RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

25.11.2010 - (0000/2010 – C7‑0000/2010 – 2010/2238(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: László Surján

Proċedura : 2010/2238(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0341/2010
Testi mressqa :
A7-0341/2010
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RI¯OLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(0000/2010 – C7‑0000/2010 – 2010/2238(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b'mod definittiv fis-17 ta’ Diċembru 2009[2],

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[3],

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 9/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Ottubru 2010 (COM(2010)0577),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2010, stabbilit mill-Kunsill fi ... 2010 (0000/2010 – C7-0000/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0341/2010),

A. billi l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2010 għall-baġit ġenerali 2010 jkopri l-punti li ġejjin:

–   il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta’ EUR 66.9 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet li jikkonċernaw l-effetti taż-żerżiq tal-art u tal-għargħar serju fil-gżira ta’ Madejra, fil-Portugall, u l-effetti tal-maltempata Xynthia fi Franza,

–   tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta’ EUR 66.9 miljun mil-linja 06 04 14 03 – Proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru ekonomiku – Is-sistema Ewropea taż-żona tar-riħ lil hinn mill-kosta,

B.  billi l-għan tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2010 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2010,

1.  Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2010;

2.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2010 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru x/2010 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [2]  ĠU L 64, 12.3.2010.
  • [3]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' tressaq abbozzi ta' baġits emendatorji jekk ikun hemm "ċirkustanzi li ma jistgħux jiġu evitati, li jkunu eċċezzjonali jew li ma jkunux prevedibbli".

Dwar il-punti differenti tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2010, ir-rapporteur għandu dawn il-kummenti li ġejjin:

1. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur il-Portugall u Franza fuq il-bażi tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba. Il-Ftehim Interistituzzjonali jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

Il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità għall-Fond huma mogħtija fid-dettall hawnhekk kif ukoll fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2012/2002[1] li jistabbilixxi l-FSUE. Huwa importanti li jiġi nnotat li l-objettiv tal-Fond mhuwiex il-kumpens għal ħsara privata imma li tissewwa l-infrastruttura billi huwa għodda ta’ rifinanzjament.

S’issa fl-2010 proposta waħda biss tressqet mill-Kummissjoni biex timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà, il-proposta tal-24 ta' Settembru 2010 biex jiġu mmobilizzati EUR 13.02 miljun wara għargħar kbir fl-Irlanda f'Novembru 2009 (COM(2010)0534).

L-awtoritajiet Portugiżi stmaw li l-ħsara diretta totali hija ta’ EUR 1.08 biljun. Dan l-ammont huwa 0.68% tad-dħul gross nazzjonali (DGN) tal-Portugall. Peress li l-ħsara diretta totali stmata taqbeż il-limitu ta' 0.6% tad-DGN applikabbli għall-Portugall biex ikun mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru naturali kbir" skont ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 li jistipula l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà u għaldaqstant jaqa' fil-qasam prinċipali ta' applikazzjoni tar-regolament.

L-awtoritajiet Franċiżi jistmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hija ta’ EUR 1 425.43 miljun. Dan l-ammont huwa 41.12% tal-livell minimu normali applikabbli għal Franza biex jiġi mmobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà, li fl-2010 huwa ta’ EUR 3 466.57 miljun (jiġifieri, EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2002). Peress li f'dan il-każ il-ħsara totali tibqa’ taħt il-limitu normali, l-applikazzjoni ġiet eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' dak magħruf bħala l-kriterju tad-"diżastru reġjonali straordinarju" stabbilit fl-Artikolu 2(2), subparagrafu finali, tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. Skont dan il-kriterju, reġjun jista’ eċċezzjonalment jibbenefika wkoll minn għajnuna mill-Fond fejn dan jintlaqat minn diżastru straordinarju, prinċipalment wieħed naturali, li jaffettwa l-parti l-kbira tal-popolazzjoni tiegħu, u li jħalli riperkussjonijiet serji u li jdumu fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u fuq l-istabbiltà ekonomika tar-reġjun.

Id-deċiżjoni tal-mobilizzazzjoni hija s-suġġett ta' abbozz ta' rapport parallel li jirrakkomanda li d-deċiżjoni tiġi approvata. Dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju jsegwi d-deċiżjoni bażika skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.

2. Finanzjament

Wara li vverifikat li ż-żewġ applikazzjonijiet jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibilità tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 il-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Fond ta’ Solidarjetà għall-ammont ta’ EUR 31 255 790 għall-Portugall (għargħar f’Madejra) u EUR 35 635 750 għal Franza (maltempata Xynthia) li jammontaw għal total ta’ EUR 66 891 540 mil-livell massimu ta’ EUR 1 000 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. Qiegħed jiġi propost li l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet korrispondenti jiġu riallokati mil-linja baġitarja 06 04 14 03: Proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru ekonomiku – Is-sistema Ewropea taż-żona tar-riħ lil hinn mill-kosta.

Dan l-ammont ta’ kumpens se jħalli tal-anqas 92% tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea disponibbli biex jiġi allokat matul il-bqija tas-sena.

Għaldaqstant, fl-ABE Nru 9/2010, il-Kummissjoni għamlet il-proposta li ġejja:

Ċifri – Fond ta' Solidarjetà

Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2010

Baġit emendatorju Nru 9

Ammont ġdid

CA

PA

CA

PA

CA

PA

13 06

Fond ta’ Solidarjetà

 

 

 

 

 

 

 

13 06 01

Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Stati Membri

3.2

13 022 500

13 022 500

66 891 540

66 891 540

79 914 040

79 914 040

 

Artikolu 13 06 01

 

13 022 500

13 022 500

66 891 540

66 891 540

79 914 040

79 914 040

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

FF

Baġit 2010http://www.faz.net/s/Rub6F18BAF415B6420887CBEE496F217FEA/Doc~E3197FD1D61134AFB803177738920E9B1~ATpl~Ecommon~Scontent.html

Baġit emendatorju Nru 9/2010

Ammont ġdid

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

06 04

Enerġija konvenzjonali u rinnovabbli

 

 

 

 

 

 

 

06 04 14 03

Proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru ekonomiku – Is-sistema Ewropea taż-żona tar-riħ lil hinn mill-kosta

1.1

280 900 000

253 583 000

 

-66 891 540

280 900 000

186 691 460

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mil-linja baġitarja 06 04 14 03: Proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru ekonomiku – Sistema Ewropea taż-żona tar-riħ lil hinn mill-kosta.

Ir-Rapporteur jipproponi għalhekk li l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 9/2010 propost jiġi aċċettat.

  • [1]  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3-8.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

18.11.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Giovanni Collino, Jean-Luc Dehaene, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Ingeborg Gräßle, Carl Haglund, Lucas Hartong, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, László Surján, Derek Vaughan, Jacek Włosowicz