RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

29.11.2010 - (10753/3/2010 – C7‑0267/2010 – 2008/0098(COD)) - ***II

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Catherine Stihler


Proċedura : 2008/0098(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0343/2010
Testi mressqa :
A7-0343/2010
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

(10753/3/2010 – C7‑0267/2010 – 2008/0098(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10753/3/2010 – C7-0267/2010),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0311),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2009)0579),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0343/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(1) Ir-regoli tal-Istati Membri jeħtieġu li x-xogħlijiet ta' bini jitfasslu u jiġu eżegwiti sabiex ma jkunx hemm periklu għas-sikurezza ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà.

(1) Ir-regoli tal-Istati Membri jeħtieġu li x-xogħlijiet ta' bini jitfasslu u jiġu eżegwiti sabiex ma jkunx hemm periklu għas-sikurezza ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà u lanqas ma ssir ħsara lill-ambjent.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 1, adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(5) Meta applikabbli, dispożizzjonijiet għall-użu intiż ta' prodott għall-bini fi Stat Membru, bil-għan li jiġu rispettati r-rekwiżiti bażiċi għall-prodotti għall-bini, jiddeterminaw il-karatterstiċi essenzjali il-prestazzjoni ta’ liema għandha tiġi dikjarata.

(5) Meta applikabbli, dispożizzjonijiet għall-użu jew għall-użijiet intiżi ta' prodott għall-bini fi Stat Membru, bil-għan li jiġu rispettati r-rekwiżiti bażiċi għall-prodotti għall-bini, jiddeterminaw il-karatterstiki essenzjali li l-prestazzjoni tagħhom għandha tiġi dikjarata. Sabiex tiġi evitata dikjarazzjoni vojta ta' prestazzjoni, għandhom jiġu dikjarati dawk il-karatteristiki ewlenin ta' prodott għall-bini li huma rilevanti għall-użu jew għall-użijiet iddikjarati.

Emenda 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 8 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(8a) L-attivitajiet tal-kuntratturi ma għandhomx jidħlu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Il-kostruzzjoni ta' xogħlijiet ta' bini hija servizz, u mhux it-tqegħid ta’ prodott fis-suq mill-manifattur. L-attivitajiet tal-bini f’każijiet speċifiċi jistgħu jinkludu l-fabbrikazzjoni separata jew skont l-ordni ta’ partijiet individwali tal-bini, li mbagħad jiġu inkorporati fix-xogħol tal-bini mill-kuntrattur.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament il-ġdid finalment għandu jirnexxilu jagħmilha ċara li l-kuntratturi li jipprefabbrikaw il-komponenti individwali fis-sit jew mhux fis-sit mhumiex inklużi fl-ambitu tar-regolament. Dan ir-regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex il-prodotti għall-bini jitqiegħdu jew isiru disponibbli fis-suq. Ma jindirizzax l-inkorporazzjoni tal-prodotti għall-bini fil-proġetti tal-bini.

Emenda  4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 14 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(14a) Meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni ta' prodott għall-bini, għandhom jitqiesu wkoll l-aspetti tas-saħħa u s-sikurezza marbuta mal-użu tiegħu fiċ-ċiklu kollu ta' ħajja tiegħu.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 2, adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(15) Livelli ta’ limitu determinati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandhom ġeneralment ikunu valuri rikonoxxuti għall-prodotti għall-bini fir-rigward tad-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri.

(15) Livelli ta’ limitu determinati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-prodotti għall-bini għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Ġustifikazzjoni

Il-valuri ta’ limitu jistgħu jiġu determinati għal raġunijiet tekniċi jew regolatorji (ara premessa 16). Meta l-valuri ta’ limitu jiġu determinati għal raġunijiet regolatorji, dawn ikunu intiżi għall-protezzjoni ta' dak li jirrigwarda l-benesseri pubbliku, imsemmi fl-Artikolu 14 TFUE: is-saħħa, is-sigurtà, il-protezzjoni ambjentali u l-ħarsien tal-konsumatur. Għaldaqstant, il-bażi tagħhom m’għandhiex tkun “ir-rikonoxximent ġenerali” iżda l-eżerċitar ta’ “livell għoli ta’ protezzjoni” msemmi fl-Artikolu 14.

Emenda  6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(17) Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) huma rikonoxxuti bħala l-organizzazzjonijiet kompetenti għall-adozzjoni ta' standards armonizzati f'konformità mal-linji gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ organizzazzjonijiet iffirmati fit-28 ta' Marzu 2003. Il-manifatturi għandhom jużaw dawk l-istandards armonizzati meta referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u skont il-kriterji stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informatika1.

 

(17) Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) huma rikonoxxuti bħala l-organizzazzjonijiet kompetenti għall-adozzjoni ta' standards armonizzati f'konformità mal-linji gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ organizzazzjonijiet iffirmati fit-28 ta' Marzu 2003. Il-manifatturi għandhom jużaw dawk l-istandards armonizzati meta referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u skont il-kriterji stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika1. Meta jintlaħaq livell suffiċjenti ta' kompetenza teknika u xjentifika dwar l-aspetti rilevanti kollha, ir-rikors għal standards armonizzati fir-rigward ta' prodotti għall-bini għandu jiżdied, anke, fejn jixraq, billi dawk l-istandards ikunu obbligati li jiġu żviluppati fuq il-bażi ta' Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni eżistenti.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emendi 5 u 120, adottati fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 21

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(21) L-istabbiliment ta’ abbozz ta' Dokumenti Ewropej tal-Valutazzjoni u l-ħruġ ta' Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej għandhom ikunu fdati lill-Korpi għal Valutazzjoni Teknika (minn hawn ‘il quddiem “korpi VT”) maħturin mill-Istati Membri. Sabiex ikun żgurat li l-korpi VT ikollhom il-kompetenza meħtieġa biex iwettqu dawk il-kompiti, ir-rekwiżiti għall-ħatra tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni..

(21) L-istabbiliment ta’ abbozz ta' Dokumenti Ewropej tal-Valutazzjoni u l-ħruġ ta' Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej għandhom ikunu fdati lill-Korpi għal Valutazzjoni Teknika (minn hawn ‘il quddiem “korpi VT”) maħturin mill-Istati Membri. Sabiex ikun żgurat li l-korpi VT ikollhom il-kompetenza meħtieġa biex iwettqu dawk il-kompiti, ir-rekwiżiti għall-ħatra tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Il-korpi VT maħtura għandhom jiffinanzjaw lilhom infushom, safejn dan ikun possibbli.

Emenda  8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 22

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(22) Il-korpi VT għandhom jistabbilixxu organizzazzjoni (minn hawn ‘il quddiem “organizzazzjoni ta’ korpi VT”), sostnuta, fejn applikabbli, mill-finanzjament tal-Unjoni, sabiex tikkoordina l-proċeduri għall-istabbiliment tal-abbozz ta' Dokumenti Ewropej tal-Valutazzjoni u sabiex toħroġ il-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej.

(22) Il-korpi VT għandhom jistabbilixxu organizzazzjoni (minn hawn ‘il quddiem “organizzazzjoni ta’ korpi VT”), sostnuta, fejn applikabbli, mill-finanzjament tal-Unjoni, sabiex tikkoordina l-proċeduri għall-istabbiliment tal-abbozz ta' Dokumenti Ewropej tal-Valutazzjoni u sabiex toħroġ il-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, filwaqt li tiżgura t-trasparenza u l-kunfidenzjalità meħtieġa ta' dawk il-proċeduri.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 11, adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 24

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(24) Id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tista’ tinkludi b'mod utli anke informazzjoni dwar il-kontenut ta' sustanzi perikolużi sabiex jitjiebu l-possibiltajiet għal bini sostenibbli u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' prodotti ekoloġiċi. Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri skont strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni li jistgħu japplikaw għal sustanzi perikolużi, b'mod partikolari d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali1, id-Direttiva 2000/60 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma2, ir-Regolament 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li tistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi3, id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru dwar l-iskart4 u r-Regolament (KE) 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet5.

(24) Fejn ikun applikabbli, id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni dwar il-kontenut ta' sustanzi perikolużi fil-prodott għall-bini sabiex jitjiebu l-possibiltajiet għal bini sostenibbli u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' prodotti ekoloġiċi. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mingħajr preġudizzju għall-obbligi, partikolarment fir-rigward tal-ittikkettar, stabbiliti fi strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għal sustanzi perikolużi, u għandha tkun disponibbli fl-istess żmien u fl-istess forma bħad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni biex tilħaq lill-utenti kollha potenzjali tal-prodotti għall-bini. L-informazzjoni dwar il-kontenut ta' sustanzi perikolużi għall-ewwel għandha tkun limitata għal sustanzi msemmija fl-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 rigward ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiki (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi. Madankollu, il-ħtiġijiet speċifiċi għal informazzjoni dwar il-kontenut ta' sustanzi perikolużi fil-prodotti ta' kostruzzjoni għandhom ikomplu jiġu investigati bil-ħsieb li l-firxa ta' sustanzi koperti tiġi kkompletata, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema li jużaw prodotti għall-bini u tal-utenti ta' xogħlijiet ta' bini, inkluż fir-rigward tar-rekwiżiti ta' riċiklaġġ u/jew tal-użu mill-ġdid ta' partijiet jew materjali. Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri skont strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni li jistgħu japplikaw għal sustanzi perikolużi, b'mod partikolari d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali1, id-Direttiva 2000/60 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma2, ir-Regolament 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi3, id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru dwar l-iskart4 u r-Regolament (KE) 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet5.

Emenda  10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 24 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(24a) Id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni tista’ tiġi numerata f’konformità man-numru ta’ referenza tat-tip ta’ prodott.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emendi 49 u 101, adottati fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda 11

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 34

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(34) Jistgħu jintużaw mill-manifatturi proċeduri simplifikati permezz ta’ dokumentazzjoni f'format fid-diskrezzjoni tagħhom u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti tal-istandard armonizzat rilevanti.

(34) Għandhom ikunu definiti kundizzjonijiet għall-użu ta' proċeduri simplifikati għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini, biex titnaqqas kemm jista' jkun l-ispiża tat-tqegħid tagħhom fis-suq, mingħajr ma jonqos il-livell ta' sikurezza. Il-manifatturi li jużaw dan it-tip ta' proċeduri simplifikati għandhom juru kif jixraq li dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.

(Emenda ġdida mill-PE skont l-Artikolu 66(2)(b) u l-Artikolu 66(3))

Emenda  12

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 34 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(34a) Sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-miżuri għas-sorveljanza tas-suq, il-proċeduri simplifikati kollha stipulati f'dan ir-Regolament għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini għandhom japplikaw biss għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jimmanifatturaw il-prodotti li jqiegħdu fis-suq.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 18, adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 36 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(36a) Id-definizzjoni interpretattiva ta' “proċess li mhuwiex parti minn serje” għad-diversi prodotti għall-bini koperti minn dan ir-Regolament għandha tiġi definita mill-kumitati tekniċi rilevanti tas-CEN.

Emenda  14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 37

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(37) L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina ta' forniment u distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jiżguraw li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq prodotti għall-bini biss li huma f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jimmiraw li jiżguraw il-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini u jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet. B'mod partikolari, importaturi u distributuri ta' prodotti għall-bini għandhom ikunu konxji tal-karatteristiċi essenzjali li għalihom hemm dispożizzjonijiet fis-suq Komunitarju, u tar-rekwiżiti speċifiċi fl-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet, u jużaw dan l-għarfien fit-transazzjonijiet kummerċjali tagħhom.

(37) L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina ta' forniment u distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jiżguraw li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq prodotti għall-bini biss li huma f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jimmiraw li jiżguraw il-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini u jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet. B’mod partikolari, importaturi u distributuri ta’ prodotti għall-bini għandhom ikunu konxji tal-karatteristiki essenzjali li għalihom hemm dispożizzjonijiet fis-suq Komunitarju, u tar-rekwiżiti speċifiċi fl-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet, u jużaw dan l-għarfien fit-tranżazzjonijiet kummerċjali tagħhom, sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta’ nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonata ta’ prodotti għall-bini mad-dikjarazzjoni tagħhom ta’ prestazzjoni u jitnaqqas it-telf materjali.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni twassal għal miżuri preventivi fil-livell tal-operaturi ekonomiċi, sabiex jevitaw kemm jista’ jkun l-okkorrenza ta’ nuqqas ta’ konformità u l-miżuri fil-livell tas-sorveljanza tas-suq. Bħala persuni ġuridiċi responsabbli, l-operaturi ekonomiċi jevitaw telf ta’ kwalunkwe tip fit-tranżazzjonijiet kummerċjali tagħhom, u b’hekk jgħinu b’mod partikolari lill-SMEs biex jikkonformaw mar-rekwiżiti u jiksbu valur għal flushom.

Emenda  15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 39

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(39) Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-merkanzija, Punti tal-Kuntatt għall-Prodotti għandhom jipprovdu, mingħajr ħlas, informazzjoni dwar dispożizzjonijiet li jimmiraw li jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet applikabbli għall-użu intiż ta' kull prodott għall-bini fit-territorju ta' kull Stat Membru. Il-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti jistgħu jipprovdu wkoll lill-operaturi ekonomiċi informazzjoni addizzjonali jew osservazzjonijiet. Għal aktar informazzjoni, il-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti jistgħu jistabbilixxu miżati li jkunu proporzjonati mal-ispejjeż ta' tali informazzjoni.

(39) Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-merkanzija, Punti tal-Kuntatt għall-Prodotti għandhom jipprovdu, mingħajr ħlas, informazzjoni dwar dispożizzjonijiet li jimmiraw li jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet applikabbli għall-użu intiż ta' kull prodott għall-bini fit-territorju ta' kull Stat Membru. Il-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti jistgħu jipprovdu wkoll lill-operaturi ekonomiċi informazzjoni addizzjonali jew osservazzjonijiet. Għal aktar informazzjoni, il-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti jistgħu jistabbilixxu miżati li jkunu proporzjonati mal-ispejjeż ta' tali informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jiġu allokati riżorsi suffiċjenti għall-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti.

Emenda  16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 40 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(40a) Il-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti għall-Bini għandhom ikunu kapaċi jaqdu l-funzjonijiet tagħhom b'mod li ma jkunx hemm kunflitt ta' interess, b'mod partikolari rigward il-proċeduri ta' aċċess għall-marka CE.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 58, adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 46 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(46a) F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati li jiddeskrivu l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ siti elettroniċi biex id- dikjarazzjoni tal-prestazzjoni tkun disponibbli. Sakemm jiġu adottati atti delegati bħal dawn, l-użu tas-siti elettroniċi għandu jkompli jiġi permess skont il-prattika attwali.

Emenda  18

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 49 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(49a) Il-konservazzjoni tal-materjali wara t-twaqqigħ fiċ-ċiklu tal-materjali permezz tal-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ hija essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima u kull Stat Membru għandu jipproduċi pjan ta’ azzjoni bid-dettalji dwar kif dan għandu jgħin fil-promozzjoni tal-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ fl-industrija tal-bini.

Emenda  19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 50 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(50a) Fejn ikun possibbli, għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet Ewropej uniformi biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti bażiċi stipulati fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv ġenerali tar-regolament propost, jiġifieri l-armonizzazzjoni, jagħmel din iż-żieda mar-regoli neċessarja sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ nuqqas ta’ armonizzazzjoni.

Emenda  20

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 51 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(51a) Għandhom jittieħdu miżuri biex titħaffef l-adozzjoni ta' standards Ewropej, kif ukoll biex dawn jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Għandha tiġi żgurata l-parteċipazzjoni bbilanċjata tal-partijiet interessati fil-kumitati tekniċi jew fil-gruppi ta' ħidma ta' korpi Ewropej għall-Istandardizzazzjoni sabiex l-ebda kategorija ta' partijiet interessati ma tkun irrappreżentata b'mod sproporzjonat. Għandhom jiġu evitati l-kunflitti ta' interess fost dawn il-partijiet interessati.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emendi 22 u 118, adottati fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  21

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. “prodott għall-bini” tfisser kwalunkwe prodott jew kitt li jiġi prodott u mqiegħed fuq is-suq għall-inkorporazzjoni b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ bini jew partijiet minnhom b’mod li ż-żarmar tal-prodott ibiddel il-prestazzjoni tax-xogħlijiet ta’ bini fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħol tal-bini;

1. “prodott għall-bini” tfisser kwalunkwe prodott jew kitt li jiġi prodott u mqiegħed fis-suq għall-inkorporazzjoni b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ bini jew partijiet minnhom u li bih il-prestazzjoni tal-prodott tbiddel il-prestazzjoni tax-xogħlijiet ta’ bini fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħol tal-bini;

Ġustifikazzjoni

Bidla lingwistika.

Emenda  22

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Meta prodott għall-bini ikun kopert minn standard armonizzat jew li għalih tkun inħarġet Valutazzjoni Teknika Ewropea, il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għalih meta jitqiegħed fuq is-suq.

1. Meta prodott għall-bini jkun kopert minn, jew ikun jikkonforma ma', standard armonizzat jew li għalih tkun inħarġet Valutazzjoni Teknika Ewropea, jew Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni għalih meta jitqiegħed fis-suq.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tfittex li tikseb trasparenza akbar fir-regoli tekniċi u titjib fil-fattibilità teknika tagħhom.

Emenda  23

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Meta prodott għall-bini jkun kopert minn standard armonizzat jew tkun inħarġet Valutazzjoni Teknika Ewropea għalih, informazzjoni fi kwalunkwe għamla dwar il-prestazzjoni tiegħu fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali, kif definit fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzat li tapplika, għandha tiġi pprovduta biss jekk tkun inkluża u speċifikata fid-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni.

2. Meta prodott għall-bini jkun kopert minn, jew ikun jikkonforma ma', standard armonizzat jew tkun inħarġet Valutazzjoni Teknika Ewropea, jew Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni, għalih, informazzjoni fi kwalunkwe għamla dwar il-prestazzjoni tiegħu fir-rigward tal-karatteristiki essenzjali, kif definit fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata li tapplika, tista' tiġi pprovduta biss jekk tkun inkluża u speċifikata fid-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni.

Emenda  24

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

B’deroga mill-Artikolu 4 (1) u fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew nazzjonali li jirrikjedu d-dikjarazzjoni ta’ karatteristiċi essenzjali meta manifattur ikun biħsiebu jqiegħed prodott fuq is-suq, il-manifatturi jistgħu ma jfasslux dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni meta jqiegħdu fuq is-suq prodott għall-bini kopert minn standard armonizzat, meta:

B’deroga mill-Artikolu 4(1) u fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew nazzjonali li jirrikjedu d-dikjarazzjoni ta’ karatteristiki essenzjali meta jintużaw il-prodotti, il-manifatturi jistgħu ma jfasslux dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni meta jqiegħdu fis-suq prodott għall-bini kopert minn standard armonizzat, meta:

Emenda  25

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

a) il-prodott għall-bini ikun manifatturat individwalment jew magħmul skont l-ordni fi proċess li mhuwiex parti minn serje, u inkorporat f’xogħol wieħed identifikat, minn manifattur li huwa responsabbli għall-inkorporazzjoni sikura tal-prodott fix-xogħlijiet ta’ bini, f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli u taħt ir-responsabbiltà ta’ dawk responsabbli għall-eżekuzzjoni sikura tax-xogħlijiet innomimati taħt ir-regoli nazzjonali applikabbli;

a) il-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija stabbilita fuq il-bażi tas-sistema 3 jew 4 u l-prodott għall-bini jkun manifatturat individwalment jew magħmul skont l-ordni fi proċess li mhuwiex parti minn serje bi tweġiba għal ordni speċifika għal xogħol ta' bini wieħed identifikat;

Ġustifikazzjoni

Hawnhek hawn żball ta’ abbozzar. Ditti li jinkorporaw il-prodotti f’xogħlijiet tal-bini mhuma qatt manifatturi iżda dejjem kuntratturi tal-bini. Il-kuntratturi tal-bini mhumiex inklużi fl-ambitu tar-regolament u għalhekk għandhom jiġu esklużi mill-Artikolu 5. Dan ir-regolament huwa maħsub li jkopri l-manifatturi u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet biex il-prodotti għall-bini jitqiegħdu jew isiru disponibbli fis-suq. Il-formulazzjoni tal-Kunsill se twassal għal interpretazzjonijiet żbaljati fir-rigward tal-ambitu tar-regolament.

Emenda  26

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(c) il-prodott għall-bini huwa manifatturat b'mod tradizzjonali u fi proċess li mhuwiex industrijali biex jirrinova adegwatament xogħlijiet ta’ bini li huwa uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent ikklassifikat jew minħabba l-mertu speċjali tiegħu arkitettoniku jew storiku, f'konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli.

(c) il-prodott għall-bini huwa manifatturat b’mod tradizzjonali jew b'mod xieraq għall-konservazzjoni tal-patrimonju u fi proċess li mhuwiex industrijali, b'mod partikolari biex jirrinova adegwatament xogħlijiet ta’ bini li huwa uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent ikklassifikat jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Il-fattur deċiżiv huwa l-proċedura xierqa mill-perspettiva tal-konservazzjoni tal-patrimonju. B’mod partikolari fil-każ ta’ bini modern elenkat, ir-restrizzjoni tad-deroga inkwistjoni għal proċessi “tradizzjonali” hija qarrieqa u falza.

Emenda  27

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(c) in-numru ta' referenza u d-data tal-ħruġ tal-istandard armonizzat jew il-Valutazzjoni Teknika Ewropea, li jkunu intużaw għall-valutazzjoni ta' kull karatteristika essenzjali;

(c) in-numru ta' referenza, it-titlu u d-data tal-ħruġ tal-istandard armonizzat jew il-Valutazzjoni Teknika Ewropea, li jkunu intużaw għall-valutazzjoni ta' kull karatteristika essenzjali;

Emenda  28

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt c

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(c) il-prestazzjoni ta' mill-inqas waħda mill-karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-bini, rilevanti għall-użu jew l-użi intiżi ddikjarati;

(c) il-prestazzjoni ta' dawk il-karatteristiki essenzjali tal-prodott għall-bini li huma rilevanti għall-użu jew għall-użijiet intiżi ddikjarati;

Emenda  29

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt d

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(d) fejn applikabbli, il-prestazzjoni ta’ prodott għall-bini, b'livelli jew klassijiet, jew f’deskrizzjoni, fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu determinati f'konformità mal-Artikolu 3 (3);

(d) fejn applikabbli, il-prestazzjoni ta’ prodott għall-bini, b’livelli jew klassijiet, f’deskrizzjoni jew abbażi ta’ kalkolu, fir-rigward tal-karatteristiki essenzjali tiegħu determinati f’konformità mal-Artikolu 3(3);

Ġustifikazzjoni

Il-prestazzjoni tal-prodotti f’ċerti każijiet tista’ tkun determinata wkoll fuq il-bażi ta’ kalkolu.

Emenda  30

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 3 - punt e

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(e) fejn applikabbli, il-prestazzjoni tal-prodott għall-bini, b’livelli jew klassijiet, jew f’deskrizzjoni, fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali kollha li għalihom hemm dispożizzjonijiet relatati mal-użu jew l-użi intiżi fejn il-manifattur biħsiebu jqiegħed il-prodott għall-bini fuq is-suq;

(e) fejn applikabbli, il-prestazzjoni tal-prodott għall-bini, b’livelli jew klassijiet, jew f’deskrizzjoni, jew abbażi ta’ kalkolu, fir-rigward tal-karatteristiki essenzjali relatati mal-użu jew mal-użijiet intiżi;

Emenda  31

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 4 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

4a. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31 jew, skont il-każ, fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni.

Emenda  32

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Ma’ kull prodott li jkun sar disponibbli fis-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni.

1. Għal kull prodott li jkun sar disponibbli fis-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni f'forma elettronika.

 

Il-manifattur għandu jipprovdi kopja stampata tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni biss jekk jitlobha r-riċevitur.

Madankollu, meta lott tal-istess prodott ikun pprovdut lil utent uniku, huwa jista' jkun akkumpanjat minn kopja unika tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni.

 

Emenda  33

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-kopja tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tista' tkun ipprovduta b'mezzi elettroniċi biss bil-ftehim espress tar-riċevitur.

imħassar

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 51, adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  34

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni jista’ jsir disponibbli fuq sit tal-internet f’konformità mal-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ delega skont l-Artikolu 60.

3. B'deroga mill-paragrafu 1, il-kopja tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tista' ssir disponibbli fuq sit tal-internet f'konformità mal-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta’ delega skont l-Artikolu 60. Dawn il-kundizzjonijiet inter alia għandhom jiggarantixxu li d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tibqa' dejjem disponibbli.

Emenda   35

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafi 1 u 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-marka CE għandha titwaħħal biss mal-prodotti għall-kostruzzjoni, li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni skont l-Artikoli 4, 6 u 7.

Il-marka CE għandha titwaħħal biss mal-prodotti għall-bini, li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni skont l-Artikoli 4 u 6.

Jekk il-manifattur ma jfassalx dikjarazzjoni ta' prestazzjoni f'konformità mal-Artikoli 4, 6 u 7, il-marka CE ma tistax titwaħħal.

Jekk il-manifattur ma jfassalx dikjarazzjoni ta' prestazzjoni f'konformità mal-Artikoli 4 u 6, il-marka CE ma tistax titwaħħal.

Emenda  36

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 9 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-marka CE għandha tkun segwita mill-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha twaħħlet, l-isem jew il-marka ta’ identifikazzjoni u l-indirizz irreġistrat tal-manifattur, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott, in-numru tar-referenza tad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni u l-prestazzjoni ddikjarata fih, il-livelli jew klassi tal-prestazzjoni dikjarata, ir-referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikata, in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp innotifikat, jekk applikabbli, u l-użu intiż kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikata.

2. Il-marka CE għandha tkun segwita mill-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha twaħħlet, l-isem u l-indirizz irreġistrat tal-manifattur, jew il-marka ta’ identifikazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni b'mod faċli u mingħajr l-ebda ambigwità tal-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku tat-tip ta’ prodott, in-numru tar-referenza tad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni u l-prestazzjoni ddikjarata fih, il-livelli jew klassi tal-prestazzjoni dikjarata, ir-referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikata, in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp innotifikat, jekk applikabbli, u l-użu intiż kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikata.

Ġustifikazzjoni

L-industrija tal-injam fis-sitwazzjoni attwali jkollha tiġġieled biex timplimenta r-regolament minħabba r-restrizzjonijiet prattiċi relatati mad-daqs u n-natura tal-prodott. Din l-emenda tippermetti li tiġi pprovduta l-istess informazzjoni, iżda tiġi applikata b’mod li hu aċċettabbli għall-industrija.

Emenda  37

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(3a) L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema li tirregola l-marka CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ tal-użu mhux korrett tal-marka. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ukoll pieni f’każijiet ta’ ksur, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. Dawn il-pieni għandhom ikunu proporzjonati mal-gravità tal-offiża u għandhom jikkostitwixxu deterrent effikaċi għall-użu mhux korrett.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 56, adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009. Ittieħdet mill-Artikolu R12 tad-Deċiżjoni 768/2008)

Emenda  38

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Rigward il-kompiti definiti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 764/2008, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti għall-Bini jipprovdu informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet fit-territorju tiegħu li huma mmirati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini applikabbli għall-użu intiż ta' kull prodott għall-bini, kif previst fl-Artikolu 6(3)(e) ta' dan ir-Regolament.

3. Rigward il-kompiti definiti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 764/2008, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti għall-Bini jipprovdu informazzjoni, bl-użu ta' termini trasparenti u li jinftiehmu malajr, dwar id-dispożizzjonijiet fit-territorju tiegħu li huma mmirati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini applikabbli għall-użu intiż ta' kull prodott għall-bini, kif previst fl-Artikolu 6(3)(e) ta' dan ir-Regolament.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 57, adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  39

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(3a) Il-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti għall-Bini għandhom ikunu kapaċi jaqdu l-funzjonijiet tagħhom b'mod li ma jkunx hemm kunflitt ta' interess, b'mod partikolari rigward il-proċeduri ta' aċċess għall-marka CE.

Emenda  40

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' prestazzjoni f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7, u jwaħħlu l-marka CE f'konformità mal-Artikoli 8 u 9.

1. Il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' prestazzjoni f'konformità mal-Artikoli 4 u 6, u jwaħħlu l-marka CE f'konformità mal-Artikoli 8 u 9.

Emenda  41

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 8 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

8a. Meta l-prodotti għall-bini jitqiegħdu fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew iddisinjati u mmanifatturati f’konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u f’konformità mar-rekwiżiti tax-xogħlijiet bażiċi applikabbli u l-karatteristiki essenzjali rilevanti għall-użu jew għall-użijiet intiżi għall-prodotti għall-bini.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni meħuda mid-Deċiżjoni 768/2008. Il-proposta ttenni u tenfasizza l-mekkaniżmu ewlieni tar-regolament imsemmi fis-Suġġett tal-ewwel Artikolu. Aħna nqisu li hu importanti li jiġi ssupplimentat it-test meħud mill-NLF bil-karatteristiki partikolari ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  42

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Qabel ma jqiegħdu fuq is-suq il-prodott għall-bini, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni jkunu twettqu mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) u d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni f'konformità mal-Artikoli 4, 6 u 7 Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-prodott, fejn meħtieġ, ikollu l-marka CE, li l-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 11(4) u (5).

Qabel ma jqiegħdu fis-suq il-prodott għall-bini, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni jkunu twettqu mill-manifattur, skont ir-rekwiżiti tax-xogħlijiet bażiċi applikabbli u l-karatteristiki essenzjali rilevanti għall-użu intiż. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) u d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni f'konformità mal-Artikoli 4 u 6. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-prodott, fejn meħtieġ, ikollu l-marka CE, li l-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 11(4) u (5).

Ġustifikazzjoni

Il-proposta ttenni u tenfasizza l-mekkaniżmu ewlieni tar-regolament imsemmi fis-Suġġett tal-ewwel Artikolu. Hu importanti li t-test meħud mill-NLF jiġi ssupplimentat bil-karatteristiki partikolari ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  43

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Fejn importaturi jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott għall-bini ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni jew mhux konformi ma' rekwiżiti oħrajn applikabbli f'dan ir-Regolament, huma m'għandhomx iqiegħdu fuq is-suq il-prodott għall-bini qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni li takkumpanjah u jikkonforma mar-rekwiżiti l-oħra applikabbli f’dan ir-Regolament jew sakemm id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni ma tkunx ikkoreġuta. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

Fejn importaturi jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott għall-bini ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni jew mhux konformi ma’ rekwiżiti oħrajn applikabbli f’dan ir-Regolament, partikolarment dawk li jirrigwardaw il-karatteristiki essenzjali rilevanti għall-użu jew għall-użijiet intiżi ddikjarati, huma m’għandhomx iqiegħdu fis-suq il-prodott għall-bini qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni li takkumpanjah u jikkonforma mar-rekwiżiti l-oħra applikabbli f’dan ir-Regolament jew sakemm id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni ma tkunx ikkoreġuta. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

Ġustifikazzjoni

Il-karatteristiki essenzjali għandhom jiġu ddikjarati, skont l-Artikolu 5(3), u l-importaturi għandhom, b’mod partikolari, ikunu jafu b'dan il-kompitu.

Emenda  44

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Fejn distributuri jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott għall-bini ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni jew ma jkunx konformi ma' rekwiżiti oħrajn applikabbli f'dan ir-Regolament, huma m'għandhomx jagħmlu l-prodott disponibbli fis-suq sakemm dan ma jikkonformax mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni li takkumpanjah u ma' jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli oħrajn f'dan ir-Regolament jew sakemm id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni ma tkunx ġiet ikkoreġuta. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur dwar dan kif ukoll lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq.

Fejn distributuri jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott għall-bini ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni jew ma jkunx konformi ma' rekwiżiti oħrajn applikabbli f'dan ir-Regolament, partikolarment dawk li jirrigwardaw il-karatteristiki rilevanti għall-użu jew għall-użijiet intiżi ddikjarati, huma m'għandhomx jagħmlu l-prodott disponibbli fis-suq sakemm dan ma jikkonformax mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni li takkumpanjah u ma' jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli oħrajn f'dan ir-Regolament jew sakemm id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni ma tkunx ġiet ikkoreġuta.Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur dwar dan kif ukoll lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Il-karatteristiki essenzjali għandhom jiġu ddikjarati, skont l-Artikolu 5(3), u d-distributuri, l-aktar dawk li jbigħu bl-ingrossa għandhom, b’mod partikolari, ikunu jafu b'dan il-kompitu.

Emenda  45

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(1a) Meta l-partijiet interessati jkunu involuti fil-proċess tal-iżvilupp ta' standards armonizzati skont dan l-Artikolu, il-korpi Ewropej għall-Istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-kategoriji diversi ta' partijiet interessati jkunu, fil-każijiet kollha, irrappreżentati b'mod ġust u bbilanċjat.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 118, adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  46

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 18 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-istandard armonizzat ma jissodisfax bis-sħiħ ir-rekwiżiti stabbiliti fil-mandat rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat jew il-Kummissjoni għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, filwaqt li jagħtu l-argumenti tagħhom. Dak il-Kumitat għandu, wara li jkun ikkonsulta l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni u l-Kumitat Permamenti tal-Bini, jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-istandard armonizzat ma jissodisfax bis-sħiħ ir-rekwiżiti stabbiliti fil-mandat rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat jew il-Kummissjoni, wara li jkunu kkonsultaw il-Kumitat Permanenti tal-Bini, għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, filwaqt li jagħtu l-argumenti tagħhom. Dak il-Kumitat għandu, wara li jkun ikkonsulta l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni, jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Emenda  47

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 19 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti ta’ delega f'konformità mal-Artikolu 60 biex temenda l-Anness II u tistabbilixxi regoli proċedurali addizzjonali għall-iżvilupp u l-adozzjoni tad- Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Wieħed ikun qed jippretendi wisq jekk jippermetti li r-regoli proċedurali addizzjonali jiġu adottati skont il-proċedura tal-komitoloġija. L-ewwel nofs tas-sentenza wkoll jippermetti ambitu kbir wisq f’dan ir-rigward. L-Anness II jistabbilixxi regoli ċari dwar it-tfassil tad-Dokument ta’ Valutazzjoni Ewropew. Dawn m’għandhomx jiġu estiżi u anqas m’għandu jkollhom żidiet. Jekk dan isir xorta waħda, il-karatteristiki essenzjali jiġu involuti.

Emenda  48

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 19 – paragrafu 3 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(3a) Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni eżistenti bħala l-bażi għall-mandati li jinħarġu skont l-Artikolu 17(1) bil-ħsieb li jiġu żviluppati standards armonizzati rigward il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emendi 120 u 5, adottati fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009)

Emenda  49

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 21 – titolu

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Obbligi tal-korp VT responsabbli meta jirċievi talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea

Obbligi tal-korp VT li jirċievi talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea

Emenda  50

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 21 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Il-korp VT li jirċievi t-talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea, (minn hawn ’il quddiem “il-korp għall-Valutazzjoni Teknika responsabbli”) għandu jinforma lill-manifattur jekk il-prodott għall-bini jkun kopert, kompletament jew parzjalment, minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati kif ġej:

1. Il-korp VT li jirċievi t-talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea għandu jinforma lill-manifattur jekk il-prodott għall-bini jkun kopert, kompletament jew parzjalment, minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati kif ġej:

(a) jekk il-prodott ikun kopert kompletament minn standard armonizzat, il-korp VT responsabbli għandu jinforma lill-manifattur li, f'konformità mal-Artikolu 19(1), ma tistax tinħareġ Valutazzjoni Teknika Ewropea;

(a) jekk il-prodott ikun kopert kompletament minn standard armonizzat, il-korp VT għandu jinforma lill-manifattur li, f'konformità mal-Artikolu 19(1), ma tistax tinħareġ Valutazzjoni Teknika Ewropea;

(b) jekk il-prodott ikun kopert kompetament minn Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni, il-korp VT responsabbli għandu jinforma lill-manifattur li dan id-dokument ser jintuża bħala bażi għall-Valutazzjoni Teknika Ewropea li għandha tinħareġ;

(b) jekk il-prodott ikun kopert kompletament minn Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni, il-korp VT għandu jinforma lill-manifattur li dan id-dokument ser jintuża bħala bażi għall-Valutazzjoni Teknika Ewropea li għandha tinħareġ;

(c) jekk il-prodott ma jkunx kopert, jew ma jkunx kopert kompletament, mill-ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata, il-korp VT responsabbli għandu japplika r-regoli proċedurali stabbiliti fl-Anness II jew stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 19(3).

(c) jekk il-prodott ma jkunx kopert, jew ma jkunx kopert kompletament, mill-ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata, il-korp VT għandu japplika r-regoli proċedurali stabbiliti fl-Anness II jew stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 19(3).

Emenda  51

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 21 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) u (c), il-korp VT responsabbli għandu jinforma lill-organizzazzjoni tal-korpi VT msemmija u lill-Kummissjoni b'dak li jinsab fit-talba u bir-referenza għad-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, li biħsiebu japplika l-korp VT responsabbli għal dan il-prodott, jew dwar in-nuqqas ta' din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) u (c), il-korp VT għandu jinforma lill-organizzazzjoni tal-korpi VT msemmija u lill-Kummissjoni b'dak li jinsab fit-talba u bir-referenza għad-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, li biħsiebu japplika l-korp VT għal dan il-prodott, jew dwar in-nuqqas ta' din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Emenda  52

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 22

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni adottati mill-organizzazzjoni tal-korpi VT, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, li għandha tippubblika lista ta' referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni adottati fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni adottati mill-organizzazzjoni tal-korpi VT, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, li għandha tippubblika lista ta' referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni finali fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.

Emenda  53

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 24 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni għandu jkun fih, mill-inqas, deskrizzjoni ġenerali tal-prodott għall-bini, il-karatteristiċi essenzjali u l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni fir-rigward ta' dawk il-karatteristiċi essenzjali tiegħu, li huma relatati mal-użu kif previst mill-manifattur. B’mod partikolari, Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni għandu jkun fih lista tal-karatteristiċi essenzjali, rilevanti għall-użu intiż tal-prodott għall-bini, u li jkunu ġew maqbula bejn il-manifattur u l-organizzazzjoni tal-korpi VT.

1. Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni għandu jkun fih, mill-inqas, deskrizzjoni ġenerali tal-prodott għall-bini, il-lista ta' karatteristiki essenzjali, rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott kif previst mill-manifattur, u miftiehem bejn il-manifattur u l-organizzazzjoni tal-korpi VT, kif ukoll il-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward ta' dawk il-karatteristiki essenzjali.

Emenda  54

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 29 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw korpi VT fit-territorji tagħhom, b'mod partikolari għal wieħed jew diversi oqsma ta' prodotti elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness IV.

1. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw korpi VT fit-territorji tagħhom, b'mod partikolari għal wieħed jew diversi oqsma ta' prodotti elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness IV.

L-Istati Membri li ħatru korp VT għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni isimu u l-indirizz u l-oqsma ta' prodotti li għalihom ikun inħatar il-korp VT.

L-Istati Membri li ħatru korp VT għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni ismu u l-indirizz u l-oqsma ta' prodotti u/jew il-prodotti għall-bini li għalihom ikun inħatar il-korp VT.

L-emenda hija orizzontali u għalhekk "u/jew il-prodotti għall-bini" għandha tiżdied mal-Artikolu 30(1) u (2), punt 2, tal-Anness II u t-Tabella 2 tal-Anness IV (fl-ewwel lista ta' rekwiżiti, punti (b), (c) u (e))

Emenda  55

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 29 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi elettroniċi, il-lista ta' korpi VT li tindika l-oqsma ta' prodotti u/jew il-prodotti għall-bini li għalihom inħatru.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi elettroniċi, il-lista ta' korpi VT li tindika l-oqsma ta' prodotti u/jew il-prodotti għall-bini li għalihom inħatru, filwaqt li tagħmel ħilitha biex jintlaħaq l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 73, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  56

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 30 – paragrafu 1 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(1a) L-organigramma tal-korpi VT għandha tkun pubblikament disponibbli, flimkien mal-ismijiet tal-Membri tal-korpi interni deċiżjonali tagħhom.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 73, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  57

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(a) torganizza l-koordinazzjoni tal-korpi VT u tiżgura l-kooperazzjoni ma' partijiet interessati oħrajn.

(a) torganizza l-koordinazzjoni tal-korpi VT u tiżgura l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni ma' partijiet interessati oħrajn, jekk ikun meħtieġ;

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 73, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  58

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(aa) tiżgura li eżempji tal-aqwa prattika jinqasmu bejn il-korpi VT għall-promozzjoni ta' effiċjenza akbar u għall-forniment ta' servizz aħjar għall-industrija;

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 73, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  59

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt f a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(fa) tuża l-gruppi ta’ ħidma li jirrappreżentaw il-partijiet interessati kollha biex jiġu ssodisfati l-kompiti tagħha.

Emenda  60

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 34 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rilevanza tal-kompiti imniżżlin fl-Artikolu 31(4) li jirċievu finanzjament mill-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti tal-linji ta' politika u l-leġislazzjoni tal-Unjoni, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-eżitu ta' dik l-evalwazzjoni sal-1 ta' Jannar 2017 u kull ħames snin wara dik id-data.

2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rilevanza tal-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 31(4) li jirċievu finanzjament mill-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti tal-linji ta' politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-eżitu ta' dik l-evalwazzjoni sal-1 ta' Jannar 2017 u kull erba' snin wara dik id-data.

(Emenda ġdida f'konformità mal-Artikolu 66(3))

Emenda  61

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(c) il-prodott għall-bini, kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata, li l-manifattur jqiegħed fuq is-suq ikun sistema magħmula minn komponenti, li l-manifattur jimmonta skont struzzjonijiet preċiżi mogħtija mill-fornitur ta' din is-sistema jew ta' komponent tagħha, li kien diġà ttestja lil dik is-sistema jew dak il-komponent għal waħda jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tiegħu f'konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika rilevanti. Meta dawn il-kondizzjonijiet jiġu rrispettati, il-manifattur ikollu d-dritt li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha għas-sistema jew il-komponent li jkun ġie fornut. Il-manifattur jista' juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur jew fornitur tas-sistemi oħrajn biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta' dak il-manifattur jew tal-fornitur ta' sistemi, li jibqa' responsabbli għall-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta' dawk ir-riżultati tat-testijiet.

(c) il-prodott għall-bini, kopert minn standard armonizzat, li l-manifattur iqiegħed fis-suq ikun sistema magħmula minn komponenti, li l-manifattur jimmonta skont struzzjonijiet preċiżi mogħtija mill-fornitur ta' din is-sistema jew ta' komponent tagħha, li kien diġà ttestja lil dik is-sistema jew dak il-komponent għal waħda jew aktar mill-karatteristiki essenzjali tiegħu f'konformità mal-istandard armonizzat rilevanti. Meta dawn il-kondizzjonijiet jiġu rrispettati, il-manifattur ikollu d-dritt li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha għas-sistema jew il-komponent li jkun ġie fornut. Il-manifattur jista' juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur jew fornitur tas-sistemi oħrajn biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta' dak il-manifattur jew tal-fornitur ta' sistemi, li jibqa' responsabbli għall-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta' dawk ir-riżultati tat-testijiet.

Emenda  62

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 37

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-mikrointrapriżi li jimmanifatturaw prodotti għall-bini koperti minn standard armonizzat jistgħu jissostitwixxu d-determinazzjoni tat-tip tal-prodott abbażi tal-ittestjar tat-tip għas-sistemi 3 u 4 applikabbli, kif stabbilit fl-Anness V bl-użu ta' metodi differenti minn dawk li jinsabu fl-istandard armonizzat applikabbli. Dawk il-manifatturi jistgħu wkoll jittrattaw il-prodotti għall-bini li għalihom tapplika s-sistema 3 f'konformità mad-dispożizzjonijiet għas-sistema 4. Meta manifattur juża dawn il-proċeduri ssimplifikati, huwa għandu juri l-konformità tal-prodott għall-bini mar-rekwiżiti applikabbli permezz ta' Dokumentazzjoni Teknika Speċifika.

Il-mikrointrapriżi li jimmanifatturaw prodotti għall-bini koperti minn standard armonizzat jistgħu jissostitwixxu d-determinazzjoni tat-tip tal-prodott abbażi tal-ittestjar tat-tip għas-sistemi 3 u 4 applikabbli, kif stabbilit fl-Anness V bl-użu ta' metodi differenti minn dawk li jinsabu fl-istandard armonizzat applikabbli, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati hemm. Dawk il-manifatturi jistgħu wkoll jittrattaw il-prodotti għall-bini li għalihom tapplika s-sistema 3 f'konformità mad-dispożizzjonijiet għas-sistema 4. Meta manifattur juża dawn il-proċeduri ssimplifikati, huwa għandu juri l-konformità tal-prodott għall-bini mar-rekwiżiti applikabbli permezz ta’ Dokumentazzjoni Teknika Speċifika u għandu juri l-ekwivalenza tal-proċeduri użati għall-proċeduri preskritti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.

Ġustifikazzjoni

Fl-istqarrija tal-pożizzjoni tagħha dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, il-Kummissjoni bir-raġun ġibdet l-attenzjoni għal ċerta inkoerenza fil-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika. L-emenda hija maħsuba biex tneħħi din l-inkoerenza u biex tiżgura li l-prodotti ddikjarati bl-għajnuna tad-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika jkunu ekwivalenti għall-prodotti li jkollhom il-marka CE.

Emenda  63

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 38 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Fi rigward ta’ prodotti għall-bini koperti minn standard armonizzat u li huma manifatturati individwalment jew magħmula apposta fi proċess li mhuwiex parti minn serje, b'rispons għal ordni speċifika, u li huma installati f'xogħol tal-bini wieħed identifikat, il-parti dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema applikabbli, kif hemm imniżżel fl-Anness V, tista' tiġi sostitwita mill-manifattur b'Dokumentazzjoni Teknika Speċifika li turi l-konformità ta' dan il-prodott mar-rekwiżiti applikabbli.

1. Fir-rigward ta’ prodotti għall-bini koperti minn standard armonizzat u li huma manifatturati individwalment jew magħmula apposta fi proċess li mhuwiex parti minn serje, b’rispons għal ordni speċifika, u li huma installati f’xogħol tal-bini wieħed identifikat, il-parti dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema applikabbli, kif hemm imniżżel fl-Anness V, tista’ tiġi sostitwita mill-manifattur b’Dokumentazzjoni Teknika Speċifika li turi l-konformità ta’ dan il-prodott mar-rekwiżiti applikabbli u l-ekwivalenza tal-proċeduri użati mal-proċeduri preskritti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.

Ġustifikazzjoni

Fl-istqarrija tal-pożizzjoni tagħha dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, il-Kummissjoni bir-raġun ġibdet l-attenzjoni għal ċerta inkoerenza fil-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika. L-emenda hija maħsuba biex tneħħi din l-inkoerenza u biex tiżgura li l-prodotti ddikjarati bl-għajnuna tad-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika jkunu ekwivalenti għall-prodotti li jkollhom il-marka CE.

Emenda  64

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 43 – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Korp innotifikat u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-kompiti ta' parti terza fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku li jkun u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, b'mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni u/jew verifika tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

5. Korp innotifikat u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu, bi trasparenza fir-rigward tal-manifattur, il-kompiti ta' parti terza fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku li jkun u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, b'mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni u/jew verifika tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 86, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  65

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(a) id-determinazzjoni, fejn adatt, tal-karratteristiċi essenzjali jew il-limiti massimi f'familji speċifiċi ta' prodotti għall-bini, li fir-rigward tagħhom, f'konformità mal-Artikoli 3 sa 66 il-manifattur għandu jiddikjara, rigward l-użu intiż tagħhom, b'livelli jew klassijiet, jew f’deskrizzjoni, il-prestazzjoni tal-prodott tal-manifattur meta jitqiegħed fuq is-suq;

(a) id-determinazzjoni tal-karatteristiki essenzjali jew il-limiti massimi f'familji speċifiċi ta' prodotti għall-bini, li fir-rigward tagħhom, f'konformità mal-Artikoli 3 sa 66 il-manifattur għandu jiddikjara, rigward l-użu intiż tagħhom, b'livelli jew klassijiet, jew f’deskrizzjoni, il-prestazzjoni tal-prodott tal-manifattur meta jitqiegħed fuq is-suq;

Emenda  66

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 61 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Is-setgħat ta' adozzjoni ta' atti ta’ delega msemmija fl-Artikolu 60 għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport rigward is-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jirrevikawhiex f'konformità mal-Artikolu 62.

1. Is-setgħat ta' adozzjoni ta' atti ta’ delega msemmija fl-Artikolu 60 għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport rigward is-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jirrevokawhiex f'konformità mal-Artikolu 62.

Emenda  67

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 63 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att ta’ delega fi żmien perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att ta’ delega fi żmien perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

Bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

(Emenda ġdida b'konformità mal-Artikolu 66(2)(d))

Emenda  68

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 64 – paragrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(2a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 ikunu indipendenti mill-partijiet rilevanti involuti fil-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni relatata mal-karatteristiki essenzjali tal-prodotti għall-bini.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 88, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  69

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 67 – paragrafu 1 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

F'dak ir-rapport, l-implimentazzjoni tal-Artikolu 37 għandha tiġi inkluża wkoll, filwaqt li jitqies, inter alia, jekk l-applikazzjoni tiegħu tistax tkun estiża għal impriżi oħrajn, jekk l-artikolu jiġix adattat għall-produzzjoni ta' sensiela żgħira, jew jekk jiġix revokat.

(L-emenda tirriproduċi l-Emenda 112, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  70

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 67 – paragrafu 1 b (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa speċifika għal informazzjoni dwar il-kontenut ta' sustanzi perikolużi fil-prodotti għall-bini bil-ħsieb li possibilment testendi l-obbligu ta' informazzjoni previst fl-Artikolu 6(4a) għal sustanzi oħrajn, u għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis, inter alia, il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema li jużaw prodotti għall-bini u tal-utenti ta' xogħlijiet ta' bini, inkluż fir-rigward tar-rekwiżiti ta' riċiklaġġ u/jew ta' użu mill-ġdid ta' partijiet jew materjali. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi xierqa.

 

*ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data, tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  71

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – parti introduttorja

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

B'mod ġenerali u fil-partijiet separati tagħhom, ix-xogħlijiet ta' bini għandhom ikunu tajbin għall-użu intiż tagħhom. Bla preġudizzju għall-manutenzjoni normali, ix-xogħlijiet ta' bini għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħolijiet ta’ bini għal tul ta' ħajja tax-xogħol ekonomikament raġonevoli.

 

B'mod ġenerali u fil-partijiet separati tagħhom, ix-xogħlijiet ta' bini għandhom ikunu tajbin għall-użu intiż tagħhom, billi jitqiesu b'mod partikolari s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni involuti fiċ-ċiklu ta' ħajja kollu tax-xogħlijiet. Bla preġudizzju għall-manutenzjoni normali, ix-xogħlijiet ta' bini għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini għal tul ta' ħajja tax-xogħol ekonomikament raġonevoli.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 90, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  72

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – parti 3 – paragrafu 1 – part introduttorja

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Ix-xogħlijiet ta' bini għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li ma jkunux ta' theddida għall-iġjene jew għas-saħħa tal-okkupanti tagħhom jew il-ġirien, u lanqas ma jeżerċitaw impatt għoli żżejjed, tul iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tagħhom, fuq il-kwalità tal-ambjent jew fuq il-klima, matul il-bini tagħhom, l-użu u t-twaqqigħ tagħhom, b'mod partikolari bħala riżultat ta' wieħed mill-każijiet li ġejjin:

 

Ix-xogħlijiet ta' bini għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li ma jkunux, fiċ-ċiklu ta' ħajja kollu tagħhom, ta' theddida għall-iġjene jew għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, tal-okkupanti jew il-ġirien tagħhom, u lanqas ma jeżerċitaw impatt għoli żżejjed, tul iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tagħhom, fuq il-kwalità tal-ambjent jew fuq il-klima, matul il-bini tagħhom, l-użu u t-twaqqigħ tagħhom, b'mod partikolari bħala riżultat ta' wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 91, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  73

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – parti 3 – paragrafu 1 – punt d

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(d) ir-rilaxx ta' sustanzi perikolużi fl-ilma ta' taħt l-art, l-ilma baħar jew il-ħamrija;

(d) ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-ilma ta’ taħt l-art, l-ilma baħar, l-għadajjar, is-sistemi ta' xmajjar jew il-ħamrija;

Emenda  74

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – parti 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Ix-xogħlijiet ta' bini u l-installazzjonijiet tat-tisħin, tat-tkessiħ, tad-dawl u tal-ventilazzjoni għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li l-ammont tal-enerġija li huma jeħtieġu fl-użu jkun baxx, meta wieħed iqis l-okkupanti u l-kondizzjonijiet klimatiċi tal-lokalità.

 

Ix-xogħlijiet ta' bini u l-installazzjonijiet tat-tisħin, tat-tkessiħ, tad-dawl u tal-ventilazzjoni għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li l-ammont tal-enerġija li huma jeħtieġu fl-użu jkun baxx, meta wieħed iqis l-okkupanti u l-kondizzjonijiet klimatiċi tal-lokalità. Ix-xogħlijiet tal-bini għandhom ikunu wkoll effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u jużaw enerġija mill-inqas fiċ-ċiklu ta' ħajja kollu tagħhom.

(L-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 92, adottata fl-24 ta' April 2009)

Emenda  75

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – parti 7 – intestatura

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

7. Użu sostenibbli ta' riżorsi naturali

7. Użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali fix-xogħlijiet ta’ bini

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-livell ta’ bini jiġi indirizzat fit-titlu biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ ftehim.

Emenda  76

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – parti 7 – paragrafu 1 – part introduttorja

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Ix-xogħlijiet ta' bini għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mwaqqgħin b'tali mod li l-użu ta' riżorsi naturali jkun sostenibbli u jiżguraw dan li ġej:

Ix-xogħlijiet ta' bini għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mwaqqgħin b'tali mod li l-użu ta' riżorsi naturali jkun sostenibbli u b'mod partikolari jiżguraw dan li ġej:

Emenda  77

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – parti 7 – paragrafu 1 – punt a

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(a) ir-riċiklabbiltà tax-xogħlijiet ta' bini, il-materjali u l-biċċiet tagħhom wara t-twaqqigħ;

(a) l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklabbiltà tax-xogħlijiet ta’ bini, il-materjali u l-biċċiet tagħhom wara t-twaqqigħ;

Emenda  78

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – parti 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Meta l-manifatturi jagħmlu talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea lil kwalunkwe korp VT għal prodott għall-bini, u wara li l-manifattur u l-korp VT ikunu ffirmaw ftehim ta' segretezza u kunfidenzjalità kummerċjali, huma għandhom jippreżentaw lill-korp VT responsabbli fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu tiegħu u d-dettalji tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li biħsiebu japplika.

 

Meta l-manifatturi jagħmlu talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea lil kwalunkwe korp VT għal prodott għall-bini, u wara li l-manifattur u l-korp VT ikunu ffirmaw ftehim ta' segretezza u kunfidenzjalità kummerċjali, jekk ikunu mitluba jagħmlu dan mill-manifattur, huma għandhom jippreżentaw lill-korp VT (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala l-"korp VT responsabbli") fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu tiegħu u d-dettalji tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li biħsiebu japplika.

Emenda  79

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – parti 5 – titolu

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Parteċipazzjoni tal-Kummissjoni

5. Parteċipazzjoni mill-Kummissjoni u l-manifattur

Ġustifikazzjoni

Il-manifatturi wkoll għandhom jitħallew jipparteċipaw.

Emenda  80

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – parti 5 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jipparteċipa, bħala osservatur, fil-partijiet kollha tal-esekuzzjoni tal-programm ta’ ħidma.

Rappreżentant tal-Kummissjoni u rappreżentant tal-manifattur jistgħu jipparteċipaw, bħala osservaturi, fil-partijiet kollha tal-eżekuzzjoni tal-programm ta’ ħidma.

Ġustifikazzjoni

Il-manifatturi wkoll għandhom jitħallew jipparteċipaw.

Emenda  81

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – parti 7 – paragrafu 1 – punt c

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(c) tibgħat kopja lill-Kummissjoni

(c) tibgħat kopja lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni tal-kumitat f’konformità mal-Artikolu 64.

Emenda  82

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – parti 7 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Jekk fi żmien ħmistax-il jum mill-irċeviment, il-Kummissjoni tikkomunika lill-organizzazzjoni tal-korpi VT l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha temenda l-abbozz skont dak u għandha tibgħat kopja tad- Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni adottat lill-manifattur u lill-Kummissjoni.

Jekk fi żmien ħmistax-il jum mill-irċeviment, il-Kummissjoni tikkomunika lill-organizzazzjoni tal-korpi VT l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kopja tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha teżamina l-osservazzjonijiet u għandha tibgħat kopja tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, kif tkun ġiet emendata jew mingħajr emendi, skont il-każ, lill-manifattur u lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni tista’ tagħti impressjoni falza, billi l-abbozz diġà ġie adottat f’(b) u għalhekk, m’għadux abbozz. Barra minn hekk, l-influwenza min-naħa tal-Kummissjoni, li ovvjament dejjem tkun maħsuba li tirriżulta f’emenda, mhijiex aċċettabbli f’din il-forma.

Emenda  83

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness III – titolu

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Dikjarazzjoni ta' prestazzjoni

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar għaliex hemm bżonn ta’ numru ieħor flimkien mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni msemmi f’1.

  • [1]  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 441.

NOTA SPJEGATTIVA

Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini

Introduzzjoni

“Ċnut tajba jagħmlu ġirien tajba” minn “Mending Wall” ta' Robert Frost

Fl-UE kollha, għad fadal “wisq ċnut” li qegħdin ifixklu l-kummerċ fis-settur tal-bini. “Ġirien tajba” b'xorti ħażina għadhom jużaw regoli tekniċi nazzjonali biex ifixklu l-moviment liberu tal-prodotti u s-servizzi fis-settur tal-bini. Kif ikkummenta l-Professur Monti fir-rapport tiegħu "STRATEĠIJA ĠDIDA GĦAS-SUQ UNIKU" (ippubblikat fid-9 ta' Mejju 2010): “L-Ewropa għadha fil-fażi tal-“bini tas-suq” u jeħtiġilha ġġarraf l-ostakli għall-attività transkonfinali, taqta' l-injam niexef tal-ostakli amministrattivi u tekniċi nazzjonali u tegħleb ir-reżistenza korporattiva.”(p. 37)

Il-ħtieġa ta' azzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti għall-bini fl-UE hija importanti ħafna fil-kuntest tal-iskala tas-settur. Skont is-CEN (Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni) is-settur tal-bini huwa waħda mill-akbar industriji tal-Ewropa b'10% tal-PGD u 50.5% tal-kapital fiss gross. Is-settur jimpjega direttament 12-il miljun ċittadin Ewropew u hemm 26 miljun ħaddiem li jiddependu mis-settur. Barra minn hekk madwar 92% tal-manufatturi ta' materjal tal-bini, jiġifieri 65,000 intrapriża, huma SMEs b'inqas minn 250 impjegat. Billi l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tagħna, din il-proposta jeħtiġilha tirrikonoxxi sehemhom u l-ħtiġijiet tagħhom. F'dan ir-rigward jeħtiġilna wkoll nirrikonoxxu l-ħtieġa ta' livelli għolja ta' saħħa u sikurezza għal dawk li jaħdmu f'dan is-settur. Skont l-Awtorità Ġermaniża tas-Saħħa u s-Sikurezza, fil-Ġermanja biss, ħaddiem fis-settur tal-bini minn kull 5,000 ikollu inċident fatali fil-ħajja tiegħu tax-xogħol.

It-tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija laqat sew lill-industrija tal-bini fl-UE: fallew kumpaniji fl-UE kollha kemm hi u ħaddiema tilfu ħobżhom. Kull azzjoni li tista' tittieħed biex tingħata spinta lis-settur tal-bini hija milqugħa bil-kbir. Ir-rieżami tad-Direttiva dwar il-Prodotti għall-Bini (89/106/KEE) f'dan ir-rigward huwa spinta meħtieġa ferm li għandha tgħin lis-settur bit-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ lill-manifatturi u min-naħa l-oħra tgħin lill-kumpaniji jibqgħu fin-negozju u l-ħaddiema jibqgħu fl-impjieg.

Il-proposta għal Regolament dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni (COM(2008)311) hija intenzjonata li taġġorna, tissimplifika u tissostitwixxi d-Direttiva dwar il-Prodotti għall-Bini fid-dawl tal-bidla fiċ-ċirkostanzi li jikkonċernaw, pereżempju, is-sorveljanza tas-suq, inkluż il-qafas Leġiżlattiv Ġdid (ir-Regolament 765/2008/KE dwar is-sorveljanza tas-suq u d-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti).

Wara l-adozzjoni tal-ewwel qari fil-Parlament Ewropew fl-24 ta' April 2009, il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari ġiet adottata fit-13 ta' Settembru 2010.

Dikjarazzjoni ta' Prestazzjoni (il-marka CE)

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari adottat derogi mit-tfassil ta' dikjarazzjoni ta' prestazzjoni u b'hekk tippermetti sitwazzjonijiet fejn mhuwiex obbligatorju li tiżdied il-marka CE fuq prodott – pereżempju, fil-każ ta' prodotti magħmulin individwalment u skont l-ordni fi proċess li ma jkunx ta' serje, eċċ. Ir-Rapporteur fittxet li tillimita din l-eżenzjoni billi enfasizzat li dan għandu jkun possibbli biss għall-prodotti fis-Sistemi 3 u 4 (Emenda 16). Dan jiżgura li jkun hemm l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fejn il-kwalità hija essenzjali filwaqt li tiġi garantita s-sikurezza.

Sustanzi Perikolużi                                                                                                 

Il-ħtieġa li jiġu traċċati s-sustanzi perikolużi fil-prodotti hija ta' importanza kbira. Li kieku konna nafu fejn jinsab l-asbestos fil-bini, il-ħaddiema involuti fil-kostruzzjoni u r-residenti tal-bini ma kienx ikollhom ibatu minn kundizzjonijiet bħall-meżoteljaoma. L-insistenza tal-Parlament fl-ewwel qari għad-dikjarazzjoni dwar sustanzi perikolużi tneħħiet fil-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. It-tressiq mill-ġdid tal-emendi (Emendi 7, 17, 49) dwar is-sustanzi perikolużi huwa importanti għas-saħħa u s-sikurezza fil-ġejjieni kif ukoll għat-trasparenza.

Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti

Il-ħtieġa ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għall-Prodotti għall-Bini, fejn l-individwi u l-kumpaniji jistgħu jitolbu parir imparzjali dwar prodott partikolari għall-bini, tgħin is-suq intern u b'mod partikolari lill-atturi żgħar li jfittxu l-iżvilupp ta' prodotti innovattivi.

Billi l-Kumitat IMCO diġà kien jaf bil-pressjoni fuq iċ-ċentri SOLVIT, għandna bżonn inkunu ferm aktar ċari li l-Istati Membri se jiffinanzjaw il-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti u li se jkun hemm l-imparzjalità, pereżempju, li jkunu indipendenti minn kull korp rilevanti involut fil-proċess għall-aċċess tal-marka CE (Emendi 10, 11, 22).

Trasparenza

Il-ħtieġa tal-indipendenza u t-trasparenza hija essenzjali għall-korpi ta' valutazzjoni teknika. Għalhekk, għandu jiġi promoss sett ta' standards minimi dwar it-trasparenza. L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha telenka l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tal-korpi deċiżjonali interni tagħhom. Għandha tkun żgurata rappreżentanza bbilanċjata u ġusta tal-partijiet interessati fil-kumitati tekniċi u fil-gruppi ta' ħidma tal-korpi Ewropej għall-Istandardizzazzjoni u għandhom jiġu evitati l-kunflitti ta' interess. L-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, jiżguraw li l-membri tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini jkunu indipendenti mill-partijiet rilevanti involuti fil-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prodotti (Emendi 6, 14, 21, 25, 35, 36, 38, 43) .

Riċiklaġġ tal-prodotti għall-bini

B'mod konformi ma' Direttivi u Regolamenti oħrajn, ir-Rapporteur indirizzat il-ħtieġa tar-riċiklaġġ tal-prodotti u l-promozzjoni tal-użu tal-prodotti riċiklati sabiex inkunu nistgħu nilħqu l-objettivi tagħna tal-UE dwar it-tibdil fil-klima (Emendi 1 u 13).

Saħħa u Sikurezza

Għandu jkun hemm enfasi akbar dwar il-kwistjoni tas-saħħu u s-sikurezza fis-settur tal-bini. Is-settur tal-bini llum għadu wieħed mis-setturi l-aktar perikolużi fil-qasam tal-impjiegi u bosta żgħażagħ iħallu ħajjithom waqt li jkunu jaħdmu. Ir-Rapporteur għalhekk inkludiet linji gwida f'dan ir-rapport (Emendi 3, 45, 46) biex tenfasizza l-ħtieġa li jinżamm l-ogħla livell ta' ħarsien kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-utenti tal-bini.

Komunikazzjoni elettronika

Il-ħtieġa tal-komunikazzjoni elettronika u l-użu ta' metodi ġodda tal-IT biex jitjieb is-suq uniku fil-prodotti tal-bini hija importanti hekk kif inħarsu lejn il-ġejjieni. Ir-Rapporteur tixtieq tara s-settur tal-bini appoġġat biex jiżviluppa metodi biex jikkomunika b'mod aktar effikaċi permezz ta' dan il-mezz minflok permezz ta' kopji stampati (Emenda 18).

Atti ta’ delega

Fl-aħħarnett l-emendi għall-atti ta' delega ġew abbozzati fuq il-linji tal-leġiżlazzjoni eżistenti (Ir-Regolament dwar il-Pets (UE) Nru 438/2010) u l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2009)0491 li temenda d-Direttiva dwar il-Prospett[1], sabiex tiġi ggarantita s-setgħa tal-Parlament Ewropew (Emendi 12, 41, 42).

PROĊEDURA

Titolu

Kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini

Referenzi

10753/3/2010 – C7-0267/2010 – 2008/0098(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

24.4.2009                     T6-0320/2009

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2008)0311 - C6-0203/2008

Proposta modifikata tal-Kummissjoni

COM(2009)0579

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

23.9.2010

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

23.9.2010

Rapporteur

Data tal-ħatra

Catherine Stihler

1.4.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

29.9.2010

5.10.2010

11.10.2010

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Laurence J.A.J. Stassen, Catherine Stihler, Eva-Britt Svensson, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Constance Le Grip, Emma McClarkin, Claude Moraes, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Marc Tarabella, Wim van de Camp, Anja Weisgerber

Data tat-tressiq 

29.11.2010