ABBOZZ TA' RAPPORT dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni

7.12.2010 - (00002/2010 – C7-0006/2010 – 2010/0802(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Rapporteurs: Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Carmen Romero López
(Artikolu 51 – Laqgħat konġunti tal-kumitati)

Proċedura : 2010/0802(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0354/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni

(00002/2010 – C7-0006/2010 – 2010/0802(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva li ħarġet minn grupp ta’ Stati Membri (00002/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76(b) u l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-Artikolu 289(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skont it-termini tagħhom il-Kunsill ressaq l-abbozz ta' att lill-Parlament (C7-0006/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, minn parlament nazzjonali li afferma li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-parlamenti nazzjonali dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37, 44 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont it-termini tal-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7‑0354/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW[1]*

FL-EWWEL QARI

---------------------------------------------------------

[ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1)(a) u (d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)         L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet għaliha nnifisha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)         L-Artikolu 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji.

(3)         Skont il-programm ta' Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2009, ir-rikonoxximent reċiproku jista' jestendi għat-tipi kollha ta' sentenzi u deċiżjonijiet ta' natura ġudizzjarja li, skont is-sistema legali, jistgħu jkunu jew kriminali jew amministrattivi. Huwa jappella wkoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jeżaminaw kif tista' titjieb il-leġiżlazzjoni u l-miżuri ta' appoġġ prattiku għall-protezzjoni tal-vittmi. Il-programm jinnota wkoll li l-vittmi ta' kriminalità jistgħu jkunu offruti miżuri ta' protezzjoni speċjali li għandhom ikunu effettivi fl-Unjoni. Din id-Direttiva se tifforma parti minn sett ta' miżuri koerenti u komprensivi dwar id-drittijiet tal-vittmi.

(4)         Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa tappella lill-Istati Membri sabiex itejbu l-liġijiet u l-politiki nazzjonali tagħhom biex jiġġieldu s-suriet kollha tal-vjolenza kontra n-nisa u biex jaġixxu ħalli jittrattaw il-kawżi tal-vjolenza kontra n-nisa, mhux l-anqas billi jutilizzaw miżuri preventivi, u tistieden lill-Unjoni biex tiggarantixxi d-dritt tal-assistenza u l-appoġġ għall-vittmi kollha tal-vjolenza. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 tapprova l-proposta li tiddaħħal l-ordni Ewropea ta' protezzjoni għall-vittmi.

(5)         F'żona komuni ta' ġustizzja mingħajr fruntieri interni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-protezzjoni pprovduta lil persuna fiżika fi Stat Membru wieħed tinżamm u titkompla fi kwalunkwe Stat Membru ieħor li persuna tiċċaqlaq fih jew li fih tkun diġà ċċaqilqet. Għandu jkun żgurat ukoll li l-eżerċizzju leġittimu minn ċittadini tal-Unjoni tad-dritt tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 21 tat-TFUE, ma jirriżultax f'telf tal-protezzjoni tagħhom.

(6)         Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-regoli li skonthom il-protezzjoni li tirriżulta minn ċerti miżuri ta' protezzjoni adottati f'konformità mal-liġi ta' Stat Membru wieħed ("l-Istat emittenti") tista' tiġi estiża għal Stat Membru ieħor li fih il-persuna protetta tiddeċiedi li tirrisjedi jew toqgħod ("l-Istat ta' eżekuzzjoni")▌.

(6a)       Din id-Direttiva tikkunsidra t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri kif ukoll il-fatt li tista' tiġi pprovduta protezzjoni effettiva permezz ta' ordnijiet ta' protezzjoni li jittieħdu minn awtorità li mhijiex qorti kriminali. Din id-Direttiva ma tistabbilixxix obbligi għal modifika tas-sistemi nazzjonali għall-adozzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni.

(6b)       Din id-Direttiva tapplika għall-miżuri ta' protezzjoni li għandhom l-għan li jipproteġu persuna minn att kriminali ta' persuna oħra li tista', bi kwalunkwe mod, tipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika, psikoloġika u sesswali tagħha, pereżempju bil-prevenzjoni ta' kwalunkwe tip ta' fastidju, kif ukoll id-dinjità jew il-libertà personali tagħha, pereżempju bil-prevenzjoni ta' ħtif, stalking u forom oħra ta' ġegħil indirett, u li jimmiraw għall-prevenzjoni ta' atti ġodda ta' kriminalità jew għat-tnaqqis tal-konsegwenzi ta' atti preċedenti ta' kriminalità. Dawn id-drittijiet personali tal-persuna protetta jikkorrispondu għal valuri fundamentali rikonoxxuti u sostnuti fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li nenfasizzaw li din id-Direttiva tapplika għal miżuri ta' protezzjoni li għandhom l-għan li jħarsu lill-vittmi kollha u mhux biss dawk tal-vjolenza bbażata fuq is-sess, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiki speċifiċi ta' kull tip ta' delitt ikkonċernat.

(6c)       Din id-Direttiva tapplika għall-miżuri ta' protezzjoni, indipendentement min-natura – kriminali, ċivili jew amministrattiva – tal-awtorità ġudizzjarja jew ekwivalenti li tadotta d-deċiżjoni kkonċernata, sew jekk fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali sew jekk fil-kuntest ta' kwalunkwe proċediment ieħor fir-rigward ta' att li kien jew seta' kien is-suġġett ta' proċedimenti minn qorti li għandha l-ġurisdizzjoni b'mod partikolari f'materji kriminali.

(6d)       Din id-Direttiva hija maħsuba biex tapplika għall-miżuri ta' protezzjoni maħruġa favur il-vittmi, jew il-vittmi possibbli, ta' reati; hija m'għandhiex tapplika għall-miżuri maħruġa bil-ħsieb tal-protezzjoni tax-xhieda.

(6e)       Jekk miżura ta' protezzjoni, kif definita f'din id-Direttiva, tinħareġ għall-protezzjoni ta' qarib tal-persuna protetta ewlenija, tista' tintalab OEP ukoll minn dan il-qarib, u tinħareġ fir-rigward tiegħu, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva.

(6f)        Kwalunkwe talba għall-ħruġ ta' OEP għandha tiġi trattata b'ħeffa adegwata filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inkluża l-urġenza tal-kwistjoni, id-data prevista għall-wasla tal-persuna protetta fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni u, fejn ikun possibbli, il-livell tar-riskju għall-persuna protetta.

(6g)       Fejn għandha tingħata informazzjoni skont din id-Direttiva lill-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu jew lill-persuna protetta, din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll lill-kustodju jew lir-rappreżentant tal-persuna kkonċernata, jekk dawn ikunu jeżistu. Għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-ħtieġa li l-persuna protetta, il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu jew ir-rappreżentant tagħhom fil-proċeduri jirċievu l-informazzjoni, kif previst f'din id-Direttiva, f'lingwa li jifhmu.

(6h)       Fil-proċeduri għall-ħruġ u għar-rikonoxximent ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kif jixraq il-ħtiġijiet tal-vittmi, inkluż b'mod partikolari l-persuni vulnerabbli, pereżempju l-minorenni jew il-persuni b'diżabilità. Għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-ħtieġa li l-persuna protetta jew il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu jirċievu l-informazzjoni, kif previst f'din id-Direttiva, f'lingwa li jifhmu.

(6i)        Għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, miżura ta' protezzjoni tista' tkun ġiet imposta wara sentenza, kif iddefinit bl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi[2], jew wara deċiżjoni dwar il-miżuri ta' superviżjoni kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja[3].

(6j)        F'konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u mal-Artikolu 47, paragrafu 2, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu għandha tingħata, jew fil-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta' miżura ta' protezzjoni jew qabel ma tinħareġ ordni Ewropea ta' protezzjoni, il-possibbiltà li tinstema' u li tikkuntesta l-miżura ta' protezzjoni.

(7)         Sabiex jiġi evitat li jitwettaq reat jew reat ġdid kontra l-vittma fl-Istat ta' eżekuzzjoni, dak l-Istat għandu jingħata bażi legali għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni adottata preċedentement fl-Istat emittenti favur il-vittma, filwaqt li tiġi evitata wkoll il-ħtieġa biex il-vittma tibda proċedimenti ġodda jew tipproduċi l-evidenza fl-Istat ta' eżekuzzjoni għal darb'oħra bħallikieku l-Istat emittenti ma jkunx adotta d-deċiżjoni. Ir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni mill-Istat ta' eżekuzzjoni jimplika inter alia li l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat, soġġett għal-limitazzjonijiet imniżżlin f'din id-Direttiva, taċċetta l-eżistenza u l-validità tal-miżura ta' protezzjoni adottata fl-Istat emittenti, tagħraf is-sitwazzjoni fattwali deskritta fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, u taqbel li l-protezzjoni għandha tiġi pprovduta u għandha tkompli tiġi pprovduta f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

(8)         Din id-Direttiva fiha numru limitat ta' obbligi jew projbizzjonijiet li, meta imposti fl-Istat emittenti u jkunu jinsabu fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, għandhom ikunu rikonoxxuti u infurzati fl-Istat ta' eżekuzzjoni, soġġett għal-limitazzjonijiet imniżżlin f'din id-Direttiva. Tipi oħra ta' miżuri ta' protezzjoni jistgħu jeżistu fil-livell nazzjonali, bħal pereżempju, jekk ikun previst hekk mid-dritt nazzjonali, l-obbligu tal-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu li tibqa' f'post speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu jiġu imposti fl-Istat emittenti fil-qafas tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta' waħda mill-miżuri ta' protezzjoni li, skont din id-Direttiva, tista' tkun il-bażi għal Ordni Ewropea ta' Protezzjoni.

(8a)       Peress li fl-Istati Membri tipi differenti ta' awtoritajiet (ċivili, kriminali jew amministrattivi) huma kompetenti biex joħorġu u jinfurzaw miżuri ta' protezzjoni, jidher xieraq li jiġu pprovdut livell għoli ta' flessibbiltà fil-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri taħt din id-Direttiva. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni m'għandhiex tieħu l-istess miżura ta' protezzjoni fil-każijiet kollha kif adottata fl-Istat emittenti, iżda għandha ammont ta' diskrezzjoni biex tadotta kwalunkwe miżura li hija tqis adegwata u adatta skont il-liġi nazzjonali tagħha f'każ simili sabiex tipprovdi protezzjoni kontinwa lill-persuna protetta fid-dawl tal-miżura ta' protezzjoni adottata fl-Istat emittenti u kif deskritt fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni.

(8b)       L-obbligi jew il-projbizzjonijiet li għalihom tapplika din id-Direttiva jinkludu, fost oħrajn, miżuri bl-għan li jillimitaw il-kuntatti personali jew remoti bejn il-persuna protetta u l-persuna li tikkawża l-periklu, pereżempju billi jimponu ċerti modalitajiet ta' tali kuntatti jew jimponu restrizzjonijiet fuq il-kontenut ta' komunikazzjonijiet.

(8c)       L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-persuna li tikkawża l-periklu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u lill-persuna protetta dwar kwalunkwe miżura meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni. Fin-notifika lill-persuna li tikkawża l-periklu għandu jittieħed kont debitu tal-interessi tal-persuna protetta li ma jinkixifx l-indirizz jew dettalji tal-kuntatt oħra tagħha. Tali dettalji għandhom jiġu esklużi min-notifika, dment li l-indirizz jew dettalji tal-kuntatt oħra ma jkunux inklużi fl-obbligu jew il-projbizzjoni imposti bħala miżura ta' infurzar fuq il-persuna li tikkawża l-periklu.

(8d)       Meta l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun irtirat l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri li tkun adottat sabiex tinforza l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, bl-intendiment li l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni tista' – b'mod awtonomu, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha – tadotta kwalunkwe miżura ta' protezzjoni skont il-liġi nazzjonali tagħha sabiex tipproteġi l-persuna kkonċernata.

(9)         B'kont meħud li din id-Direttiva tittratta sitwazzjonijiet fejn il-persuna protetta tiċċaqlaq għal Stat Membru ieħor, l-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha ma timplika l-ebda trasferiment għall-Istat ta' eżekuzzjoni ta' setgħat relatati ma' pieni prinċipali, sospiżi, alternattivi, kondizzjonali jew sekondarji, jew relatati ma' miżuri ta' sigurtà imposti fuq il-persuna li tikkawża l-periklu, jekk din tal-aħħar tkompli tirrisjedi fl-Istat li ħareġ il-miżura ta' protezzjoni.

(10)       Fejn ikun il-każ, għandu jkun possibbli l-użu ta’ mezzi elettroniċi bil-ħsieb li l-miżuri adottati fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jitwettqu fil-prattika, f'konformità mal-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali.

(10a)     Fil-qafas ta' kooperazzjoni fost l-awtoritajiet involuti fl-iżgurar tas-salvagwardja tal-persuna protetta, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżuri adottati fl-Istat ta' eżekuzzjoni bil-ħsieb tal-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni. Din il-komunikazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti biex tiddeċiedi fil-pront dwar kwalunkwe reazzjoni adatta fir-rigward tal-miżura ta' protezzjoni imposta fl-Istat tagħha dwar il-persuna li tikkawża l-periklu. Tali reazzjoni tista' tinkludi, fejn adatt, l-impożizzjoni ta' miżura ta' kustodja minflok il-miżura mhux ta’ kustodja adottata oriġinarjament, pereżempju bħala alternattiva għad-detenzjoni preventiva jew bħala konsegwenza tas-sospensjoni kondizzjonali ta' piena. Huwa mifhum li tali deċiżjoni, peress li ma tikkonsistix fl-impożizzjoni ex novo ta' sanzjoni kriminali fir-rigward ta' reat kriminali ġdid, ma tinterferixxix mal-possibbiltà li l-Istat ta' eżekuzzjoni jista', fejn applikabbli, jimponi sanzjonijiet kriminali jew mhux kriminali f'każ ta' ksur tal-miżuri adottati sabiex tiġi esegwita l-ordni Ewropea ta' protezzjoni.

(10b)     Fid-dawl tat-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri, fejn l-ebda miżura ta' protezzjoni ma tkun disponibbli fl-Istat ta' eżekuzzjoni f'każ simili għas-sitwazzjoni fattwali deskritta fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżura ta' protezzjoni deskritta fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, li tiegħu hija konxja.

(10c)     Sabiex tinkiseb l-applikazzjoni bla xkiel ta' din id-Direttiva f'kull każ partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati emittenti u ta' eżekuzzjoni għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, b'kont meħud tal-prinċipju ta' ne bis in idem.

(10d)     Il-persuna protetta m'għandhiex tkun obbligata tbati spejjeż għar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni li jkunu sproporzjonati meta mqabbla ma' kawża simili nazzjonali. Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara r-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni, il-persuna protetta m'għandhiex tiġi obbligata tiftaħ aktar proċeduri nazzjonali biex tikseb mill-awtorità ta' eżekuzzjoni, bħala konsegwenza diretta tar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni, id-deċiżjoni li tadotta kwalunkwe miżura li tkun disponibbli skont id-dritt nazzjonali tagħha f'kawża simili biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuna protetta.

(10e)     B'kont meħud tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku li fuqu hija bbażata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jippromwovu, safejn hu l-aktar possibbli, il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni ta' dan l-istrument.

(10f)      Bla ħsara għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jitolbu lil dawk responsabbli mit-taħriġ tal-ġudikanti, tal-prosekuturi, tal-pulizija u tal-persunal ġudizzjarju involuti fil-proċeduri maħsuba għall-ħruġ jew għar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni biex jipprovdu taħriġ adegwat fir-rigward tal-objettivi ta' din id-Direttiva.

(10g)     Biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea d-data rilevanti relatata mal-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali għall-ordni Ewropea ta' protezzjoni, għall-inqas dwar in-numru ta' ordnijiet Ewropej ta' protezzjoni mitluba, maħruġa u/jew rikonoxxuti. F'dan ir-rigward, tipi oħra ta' data, bħal pereżempju t-tipi tad-delitti kkonċernati, ikunu utli wkoll.

(11)       Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni ta' persuni li jinsabu f'periklu, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri meta jaġixxu unilateralment, fid-dawl tan-natura transkonfinali tas-sitwazzjonijiet involuti, u jista’ minflok, minħabba d-daqs u l-effetti potenzjali, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif imniżżel fl-Artikolu 5(4) tat-TUE, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(11a)     Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni ta' persuni li jkunu fil-periklu, biex b'hekk tikkomplementa iżda mhux taffettwa l-istrumenti li diġà huma stabbiliti f'dan il-qasam, bħad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI.

(11b)     Meta deċiżjoni relatata ma' miżura ta' protezzjoni tidħol fl-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali[4], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri[5], jew il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal[6], ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' tali deċiżjoni għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dak l-istrument legali.

(11c)     L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, fejn ikun xieraq, f'kampanji edukattivi u f'kampanji li jżidu l-kuxjenza dwar il-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità.

(11d)     Id-data personali pproċessata meta tkun qed tiġi implimentata din id-Direttiva għandha tkun protetta f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali[7] u f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, li l-Istati Membri kollha rratifikaw.

(11e)     Din id-Direttiva għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, f'konformità mal-Artikolu 6 tat-TUE.

(11f)      Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri huma mħeġġa jqisu d-drittijiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa (CEDAW).

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu -1Objettiv

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu lil awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti fi Stat Membru, fejn tkun inħarġet miżura ta' protezzjoni bil-ħsieb li tiġi protetta persuna kontra att kriminali ta' persuna oħra li tista' tipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika jew psikoloġika u d-dinjità, il-libertà personali jew l-integrità sesswali tagħha, li toħroġ ordni Ewropea ta' protezzjoni li tippermetti lil awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tkompli bil-protezzjoni tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta' dan l-Istat Membru, wara t-twettiq fl-Istat emittenti ta' att li kien jew seta' kien l-oġġett ta' proċedimenti minn qorti li għandha ġurisdizzjoni b'mod partikolari f'materji kriminali.

Artikolu 1Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)        "Ordni Ewropea ta' protezzjoni" tfisser ▌deċiżjoni, meħuda minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti ta' Stat Membru fir-rigward ta' miżura ta' protezzjoni, li abbażi tagħha awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti ta' Stat Membru ieħor tieħu kwalunkwe miżura jew miżuri ▌adattati skont il-liġi nazzjonali tagħha stess bil-ħsieb li titkompla s-salvagwardja tal-persuna protetta.

2)        "Miżura ta' protezzjoni" tfisser deċiżjoni adottata fl-Istat emittenti skont il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali tiegħu li skonthom waħda jew aktar mill-obbligi jew il-projbizzjonijiet, imsemmija fl-Artikolu 4b, huma imposti fuq persuna li tikkawża periklu għall-benefiċċju ta' persuna protetta bil-ħsieb li din tal-aħħar tiġi protetta minn att kriminali li jista' jipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika jew psikoloġika, id-dinjità, il-libertà personali jew l-integrità sesswali tagħha.

3)        "Persuna protetta" tfisser il-persuna fiżika li hija l-oġġett tal-protezzjoni li tirriżulta minn miżura ta' protezzjoni adottata mill-Istat emittenti.

4)        "Persuni li tikkawża l-periklu" tfisser il-persuna fiżika li fuqha ġew imposti wieħed jew aktar mill-obbligi jew projbizzjonijiet, imsemmijin fl-Artikolu 4b.

5)        "Stat emittenti" tfisser l-Istat Membru fejn tkun ġiet adottata ▌miżura ta' protezzjoni, li tikkostitwixxi l-bażi għall-ħruġ ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni.

6)        "Stat ta' eżekuzzjoni" tfisser l-Istat Membru li lilu tkun intbagħtet ordni Ewropea ta' protezzjoni bil-ħsieb li din tiġi rikonoxxuta.

7)        "Stat ta' superviżjoni" tfisser l-Istat Membru li lilu tkun ġiet trasferita sentenza, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI.

Artikolu 4Ħatra tal-awtorità kompetenti

1.        Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar liema awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti tkun kompetenti skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex toħroġ ordni Ewropea ta' protezzjoni u biex tirrikonoxxi tali ordni, f'konformità ma' din id-Direttiva, meta dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta' eżekuzzjoni.

3.        Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri kollha l-informazzjoni li tkun irceviet. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla relatata mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4aRikors għal awtorità ċentrali

1.        Kull Stat Membru jista' jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema ġuridika tiegħu tiddisponu dan, aktar minn awtorità ċentrali waħda sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

2.        Stat Membru jista', jekk ikun meħtieġ bħala riżultat tal-organizazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali tiegħu responsabbli għat-trasmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta' kwalunkwe ordni Ewropea ta' protezzjoni, kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali l-oħra kollha relatata magħha. Bħala konsegwenza, il-komunikazzjonijiet, il-konsultazzjonijiet, l-iskambji ta' informazzjoni, l-istħarriġ u n-notifiki kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu ttratati, fejn adatt, bl-assistenza tal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.        L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu użu mill-possibiltajiet imsemmijin f'dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni relatata mal-awtorità ċentrali jew l-awtoritajiet ċentrali nnominati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istat Membru emittenti.

Artikolu 4bKondizzjoni għall-eżistenza ta' miżura ta' protezzjoni skont il-liġi nazzjonali

L-ordni Ewropea ta' protezzjoni tista' tinħareġ biss meta miżura ta' protezzjoni tkun ġiet ordnata preċedentement fl-Istat emittenti, bl-impożizzjoni fuq il-persuna li tikkawża l-periklu wieħed jew aktar mill-obbligi jew il-projbizzjonijiet li ġejjin:

(a)      projbizzjoni milli tidħol f'ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirrisjedi jew li żżur il-persuna protetta;

(b)      projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-kuntatt, fi kwalunkwe forma, mal-persuna protetta, inkluż permezz tat-telefon, il-posta elettronika jew dik normali, il-fax jew bi kwalunkwe mezz ieħor; jew

(c)       projbizzjoni jew regolamentazzjoni dwar li wieħed jersaq eqreb lejn il-persuna protetta mid-distanza preskritta.

Artikolu 5

Ħruġ ta’ ordni Ewropea ta' protezzjoni

1.        Ordni Ewropea ta' protezzjoni tista' tinħareġ meta l-persuna protetta tiddeċiedi li tirrisjedi jew tkun diġà tirrisjedi fi Stat Membru ieħor, jew meta l-persuna protetta tiddeċiedi li toqgħod jew tkun diġà toqgħod fi Stat Membru ieħor. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-ħruġ ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tieħu kont, inter alia, tat-tul tal-perijodu jew il-perijodi ta' żmien li matulhom il-persuna protetta tipprevedi li ser toqgħod fl-Istat ta' eżekuzzjoni u s-serjetà tal-ħtieġa għall-protezzjoni.

1a.      Awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti tal-Istat emittenti tista' toħroġ ordni Ewropea ta' protezzjoni fuq it-talba tal-persuna protetta biss u wara li tivverifika li l-miżura ta' protezzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha mniżżlin fl-Artikolu 4.

2.        Il-persuna protetta ▌tista' tippreżenta talba għall-ħruġ ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni. Jekk tiġi ppreżentata tali talba fl-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti tiegħu għandha tittrasferixxi din it-talba malajr kemm jista' jkun lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti▌.

2a.      Qabel il-ħruġ ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, il-persuna li tikkawża periklu għandha tingħata d-dritt li tinstema' u d-dritt li tikkuntesta l-miżura ta' protezzjoni, jekk ma kinitx ingħatat dawn id-drittijiet fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-miżura ta' protezzjoni.

3.        Meta awtorità kompetenti ▌tadotta miżura ta' protezzjoni li jkun fiha wieħed jew aktar mill-obbligi msemmijin fl-Artikolu 4b, din għandha tinforma lill-persuna protetta bi kwalunkwe mod adatt f'konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tagħha dwar il-possibbiltà li titlob ordni Ewropea ta' protezzjoni f'każ li tkun bi ħsiebha titlaq lejn Stat Membru ieħor, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet bażiċi għal talba bħal din. L-awtorità għandha tavża lill-persuna protetta biex tippreżenta l-applikazzjoni qabel ma titlaq mit-territorju tal-Istat emittenti.

3a.      Jekk il-persuna protetta jkollha kustodju jew rappreżentant, dik il-persuna tista' tintroduċi t-talba msemmija fil-paragrafu 2 u 3 f'isem il-persuna protetta.

3b.      Meta t-talba biex tinħareġ ordni Ewropea ta' protezzjoni tiġi miċħuda, l-awtorità emittenti għandha tinforma lill-persuna protetta bir-rimedji legali disponibbli skont id-dritt nazzjonali tagħha, fejn ikun applikabbli, kontra d-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 6

Forma u kontenut tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni

L-ordni Ewropea ta' protezzjoni għandha tinħareġ f'konformità mal-formola mniżżla fl-Anness I għal din id-Direttiva. Għandha tinkludi b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

(a)       l-identità u ċ-ċittadinanza tal-persuna protetta, kif ukoll l-identità u ċ-ċittadinanza tal-tutur jew tar-rappreżentant tal-persuna jekk il-persuna protetta tkun minorenni jew legalment inabilitata;

(b)      id-data li minnha l-persuna protetta bi ħsiebha tirrisjedi jew toqgħod fl-Istat ta' eżekuzzjoni, u l-perijodu jew il-perijodi għal kemm ser toqgħod, jekk ikun magħruf;

(c)       l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax, u l-indirizz elettroniku tal-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti;

(d)      l-identifikazzjoni (pereżempju permezz ta' numru u data) tal-att legali li jkun fih il-miżura ta' protezzjoni li abbażi tagħha tkun adottata l-ordni Ewropea ta' protezzjoni;

(e)       sommarju tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżura ta' protezzjoni fl-Istat emittenti;

(f)       l-obbligi jew il-projbizzjonijiet imposti fil-miżura ta' protezzjoni li fuqhom tkun ibbażata l-ordni Ewropea ta' protezzjoni fuq il-persuna li tikkawża l-periklu, it-tul u ▌l-indikazzjoni tal-piena jew sanzjoni, jekk ikun hemm, fil-każ ta' ksur tal-obbligu jew projbizzjoni rispettiv;

(fa)     l-użu ta' kwalunkwe apparat tekniku, jekk ikun il-każ, li jkun ġie pprovdut lill-persuna protetta jew lill-persuna li tikkawża l-periklu bħala mezz biex tiġi infurzata l-miżura ta' protezzjoni;

(g)       l-identità u ċ-ċittadinanza tal-persuna li tikkawża ▌l-periklu, kif ukoll id-dettalji tal-kuntatt tiegħu;

(ga)    fejn din l-informazzjoni tkun magħrufa mill-awtorità emittenti mingħajr ma tkun meħtieġa talba oħra għal informazzjoni, il-fatt jekk il-persuna protetta u/jew il-persuna li tikkawża l-periklu tkunx ingħatat għajnuna legali mingħajr ħlas fl-Istat emittenti.

(h)       fejn adatt, ċirkostanzi oħrajn li jista' jkollhom effett fuq il-valutazzjoni tal-periklu li tiffaċċja l-persuna protetta;

(i)        l-indikazzjoni espressa, fejn applikabbli, li sentenza, kif iddefinita mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif iddefinita mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI, diġà tkun ġiet ittrasferita lejn l-Istat ta' superviżjoni u l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat għall-infurzar ta' tali sentenza jew deċiżjoni.

Artikolu 7

Il-proċedura tat-trażmissjoni

1.        Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tittrasmetti l-ordni Ewropea ta' protezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' esekuzzjoni, hija għandha tagħmel dan bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub sabiex jippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' esekuzzjoni li tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija.

2.        Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew tal-Istat emittenti ma tkunx magħrufa mill-awtorità kompetenti tal-Istat l-ieħor, l-awtorità tal-aħħar għandha tagħmel l-istħarriġ kollu rilevanti, inkluż permezz tal-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew[8], il-Membru Nazzjonali tal-Eurojust jew is-Sistema Nazzjonali għall-koordinazzjoni tal-Eurojust tal-Istat tagħha, sabiex tikiseb l-informazzjoni meħtieġa.

3.        Meta awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni li jirċievi ordni Ewropea ta' protezzjoni ma jkollhiex kompetenza biex tirrikonoxxiha, dik l-awtorità għandha, ex officio, tibgħat l-ordni Ewropea ta' protezzjoni lill-awtorità kompetenti u għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti b'dan bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Artikolu 8

Miżuri fl-Istat ta’ eżekuzzjoni

1.        Hekk kif tirċievi ordni Ewropea ta' protezzjoni mibgħuta f'konformità mal-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha mingħajr dewmien żejjed tirrikonoxxi dik l-ordni u tieħu deċiżjoni li tadotta kwalunkwe miżura li tkun disponibbli skont il-liġi nazzjonali tagħha f'każ simili sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuna protetta, dment li ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal non-rikonoxximent imsemmijin fl-Artikolu 9.

1a.      Il-miżura adottata mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni skont il-paragrafu 1, kif ukoll kwalunkwe miżura oħra meħuda abbażi ta' deċiżjoni sussegwenti msemmija fl-Artikolu 9a, għandha tikkorrispondi, kemm jista' jkun, mal-miżura ta' protezzjoni ordnata fl-Istat emittenti.

2.        L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-persuna li tikkawża l-periklu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u lill-persuna protetta bi kwalunkwe miżuri meħuda fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, kif ukoll bil-konsegwenzi legali possibbli ta' ksur ta' miżura bħal din, kif previst skont id-dritt nazzjonali u bi qbil mal-artikolu 9a(2). L-indirizz jew id-dettalji l-oħra ta' kuntatt tal-persuna protetta ma għandhomx jiġu żvelati lill-persuna li tikkawża l-periklu sakemm dan ma jkunx meħtieġ bil-ħsieb tal-infurzar tal-miżura adottata fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

2a.      Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni tikkunsidra li l-informazzjoni mibgħuta mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni skont l-Artikolu 6 ma tkunx kompluta, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità emittenti bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, filwaqt li tassenja perijodu ta' żmien raġonevoli li fih l-awtorità emittenti għandha tipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

Artikolu 9

Raġunijiet għal non-rikonoxximent ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni

▌.

2.        L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tista' tirrifjuta li tirrikonoxxi l-ordni Ewropea ta' protezzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)       l-ordni Ewropea ta' protezzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx ġiet kompluta fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni;

(b)      ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 4 ma jkunux ġew issodisfati.

(c)       il-miżura ta' protezzjoni tirrigwarda att li ma jikkostitwixxix reat kriminali taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

(ca)     il-protezzjoni tkun ġejja mill-eżekuzzjoni ta' pieni jew miżura li hija koperta bl-amnestija skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u hija relatata ma' att jew imġiba li taqa' taħt il-kompetenza tiegħu skont dik il-liġi;

(d)      tkun konferita l-immunità taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni lill-persuna li tikkawża l-periklu, li tagħmilha impossibbli li jkunu adottati ▌miżuri abbażi ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni;

(f)       prosekuzzjoni kriminali kontra l-persuna li tikkawża l-periklu għall-att jew l-imġiba li minħabba fihom kienet adottata l-miżura ta' protezzjoni hija preskritta skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, meta l-att jew l-imġiba huma fil-kompetenza tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu;

(g)      ir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni jikser il-prinċipju ne bis in idem;

(h)      skont il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, il-persuna li tikkawża l-periklu, minħabba l-età tagħha, ma tkux tista' tinżamm kriminalment responsabbli għall-att jew l-imġiba li fir-rigward tagħha tkun ġiet adottata l-miżura ta' protezzjoni. (i)

(i)       il-miżura ta' protezzjoni tirrigwarda reat kriminali li taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni huwa kkunsidrat li twettaq b'mod sħiħ jew fil-parti l-kbira jew essenzjali tiegħu fit-territorju tiegħu.

3.        Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tirrifjuta li tirrikonoxxi ordni Ewropea ta' protezzjoni fl-applikazzjoni ta' wieħed mill-mottivi msemmi hawn fuq, għandha:

(a)      tinforma lill-Istat emittenti u lill-persuna protetta mingħajr dewmien mhux dovut b'dan ir-rifjut u bil-motivazzjoni tagħha;

(b)      fejn ikun xieraq, tinforma lill-persuna protetta dwar il-possibilità li titlob l-adozzjoni ta' miżura ta' protezzjoni skont id-dritt nazzjonali tagħha;

(c)       fejn applikabbli, tinforma lill-persuna protetta dwar ir-rimedji legali skont id-dritt nazzjonali tagħha kontra d-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 9aLiġi applikabbli u kompetenza fl-Istat ta' eżekuzzjoni

1.        L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu l-kompetenza li jadotta u jinforza miżuri f'dak l-Istat wara r-rikonoxximent ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni. Il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni tapplika għall-adozzjoni u l-infurzar tad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 8 paragrafu 1, inklużi r-regoli dwar remedji legali kontra deċiżjonijiet adottati fl-Istat ta' eżekuzzjoni relatati mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni.

2.        F'każ ta' ksur ta' miżura waħda jew aktar meħuda mill-Istat ta' eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha, b'applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-kompentenzi biex:

(a)      timponi sanzjonijiet kriminali u tieħu kwalunkwe miżura oħra b'konsegwenza tal-ksur ta' tali miżura, jekk dan jammonta għal reat kriminali skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni;

(b)      tieħu kwalunkwe deċiżjoni mhux ta' natura kriminali b'rabta mal-ksur;

(c)       tieħu kwalunkwe miżura urġenti u proviżorja sabiex jintemm il-ksur, sakemm, fejn adatt tittieħed deċiżjoni sussegwenti mill-Istat emittenti.

3.        Jekk ma hemm l-ebda miżura disponibbli fil-livell nazzjonali f'każ simili li għandha tittieħed fl-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżura ta' protezzjoni deskritta fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, li tiegħu hija konxja .

Artikolu 9bNotifika fil-każ ta' ksur

L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti jew l-Istat ta' superviżjoni bi kwalunkwe ksur tal-miżura jew il-miżuri meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni. In-notifika għandha tingħata billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 10

Kompetenza fl-Istat emittenti

1.        L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandu jkollha kompetenza esklużiva biex tieħu deċiżjonijiet relati ma':

(a)       it-tiġdid, ir-reviżjoni, il-modifika, ir-revoka u l-irtirar tal-miżura ta' protezzjoni u, konsegwentement, tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni;

(b)      l-impożizzjoni ta' miżura ta' kustodja bħala konsegwenza tar-revoka tal-miżura ta' protezzjoni, dment li l-miżura ta' protezzjoni tkun ġiet applikata abbażi ta' sentenza, kif iddefinit mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew abbażi ta' deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI;

2.        Il-liġi tal-Istat emittenti għandha tapplika għal deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafu 1.

3.        Fejn sentenza, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif definit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI, diġà ġiet ittrasferita, jew tkun ittrasferita wara l-emissjoni ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, lil Stat Membru ieħor, deċiżjonijiet sussegwenti għandhom jittieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawk id-Deċiżjonijiet Qafas.

3a.      L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda f'konformità mal-paragrafu 1:

3b.      Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tkun irrevokat jew irtirat l-ordni Ewropea ta' protezzjoni skont it-termini tal-paragrafu 1(a), l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri adottati skont it-termini tal-Artikolu 8(1) hekk kif tkun ġiet innotifikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.

3c.      Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun immodifikat l-ordni Ewropea ta' protezzjoni f'konformità mal-paragrafu 1(a), l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni għandha, kif adatt (a)

(a)      tibdel il-miżuri meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni, filwaqt li taġixxi skont it-termini tal-Artikolu 8; jew

(b)     tirrifjuta li tinforza l-obbligu jew il-projbizzjoni mmodifikata meta din ma tkunx skont it-tipi ta' obbligi jew projbizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4b jew jekk l-informazzjoni mibgħuta mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni skont l-Artikolu 6 ma tkunx kompluta u ma tkunx ġiet ikkompletata fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 8(3).

Artikolu 11

Raġunijiet għall-interruzzjoni ta' miżuri meħuda abbażi ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni

1.        L-awtorita kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tista' tinterrompi l-miżuri meħuda għall-eskeuzzjoni ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni:

(a)      fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li l-persuna protetta ma tkunx tirrisjedi jew toqgħod fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, jew tkun definittivament telqet minn dak it-territorju;

(b)      meta, skont il-liġi nazzjonali tagħha, it-tul massimu ta' żmien tal-miżuri adottati fl-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni jkun skada;

(c)       fil-każ imsemmi fl-Artikolu 10(6)(b).

(d)      fejn sentenza, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 20008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif definita fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/828/ĠAI, tiġi ttrasferita lill-Istat ta' eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni.

1a.      L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u fejn ikun possibbli lill-persuna protetta dwar din id-deċiżjoni.

1b.      Qabel ma tinterrompi l-miżuri skont il-paragrafu 1(b), l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tista' tistieden lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk il-protezzjoni pprovduta bl-ordni Ewropea ta' protezzjoni tkunx għadha meħtieġa fiċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari kkonċernat. L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha twieġeb, mingħajr dewmien, għal tali stedina.

Artikolu 11aIl-prijorità fir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni

L-ordni Ewropea ta' protezzjoni għandha tiġi rikonoxxuta bl-istess prijorità li tkun applikabbli f'kawża nazzjonali simili, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inkluża l-urġenza tal-kwistjoni, id-data prevista għall-wasla tal-persuna protetta fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni u, fejn ikun possibbli, il-livell tar-riskju għall-persuna protetta.

Artikolu 15

Konsultazzjonijiet dwar l-awtoritajiet kompetenti

Fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti u tal-Istat ta' eżekuzzjoni jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni bla xkiel u effiċjenti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 16

Lingwi

1.        L-ordni Ewropea ta' protezzjoni għandha tiġi tradotta mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat ta’ esekuzzjoni.

2.        Il-formola msemmija fl-Artikolu 9b għandha tiġi tradotta mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat emittenti.

3.        Kwalunkwe Stat Membru jista', meta din id-Direttiva tiġi adottata jew f'data aktar tard, jistqarr permezz ta' dikjarazzjoni ddepożitata mal-Kummissjoni li huwa jaċċetta traduzzjoni f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 17

Kostijiet

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jitħallsu mill-Istat ta' eżekuzzjoni, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, ħlief għall-ispejjeż li jsiru esklużivament fit-territorju tal-Istat emittenti.

Artikolu 18 Relazzjoni ma' ftehimiet u arranġamenti oħrajn

1.        L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jkunu fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, safejn dawn jippermettu li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu estiżi jew imwessa' u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw iktar il-proċeduri għat-teħid ta' miżuri ta' protezzjoni.

2.        L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, safejn dawn jippermettu li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu estiżi jew imwessa' u jgħinu biex biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċeduri għat-teħid ta' miżuri ta' protezzjoni.

3.        Sa ...[9]* , l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ▌lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet u l-arranġamenti eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 li huma jixtiequ jkomplu japplikaw. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw ▌lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ftehim u arranġament ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 2, fi żmien tliet xhur minn meta jiġi ffirmat tali ftehim.

Artikolu 18aRelazzjoni ma' strumenti oħrajn

1.        Din id-Direttiva m'għandha taffettwa la l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, la dik tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri għat-tfal, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, la dik tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal u lanqas dik tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal.

2.        Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI.

Artikolu 19

Implimentazzjoni

1.        L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi biex jikkonformaw ma' ▌din id-Direttiva …[10]* Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isiru referenzi bħal dawn għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

2.        L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 19aĠbir ta' data

L-Istati Membri, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea d-data rilevanti relatata mal-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali għall-ordni Ewropea ta' protezzjoni, għall-inqas dwar in-numru ta' ordnijiet Ewropej ta' protezzjoni mitluba, maħruġa u/jew rikonoxxuti.

Artikolu 20Reviżjoni

Sa …[11]* , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

Artikolu 21Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi▌,

Għall-Parlament Ewropew                                        Għall-Kunsill

Il-President                            Il-President

ANNESS I

ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI imsemmija fl-Artikolu 6

DIRETTIVA 2010/.../UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TA’ ... DWAR L-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

L-informazzjoni li tinsab f'din il-formola għandha tiġi trattata bil-kunfidenzjalità li tixraq

Stat Emittenti:

Stat ta' Eżekuzzjoni:

 

 

(a)         Informazzjoni rigward il-persuna protetta:

Kunjom:

Isem (Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali (jekk disponibbli):

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Indirizzi/residenzi:

 fl-Istat emittenti:

 fl-Istat ta’ eżekuzzjoni:

 band’oħra:

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

Jekk l-informazzjoni hija disponibbli mingħajr il-bżonn li jsir aktar stħarriġ, il-persuna protetta ingħatat għajnuna legali mingħajr ħlas fl-Istat emittenti?

          Iva.

          Le.

        Mhux magħruf.

Fejn il-persuna protetta hija minorenni jew legalment inabilitata, l-informazzjoni rigward il-kustodju jew ir-rappreżentant legali tal-persuna fiżika:

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Indirizz tal-uffiċċju:

 

 

 

(aa)       Il-persuna protetta ddeċidiet li tirrisjedi jew diġà tirrisjedi fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, jew iddeċidiet li toqgħod jew diġà toqgħod fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

Data minn meta l-persuna protetta biħsiebha tirrisjedi jew toqgħod fl-Istat ta' eskuzzjoni (jekk huwa magħruf):

             Perjodu/i tas-soġġorn (jekk huwa magħruf):

 

(b)         Ingħataw xi strumenti tekniċi lill-persuna protetta jew lill-persuna li qed tikkawża l-periklu biex tiġi infurzata l-miżura ta' protezzjoni:

 

 

  Iva; agħti sommarju tal-istrumenti użati:

 

 

  Le.

(c)         Awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni Ewropea ta' protezzjoni:

Isem uffiċjali:

Indirizz sħiħ:

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Dettalji tal-persuna/i li għandha/hom tiġi/jiġu kkuntattjata/i

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kariga (titolu/grad):

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Posta elettronika (jekk disponibbli):

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

 

 

(d)         L-identifikazzjoni tal-miżura ta' protezzjoni li fuq il-bażi tagħha nħarġet ordni Ewropea ta' protezzjoni:

Il-miżura ta' protezzjoni nħarġet fi (data: JJ-XX-SSSS):

Il-miżura ta' protezzjoni saret infurzabbli fi (data: JJ-XX-SSSS):

 

Referenza tal-fajl tal-miżuri ta' protezzjoni (jekk disponibbli):

 

L-awtorità li adottat il-miżura ta' protezzjoni:

 

(e)         Sommarju tal-fatti u deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi, inkluż, fejn applikabbli, il-klassifikazzjoni tar-reat, li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżura ta' protezzjoni msemmija taħt (d) hawn fuq:

(f)          Indikazzjonijiet rigward l-obbligu(i) jew il-projbizzjoni(jiet) li ġew imposti mill-miżura ta' protezzjoni fuq il-persuna li tikkawża l-periklu:

 Natura tal-obbligu(i): (tista’ timmarka aktar minn kaxxa waħda):

     projbizzjoni milli tidħol f'ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirrisjedi jew li żżur il-persuna protetta;

 jekk immarkajt din il-kaxxa, indika preċiżament liema huma l-lokalitajiet, il-postijiet jew ż-żoni definiti li persuna li tikkawża l-periklu hija pprojbita li tidħol:

      projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-kuntatt, fi kwalunkwe forma, mal-persuna protetta, inkluż permezz tat-telefon, il-posta elettronika jew dik normali, il-fax jew bi kwalunkwe mezz ieħor;

 jekk immarkajt din il-kaxxa, agħti kwalunkwe dettall possibbli:

     projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-possibilità li tersaq eqreb lejn il-persuna protetta minn distanza preskritta.

 jekk immarkajt din il-kaxxa, indika preċiżament id-distanza li għandha tosserva l-persuna li tikkawża l-periklu fir-rigward tal-persuna protetta:

 Indika t-tul ta' żmien li matulu l-obbligu(i) imsemmijin hawn fuq huma imposti fuq il-persuna li tikkawża l-periklu:

 Indikazzjoni tal-piena jew sanzjoni (jekk hemm) fil-każ ta' ksur tal-projbizzjoni:

 

(g)         Informazzjoni rigward il-persuna li tikkawża l-periklu li fuqha kienu imposti l-obbligu(i) imsemmijin taħt (f):

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali (jekk disponibbli):

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Indirizzi/residenzi:

 fl-Istat emittenti:

 fl-Istat ta’ eżekuzzjoni:

 band’oħra:

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

Jekk disponibbli, agħti l-informazzjoni li ġejja:

 Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità tal-persuna (karta tal-identità, passaport)

 

Jekk l-informazzjoni hija disponibbli mingħajr il-bżonn li jsir aktar stħarriġ, il-persuna li qed tikkawża l-periklu ngħatat għajnuna legali mingħajr ħlas fl-Istat emittenti?

          Iva.

          Le.

        Mhux magħruf.

 

(h)         Ċirkostanzi oħrajn li jistgħu jinċidu fuq il-valutazzjoni tal-periklu li jista' jaffettwa lill-persuna protetta (informazzjoni fakultattiva):

 

 

(ha)       Informazzjoni utli oħra (bħal pereżempju, fejn disponibbli u meħtieġ, informazzjoni dwar Stati oħra fejn preċedentament ittieħdu miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-istess persuna protetta):

 

 

(i)          Immarka l-kaxxa fejn ikun il-każ u imla:

     sentenza, kif definit mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, diġà ġiet trasmessa lil Stat Membru ieħor

 Jekk immarkajt din il-kaxxa, agħti d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li ntbagħtitilha s-sentenza:

     deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif definit mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI diġà ġiet trasmessa lil Stat Membru ieħor

 Jekk immarkajt din il-kaxxa, agħti d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li ntbagħtitilha d-deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni:

Firma tal-awtorità li toħroġ l-ordni Ewropea ta' protezzjoni u/jew tar-rappreżentant tagħha biex tikkonferma li l-kontenut l-ordni huwa preċiż:

L-isem:

Kariga (titolu/grad):

Data:

Referenza tal-fajl (jekk disponibbli):

(Fejn ikun il-każ) Timbru uffiċjali:

ANNESS II

FORMOLA imsemmija

fl-Artikolu 9b

DIRETTIVA 2010/.../UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TA’ ... DWAR L-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI *

NOTIFIKA TA' KSUR TAL-MIŻURA TA' PROTEZZJONI MEĦUDA FUQ IL-BAŻI TAL-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

L-informazzjoni li tinsab f'din il-formola għandha tiġi trattata bil-kunfidenzjalità li tixraq

(a)         Dettalji tal-identità tal-persuna li tikkawża l-periklu

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali (jekk disponibbli):

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Indirizz:

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

 

(b)         Dettalji tal-identità tal-persuna protetta:

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Indirizz:

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

 

(c)         Dettalji tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni:

Ordni maħruġa fi:

Referenza tal-fajl (jekk disponibbli):

Awtorità li ħarġet l-ordni:

Isem uffiċjali:

Indirizz:

(d)         Dettalji tal-awtorità responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-miżura ta' protezzjoni, jekk disponibbli, li ttieħdet fl-Istat ta' eżekuzzjoni f'konformità mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni:

Isem uffiċjali tal-awtorità:

Isem tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata:

Kariga (titolu/grad):

Indirizz:

Tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona) (numru)

Fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona) (numru)

E-mail:

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

 

(e)         Ksur tal-obbligu/i imposti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mmbru ta' eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni u/jew knklużjonijiet oħrajn li jistgħu jirriżultaw fit-teħid ta' kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti:

Il-ksur jikkonċerna l-obbligu(i) li ġejjin (tista' timmarka aktar minn kaxxa waħda):

      projbizzjoni milli tidħol f'ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirrisjedi jew li żżur il-persuna protetta;

      projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-kuntatt, fi kwalunkwe forma, mal-persuna protetta, inkluż permezz tat-telefon, il-posta elettronika jew dik normali, il-fax jew bi kwalunkwe mezz ieħor;

      projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-possibilità li tersaq eqreb lejn il-persuna protetta minn distanza preskritta.

      kwalunkwe miżura oħra, li tikkorrispondi għall-miżura ta' protezzjoni li fuq il-bażi tagħha tkun inħarġet l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni

Deskrizzjoni tal-ksur (post, data u ċirkostanzi speċifiċi):

B'konformità mal-Artikolu 9a(2):

miżuri meħuda fl-Istat ta' eżekuzzjoni bħala konsegwenza tal-ksur:

- konsegwenzi legali possibbli oħra tal-ksur fl-Istat ta' eżekuzzjoni:

Konklużjonijiet oħrajn li jistgħu jirriżultaw fit-teħid ta' kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti

Deskrizzjoni tal-konklużjonijiet:

(f)          Dettalji tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata jekk għandha tinkiseb informazzjoni addizzjonali dwar il-ksur:

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Indirizz:

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

E-mail:

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

Firma tal-awtorità li qed toħroġ il-formola u/jew tar-rappreżentant tagħha, li tikkonferma li l-kontenut tal-formola huwa korrett:

L-isem:

Kariga (titolu/grad):

Data:

Timbru uffiċjali (fejn applikabbli):

 

  • [1] *       Emendi: test ġdid jew emendat huwa indikat b'tipa grassa u korsiva; it-tħassir huwa indikat bis-simbolu ▌.
  • [2]        ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102.
  • [3]        ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20.
  • [4]        ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.
  • [5]        ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1
  • [6]        ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.
  • [7]        ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
  • [8]        ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130.
  • [9] *       ĠU: jekk jogħġbok daħħal data 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
  • [10] *       ĠU: jekk jogħġbok daħħal data 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
  • [11] *       ĠU: jekk jogħġbok daħħal data 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal direttiva dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, imressqa minn 12-il Stat Membru, hija inizjattiva li għandha l-għan li tipprevjeni r-reati. Anki meta l-Istati Membri jkunu ddisponew dwar ordnijiet ta' protezzjoni għall-vittmi, il-miżuri ta' esekuzzjoni li jirriżultaw jieqfu fil-fruntiera tal-Istat emittenti. Il-vittmi, madankollu, jistgħu jgħaddu minn Stat Membru għall-ieħor għal diversi raġunijiet, mhux l-anqas fosthom biex jaħarbu mill-kriminalità. Minħabba li jiċċaqilqu b'dan il-mod ma jkollhom l-ebda difiża meta l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi tonqos milli tipproteġihom billi timplimenta mekkaniżmu Ewropew rapidu u effikaċi ta' twissija bikrija u prevenzjoni. L-istabbiliment ta' arranġament ta' kooperazzjoni fuq dawn il-linji huwa l-għan li ta lok għal din l-inizjattiva. L-azzjoni meħuda mill-Istati Membri turi li r-reati jistgħu jiġu pprevenuti fil-livell Ewropew meta sseħħ l-identifikazzjoni tal-aggressur(i).

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2009 li għandha x'taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Ġunju 2005 dwar il-pożizzjoni tal-vittma fil-qafas tal-liġi u l-proċedura kriminali, imma ma jkoprux il-prevenzjoni tar-reati, li huwa l-każ hawnhekk.

Il-Programm ta' Stokkolma u l-Pjan ta' Azzjoni relatat stipulaw il-ħtieġa li nindirizzaw is-sitwazzjoni tal-vittmi, il-ġlieda kontra l-vjolenza, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja fiż-żona ġudizzjarja Ewropea, partikolarment fi proċedimenti transkonfinali (il-Programm ta' Stokkolma, punt 3.4.1). Il-komunikazzjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma (COM(2010)1 finali)1 tinnota li d-differenzi fil-garanziji pprovduti lill-vittmi tal-kriminalità għandhom ikunu analizzati u mnaqqsa bil-għan li l-protezzjoni titkabbar b'kull mezz possibbli, u f'dan il-kuntest qed jiġi propost li li għandha tiġi adottata proposta leġiżlattiva dwar strument kumplessiv dwar il-protezzjoni tal-vittmi u pjan ta' azzjoni dwar miżuri prattiċi, inkluż l-iżvilupp ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni.

F'konformità mal-proċeduri li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew jippermetti li jitfasslu rapporti li jkopru għadd ta' oqsma. Dan ir-rapport gawda mill-kontributi li ħarġu mid-diskussjonijiet fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kif ukoll mill-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ rapporteurs.

Il-Kunsill Ewropew ressaq l-ewwel proposta tiegħu għal direttiva dwar ordni Ewropea ta' protezzjoni għall-vittmi fil-5 ta' Jannar 2010. Minn dakinhar, il-Kunsill immodifika u rreveda l-proposta diversi drabi. Ħafna mill-kontenut u l-kostruzzjoni tal-bażi legali tal-proposta tal-Kunsill kienu msejsa fuq kwestjonarju li 20 Stat Membri tal-UE rrispondew għalih f'Ottubru 2009.

Dan ir-rapport u l-emendi ssuġġeriti miż-żewġ rapporteurs huma bbażati fuq il-verżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Jannar.

Il-Kunsill jiddefinixxi l-protezzjoni tal-vittmi bħala l-attivazzjoni ta' mekkaniżmi adatti biex jipprevjenu ripetizzjoni tal-istess reat jew reat differenti, forsi aktar serju, mill-istess awtur tar-reat kontra l-istess vittma. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni huma applikabbli biss fit-territorju fejn il-miżuri jkunu ġew stabbiliti minn awtorità legali. Mekkaniżmu biex jestendi dawn il-miżuri ta' protezzjoni għal Stat Membru ieħor huwa dak li għalih qed jimmira l-Kunsill. Jew, fi kliem ieħor, il-Kunsill irid jevita s-sitwazzjoni fejn vittma jkollha terġa' tibda mill-bidu nett il-proċess legali kollu biex tikseb miżuri ta' protezzjoni meta tmur fi Stat Membru ieħor.

Fehmet ir-rapporteurs

Ir-rapporteurs fil-parti l-kbira jaqblu mal-proposta tal-Kunsill. Fil-qies tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Stokkolma, l-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea biex tmantni u tiżviluppa spazju ta' liberta, sigurtà u ġustizzja, li l-Kunsill Ewropew approvaha fil-laqgħa tiegħu tal-10 u l-11 ta' Diċembru, din id-Direttiva hija l-ewwel minn bosta inizjattivi li ġejjin biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-vittmi tal-vjolenza mhux biss m'għandhomx jitħallew isofru mill-offiżi f'pajjiżhom, imma għandu jkollhom dawn it-tipi ta' miżuri preventivi wkoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteurs jaqblu mal-kunċett globali tal-ordni ta' protezzjoni.

L-ambitu tal-inizjattiva huwa wiesa', apposta. Minkejja li l-parti l-kbira tal-ordnijiet ta' protezzjoni fis-seħħ jikkonċernaw vittmi nisa ta' vjolenza tal-ġeneru, tista' tkun koperta kwalunkwe vittma oħra – jiġifieri, tifel , tifla jew adult ta' sess jew l-ieħor – li tkun sofriet il-vjolenza minn aggressur identifikat. F'dan il-kuntest, il-Programm ta' Stokkolma jistqarr li l-vittmi tar-reati, inkluż it-terroriżmu, li huma l-aktar vulnerabbli jew li jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet partikolarment esposti, bħalma huma l-persuni li jkunu soġġetti għal vjolenza ripetuta f'relazzjonijiet intimi, vittmi ta' vjolenza bbażata fuq is-sess, jew persuni li jkunu vittmi ta' tipi oħrajn ta' kriminalità fi Stat Membru li mhumiex ċittadini tiegħu jew residenti fih, jeħtieġu appoġġ speċjali u protezzjoni legali. Ordni Ewropea ta' protezzjoni għaldaqstant għandha tkun applikabbli għal kull vittma tal-kriminalità, bħalma huma l-vittmi tal-kummerċ fil-persuni, il-vittmi tal-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa, iż-żwiġijiet furzati, il-qtil relatat mal-unur, l-inċest, il-vjolenza tal-ġeneru, ix-xhieda, il-vittmi tat-terroriżmu u l-vittmi tal-kriminalità organizzata, irrispettivament mill-età jew is-sess tal-vittma, fejn ikun hemm aggressur identifikat. Jekk il-vittma tkun ta' età żgħira wisq biex tinħareġ ordni, ikollha bżonn l-assistenza u l-approvazzjoni ta' tutur jew rappreżentant legali.

L-emendi proposti għad-direttiva jtejbu t-test billi:

- itejbu l-arranġamenti għar-revoka ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni,

- jiżguraw il-kontinwità tal-protezzjoni tal-liġi,

- jillimitaw ir-raġunijiet għar-rifjut tar-rikonoxximent, jew iċ-ċaħda, ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni,

- jistabbilixxu terminu ta' żmien ta' 20 jum għall-esekuzzjoni ta' ordni.

- jiċċaraw il-pożizzjoni rigward il-vittmi li jgħaddu minn Stat Membru għall-ieħor.

Madankollu, ir-rapporteurs huma konxji dwar il-kumplessità tal-inizjattiva u l-isfidi li d-direttiva jista' jkollha tiffaċċa fil-ġejjieni. Jeħtieġ li jingħeleb il-fatt li l-ordinamenti ġudizzjarji tal-Istati Membri huma differenti u li l-proċedimenti jistgħu jkunu kriminali, ċivili jew amministrattivi.

L-intenzjoni tar-rapporteurs hija li jiżguraw li l-vittmi jingħataw l-aħjar protezzjoni possibbli, fost l-oħrajn billi tkun żgurata ċ-ċertezza legali. Il-vittmi għandhom jibbenefikaw minn proċeduri ċari, u għandhom dejjem ikunu mgħarrfa bil-miżuri li huma disponibbli, sew fl-Istat emittenti kif ukoll fl-Istati fejn ikun biħsiebhhom imorru joqogħdu jew li diġa jkunu marru joqogħdu fihom. Barra minn hekk, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom ikunu restrittivi kemm jista' jkun, u l-vittma għandha tkun mgħarrfa ċar bir-raġunijiet li jkunu wasslu għar-rifjut.

Barra minn hekk, il-protezzjoi tal-vittmi ma tfissirx biss protezzjoni fiżika. Meta nitkellmu dwar il-protezzjoni tal-vittmi, jeħtiġilna wkoll inqisu d-dinjità tagħhom. Kif jissemma fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u l-protezzjoni tal-vittmi, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI, 'kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam jeħtiġilha tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta tal-UE) u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (EHCR), b'mod partikolari d-dinjità tal-bniedem'. Jissemma wkoll li kull dispożizzjoni mmirata lejn is-sostenn tal-vittmi fl-eżerċizzju konkret tad-drittijiet tagħhom fi proċedimenti kriminali, bħalma huma miżuri ta' assistenza, assistenza psikoloġika u konsulenza legali, għandha tqawwilhom is-setgħa u ssaħħaħ ir-rispett tad-dinjità tagħhom. Ir-rapporteurs iqisuha bħala ħaġa imperattiva li tkun inkluża l-protezzjoni tal-vittmi li tfittex troddilhom lura d-dinjità u r-rispett li ħaqqhom bħala bnedmin, meta jkunu ddeċidew li jmorru joqogħdu f'pajjiż ieħor jew diġà jkunu residenti f'pajjiż ieħor.

Id-direttiva tipproteġi l-vittmi li jkunu ġew maltrattati minn persuna waħdanija. Ir-realtà madankolu turi li għadd ta' individwi jistgħu jheddu jew jagħmlu l-ħsara lil persuna oħra. Jekk qorti ġudizzjarja tkun qed tieħu passi kontra grupp ta' nies u jkunu ġew imposti miżuri ta' protezzjoni, l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, jekk tkun inħarġet, għandha tkopri wkoll protezzjoni kontra l-vjolenza mwettqa minn grupp ta' individwi.

L-inizjattiva minn għadd ta' Stati Membri tonqos milli tagħmel provvediment dwar l-assistenza morali, li għandha tkun inkluża fid-direttiva. Il-vittmi li jkunu batew ħsara morali permezz ta' vjolenza ta' kwalunkwe tip jeħtieġ li jingħataw l-informazzjoni u l-assistenza adegwata dwar kif jistgħu jibdew ħajja ġdida bla ma jitilfu l-miżuri ta' protezzjoni li jkunu ġew imposti, anki qabel ma tkun ġiethom l-idea li jmorru fi Stat Membru ieħor. Din il-protezzjoni għandha titqies matul il-proċess.

Dan ir-rapport huwa r-riżultat tal-ħidma flimkien ta' żewġ rapporteurs bl-għan li jiżguraw li l-ordni Ewropea ta' protezzjoni tkun strument b'saħħtu li lill-vittmi tal-vjolenza jipprovdilhom rifuġju aktar sikur fi Stati Membri oħra.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Juan Fernando López Aguilar

'Chairperson'

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

BRUSSELL

u

Is-Sinjura Eva-Britt Svensson

'Chairperson'

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali għal Inizjattiva għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni (00002/2010 – C7‑0006/2010 – 2010/0802(COD))

Għeżież Kollegi,

Il-proposta għal Ordni Ewropea ta' Protezzjoni hija bbażata fuq inizjattiva għal direttiva konġunta ta' tnax-il Stat Membru[1] tal-UE, ippreżentata f'Jannar 2010[2]. L-għan tad-Direttiva hu li tiffaċilita u ssaħħaħ il-protezzjoni mogħtija lill-vittmi tal-kriminalità, jew lil vittmi possibbli tal-kriminalità, li jiċċaqilqu bejn l-Istati Membri tal-UE, b’mod partikolari reati li jistgħu jipperikolaw il-ħajja u l-integrità fiżika, psikoloġika u sesswali tal-vittmi jew il-libertà personali tagħhom. L-għan aħħari hu li jiġu evitati atti ġodda ta' kriminalità u li jittaffu l-konsegwenzi ta' atti preċedenti ta' kriminalità.

Il-bażi legali proposta għall-Abbozz ta’ Direttiva hu l-Artikolu 82(1)(d) TFUE, dwar il-kooperazzjoni f’materji kriminali.

Bl-ittra tas-7 ta’ Ottubru 2010, intom tlabtu lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-bażi legali tal-proposta. Jidher li wara vot ta’ orjentazzjoni miżmum bi tħejjija għan-negozjati mal-Kunsill għal-laqgħa konġunta tal-Kumitati tagħkom skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura, ġiet adottata emenda li tinkludi l-Artikolu 82(1)(a) TFUE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji, bħala bażi legali supplimentari.

I. Sfond

It-Trattat ta' Lisbona neħħa dik li qabel kienet l-istruttura tal-pilastri, u b’hekk kważi l-leġiżlazzjoni kollha inkluża f'dak li issa hu l-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, inkluż l-Artikoli 82 TFUE dwar il-kooperazzjoni f’materji kriminali fil-Kapitolu 4 tat-Titolu V, trid tiġi adotatta skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

F’dan il-qasam għad fadal eċċezzjoni limitata għar-regola ġenerali li l-Kummissjoni għandha d-dritt uniku li tniedi leġiżlazzjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 76 TFUE, li jistipula li kwart tal-Istati Membri jistgħu jniedu leġiżlazzjoni fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-koperazzjoni tal-pulizija ( u fil-qasam ta' koperazzjoni amministrattiva marbut miegħu).

Il-Kunsill Ewropew ressaq l-ewwel proposta tiegħu għal direttiva dwar ordni Ewropea ta' protezzjoni għall-vittmi fil-5 ta' Jannar 2010[3]. Minn dakinhar, il-Kunsill immodifika u rreveda l-proposta diversi drabi. Ħafna mill-kontenut u l-kostruzzjoni tal-bażi legali tal-proposta tal-Kunsill kienu msejsa fuq kwestjonarju li 20 Stat Membri[4] tal-UE rrispondew għalih f'Ottubru 2009.

L-inizjattiva għandha l-għan li toħloq Ordni Ewropea ta' Protezzjoni għall-vittmi ta' vjolenza fejn il-miżuri protettivi adottati f'wieħed mill-Istati Membri jistgħu jiġu rikonoxxuti, amministrati u nfurzati mill-qrati ta’ Stat Membru ieħor. Din is-sistema tevita kull bżonn li persuna protetta tniedi proċedimenti paralleli fi Stat Membru fejn din il-persuna (il-vittma) ser tiċċaqlaq jew iċċaqalqet.

Ir-raġunament wara l-proposta hu li l-vittmi tal-kriminalità mhux biss għandhom id-dritt għal rispett, għall-kumpens tad-danni kkawżati lilhom u li jaraw lil min wettaq ir-reat jingħata kastig abbażi ta’ proċess ġust li jiggarantixxi bis-sħiħ id-drittijiet tal-partijiet kollha, iżda għandhom id-dritt ukoll għal protezzjoni milli jsiru vittmi ta’ reat ieħor, b’mod partikolari mill-istess persuna.

Għalhekk, għandu jkun hemm mekkaniżmi adatti mfassla biex jipprevjenu r-ripetizzjoni tal-istess reat jew ieħor differenti, forsi aktar serju, mill-istess awtur tar-reat kontra l-istess vittma. Dawn ir-reati ripetuti huma partikolarment spissi f’każ ta’ vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, għalkemm iseħħu wkoll f’forom ta’ kriminalità oħra bħall-kummerċ tal-persuni u l-isfruttament sesswali ta’ minuri.

L-Istati Membri kollha tal-UE jistipulaw miżuri li jipproteġu l-ħajja, l-integrità fiżika, mentali u sesswali tal-vittmi u l-libertà tagħhom, iżda fil-preżent tali miżuri huma effettivi biss fit-territorju tal-Istat li adottahom u jħallu lill-vittmi bla protezzjoni hekk kif dawn jaqsmu l-fruntieri. Il-protezzjoni li Stat Membru joffri lill-vittmi tal-kriminalità għalhekk m'għandhiex tkun ristretta biss għat-territorju tiegħu iżda għandha tapplika għall-vittmi, kull fejn imorru fl-UE.

Skont il-figuri disponibbli, biss għal reati bbażati fuq il-ġeneru, jidher li madwar 100 000 mara li jirrisjedu fl-UE huma koperti minn miżuri protettivi ta' tipi differenti adottati mill-Istati Membri b'rispons għall-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. Dawn iċ-ċifri ma jikkunsidrawx l-vittmi tal-kummerċ tal-persuni u reati oħra.

Meta titqies il-faċilità li biha l-awturi tar-reati jistgħu jiċċaqilqu fl-UE, jidher li hu ġust li għandu jkun possibbli li l-ambitu tal-miżuri ta' protezzjoni adottati fi Stat Membru ieħor jitħalla jiġi estiż għall-protezzjoni tal-vittma li tixtieq teżerċità d-dritt tagħha għal moviment liberu. Fin-nuqqas ta’ din it-tip ta’ azzjoni, il-vittmi jiġu ffaċċjati b’deċiżjoni iebsa bejn iċ-ċaħda tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu bħala ċittadini tal-Unjoni jew inkella ċ-ċaħda tad-dritt tagħhom għal protezzjoni. Dan mhuwiex aċċettabbli.

Il-Parlament ripetutament talab lill-Istati Membri jirrevedu l-amministrazzjoni tal-proċedimenti legali u jieħdu azzjoni sabiex iwarrbu l-ostakli li jipprevjenu lin-nisa milli jiksbu il-protezzjoni legali.[5]

Barra minn hekk ġie nnutat ukoll li l-leġiżlatur tal-UE ma kienx inattiv fil-qasam tal-protezzjoni tal-vittma. Teżisti Deċiżjoni Qafas 2001/220/ĠAI dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali dwar il-kwistjoni tad-drittijiet proċedurali tal-vittmi[6] u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE rigward il-kumpens għal vittmi tal-kriminalità[7].

Fil-fatt il-protezzjoni tal-vittmi hi wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-libertà, sigurtà u l-ġustizzja u tal-Programm ta’ Stokkolma għat-tisħiħ tal-libertà, sigurtà u l-ġustizzja fl-UE, kif approvat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu nhar l-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009 li jiddikjara li l-vittmi jew ix-xhieda tal-kriminalità li jinsabu fil-periklu għandhom jingħataw miżuri ta’ protezzjoni speċjali li jaħdmu, fi ħdan l-Unjoni.

Fis-17 ta’ Frar 2010, is-Servizz Legali tal-Kunsill ippreżenta opinjoni[8], fuq talba tal-Kunsill, li fiha jikkonkludi li l-Artikolu 82(1)(d) TFUE hu affidabbli bħala l-bażi legali għall-abbozz ta’ Direttiva, madankollu sabiex l-inizjattiva tingħata l-għarfien li jistħoqqilha bħala strument ta' rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, ikun tajjeb li ssir referenza wkoll għall-Artikolu 82(1)(a) TFUE.

II. L-opinjoni tal-kumitati kompetenti

Fil-laqgħa konġunta msemmija hawn fuq tad-29 ta’ Settemberu 2010 tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, ġew adottati numru kbir ta’ emendi għad-direttiva proposta wara vot ta’ orjentazzjoni biex ikun stabbilit il-mandat tar-rapporteur fin-negozjati mal-Kunsill, bil-għan li jintlaħaq kompromess fl-ewwel qari.

L-Emenda 1 tal-emendi msemmija iżżid l-Artikolu 82(1)(a) TFUE bħala bażi legali supplimentari, fir-rigward tar-rikonoxximent ta' kull forma ta' sentenza u deċiżjoni ġudizzjarja. Din hi referenza ċara għal sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji f’materji kriminali.

Fl-istess ħin, ġew adottati emendi oħrajn (Emendi 18 u 84) li jiddikjaraw biċ-ċar li d-direttiva proposta mhijiex ser taffettwa l-applikazzjoni ta, u lanqas mhi ser temenda jew tibdel, l-istrumenti ta' rikonoxximent reċiproku attwali f'materji ċivili.

Fil-memorandum ta’ spjegazzjoni għall-abbozz ta’ rapport tal-20 ta’ Mejju 2010 ir-rapporteurs jiddikjaraw li “fil-parti l-kbira jaqblu mal-proposta tal-Kunsill”, filwat li jenfasizzaw li l-ambitu tal-inizjattiva huwa wiesa’ apposta u li Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni “għandha tkun applikabbli għal kull vittma tal-kriminalità, bħalma huma l-vittmi tal-kummerċ fil-persuni, il-vittmi tal-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa, iż-żwiġijiet furzati, il-qtil relatat mal-unur, l-inċest, il-vjolenza tal-ġeneru, ix-xhieda, il-vittmi tat-terroriżmu u l-vittmi tal-kriminalità organizzata, irrispettivament mill-età jew is-sess tal-vittma, fejn ikun hemm aggressur identifikat”. Ġie dikjarat ukoll li l-emendi proposti huma mmirati biex itejbu t-test propost billi “jiżguraw il-kontinwità tal-protezzjoni tal-liġi” u biex “jillimitaw ir-raġunijiet għar-rifjut tar-rikonoxximent, jew iċ-ċaħda, ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni”.

III. Il-bażi legali proposta

Il-bażi legali mressqa għall-proposta tad-direttiva hu l-Artikolu 82(1) punt (d) TFUE. L-awtoritajiet kompetenti jipproponu ż-żieda ta’ punt (a) mill-istess Artikolu mal-bażi legali.

Artikolu 82 TFUE

(ex Artikolu 31 TUE)

1. Il-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji u għandha tinkludi l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri fl-oqsma previsti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 83.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri li:

(a) jistabbilixxu regoli u proċeduri sabiex jassiguraw ir-rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-forom kollha ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji;

(b) jipprevjenu u jsolvu konflitti ta' ġurisdizzjoni bejn l-Istati Membri;

(c) ċ) jappoġġaw it-taħriġ tal-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju;

(d) jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji jew ekwivalenti ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' proċedimenti f'materji kriminali u l-infurzar tad-deċiżjonijiet.

2. ...

3. ...

IV. Analiżi tal-għan u l-kontenut

Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja[9], il-għażla ta’ bażi legali għal miżura tal-Unjoni għandha tkun imsejsa fuq fatturi objettivi li huma soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja, inkluż b’mod partikolari l-objettiv u l-kontenut tal-miżura.

Meta jitqies l-ambitu tal-mistoqsija li għandha tiġi mwieġba, jenħtieġ li din il-kwistjoni tkun itrattata b’analiżi dwar kif l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni beħsiebha taħdem.

X’inhi l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni?

Ordni Ewropea ta' Protezzjoni (minn hawn 'il quddiem EPO) tfisser deċiżjoni ġudizzjarja relatata ma' miżura ta' protezzjoni maħruġa minn Stat Membru bl-għan li tiffaċilita t-teħid minn Stat Membru ieħor, fejn ikun il-każ, ta’ miżura ta' protezzjoni skont il-liġi nazzjonali tiegħu bil-ħsieb li jkunu salvagwardjati l-ħajja, l-integrità fiżika u psikoloġika, il-libertà jew l-integrità sesswali ta' persuna[10];

B’konsegwenza, EPO jista’ jinħareġ biss jekk fl-Istat emittenti tkun diġà ħarġet miżura ta’ protezzjoni.

Miżura ta' protezzjoni tfisser deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru li timponi fuq persuna li tikkawża l-periklu wieħed jew aktar mill-obbligi jew projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2), sakemm il-ksur ta' tali obbligu jew projbizzjoni jikkostitwixxi reat kriminali taħt il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat jew tista' b'xi mod tkun punibbli bid-deprivazzjoni tal-libertà f'dak l-Istat Membru;

Il-projbizzjonijiet u l-obbligi stipulati fl-Artikolu 2(2) huma kif ġej:

(a) obbligu li ma tidħolx f'ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirrisjedi jew li żżur il-persuna protetta;

(b) obbligu biex tibqa' f'post speċifiku, fejn applikabbli matul ħinijiet speċifiċi;

(c) obbligu li fih limitazzjonijiet dwar tluq mit-territorju tal-Istat emittenti;

(d) obbligu li tevita kuntatt mal-persuna protetta; jew

(e) projbizzjoni li tersaq qrib il-persuna protetta mid-distanza preskritta.

Ħruġ ta’ EPO

EPO tista' tinħareġ fi kwalunkwe mument meta l-persuna protetta beħsiebha titlaq jew tkun telqet mill-Istat emittenti għal Stat Membru ieħor. Il-ħruġ ta’ EPO jiddependi fuq l-adozzjoni preċedenti ta’ miżura ta’ protezzjoni fl-Istat emittenti.

EPO jista’ jinħareġ biss minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità kompetenti[11] oħra tal-Istat emittenti jew fuq talba tal-persuna protetta. (Il-persuna protetta tista’ tressaq talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni, iżda mbgħad dik l-awtorità ikollha tressaq it-talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.)

L-awtoritajiet li jadottaw miżura ta’ protezzjoni fl-ambitu tat-tifsira tad-direttiva għandhom d-dmir li jinfurmaw lill-persuna protetta dwar id-disponibilità ta’ EPO, f’każ li dik il-persuna tkun beħsiebha tiċċaqlaq għal Stat Membru ieħor. Għandhom id-dmir ukoll li jagħtu parir lil dik il-persuna biex tapplika għal EPO qabel ma jitilqu.

Forma tal-EPO

Forma standard hi annessa mal-proposta ta' direttiva. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar l-identità u n-nazzjonalità ta’ persuna protetta[12]; l-użu ta’ kull tip ta’ strument teknoloġiku li hu disponibbli għall-persuna protetta; id-dettalji tal-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti; l-identifikazzjoni tal-miżura ta' protezzjoni li fuq il-bażi tagħha l-EPO hi adottata; sommarju tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżura ta' protezzjoni; l-obbligi jew il-projbizzjonijiet imposti fil-miżura ta' protezzjoni, it-tul u l-indikazzjoni espressa tagħha li l-ksur tagħha jikkostitwixxi reat kriminali skont il-liġi tal-Istat emittenti jew b'xi mod ieħor tkun punibbli b'ċaħda tal-libertà; l-identifikazzjoni ta’ persuna li toħloq periklu; kull ċirkostanza oħra li jista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tal-periklu u fejn meħtieġ, l-indikazzjoni espressa, li sentenza, kif definit mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif definit mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI, tkun diġà ġiet ittrasferita lill-Stat Membru ieħor, u l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti għall-infurzar ta' tali sentenza jew deċiżjoni.

L-Istat ta’ esekuzzjoni irid bil-fors jirrikonoxxi EPO?

L-Artikolu 3 jobbliga lill-Istati Membri jirrikonoxxu EPO maħruġ bi qbil mad-Direttiva u għandha ssir referenza għall-fatt li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 jistipula li, “id-Direttiva m'għandux ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE.”

Madankollu, skont l-Artikolu 9, Stat Membru jista’ jagħti rifjut raġunat li jirrikonoxxi EPO. Ir-raġunijiet permessi għal rifjut huma:

(a) l-EPO mhijiex kompluta jew ma tkunx ġiet kompluta fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' esekuzzjoni;

(b) ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 2(2)[13] ma ġewx sodisfatti;

(c) il-protezzjoni ġejja mill-esekuzzjoni ta' piena jew miżura li hija koperta bl-amnestija skont il-liġi tal-Istat ta' esekuzzjoni u hija relatata ma' att li jaqa' taħt il-kompetenza tiegħu skont dik il-liġi;

(d) tkun ingħatat l-immunità, taħt il-liġi tal-Istat ta' esekuzzjoni, lill-persuna li tikkawża l-periklu, li tagħmilha impossibbli li jkunu adottati l-miżuri ta' protezzjoni;

X’jiġri fl-Istat ta’ esekuzzjoni?

Skont l-Artikolu 8 tal-proposta ta’ Direttiva, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha:

(a) tirrikonoxxi l-EPO u tieħu kull miżura disponibbli skont il-liġi nazzjonali f'każ simili sabiex tiżgura l-protezzjoni tal-persuna protetta (sakemm ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet ta’ rifjut);

(b) tinforma lill-persuna li qed tikkawża l-periklu dwar kull miżura li tieħu;

(c) tieħu kwalunkwe miżura urġenti u proviżorja meħtieġa sabiex tiżgura l-protezzjoni kontinwa tal-persuna protetta; u wkoll

(d) b’mod immedjat tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti dwar kull ksur ta’ miżura ta’ protezzjoni sottostanti għall-EPO (bl-użu ta’ forma standard).

L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' esekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u lill-persuna protetta dwar il-miżuri adottati.

Azzjoni sussegwenti għall-ħruġ ta’ EPO

Huwa biss l-Istat emittenti li jista’ jġedded, jirrevedi, jirtira jew jimmodifika l-miżura ta’ protezzjoni, joħroġ mandat ta’ arrest eċċ. jew iniedi kull tip ta’ proċediment kriminali ġdid kontra persuna li qed toħloq periklu, u għandu jagħmel dan skont il-liġi tiegħu (Artikolu 10).

L-Istat ta’ esekuzzjoni jista’ jirtira r-rikonoxximent ta’ EPO biss meta jkollu prova ċara li l-persuna protetta ħalliet it-territorju tiegħu b’mod definittiv (Artikolu 11).

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' esekuzzjoni fid-dawl ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu rregolati bil-liġi nazzjonali tagħha.

V. Konklużjoni

Meta titqies in-natura tal-proposta ta’ Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni kif tidher fl-analiżi msemmija, hu kompletament xieraq li tiżdied il-bażi legali tal-Artikolu 82(1)(d), li għandu l-għan li jiffaċilità l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u l-ekwivalenti tagħhom fir-rigward ta’ proċedimenti kriminali u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet, l-Artikolu 82(1)(a) li jitratta r-regoli u l-proċeduri għall-iżgurar “tar-rikonoxximenti ta’ kull forma ta’ sentenza u deċiżjoni ġudizzjarja".

B’konsegwenza ta’ dan, jidher li l-Artikolu 82(1)(d) TFUE hu affidabbli bħala bażi legali għall-abbozz ta’ Direttiva, iżda għandha ssir referenza wkoll għall-Artikolu 82(1)(a) TFUE biex l-inizjattiva tingħata r-rikonoxximent adegwat bħala strument ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji.

VI. Rakkomandazzjoni

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tad-28 ta' Ottubru 2010.

Għalhekk, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ Ottubru 2010, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda unananimament[14] li jirrakkomandalek dan li ġej: il-proposta ta’ Direttiva għandha tiġi adottata skont l-Artikolu 82(1)(a) u (d) TFUE.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

  • [1]  L-Istati Membri kkonċernati huma: il-Belġju, il-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Finlandja u l-Isvezja.
  • [2]  Ara d-dokument PE-CONS 2/10 tat-22 ta’ Jannar 2010.
  • [3]  Ara d-dokument 17513/09 tal-5 ta’ Jannar 2010.
  • [4]  Ara d-dokument 5002/10 tas-6 ta' Jannar 2010
  • [5]  Ara r-Riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Settembru 1997 dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita madwar l-Unjoni Ewropea kollha kampanja għal tolleranza żero fir-rigward tal-vjolenza kontra n-nisa (ĠU C 304, 6.10.1997, p. 55). Ara wkoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Frar 2006 dwar is-sitwazzjoni attwali fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u kwalunkwe azzjoni futura (ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 66).
  • [6]  ĠU L 82, 22.03.2001, p.1.
  • [7]  ĠU L 261, 06.08.2004, p.15.
  • [8]  Ara d-dokument tal-Kunsill 6516/10 tat-17 ta’ Frar 2010.
  • [9]  Sentenza tat-3 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża C-166/07 Parlament vs il-Kunsill, li għandha ma ġietx rappurtata fl-ECR.
  • [10]  Artikolu 1 tal-proposta għal Direttiva.
  • [11]  Skont l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti biex joħorġu u jirrikonoxxu l-EPOs. L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtoritajiet mhux ġudizzjarji bħala awtoritajiet kompetenti, sakemm dawn l-awtoritajiet ikollhom il-kompetenza li jieħdu deċiżjonijiet ta’ natura simili skont il-liġi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom.
  • [12]  U wkoll tar-rappreżentant legali tal-persuna jekk il-persuna protetta tkun taħt l-età jew nieqsa minn kapaċità legali.
  • [13]  Ara hawn fuq.
  • [14]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Raffaele Baldassarre (President), Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Eva Lichtenberger (rapporteur), Françoise Castex, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Daniel Hannan, Kurt Lechner, Bernhard Rapkay, Diana Wallis, Cecilia Wikström and Tadeusz Zwiefka.

PROĊEDURA

Titolu

Ordni Ewropea ta' Protezzjoni

Referenzi

(00002/2010 – C7-0006/2010 – 2010/0802(COD))

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE-FEMM (Joint Committee meetings - Rule 51)

27.1.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

Rapporteurs

  Data tal-ħatra

Carmen Romero López

2.3.2010

Teresa Jiménez-Becerril Barrio

2.3.2010

 

Bażi legali kkontestata

  Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

28.10.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.5.2010

1.6.2010

22.6.2010

2.9.2010

 

29.9.2010

25.11.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

29.11.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Regina Bastos, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Andrea Češková, Carlos Coelho, Marije Cornelissen, Silvia Costa, Tadeusz Cymański, Cornelia Ernst, Edite Estrela, Iratxe García Pérez, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Philippe Juvin, Juan Fernando López Aguilar, Astrid Lulling, Claude Moraes, Elisabeth Morin-Chartier, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Raül Romeva i Rueda, Judith Sargentini, Nicole Sinclaire, Birgit Sippel, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Eva-Britt Svensson, Britta Thomsen, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Ioan Enciu, Ana Gomes, Franziska Keller, Kartika Tamara Liotard, Rovana Plumb, Kyriacos Triantaphyllides, Cecilia Wikström, Glenis Willmott

Sostituti (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eider Gardiazábal Rubial, María Irigoyen Pérez, Arlene McCarthy, Judith A. Merkies, Peter Skinner, Jutta Steinruck