjarju jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

Emenda  66

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36 e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limitu biex tirrevedi d-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun stabbiliet multa jew imponiet ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limitu biex tirrevedi d-deċiżjonijiet li bihom l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) tkun stabbiliet multa jew imponiet ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti.

Emenda  67

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 26

Regolament 1060/2009

Artikolu 38a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 36a(4) u l-Artikolu 37 għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

1. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 36a(4) u l-Artikolu 37 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin minn...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mill-inqas sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba’ snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġġedded awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokaha b'konformità mal-Artikolu 38b.

 

*Nota lill-ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda.

Emenda  68

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 26

Regolament 1060/2009

Artikolu 38b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni ta’ setgħa għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar qabel tittieħed l-aħħar deċiżjoni, tiddikjara s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet għar-revoka.

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel tittieħed l-aħħar deċiżjoni, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka.

Emenda  69

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 26

Regolament 1060/2009

Artikolu 38c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jkun estiż b’xahar.

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jkun estiż bi tliet xhur.

Emenda  70

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 26

Regolament 1060/2009

Artikolu 38c – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, l-att iddelegat għandu jidħol fis-seħħ fid-data indikata fih.

2. Jekk, meta jiskadi dan il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

Emenda  71

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 39a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

“Artikolu 39a

 

Rapport mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)

 

Sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tivvaluta l-ħtiġiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mill-assunzjoni tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha b'konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni."

Emenda  72

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 29

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 40a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kompetenzi u l-kompiti kollha relatati mal-attività superviżorja u ta' infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, li ġew konferiti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kemm jekk jaġixxu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju kemm jekk le, u l-kulleġġi tagħhom jekk dawn ikunu ġew stabbiliti, għandhom jintemmu fi [xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

1. Il-kompetenzi u l-kompiti kollha relatati mal-attività superviżorja u ta' infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, li ġew konferiti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kemm jekk jaġixxu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju kemm jekk le, u l-kulleġġi tagħhom jekk dawn ikunu ġew stabbiliti, għandhom jintemmu fl-1 ta' Lulju 2011.

Emenda  73

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 29

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 40a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe fajl jew dokument ta' ħidma relatat mal-attività superviżorja u ta' infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluż kwalunkwe eżami jew azzjoni ta' infurzar li jkun/tkun għaddej/għaddejja għandu/ha jgħaddi/tgħaddi f'idejn l-AETS ... [xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2. Kwalunkwe fajl jew dokument ta' ħidma relatat mal-attività superviżorja u ta' infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluż kwalunkwe eżami jew azzjoni ta' infurzar li jkun għaddej għandu jgħaddi f'idejn l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) fl-1 ta' Lulju 2011.

Emenda  74

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 29

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 40a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi msemmija fil-paragrafu 1 għandom jiżguraw li kwalunkwe reġistru u dokument ta' ħidma għandu jiġi ttrasferit għand l-AETS [xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi għandhom jagħtu wkoll lill-AETS l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa biex jitħaffef it-trasferiment u t-twaqqif effettiv u effiċjenti tal-attività superviżorja u tal-infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

3. L-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi msemmija fil-paragrafu 1 għandom jiżguraw li kwalunkwe reġistru u dokument ta' ħidma għandu jiġi ttrasferit għand l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ sal-1 ta' Mejju 2011 sabiex jiġi promoss proċess tajjeb. Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi għandhom jagħtu wkoll lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa biex jitħaffef it-trasferiment u t-twaqqif effettiv u effiċjenti tal-attività superviżorja u tal-infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

Emenda  75

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 29

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 40a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ESMA għandha taġixxi bħala s-suċċessur legali tal-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi msemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġuridiku li jirriżulta minn attività superviżorja u tal-infurzar segwita taħt dan ir-Regolament qabel [xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

4. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha taġixxi bħala s-suċċessur legali tal-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi msemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġuridiku li jirriżulta minn attività superviżorja u tal-infurzar segwita skont dan ir-Regolament fl-1 ta' Lulju 2011.

Emenda  76

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 29

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 40a – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Kwalunkwe reġistrazzjoni ta’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu f'konformità mat-termini tal-Kapitolu I minn awtorità kompetenti li għaliha hemm riferiment fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tibqa' valida wara t-trasferiment tal-kompetenzi lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq).

Emenda  77

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 29

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 40a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta analiżi ġuridika ta’ deċiżjoni, li tkun ittieħdet minn awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 taħt dan ir-Regolament, tkun għadha għaddejja fi [xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-każ għandu jiġi ttrasferit lill-Qorti Ġenerali, sakemm is-sentenza tal-qorti li tkun qed tanalizza dik id-deċiżjoni fl-Istat Membru ma tkunx se tingħata fi żmien xahrejn wara [xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].”

5. Meta analiżi ġuridika ta’ deċiżjoni, li tkun ittieħdet minn awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 skont dan ir-Regolament, tkun għadha għaddejja fl-1 ta' Lulju 2011, il-każ għandu jiġi ttrasferit lill-Qorti Ġenerali, sakemm is-sentenza tal-qorti li tkun qed tanalizza dik id-deċiżjoni fl-Istat Membru ma tkunx se tingħata sal-1 ta' Settembru 2011.

Emenda  78

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 29

Regolament 1060/2009

Artikolu 40a – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Sal-1 ta' Lulju 2014 u fl-ambitu tas-superviżjoni kontinwa tagħha, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha twettaq mill-inqas investigazzjoni waħda tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu kollha li jidħlu fil-kompetenzi superviżorji tagħha.

Emenda  79

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness I – punt 2 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I – Taqsima E – titolu II – punt 2 – punt b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fit-Taqsima E, titolu II, punt 2, għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ba) lista tal-klassifikazzjonijiet maħruġa matul is-sena, li tindika l-proporzjon ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba."

Ġustifikazzjoni

Il-preżentazzjoni regolari ta' rendikont li juri l-klassifikazzjonijiet mitluba kontra dawk mhux mitluba taqdi l-kontroll min-naħa tal-AETS dwar jekk intlaħqitx jew le l-proporzjon minima tal-klassifikazzjonijiet mhux mitluba.

Emenda  80

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness II

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness III – titolu III – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) L-AKK tikser l-Artikolu 10(4) billi ma tiżvelax il-politiki u l-proċeduri tagħha rigward il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba.

(m) L-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun qiegħda tikser l-Artikolu 10(4) jekk ma tiżvelax il-politiki u l-proċeduri tagħha rigward il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

Il-preżentazzjoni regolari ta' rendikont li juri l-klassifikazzjonijiet mitluba kontra dawk mhux mitluba taqdi l-kontroll min-naħa tal-AETS dwar jekk intlaħqitx jew le l-proporzjon minima tal-klassifikazzjonijiet mhux mitluba.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kriżi finanzjarja globali, li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu kkontribwew parzjalment għaliha, uriet il-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ta' monitoraġġ u superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

Dan kien l-objettiv tal-adozzjoni, tal-2009, tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Dan ta lok għall-ħolqien, fil-livell Ewropew, ta' sistema ta' reġistrazzjoni u superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ klassifikazzjonijiet li jintużaw fl-Unjoni Ewropea. Din tistipula wkoll il-kundizzjonijiet dwar l-użu, fl-Unjoni Ewropea, tal-klassifikazzjonijiet li jinħarġu minn aġenziji ta' pajjiżi terzi, permezz tal-applikazzjoni ta' sistema doppja ta' ekwivalenza u approvazzjoni tal-klassifikazzjonijiet.

Matul id-dibattiti ta' qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, ir-rapporteur kien saħaq fuq il-ħtieġa ta' superviżjoni sħiħa tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u ta' kontroll komuni tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Dan il-prinċipju ġie aċċettat u l-Kummissjoni impenjat ruħha li tifformola proposta leġiżlattiva f'dan ir-rigward.

Il-ftehim milħuq dwar l-istruttura ta' superviżjoni Ewropea li għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011 issa jippermetti l-implimentazzjoni effettiva tas-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Fir-Regolament KE Nru [...] li jistabbilixxi l-AETS, huwa enfasizzat li din l-awtorità għandha teżerċita setgħat ta' superviżjoni proprja b'mod partikulari fuq l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

Fit-2 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. L-għan ewlieni ta' din il-proposta huwa l-organizzazzjoni tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu permezz tal-AETS. Din se tingħata setgħat proprja f'termini ta' superviżjoni, iżda wkoll setgħat investigattivi u se tkun tista' tissanzjona n-nuqqas ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta' din il-kwistjoni.

Ir-rapporteur jipproponi li tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-AETS fis-superviżjoni tal-aġenziji u fir-rigward tad-definizzjoni tal-kompiti u s-setgħat ġodda tagħha. Fil-fatt, huwa essenzjali li mill-bidu tagħha, l-AETS tkunu tista' teżerċita l-mandat tagħha ta' superviżjoni solida kemm fir-rigward tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li joperaw fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fir-rigward tal-aġenziji ta' pajjiżi terzi li l-klassifikazzjonijiet tagħhom se jkunu awtorizzati fl-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, fl-2011, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri komplementari varji relatati mal-klassifikazzjoni. Sadanittant, il-Parlament se jadotta rapport b'inizjattiva proprja bi proposti f'dan ir-rigward.

Għandu jiġi enfasizzat li l-Istati Uniti ddeċidew ukoll li jadottaw regoli ta' superviżjoni aktar stretti f'dan il-qasam. Il-Kummissjoni kkunsidrat dawn ir-regoli bi tħejjija għal armonizzazzjoni internazzjonali ulterjuri.

F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-emendi sempliċement jippreċiżaw jew jikkjarifikaw, speċjalment fir-rigward tas-setgħat tal-AETS fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Fl-aħħarnett, it-Trattat ta' Lisbona pprovda strumenti legali ġodda. Għaldaqstant, ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, tipprovdi għall-introduzzjoni ta' atti delegati minflok il-komitoloġija. Din il-proċedura l-ġdida se tiżgura skrutinju aħjar min-naħa tal-Parlament Ewropew tal-atti li jkun jixtieq jiddelega lill-Kummissjoni Ewropea, minħabba raġunijiet ovvji ta' effiċjenza.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (28.10.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(COM(2010)0289 – C7‑0143/2010 – 2010/0160(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Klaus-Heiner Lehne

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-Unjoni Ewropea għandha tistudja l-possibilità li twaqqaf aġenzija ta’ gradazzjoni Ewropea pubblika, li l-għan ewlieni tagħha jkun li toħroġ gradazzjonijiet indipendenti u imparzjali mingħajr ma tkun influwenzata jew ristretta minn kunsiderazzjonijiet kummerċjali; l-aġenzija għandha tqis il-valur u n-nefqa tal-obbligu li toħroġ gradazzjoni għal kull gradazzjoni maħruġa minn aġenzija li tiggrada l-kreditu rreġistrata, u li topera, fl-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Die Branche der Ratingagenturen ist höchst konzentriert und nur wenige Unternehmen teilen sich den Markt. Diese Unternehmen sind privatwirtschaftliche Unternehmen und dementsprechend auf die Maximierung von Gewinnen ausgerichtet. Um Ratings, die frei vom Gewinnmaximierungsgedanken erstellt werden zu gewährleisten, sollte die Europäische Union die Einrichtung einer öffentlichen Ratingagentur in Erwägung ziehen. Bereits jetzt sind bei der EZB von den Nationalbanken der Mitgliedstaaten Bewertungsabteilungen eingerichtet. Ein zweites Rating von einer öffentlichen Europäischen Ratingagentur sollte für mehr Sicherheit sorgen.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa direttament mingħand il-parteċipanti fis-suq finanzjarju. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jgħinu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq sabiex tinforza talbiet bħal dawn.

(11) Biex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa direttament mingħand il-parteċipanti fis-suq finanzjarju. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jgħinu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq sabiex tinforza talbiet bħal dawn u għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli mingħajr dewmien.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Biex twettaq is-setgħat superviżorji tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha d-dritt twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post. Meta twettaq is-setgħat superviżorji tagħha, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għall-proċedimenti, l-opportunità li jinstemgħu biex ikun rispettat id-dritt ta’ difiża tagħhom.

(12) Biex twettaq is-setgħat superviżorji tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha d-dritt twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post. Meta twettaq is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħha, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tħaddem il-proċedimenti tagħha fuq il-bażi tar-rispett sħiħ tad-drittijiet tad-difiża tal-persuni u tal-aġenziji ta’ kreditu suġġetti għall-proċedimenti, filwaqt li tiżgura li ma jkun hemm ebda ksur tas-segretezza professjonali kif din tkun applikata fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Professional secrecy and the legally privileged status of the profession of lawyer constitute a principle generally recognised in the Member States. Everyone has the right to consult a lawyer in order to obtain counsel, and this must happen on a strictly confidential basis. The lawyer's obligation related to professional secrecy serves the judicial interest of the administration. The ECJ has in two cases stressed the importance of legal privilege for the continuity of legal procedures. A competent authority invested with the powers proposed in the amendment could seriously undermine legal confidentiality and legal privilege.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tkun tista' tipproponi lill-Kummissjoni timponi ħlasijiet perjodiċi ta' penali. L-iskop ta’ dawk il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jkun li ksur tal-liġi stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ikun mitmum, li informazzjoni kompluta u korretta li tkun talbet l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tiġi fornuta u li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u persuni oħra jissottomettu rwieħhom għal investigazzjoni. Barra minn hekk, bl-iskop li sservi bħala deterrent u biex l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu mġiegħla jikkonformaw mar-Regolament, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' timponi multi, fuq talba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, meta intenzjonalment jew b’negliġenza, jinkisru dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament. Il-multa għandha tkun dissważiva u proporzjonata man-natura u l-gravità tal-ksur, it-tul ta' żmien tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata. Kriterji dettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multi kif ukoll tal-aspetti proċedurali relatati mal-multi għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f'att iddelegat. L-Istati Membri għandhom jibqgħu biss kompetenti għall-istipular u l-implimentazzjoni tar-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tal-obbligu ta' ditti finanzjarji li jużaw, għal skopijiet regolatorji l-klassifikazzjoni tal-kreditu biss maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament.

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tkun tista' timponi ħlasijiet perjodiċi ta' penali. L-iskop ta’ dawk il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jkun li ksur tal-liġi stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ikun mitmum, li informazzjoni kompluta u korretta li tkun talbet l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tiġi fornuta u li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u persuni oħra jissottomettu rwieħhom għal investigazzjoni. Barra minn hekk, bl-iskop li sservi bħala deterrent u biex l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu mġiegħla jikkonformaw mar-Regolament, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' timponi multi, fuq talba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, meta intenzjonalment jew b’negliġenza, jinkisru dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament. Il-multa għandha tkun dissważiva u proporzjonata man-natura u l-gravità tal-ksur, it-tul ta' żmien tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata. Kriterji dettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multi kif ukoll tal-aspetti proċedurali relatati mal-multi għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f'att iddelegat. L-Istati Membri għandhom jibqgħu biss kompetenti għall-istipular u l-implimentazzjoni tar-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tal-obbligu ta' ditti finanzjarji li jużaw, għal skopijiet regolatorji l-klassifikazzjoni tal-kreditu biss maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-AETS ikollha s-setgħa li tippenalizza lill-aġenziji, fost l-oħrajn billi tirtira r-reġistrazzjoni tagħhom (l-aktar miżura severa disponibbli), miżura bħall-impożizzjoni ta’ multa għandha tidħol ukoll fil-kompetenza tagħha, fuq il-bażi tal-prinċipju “aktar tfisser ukoll anqas”. Jekk is-setgħa li timponi multi tingħatha f’idejn l-AETS, dan ikun qed jgħin biex jiġi żgurat li jkun hemm oġġettività akbar.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-emendar u aktar speċifikar tal-kriterji għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, l-adozzjoni ta’ regolament dwar l-imposti u l-emendar tal-annessi.

(18) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, l-adozzjoni ta’ regolament dwar l-imposti u l-emendar tal-annessi, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-emendar u aktar speċifikar tal-kriterji għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

 

Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni bikrija u kontinwa ta' informazzjoni u dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Il-Premessa 8 għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

 

"(8) L-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom japplikaw il-Kodiċi ta’ Kondotta Fundamentali għall-aġenziji li jiggradaw il-kreditu maħruġ mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (Kodiċi tal-IOSCO). Fl-2006, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Aġenziji li jiggradaw il-Kreditu [11] stiednet lill-Kumitat tar-Regulaturi Ewropej tat-Titoli (KRET), stabbilit mill-ġdid bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE [12], biex jissorvelja l-konformità mal-Kodiċi tal-IOSCO u jirrapporta lura lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.”

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 (e)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 5 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Il-Kummissjoni għandha tispeċifika aktar jew temenda l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 38b u 38c.”

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont dan l-Artikolu li jispeċifikaw aktar jew jemendaw il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.”

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6 – paragrafu 4 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

 

"4. L-aġenziji li jiggradaw il-kreditu jiksbu dħul mill-utenti tal-gradazzjonijiet. Huma m’għandhomx jirċievu dħul mill-entitajiet iggradati jew minn partijiet terzi relatati.”

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) L-Artikolu 7(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

"5. Il-kumpens u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-analisti tal-gradazzjoni u l-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet ta' kreditu m'għandhomx jiddependu mill-ammont ta' dħul li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tiġbor mill-entitajiet iggradati jew partijiet terzi relatati għal servizzi li jmorru ’l hinn mill-gradazzjoni.”

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) L-Artikolu 8(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

"5. Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tissorvelja l-gradazzjonijiet tal-kreditu u tirrevedi l-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-metodoloġiji tagħha fuq bażi kontinwa u mill-inqas darba kull sitt xhur, b’mod partikulari fejn iseħħu bidliet materjali li jista' jkollhom impatt fuq il-gradazzjoni ta' strument. Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti għall-monitoraġġ tal-impatt tal-bidliet tal-kondizzjonijiet ta’ swieq makroekonomiċi u finanzjarji dwar il-gradazzjonijiet tal-kreditu.”

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 a – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-AETS tista’ teżamina kull differenza sinifikanti fil-gradazzjonijiet mogħtija mid-diversi aġenziji li jiggradaw il-kreditu għall-istess strument finanzjarju strutturat, u tista’ tivverifika jekk il-każ ikkonċernat jirrikjedix miżuri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dan it-tip ta’ differenzi huma perikolużi għall-investituri, u l-AETS għandha tinvestiga r-raġunijiet għall-eżistenza tagħhom u tieħu miżuri dwarhom.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 b – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) lista tal-istrumenti finanzjarji strutturati li għalihom tkun tinsab fil-proċess li tipprovdi klassifikazzjoni tal-kreditu, tidentifika t-tip ta’ strument finanzjarju strutturat, l-isem tal-emittent u d-data meta l-proċess ta’ klassifikazzjoni nbeda;

(a) lista tal-istrumenti finanzjarji strutturati li għalihom tkun tinsab fil-proċess li tipprovdi klassifikazzjoni tal-kreditu, tidentifika t-tip ta’ strument finanzjarju strutturat, l-isem tal-emittent u d-data meta l-proċess ta’ klassifikazzjoni nbeda, kif ukoll l-informazzjoni użata mill-aġenzija tal-gradazzjoni tal-kreditu kkonċernata biex tiddetermina u/jew timmoniterja l-gradazzjoni tal-kreditu maħruġa għal prodott finanzjarju strutturat;

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li jiġi żgurat li jkun hemm sopravivenza effikaċi f’kundizzjonijiet tal-ogħla trasparenza.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 b - paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Għandu jingħata l-istess aċċess taħt l-istess kundizzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ma tistax issir esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operattivi importanti b’tali mod li ssir ħsara materjali lill-kwalità tal-kontroll intern tal-aġenzija li tikklassifika l-kreditu u l-ħila tal-AETS li tissorvelja l-konformità tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mal-obbligi taħt dan ir-Regolament.

Ma tistax issir esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operattivi importanti b’tali mod li ssir ħsara materjali lill-kwalità tal-kontroll intern tal-aġenzija li tikklassifika l-kreditu u l-ħila tal-AETS li tissorvelja l-konformità tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mal-obbligi taħt dan ir-Regolament. L-esternalizzazzjoni għandha tkun żvelata.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 10 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 10(6) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"6. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex tuża l-isem tal-AETS jew kwalunkwe awtorità kompetenti b’tali mod li jkun indikat jew issuġġerit endorsjar jew approvazzjoni minn dik l-awtorità ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew kwalunkwe attività ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tal-aġenzija li tikklassifika l-kreditu.”

imħassar

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Artikolu 13 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

 

“Artikolu 13

Ħlasijiet għall-iżvelar pubbliku

 

Aġenzija li tiggrada l-kreditu m’għandhiex titlob ħlas għall-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 8, 9, 10, paragrafu 4, 11 u 12.”

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 13 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej:

 

"Artikolu 13a

Ħlasijiet għall-gradazzjoni

 

Qabel l-1 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jinkludi studju tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' armonizzazzjoni possibbli ta’ ħlasijiet tal-gradazzjoni jew kodifikazzjoni ta' sistema fissa tal-Unjoni għall-ħlasijiet għall-gradazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjoni pubblika fejn ikun xieraq. Fid-dawl ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva, jekk tikkunsidra li dan ikun xieraq.”

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a, regolament dwar l-imposti. Dak ir-regolament għandu jiddetermina b’mod partikolari t-tip ta' imposti u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti l-imposti, l-ammont tal-imposti u l-mod kif jitħallsu. L-ammont ta' imposti ċċarġjari lil aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkun proporzjonat mad-daqs u s-saħħa ekonomika tagħha.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont dan l-Artikolu li jikkonċernaw regolament dwar l-imposti. Dak ir-regolament għandu jiddetermina b’mod partikolari t-tip ta' imposti u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti l-imposti, l-ammont tal-imposti u l-mod kif jitħallsu. L-ammont ta' imposti ċċarġjari lil aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkun proporzjonat mad-daqs u s-saħħa ekonomika tagħha.

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Irtirar ta’ reġistrazzjoni

Tħassir, annullament jew irtirar ta’ reġistrazzjoni

1. L-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu:

(a) espressament tirrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma tipprovdi l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;

1. L-AETS għandha tikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu espressament tirrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma tipprovdi l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel.

(b) tkun kisbet ir-reġistrazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

L-AETS għandha tannulla r-reġistrazzjoni ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu meta l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun kisbet ir-reġistrazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor.

 

L-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu meta l-aġenzija li tiggrada l-kreditu:

(c) ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom kienet irreġistrata; jew

(i) ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom kienet irreġistrata; jew

(d) kisret b’mod serju jew ripetutament id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-operat tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

(ii) kisret b’mod serju jew ripetutament id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-operat tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih jintużaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata u li tikkunsidra li waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ġiet issodisfata, tista’ titlob lill-AETS biex teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni humiex issodisfati. Jekk l-AETS tiddeċiedi li ma tirtirax ir-reġistrazzjoni tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata, għandha tipprovdi r-raġunijiet sħaħ.

2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih jintużaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata u li tikkunsidra li waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ġiet issodisfata, tista’ titlob lill-AETS biex teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-kanċellazzjoni, annullament jew għall-irtirar tar-reġistrazzjoni humiex issodisfati. Jekk l-AETS tiddeċiedi li ma tikkanċellax, ma tannulax jew ma tirtirax ir-reġistrazzjoni tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet sħaħ.

3. Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-reġistrazzjoni għandha tidħol fis-seħħ minnufih fl-Unjoni kollha, soġġett għall-perjodu tranżitorju għall-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 24(2).

3. Id-deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni, l-annullament jew l-irtirar tar-reġistrazzjoni għandha tidħol fis-seħħ minnufih fl-Unjoni kollha, soġġett għall-perjodu tranżitorju għall-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 24(2).”

Emenda  20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 23 b – paragrafu 1 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-AETS tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa dwar persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa:

1. L-AETS tista’ twettaq l-investigazzjonijiet dwar persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1) li huma meħtieġa sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa:

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 23 b - paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fin-nuqqas ta’ regoli applikabbli għall-AETS, l-investigazzjoni għanda titwettaq b’konformità mar-regoli interni tat-territorju fejn titwettaq.

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 23 c – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 36b fil-każ li l-persuni konċernati ma jissottomettux rwieħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien adattat qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun sejra titwettaq l-ispezzjoni.

3. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, il-persuni maħtura biex iwettquha u l-kariga tagħhom fi ħdan l-awtorità, u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 36b fil-każ li l-persuni konċernati ma jissottomettux rwieħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien adattat qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun sejra titwettaq l-ispezzjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) tistabbilixxi multi u penali ta’ deterrent skont l-Artikoli 36a u 36b;

Emenda  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għaxart ijiem tax-xogħol jekk hemm klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-istess strument finanzjarju jew entità finanzjarja maħruġin minn aġenziji oħrajn ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament; jew

(a) għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fuq il-websajt tal-AETS skont il-paragrafu 4, jekk hemm klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-istess strument finanzjarju jew entità finanzjarja maħruġin minn aġenziji oħrajn ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament; jew

Emenda  25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tliet xhur jekk m’hemm l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istess strument finanzjarju jew entità finanzjarja maħruġa minn aġenziji oħra ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament.

(b) tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fuq il-websajt tal-AETS skont il-paragrafu 4, jekk m’hemm l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istess strument finanzjarju jew entità finanzjarja maħruġa minn aġenziji oħra ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament.

Emenda  26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 24 - paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Jekk ikun hemm appell kontra deċiżjoni ta’ penalità, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tiġi sospiża sakemm ma tittiħidx deċiżjoni dwar l-appell.

Emenda  27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36 a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta mitluba mill-AETS, il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multa fuq aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta, intenzjonalment jew b’negliġenza, l-aġenzija ta' klassifikazzjopni tal-kreditu tkun wettqet xi wieħed mill-ksur elenkati fl-Anness III.

1. L-AETS tista’ timponi multa fuq aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta, intenzjonalment jew b’negliġenza, l-aġenzija ta' klassifikazzjopni tal-kreditu tkun wettqet xi wieħed mill-ksur elenkati fl-Anness III.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 4.

Emenda  28

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36 a – paragrafu 4 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 38a regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn tispeċifika b'mod partikolari:

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn tispeċifika b'mod partikolari:

Emenda  29

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36 b – paragrafu 1 – frażi introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta mitluba mill-AETS, il-Kummissjoni tista’, b’deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1) ħlasijiet perjodiċi ta’ penali biex iġġegħilhom:

1. L-AETS tista’, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1) ħlasijiet perjodiċi ta’ penali biex iġġegħilhom:

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 4.

Emenda  30

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36 c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel tieħu deċiżjoni dwar multa jew ħlas perjodiku ta’ penali kif provdut fl-Artikoli 36a u 36b, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għal proċedimenti, l-opportunità li jinstemgħu fuq il-kwistjonijiet li dwarhom il-Kummissjoni tkun għamlet oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet konċernati setgħu jikkummentaw.

1. Qabel tieħu deċiżjoni dwar multa jew ħlas perjodiku ta’ penali kif provdut fl-Artikoli 36a u 36b, l-AETS għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għal proċedimenti, l-opportunità li jinstemgħu fuq il-kwistjonijiet li dwarhom l-AETS tkun għamlet oġġezzjoni. Hija għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet konċernati setgħu jikkummentaw.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 4.

Emenda  31

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36 c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dritt ta' difiża tal-persuni konċernati għandu jiġi rispettat b’mod sħiħ fil-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt għal aċċess għall-fajl ma għandux ikun estiż għal informazzjoni kunfidenzjali u d-dokumenti interni tal-Kummissjoni.

2. Id-dritt ta' difiża tal-persuni konċernati għandu jiġi rispettat b’mod sħiħ fil-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-AETS, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

 

Emenda  32

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36 d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta’ penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 36a u 36b.

1. L-AETS għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta’ penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 36a u 36b.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 4.

Emenda  33

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36 d a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 36da

 

Proċedura ta' konsultazzjoni

 

Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2011, tippubblika deċiżjoni li tistabbilixxi u tiddefinixxi t-termini li jirrigwardaw:

a) il-kumitat konsultattiv indipendenti li jrid jiġi kkonsultat qabel ma l-AETS tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 24 u qabel ma l-Kummissjoni tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikoli 36a u 36b;

b) l-uffiċjal li jmexxi s-seduta ta’ smigħ u li effettivament jiżgura r-rispett għad-dritt tas-smigħ fil-proċedimenti li jinvolvu lill-AETS u/jew lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

Emenda  34

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36 e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limitu biex tirrevedi d-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun stabbiliet multa jew imponiet ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti.”

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limitu biex tirrevedi d-deċiżjonijiet li bihom l-AETS tkun stabbiliet multa jew imponiet ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti.”

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 4.

Emenda  35

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 25

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a u soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c biex tqis l-iżviluppi, inklużi l-iżviluppi internazzjonali, fis-swieq finanzjarji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji ġodda.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont dan l-Artikolu rigward emendi għall-Annessi biex tqis l-iżviluppi, inklużi l-iżviluppi internazzjonali, fis-swieq finanzjarji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji ġodda.

Emenda  36

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 26

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 38 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

26. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 38a, 38b u 38c li ġejjin:

“Delegazzjoni tas-setgħat

26. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 38a li ġej:

Artikolu 38a

“Artikolu 38a

Eżerċitar tad-delegazzjoni

Eżerċitar tad-delega

1. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 36a(4) u l-Artikolu 37 għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

1. Is-setgħat biex tadotta atti ddelegati huma konferiti lill-Kummissjoni suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha simultanjament tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

2. Id-delega għandha ddum għal perjodu indeterminat ta’ żmien.

3. Is-setgħat biex tadotta atti ddelegati jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 38b u 38c.

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 36a(4) u l-Artikolu 37 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tibda tgħodd l-għada tal-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

 

4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha simultanjament tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

 

5. Att iddelegat adottat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 36a(4) u l-Artikolu 37 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn jew jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li ma kinux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  37

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 26

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 38 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38b

Revoka tad-delegazzjoni

1. Id-delegazzjoni ta’ setgħa msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 36a(4) u l-Artikolu 37 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

imħassar

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni ta’ setgħa għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar qabel tittieħed l-aħħar deċiżjoni, tiddikjara s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet għar-revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  38

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 26

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 38 c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38c

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jkun estiż b’xahar.

imħassar

2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, l-att iddelegat għandu jidħol fis-seħħ fid-data indikata fih.

L-att iddelegat jista’ jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.”

 

Emenda  39

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Anness VI – parti 3 – punt 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

Emendi għad-Direttiva 2006/48/KE

 

L-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE hu emendat kif ġej:

 

1. Fil-Parti 3, il-paragrafu 2 tal-punt 1 huwa sostitwit b’li ġej:

 

2. Istituzzjoni ta’ kreditu li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet ta' kreditu prodotti minn ECAI eliġibbli għal ċerta klassi ta’ oġġetti għandha tuża dawk il-valutazzjonijiet ta' kreditu b'mod konsistenti għall-iskoperturi kollha li jappartjenu għal dik il-klassi. Barra minn hekk, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża tal-inqas valutazzjoni tal-kreditu waħda mhux mitluba.

Emenda  40

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness 1 – punt 1 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I – Taqsima B – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F’Taqsima B, għandu jitħassar il-paragrafu 2

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

Referenzi

COM(2010)0289 – C7-0143/2010 – 2010/0160(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

23.6.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Klaus-Heiner Lehne

23.6.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

20.9.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Marielle Gallo, Daniel Hannan, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Kurt Lechner, Angelika Niebler

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

Referenzi

COM(2010)0289 – C7-0143/2010 – 2010/0160(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.6.2010

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

23.6.2010

Kumitat mitlub jagħti opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

23.6.2010

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Jean-Paul Gauzès

15.6.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

8.7.2010

5.10.2010

26.10.2010

9.11.2010

Data tal-adozzjoni

22.11.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

4

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Olle Schmidt, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Ashley Fox, Robert Goebbels, Enrique Guerrero Salom, Sophia in ‘t Veld, Gay Mitchell, Gianni Pittella

Data tat-tressiq

25.11.2010