RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni

6.12.2010 - (COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: József Szájer

Proċedura : 2010/0051(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0355/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni

(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0083),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 291(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0073/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0355/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif jingħad aktar ’l isfel;

2   Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta tagħha sostanzjalment jew tibdilha b’test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Huwa kompitu tal-leġiżlatur, f'osservanza sħiħa tal-kriterji stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiddeċiedi, f’kull att bażiku, li jikkonferixxi poteri ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Fejn ikun xieraq, il-mekkaniżmu ta' kontroll għandu jinkludi rinviju lil kumitat ta' appell li għandu jiltaqa' fil-livell xieraq.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-kriterji għandhom jiġi stupulati biex tkun ddeterminata l-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi. Sabiex ikun hemm aktar konsistenza u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti proċedurali huma proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati, dawk il-kriterji għandhom jorbtu.

(8) Il-kriterji għandhom jiġi stupulati biex tkun ddeterminata l-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi. Sabiex ikun hemm aktar konsistenza, ir-rekwiżiti proċedurali għandhom ikunu proporzjonati man-natura u l-impatt tal-atti implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċ li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika b’mod partikolari għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċi li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-atti ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-atti għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-atti f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(nota: it-test għandu jiġi adattat tul id-dokument kollu għall-espressjoni "atti implimentattivi".)

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Sakemm l-att bażiku jikkonferixxi poteri ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni li jkunu relatati ma' programmi b'implikazzjonijiet baġitarji sostanzjali jew li jkunu diretti lejn pajjiżi terzi, għandha tapplika l-proċedura ta' eżami.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 9 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b) Il-president tal-kumitat rilevanti għandu jagħmel ħiltu biex isib soluzzjonijiet li jkunu jgawdu mill-akbar appoġġ possibbli fil-kumitat jew fil-kumitat ta' appell u għandu jispjega b'liema mod tqiesu d-diskussjonijiet u s-suġġerimenti għall-emendi. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-fehmiet espressi fil-kumitat jew fil-kumitat ta' appell fir-rigward tal-abbozz tal-miżuri definittivi ta' kontra d-dumping jew ta' miżuri ta’ kumpens.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Permessa 9 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9c) Meta tkun qed tikkunsidra l-adozzjoni ta' abbozzi ta' atti implimentattivi oħrajn li jikkonċernaw setturi partikolarment sensittivi, b’mod partikolari t-tassazzjoni, is-saħħa tal-konsumaturi, is-sikurezza tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent, il-Kummissjoni, biex issib soluzzjoni bbilanċjata, għandha tqis safejn ikun possibbli kwalunkwe pożizzjoni predominanti li tista' tirriżulta fil-kumitat ta' appell kontra l-adegwatezza ta' att implimentattiv.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-proċedura konsultattiva għandha tapplika fil-każi l-oħra kollha u meta tkun ikkunsidrata li tkun l-aktar xierqa.

(10) Il-proċedura konsultattiva għandha bħala regola ġenerali tapplika fil-każijiet l-oħra kollha u meta tkun ikkunsidrata li tkun l-aktar xierqa.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandu jiġu infurmati bil-proċedimenti tal-kumitat fuq bażi regolari.

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandu jiġu infurmati minnufih bil-proċedimenti tal-kumitat fuq bażi regolari.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandhom ikunu jistgħu fi kwalunkwe ħin jindikaw lill-Kummissjoni li jikkunsidraw li abbozz ta' att implimentattiv imur lil hinn mill-poteri ta' implimentazzjoni previsti fl-att bażiku, meta jitqiesu d-drittijiet tagħhom relatati mal-eżami tal-legalità ta' atti tal-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Għandu jiġi żgurat li jkun hemm aċċess pubblika għall-informazzjoni dwar il-proċedimenti tal-kumitat.

(13) Għandu jiġi żgurat, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni1, li jkun hemm aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-proċedimenti tal-kumitat.

_______________________

1 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a) Għandu jinżamm reġistru mill-Kummissjoni li jkun fih informazzjoni dwar il-proċedimenti tal-kumitati. Konsegwentament, ir-regoli li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' dokumenti klassifikati li japplikaw għall-Kummissjoni għandhom japplikaw ukoll għall-użu tar-reġistru.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn ir-reġim ipprovdut fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u dan ir-Regolament, kwalunkwe referenza ta' leġiżlazzjoni eżistenti għall-proċeduri pprovduti f'dik id-Deċiżjoni bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja pprovduta bi skrutinju fl-Artikolu 5a tiegħu, għandha tinftiehem bħala referenza għall-proċeduri korrispondenti pprovduti f'dan ir-Regolament. L-effetti tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jinżammu għall-fini tal-atti bażiċi eżistenti li jirreferu għal dak l-Artikolu.

(14) Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn ir-reġim ipprovdut fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u dan ir-Regolament, kwalunkwe referenza ta' leġiżlazzjoni eżistenti għall-proċeduri pprovduti f'dik id-Deċiżjoni bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja pprovduta bi skrutinju fl-Artikolu 5a tiegħu, għandha tinftiehem bħala referenza għall-proċeduri korrispondenti pprovduti f'dan ir-Regolament. L-effetti tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jinżammu b’mod provviżorju għall-fini tal-atti bażiċi eżistenti li jirreferu għal dak l-Artikolu.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-mekkaniżmi li japplikaw f'każijiet fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem "att bażiku") jidentifika l-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet uniformi ta’ implimentazzjoni u konsegwentement ikun jirrikjedi li l-adozzjoni ta' atti implimentattivi mill-Kummissjoni tkun soġġetta għall-kontroll mill-Istati Membri.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Att bażiku jista' jipprovdi għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' eżaminazzjoni jew tal-proċedura konsultattiva, skont it-tip ta' miżura ta' implimentazzjoni kkonċernata.

1. Att bażiku jista' jipprovdi għall-applikazzjoni tal-proċedura konsultattiva jew tal-proċedura ta' eżaminazzjoni filwaqt li titqies in-natura jew l-impatt tal-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa.

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni tista' tapplika biss għall-adozzjoni ta':

2. Il-proċedura ta’ eżami tapplika, b'mod partikolari, għall-adozzjoni ta':

(a) Miżuri ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali;

(a) Atti ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali;

(b) Miżuri oħra ta' implimentazzjoni marbuta mal-:

(b) Atti oħra ta' implimentazzjoni marbuta mal-:

-i) programmi b’implikazzjonijiet sostanzjali;

i) politiki agrikoli komuni u l-politiki ta' sajd komuni;

i) politiki agrikoli komuni u l-politiki ta' sajd komuni;

ii) l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza jew il-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti;

ii) l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza jew il-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti;

iii) politika kummerċjali komuni.

iii) politika kummerċjali komuni.

iiia) tassazzjoni.

3. Għall-miżuri l-oħra kollha ta' implimentazzjoni u għal miżuri ta' implimentazzjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha tapplika l-proċedura konsultattiva, fejn din titqies li tkun xierqa.

3. Il-proċedura konsultattiva tapplika, bħala regola ġenerali, għall-adozzjoni ta' atti implimentattivi li mhumiex inklużi fl-ambitu tal-paragrafu 2, iżda tista' tapplika wkoll, f'każijiet iġġustifikati kif jixraq, għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi msemmija f'dak il-paragrafu.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta att bażiku għall-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 4, 5 u 6, id-dispożizzjonijiet stabbilti f'paragrafu 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw.

1. Meta att bażiku għall-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 4 sa 6, il-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri. Il-kumitat għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-President m'għandux jieħu sehem fil-votazzjoni fil-kumitat.

3. Il-president għandu/ha j/tibgħat lill-Kumitat abbozz ta' kull miżura li għandha tittieħed.

3. Il-president għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz ta' kull att li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

Ħlief f'każijiet iġġustifikati kif jixraq, għandu jsejjaħ laqgħa mhux inqas minn 14-il ġurnata mill-preżentazzjoni lill-kumitat tal-abbozz tal-atti li għandhom jiġu adottati u tal-abbozz ta' aġenda. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, f'limitu ta' żmien li l-president jista' jistabbilixxi skont l-urġenza tal-każ. Il-limiti ta' żmien għandhom ikunu proporzjonati u għandhom joffru lir-rappreżentanti tal-Istati Membri opportunitajiet bikrija u effikaċi biex jeżaminaw l-abbozzi tal-atti u jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.

4. Il-kumitat għandu jeżamina l-abbozz tal-miżuri. Sakemm ma tkunx ingħatat opinjoni, il-president jista' jippreżenta verżjonijiet emendati tal-abbozz tal-miżuri sabiex jiġu kkunsidrati d-diskussjonijiet fi ħdan il-kumitati. Għal dak il-għan, il-president jista' jlaqqa' diversi laqgħat tal-kumitat. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, f'limitu ta' żmien li l-president jista' jistabbilixxi skont l-urġenza tal-każ.

4. Sakemm il-kumitat jagħti opinjoni, kwalunkwe membru tal-kumitat jista' jissuġġerixxi emendi u l-president jista' jippreżenta verżjonijiet emendati tal-abbozz tal-atti.

Il-president għandu jagħmel ħiltu biex isib soluzzjonijiet li jkunu jgawdu mill-akbar appoġġ possibbli fi ħdan il-kumitat. Għandu jinforma lill-kumitat dwar il-mod li bih tqiesu d-diskussjonijiet u s-suġġerimenti għal emendi, b'mod partikolari fir-rigward ta' dawk is-suġġerimenti li jgawdu minn appoġġ kbir fil-kumitat.

5. Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub. Hu jew hi għandu/ha j/tibgħat lill-membri tal-kumitat l-abbozz tal-miżuri li dwahom l-opinjoni tagħhom tkun qed tintalab u għandu/ha j/tisipula limitu ta' żmien skont l-urġenza tal-kwistjoni. Kull membru tal-kumitat li ma jkunx espliċitament kontra jew li jastjeni qabel jiskadi l-limitu taż-żmien stipulat jkun kkunsidrat li jkun qabel b'mod taċitu mal-abbozz tal-miżuri.

5. F'każijiet iġġustifikati kif jixraq, il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub. Għandu jibgħat lill-membri tal-kumitat l-abbozz tal-atti u għandu jistipula limitu ta' żmien skont l-urġenza tal-kwistjoni. Kull membru tal-kumitat li ma jkunx espliċitament kontra jew li jastjeni qabel l-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien għandu jkun ikkunsidrat li jkun qabel b'mod taċitu mal-abbozz tal-atti.

Fil-limitu ta' żmien stipulat skont is-sottoparagrafu ta' qabel, kull membru tal-kumitat jista jitlob li l-proċedura bil-miktub tkun itterminata u biex l-abbozz tal-miżuri jkun eżaminat waqt laqgħa tal-kumitat. Il-president jista' jiddeċiedi li jżomm il-proċedura bil-miktub jew li jwaqqaf l-proċedura bil-miktub mingħajr riżultat, u f'dan il-każ għandha tissejjaħ laqgħa tal-kumitat mill-aktar fis possibli.

Sakemm ma jiġix previst xorta oħra fl-att bażiku, il-proċedura bil-miktub għandha titwaqqaf mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-president jiddeċiedi hekk jew membru tal-kumitat jitlob li jsir dan. F'każ bħal dan, il-president għandu jsejjaħ laqgħa tal-kumitat fi żmien raġonevoli.

6. L-opinjoni tal-kumitat għandha tiġi mniżżla fil-minuti. Kull Stat Membru jista' jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tkun imniżżla fil-minuti.

6. L-opinjoni tal-kumitat għandha tiġi mniżżla fil-minuti. Kull membru tal-kumitat għandu jkollu d-dritt li jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tkun imniżżla fil-minuti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-minuti lill-membri tal-kumitat mingħajr dewmien.

6a. Fejn applikabbli, il-mekkaniżmu ta' kontroll jinkludi rinviju lil kumitat ta' appell.

Il-kumitat ta' appell għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess b'maġġoranza sempliċi, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

Meta kwistjoni tiġi quddiem kumitat ta' appell, dan għandu jiltaqa' mhux qabel 14-il ġurnata mid-data tar-rinviju, ħlief f'każijiet iġġustifikati kif jixraq, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara dik id-data. Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-kumitat ta' appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn mid-data tar-rinviju.

Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi l-laqgħat tal-kumitat ta' appell.

Il-president għandu jistabbilixxi d-data tal-laqgħa tal-kumitat ta' appell f'kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tal-kumitat, biex jippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw livell xieraq ta' rappreżentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ l-ewwel laqgħa tal-kumitat ta' appell fi żmien xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament biex jiġu adottati r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(nota: the change from "chairperson" to "Chair" should be effected throughout the text.) (Mhux applikabbli għall-verżjoni Maltija.)

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk ikun meħtieġ, il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu permezz ta' vot. Jekk il-kumitat jieħu vot. l-opinjoni għandha tittieħed skont il-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 238(1) tat-Trattat.

1. Fejn tapplika l-proċedura konsultattiva, il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu, permezz ta' votazzjoni jekk ikun meħtieġ. Jekk il-kumitat jieħu vot, l-opinjoni għandha tingħata permezz ta' maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti tiegħu.

2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu, billi jiġu kkunsidrati bir-reqqa l-konklużjonijiet meħuda mid-diskussjonijiet fil-kumitat u mill-opinjoni li tkun ingħatat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat dwar il-mod kif l-opinjoni tkun ġiet ikkunsidrata.

2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-atti li għandhom jiġu adottati, billi jiġu kkunsidrati bir-reqqa l-konklużjonijiet meħuda mid-diskussjonijiet fil-kumitat u mill-opinjoni li tkun ingħatat.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu permezz ta' maġġoranza kkwalifikata kif inhu pprovdut fl-Artikolu 16(4) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

1. Fejn tapplika l-proċedura ta' eżaminazzjoni, il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu permezz tal-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 16(4) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, fejn applikabbli, l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għal atti li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-kumitat għandhom jiġu aġġustati bil-mod stipulat f'dawk l-Artikoli.

2. Jekk l-abbozz tal-miżuri jkun skont l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri, sakemm ma jinqalgħux ċirkostanzi eċċezzjonali jew elementi ġodda li jkunu jiġġustifikaw li l-miżuri ma jkunux adottati. F'żijiet bħal dawn, il-president jista' jissottometti lill-kumitat abbozz ġdid tal-miżuri li għandhom jittieħdu.

2. Jekk il-kumitat jagħti opinjoni pożittiva, il-Kummisjoni għandha tadotta l-abbozz tal-atti.

3. Jekk l-abbozz tal-miżuri ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta dawk il-miżuri. Il-president jista' jissottometti lill-kumitat l-abbozz tal-miżuri għal aktar deliberazzjoni jew jissottometti verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

3. Bla preġudizzju għall-Artikolu 5b, jekk il-kumitat jagħti opinjoni negattiva, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta dawk l-atti. Fejn l-atti implimentattivi jitqiesu meħtieġa, il-president jista' jew jissottometti l-abbozz tal-atti lill-kumitat ta' appell fi żmien xahar għal aktar deliberazzjoni jew jissottometti verżjoni emendata tal-abbozz tal-atti lill-kumitat fi żmien xahrejn.

4. Jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-miżuri. Meta l-Kummissjoni ma tadottax l-abbozz tal-miżuri, il-president jista' jissottometti lill-kumitati verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

4. Jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-atti, ħlief fil-każ previst fis-subparagrafu li jmiss. Meta l-Kummissjoni ma tadottax l-abbozz tal-atti, il-president jista' jissottometti lill-kumitati verżjoni emendata tal-abbozz tal-atti.

Bla preġudizzju għall-Artikolu 5b, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-atti meta:

– il-miżuri jikkonċernaw it-tassazzjoni, is-servizzi finanzjarji, il-ħarsien tas-saħħa jew tas-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti, jew miżuri ta' salvagwardja multilaterali definittivi, jew

– l-att bażiku jipprevedi hekk, jew

– maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti tal-kumitat topponihom.

F'kull wieħed mill-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, fejn l-atti implimentattivi jitqiesu meħtieġa, il-president jista' jew jissottometti l-abbozz tal-atti lill-kumitat ta' appell fi żmien xahar għal aktar deliberazzjoni jew jissottometti verżjoni emendata tal-abbozz tal-atti lill-kumitat fi żmien xahrejn.

5. Permezz ta' deroga minn paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-miżuri li ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat meta n-nuqqas ta' adozzjoni tagħhom fi skadenza imperattiva tkun toħloq tħarbit sinifikanti fis-swieq għas-sigurtà u s-sikurezza tal-bnedmin jew fl-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

5. Bħala deroga mill-paragrafu 4, il-proċedura li ġejja għandha tapplika għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kontra d-dumping jew ta' kumpens definittivi, fil-każijiet fejn ma tingħata l-ebda opinjoni fil-kumitat ta' eżami u maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti tiegħu topponi l-abbozz tal-att.

F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-kumitat bir-raġunijiet tagħha għall-adozzjoni tal-miżuri u tista' tissottomettihom għat-tieni deliberazzjoni tal-kumitat. Jekk il-miżuri adottati ma jkunux skont it-tieni opinjoni tal-kumitat, jew jekk il-miżuri ma jkunux sottomessi għat-tieni deliberazzjoni fi żmien xahar minn wara l-adozzjoni tagħhom, il-Kummissjoni għandha tħassar il-miżuri imressqa. Jekk il-mżuri jkunu skont it-tieni opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, dawk il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ.

Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet mal-Istati Membri. Mill-anqas erbatax-il ġurnata qabel u sa mhux aktar tard minn xahar wara l-laqgħa tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-membri tal-kumitat bir-riżultati ta' dawk il-konsultazzjonijiet u tippreżenta abbozz ta' att lill-kumitat ta' appell. Bħala deroga mill-Artikolu 3(6a), il-kumitat ta' appell għandu jiltaqa' sa mill-anqas 14-il ġurnata qabel u sa mhux aktar tard minn xahar wara l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-att. Il-kumitat ta' appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a. Il-limiti ta' żmien stipulati f'dan il-paragrafu huma bla preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat li l-iskadenzi stipulati fl-atti bażiċi rilevanti jiġu rispettati.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Rinviju lill-kumitat ta' appell

1. Il-kumitat ta' appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu bil-maġġoranza prevista fl-Artikolu 5(1).

2. Sakemm tingħata opinjoni, kwalunkwe membru tal-kumitat jista' jissuġġerixxi emendi għall-abbozz tal-atti. Il-Kummissjoni tista' tadatta l-abbozz tal-atti.

Il-president għandu jagħmel ħiltu biex isib soluzzjonijiet li jkunu jgawdu mill-akbar appoġġ possibbli.

Il-president għandu jinforma lill-kumitat ta' appell dwar il-mod li bih tqiesu d-diskussjonijiet u s-suġġerimenti għal emendi, b'mod partikolari fir-rigward tas-suġġerimenti għal emendi li jgawdu minn appoġġ kbir fil-kumitat ta' appell.

3. Jekk il-kumitat ta' appell jagħti opinjoni pożittiva, il-Kummisjoni għandha tadotta l-abbozz tal-atti.

Jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-miżuri.

Jekk il-kumitat ta' appell jagħti opinjoni negattiva, il-Kummisjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-atti.

4. Bħala deroga mill-paragrafu 3, għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja multilaterali definittivi, fin-nuqqas ta' opinjoni pożittiva vvutata b'maġġoranza kwalifikata, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-atti.

5. Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal perjodu ta' 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-kumitat ta' appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar abbozz ta' miżuri ta' kontra d-dumping jew ta' kumpens b'maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti tiegħu.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5b

L-adozzjoni ta' atti f'każijiet eċċezzjonali

Bħala deroga mill-Artikolu 5(3) u mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4), il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-atti meta jkun meħtieġ li jiġu adottati mingħajr dewmien biex jiġi evitat li jinħoloq tfixkil sinifikanti tas-swieq fil-qasam tal-agrikoltura jew riskju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha immedjatament tippreżenta l-atti adottati lill-kumitat ta' appell. Fejn il-kumitat ta' appell jagħti opinjoni negattiva dwar l-atti adottati, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-atti minnufih. Fejn il-kumitat ta' appell jagħti opinjoni pożittiva jew ma jagħti l-ebda opinjoni, dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Permezz tad-deroga mill-Artikoli 4 u 5, att bażiku jista' jipprovdi li, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

1. Permezz tad-deroga mill-Artikoli 4 u 5, att bażiku jista' jipprovdi li, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza ġustifikati, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw immedjatament.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti li għandhom japplikaw immedjatament u li għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur sakemm l-att bażiku ma jipprevedix xorta oħra.

3. Il-president għandu jissottometti bla dewmien il-miżuri msemmija f'paragrafu 2 lill kumitat rilevanti sabiex jikseb l-opinjoni tegħu skont il-proċedura pprovduta fl-att bażiku.

3. Sa mhux aktar tard minn 14-il ġurnata wara l-adozzjoni tagħhom, il-president għandu jissottometti l-atti msemmija fil-paragrafu 2 lill-kumitat rilevanti sabiex jikseb l-opinjoni tiegħu.

4. Fil-każ tal-proċedura ta' eżaminazzjoni, meta l-miżuri ma jkunux skont l-opinjoni tal-kumitat skont l-Artikolu 5(3), il-Kummissjoni għandha tħassar il-miżuri adottati skont il-paragrafu 2.

4. Fil-każ tal-proċedura ta' eżami, meta l-kumitat jagħti opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha minnufih tħassar l-atti adottati skont il-paragrafu 2.

5. Permezz ta' deroga minn paragrafu 4, il-Kummissjoni tista' żżomm il-miżuri fis-seħħ għal raġunijiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent jew mas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, tal-annimali, tal-pjanti, tal-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi, għal raġunijiet ta' sigurtà u ta' sikurezza, jew biex jiġi evitat tħarbit jew theddid ta' tħarbit tas-swieq. F'dawk il-każi, mingħajr telf ta' żmien il-president għandu jissottometti mill-ġdid lill-kumitat l-istess miżuri għat-tieni deliberazzjoni jew jissottometti verżjoni emendata tal-miżuri.

5. Meta l-Kummissjoni tadotta miżuri provviżorji ta' kontra d-dumping jew ta' kumpens, għandha tapplika l-proċedura prevista f'dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni proviżorja wara li tikkonsulta jew, f'każijiet ta' urġenza kbira, wara li tinforma, lill-Istati Membri. F'dan il-każ, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara n-notifika lill-Istati Membri tal-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni.

Il-miżuri msemmija f'paragrafu 2 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm dawn jitħassru jew jiġu mibdula b'att implimentattiv ieħor.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull kumitat għandu jadotta b'maġġoranza tal-membri li jiffurmawh ir-regoli ta' proċeduri tiegħu fuq proposta tal-president, abbażi tar-regoli standard li għandhom jiġu ppubblikat mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1. Kull kumitat għandu jadotta b'maġġoranza tal-membri li jiffurmawh ir-regoli ta' proċedura tiegħu fuq proposta tal-president tiegħu, abbażi tar-regoli standard li għandhom jitfasslu mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Istati Membri. Dawn ir-regoli standard għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Safejn jikkonċerna l-kumitati eżistenti, dawn għandhom jadottaw ir-regoli tagħhom ta' proċedura għar-regoli standard.

Safejn jikkonċerna l-kumitati eżistenti, dawn għandhom jadottaw ir-regoli tagħhom ta' proċedura għar-regoli standard.

2. Il-prinċipji u l-kundizzjonijiet dwar l-aċċess pubbliku u dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-Kummissjoni għandu japplika għall-kumitati.

2. Il-prinċipji u l-kundizzjonijiet dwar l-aċċess pubbliku u dwar ir-regoli għall-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-Kummissjoni għandu japplika għall-kumitati.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru tal-proċeduri ta' kumitat li għandu jkun fih:

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru tal-proċeduri ta' kumitat li għandu jkun fih:

(-aa) lista tal-kumitati,

(a) l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitat.

(a) l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitat.

(b) is-sommarju tar-rekords, flimkien mal-lista tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li għalihom jkunu jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri biex dawn jirrappreżentawhom,

(b) is-sommarju tar-rekords, flimkien mal-lista tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li għalihom jkunu jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri biex dawn jirrappreżentawhom,

(c) l-abbozz tal-miżuri li dwarhom il-kumitat ikun qed jiġi mitlub li jagħti l-opinjoni tiegħu

(c) l-abbozz tal-atti li dwarhom il-kumitat ikun qed jiġi mitlub li jagħti l-opinjoni tiegħu

(d) ir-riżultati tal-votazzjoni,

(d) ir-riżultati tal-votazzjoni,

(e) l-abbozz finali tal-miżuri wara l-opinjoni tal-kumitati,

(e) l-abbozz finali tal-atti wara l-opinjoni tal-kumitati,

(f) l-informazzjoni li tikkonċerna l-adozzjoni finali tal-miżuri mill-Kummissjoni, u

(f) informazzjoni li tikkonċerna l-adozzjoni finali tal-atti mill-Kummissjoni, u

(g) dejta ta' statistika dwar il-ħidma tal-kumitati..

(g) dejta ta' statistika dwar il-ħidma tal-kumitati..

1a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll rapport annwali dwar il-ħidma tal-kumitati.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bi qbil mar-regoli applikabbli.

2a. Fl-istess ħin li jintbagħtu lilll-membri tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill id-dokumenti msemmija fil-punti (a), (c) u (e) tal-paragrafu 1 filwaqt li tinfurmahom ukoll bid-disponibilità ta' dawn id-dokumenti.

3. Ir-referenzi għad-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (f) ta' paragrafu 1 kif ukoll l-informazzjoni msemmija fil-punt (g) ta' paragrafu 1 għandhom ikun pubbliċi fir-reġistru.

3. Ir-referenzi għad-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (f) ta' paragrafu 1 kif ukoll l-informazzjoni msemmija fil-punt (g) ta' paragrafu 1 għandhom ikun pubbliċi fir-reġistru.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Id-dritt ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Meta l-att bażiku jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu fi kwalunkwe ħin jindikaw lill-Kummissjoni li jqisu li abbozz ta’ att implimentattiv jeċċedi l-poteri ta' implimentazzjoni previsti fl-att bażiku. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz ta' miżura kkonċernata, filwaqt li tqis kemm tista' l-pożizzjonijiet espressi, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill hux biħsiebha żżomm, temenda jew tirtira l-abbozz tal-att implimentattiv.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-effetti tal-Artikoli 5a tad-Deċiżjoni revokata għandhom jinżammu għal finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jagħmlu referenza għalihom.

L-effetti tal-Artikoli 5a tad-Deċiżjoni Nru. 1999/468/KE għandhom jinżammu għal finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jagħmlu referenza għalihom.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

Dispożizzjonijiet tranżitorji adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

1. Meta l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-eċerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) referenzi għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(a) meta l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(b) referenzi għall-Artikolu 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(b) fejn l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandha tapplika l-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(ba) fejn l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(4) m’għandhomx japplikaw;;

(bb) meta l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, dak l-att bażiku għandu jitqies bħala l-att bażiku skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(4);

(c) referenzi għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(c) meta l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandu japplika l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(d) referenzi għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

(d) meta l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandu japplika l-Artikolu 8 u 8a ta’ dan ir-Regolament;

2. L-Artikoli 3 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kumitati kollha eżistenti.

2. L-Artikoli 3 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kumitati kollha eżistenti għall-finijiet tal-paragrafu 1.

2a. L-Artikolu 5b ta' dan ir-Regolament għandu japplika biss għal proċeduri eżistenti li jagħmlu referenza għall-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

2b. Il-miżuri tranżizzjonali stipulati f'dan l-Artikolu m'għandhomx jippreġudikaw in-natura tal-atti kkonċernati.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11 a

Klawsola ta' eżami

Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummnissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2011.

L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-elementi kollha tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-elementi kollha tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (23.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gabriele Albertini

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Artikolu 291 tat-Trattat FUE jgħid li, meta jkun hemm bżonn ta' kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti u l-poteri ta' implimentazzjoni huma mogħtija lill-Kummissjoni, il-kontroll tal-eżerċizzju ta' dawn il-poteri ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni jinsab biss f'idejn l-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, permezz ta' regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu minn qabel ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmu ta' kontroll mill-Istati Membri. L-Artikolu 291 tat-Trattat FUE huwa ċar: l-Istati Membri biss għandhom jikkontrollaw l-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni. Dan ma jfissirx li l-Parlament huwa mċaħħad mill-possibilità li jintervjeni, jekk l-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni jmur kontra l-intenzjoni tal-leġiżlatur. Fil-fatt, il-Parlament tibqagħlu l-possibilità li jibgħat kummenti lill-Kummissjoni f'kull ħin waqt il-proċess li jwassal għall-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni, u wara li jitlesta dan il-proċess, jista' wkoll jadotta f'kull stadju riżoluzzjoni biex jissenjala lill-Kummissjoni problemi potenzjali li jikkonċernaw l-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni , minkejja l-fatt li ma hemm l-ebda referenza ċara fit-test tal-proposta tal-Kummissjoni. Fl-istess ħin, kif tixhed il-kawża C-403/05 quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja[1], rigward każijiet fejn il-Kummisjoni m'għandhiex tikkunsidra kif jixraq il-kummenti u l-preokkupazzjonijiet tal-Parlament, il-Parlament dejjem jista' jressaq rikors għal annullament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jekk jemmen li l-Kummissjoni tkun marret lil hinn mill-poteri ta' implimentazzjoni tagħha. Għalhekk, il-prerogattivi tal-Parlament bħala koleġiżlatur ma jiġu affettwati bl-ebda mod. Huwa tal-akbar importanza, madankollu, sabiex il-Parlament ikun jista' jeżerċita b'mod sħiħ u fil-ħin il-prerogattivi tiegħu, li l-Kummissjoni tinforma b'mod attiv lill-Parlament dwar l-abbozzi ta' miżuri, l-abbozzi ta' miżuri emendati u l-abbozzi finali ta' miżuri kollha li tkun biħsiebha tadotta skont l-Artikolu 291 tat-Trattat FUE. Għalhekk, hekk kif dawn l-abbozzi ta' miżuri, l-abbozzi ta' miżuri emendati u l-abbozzi finali ta' miżuri jsiru disponibbli, il-Kummissjoni għandha tibgħathom formalment lill-Parlament Ewropew. Din it-trażmissjoni għandha tkun addizzjonali għar-rekwiżit ta' informazzjoni impost fuq il-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni permezz tar-reġistru tal-Komitoloġija. Fl-aħħarnett, fid-dawl tal-ispeċifiċità u s-sensittività politika ta' atti ta' implimentazzjoni li jkunu se jiġu adottati skont l-istrumenti ta' għajnuna finanzjarja esterna u f'konformità mal-prattika stabbilita bid-djalogu tal-iskrutinju demokratiku, il-Parlament għandu jkollu l-opportunità li jikkontribwixxi għall-proċess li jwassal għad-definizzjoni tal-kontenut tal-abbozzi tal-atti ta’ implimentazzjoni li jkunu se jiġu adottati skont l-istrumenti tal-għajnuna finanzjarja esterna.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Il-Kummissjoni għandha tibgħat formalment lill-Palament Ewropew l-abbozzi ta’ miżuri, il-verżjonijiet emendati ta' abbozzi ta' miżuri bħal dawn u l-abbozzi finali tal-miżuri wara li l-kumitat rilevanti jkun ta l-opinjoni tiegħu, u hekk kif isiru disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tinforma b'mod attiv lill-Parlament dwar l-abbozzi ta' miżuri, l-abbozzi emendati ta' miżuri u l-abbozzi finali ta' miżuri li tkun biħsiebha tadotta skont l-Artikolu 291 tat-Trattat FUE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 11 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b) Fir-rigward tal-atti ta’ implimentazzjoni skont l-istrumenti ta' għajnuna finanzjarja esterna, il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni waqt il-proċess li jwassal għall-preżentazzjoni tal-abbozzi ta' miżuri bħal dawn jew ta' verżjonijiet emendati ta' dawn il-miżuri.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-ispeċifiċità u s-sensittività politika ta' atti ta’ implimentazzjoni li jkunu se jiġu adottati skont l-istrumenti ta' għajnuna finanzjarja esterna u f'konformità mal-prattika stabbilita bid-djalogu tal-iskrutinju demokratiku, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Parlament waqt il-proċess li jwassal għall-preżentazzjoni tal-abbozzi ta' atti ta’ implimentazzjoni li jkunu se jiġu adottati skont l-istrumenti tal-għajnuna finanzjarja esterna.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kull wieħed minnhom indipendentament, jistgħu jibagħtu lill-Kummissjoni, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, kummenti dwar abbozzi ta’ miżuri, dwar verżjonijiet emendati ta' abbozzi ta' miżuri bħal dawn u dwar abbozzi finali ta' miżuri wara li l-kumitat rilevanti jkun ta l-opinjoni tiegħu, skont kif iqisu li jkun xieraq.

Ġustifikazzjoni

Biex wieħed ikun ċar, għandu jerġa' jingħad li l-Parlament u l-Kunsill, bħala koleġiżlaturi, u kull wieħed minnhom indipendentament, dejjem tibqgħalhom il-possibilità li jibagħtu kummenti lill-Kummissjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċess li jwassal għall-adozzjoni ta' miżuri implimentattivi, jekk iqisu li jkun xieraq li jagħmlu dan.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 12 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kull wieħed minnhom indipendentament, jistgħu jibagħtu lill-Kummissjoni kummenti dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni f'kull ħin wara li dawn ikunu ġew adottati.

Ġustifikazzjoni

Biex wieħed ikun ċar, għandu jerġa' jingħad li l-Parlament u l-Kunsill, bħala koleġiżlaturi, u kull wieħed minnhom indipendentament, dejjem tibqgħalhom il-possibilità li jibagħtu kummenti lill-Kummissjoni anke wara li l-miżuri ta' implimentazzjoni jkunu ġew adottati.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7a

Atti ta' implimentazzjoni skont l-istrumenti ta' għajnuna finanzjarja esterna

Meta l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-istrumenti ta' għajnuna finanzjarja esterna, il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni waqt il-proċess li jwassal għall-preżentazzjoni ta' abbozzi ta' atti bħal dawn jew verżjonijiet emendati ta' atti bħal dawn, bil-ħsieb li jitressqu quddiem il-kumitat rilevanti għal opinjoni skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-ispeċifiċità u s-sensittività politika ta' atti ta' implimentazzjoni li jkunu se jiġu adottati skont l-istrumenti ta' għajnuna finanzjarja esterna u f'konformità mal-prattika stabbilita bid-djalogu tal-iskrutinju demokratiku, il-Parlament għandu jkollu l-opportunità li jikkontribwixxi għall-proċess li jwassal għad-definizzjoni tal-kontenut ta' abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni li jkunu se jiġu adottati skont l-istrumenti tal-għajnuna finanzjarja esterna.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat formalment lill-Palament Ewropew l-abbozzi ta’ miżuri, il-verżjonijiet emendati ta' abbozzi ta' miżuri bħal dawn u l-abbozzi finali tal-miżuri wara li l-kumitat rilevanti jkun ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5, u hekk kif isiru disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tinforma b'mod attiv lill-Parlament dwar l-abbozzi ta' miżuri, l-abbozzi emendati ta' miżuri u l-abbozzi finali ta' miżuri li tkun biħsiebha tadotta skont l-Artikolu 291 tat-Trattat FUE. Dan ir-rekwiżit ta' informazzjoni huwa addizzjonali għal dak impost fuq il-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni permezz tar-reġistru tal-komitoloġija.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – kliem introduttiv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru tal-proċeduri ta' kumitat li għandu jkun fih:

1. Minbarra li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' informazzjoni skont il-paragrafu -1, il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru tal-proċeduri ta' kumitat li għandu jkun fih:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tinforma b'mod attiv lill-Parlament dwar l-abbozzi ta' miżuri, l-abbozzi emendati ta' miżuri u l-abbozzi finali ta' miżuri li tkun biħsiebha tadotta skont l-Artikolu 291 tat-Trattat FUE. Dan ir-rekwiżit ta' informazzjoni għandu assolutament ikun addizzjonali għal dak impost fuq il-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni permezz tar-reġistru tal-komitoloġija.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) il-pożizzjonijiet, u r-raġunijiet relatati ma' dawn il-pożizzjonijiet, tar-rappreżentanti tal-Istati Membri,

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjonijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom ikunu aċċessibbli għall-Parlament Ewropew (li jagħti aċċess lill-pubbliku għas-seduti u għal-laqgħat tal-kumitati kollha).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-parlamenti nazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Konsegwenza tal-emendi 6 u 7. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tinforma b'mod attiv lill-Parlament dwar l-abbozzi ta' miżuri, l-abbozzi emendati ta' miżuri u l-abbozzi finali ta' miżuri li tkun biħsiebha tadotta skont l-Artikolu 291 tat-Trattat FUE. Dan ir-rekwiżit ta' informazzjoni għandu assolutament ikun addizzjonali għal dak impost fuq il-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni permezz tar-reġistru tal-komitoloġija.

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Gabriele Albertini

14.4.2010

Eżami fil-kumitat

22.6.2010

Data tal-adozzjoni

22.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Sir Robert Atkins, Arnaud Danjean, Mário David, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Barry Madlener, Mario Mauro, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Kristiina Ojuland, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, Werner Schulz, Marek Siwiec, Ernst Strasser, Charles Tannock, Zoran Thaler, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Graham Watson, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolaos Chountis, Véronique De Keyser, Liisa Jaakonsaari, Evgeni Kirilov, Doris Pack, Teresa Riera Madurell, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, György Schöpflin, Indrek Tarand, Traian Ungureanu, Luis Yáñez-Barnuevo García

  • [1]  ĠU C 315, 22.12.2007, p.8.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (3.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gay Mitchell

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tkopri numru rilevanti ta' atti tal-Unjoni Ewropea (deċiżjonijiet ta' finanzjament) adottati skont id-deċiżjoni tal-komitoloġija: ir-rapporti annwali tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea juru li f'dawn l-aħħar tliet snin (2006-2008) 795 miżura implimentattiva ġew adottati mill-Kummissjoni Ewropea f'dan il-qasam.

Dawn il-miżuri jiġu adottati l-aktar skont il-"proċedura tal-amministrazzjoni" stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni KE/1999/468 (Komitoloġija).

Skont il-Kumitat DEVE, din il-proċedura ma kinitx sodisfaċenti: għalhekk fl-ambitu tat-Trattat l-antik, diġà kienu ġew proposti tibdiliet biex tiddaħħal il-proċedura regolatorja bi skrutinju għad-deċiżjoni dwar l-Istrumenti tar-Relazzjonijiet Esterni.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, id-dispożizzjonijiet attwali dwar il-komitoloġija se jkollhom jiġu sostitwiti b'atti delegati u atti tal-implimentazzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE.

Attwalment għaddejjin negozjati diffiċli mal-Kummissjoni u l-koleġiżlatur bl-objettiv iddikjarat mill-Kumitat DEVE li lill-Istrumenti Finanzjarji għar-Relazzjonijiet Esterni tiġi applikata d-dispożizzjoni dwar l-Atti Delegati (Art. 290).

Il-Kumitat għall-Iżvilupp għalhekk ma jistax jaċċetta t-trasformazzjoni awtomatika tal-"proċedura tal-amministrazzjoni" attwali fi "proċedura ta' eżami".

Huwa tal-akbar importanza li jitfakkar li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja tapplika għall-politika ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp li jfisser li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu f'kundizzjonijiet ta' parità bħala koleġiżlaturi. Għaldaqstant il-Parlament Ewropew għandu jeżerċita l-poteri ta' kontroll relatati kollha għal dak li għandu x'jaqsam ma' atti delegati u tal-implimentazzjoni. B'mod partikolari, għandu jżomm id-drittijiet attwali (dritt ta' skrutinju, skrutinju demokratiku, aċċess għal informazzjoni) u possibbilment isaħħaħhom b'riżultat tat-Trattat ta' Lisbona.

Waħda mill-miżuri eventwali biex jiġi garantit li l-Parlament Ewropew jiġi ttrattat f'kundizzjonijiet ta' parità hija l-possibilità li jingħata aċċess lir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għal-laqgħat tal-"kumitati ta' rappreżentanti tal-Istati Membri".

Fl-aħħar nett, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill għandhom ikunu jistgħu joġġezzjonaw għal abbozz ta' miżura implimentattiva f'każ li din tal-aħħar tkun f'kunflitt ma' Att tal-Unjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament propost se jkopri l-funzjonament kollu tal-poteri ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE, u mhux biss il-kontroll. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew, bħala koleġiżlatur, għandu jkun f'kundizzjonijiet ta' parità mal-Kunsill.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar l-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda 1.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll bħal dan huma ċari, effettivi u proprzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu fuq ir-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat kif ukoll mill-esperjenzi miksuba u mill-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll huma ċari, effettivi u proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu fuq ir-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat, il-kundizzjoni ta' parità tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-atti kollha adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja kif ukoll mill-esperjenzi miksuba u mill-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Għal finijiet ta' kjarifika.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-kriterji għandhom jiġi stupulati biex tkun ddeterminata l-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi. Sabiex ikun hemm aktar konsistenza u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti proċedurali huma proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati, dawk il-kriterji għandhom jorbtu.

(8) Mingħajr ħsara għall-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi, li hija determinata fl-att bażiku, il-proċedura ta' eżami għandha, fil-prinċipju, tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi ġenerali, fejn ma jkunx hemm bżonn ta' kundizzjonijiet uniformi.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura konsultattiva, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta' eżami, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċ li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(9) Il-proċedura ta' eżami għandha tipprovdi għall-kontroll b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura konsultattiva, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta' eżami, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-proċedura konsultattiva għandha tapplika fil-każi l-oħra kollha u meta tkun ikkunsidrata li tkun l-aktar xierqa.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") ikun jirrikjedi kundizzjonijiet uniformi ta' implimentazzjoni u jiddisponi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Għal finijiet ta' kjarifika.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni tista' tapplika biss għall-adozzjoni ta':

2. Il-proċedura ta' eżami għandha, fil-prinċipju, tapplika għall-adozzjoni ta' miżuri implimentattivi ta' ambitu ġenerali, fejn ikun hemm ħtieġa għal kundizzjonijiet uniformi.

(a) Miżuri ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali;

(b) Miżuri oħra ta' implimentazzjoni marbuta mal-:

i) politiki agrikoli komuni u l-politiki ta' sajd komuni;

ii) l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza jew il-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti;

iii) politika kummerċjali komuni.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura konsultattiva, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta' eżami, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-miżuri l-oħra kollha ta' implimentazzjoni u għal miżuri ta' implimentazzjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha tapplika l-proċedura konsultattiva, fejn din titqies li tkun xierqa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura konsultattiva, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta' eżami, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Oġġezzjoni għal abbozzi ta’ miżuri implimentattivi

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jesprimi l-oġġezzjoni tiegħu għall-abbozz tal-miżuri implimentattivi, li l-adozzjoni tagħhom tiġi maħsuba u li jkunu tressqu quddiem kumitat skont att bażiku adottat skont l-Artikolu 294 TFUE, abbażi tal-fatt li dawk il-miżuri ma jirrispettawx l-att bażiku, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-miżuri mill-ġdid.

Il-Kummissjoni tista' tirtira dawk il-miżuri implimentattivi li għalihom il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikun esprima oġġezzjoni, jew tipproponi abbozz ġdid li għandu jqis l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Għandu jinżamm id-dritt ta' skrutinju li għandu attwalment il-Parlament Ewropew. Għalhekk, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 99/468 ma għandux ikun inkluż fir-regolament.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) il-pożizzjonijiet, u r-raġunijiet relatati ma' dawn il-pożizzjonijiet, tar-rappreżentanti tal-Istati Membri,

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjonijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom ikunu aċċessibbli għall-Parlament Ewropew (li jagħti aċċess lill-pubbliku għas-seduti u għal-laqgħat tal-kumitati kollha).

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess indaqs għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1. Għal dawn il-finijiet, l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tintbagħat lill-membri tal-kumitati u bl-istess kundizzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiċċara l-modalitajiet ta' trasmissjoni tal-informazzjoni billi tadotta d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-3 ta' Ġunju 2008.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-kumitati bħala osservaturi.

Ġustifikazzjoni

Il-laqgħat tal-kumitati għandhom ikunu aċċessibbli għall-osservaturi tal-Parlament Ewropew (li jagħti aċċess lill-pubbliku għas-seduti u għal-laqgħat tal-kumitati kollha).

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Revoka tad-Deċiżjoni 1999/468/KE

imħassar

Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-effetti tal-Artikoli 5a tad-Deċiżjoni revokata għandhom jinżammu għal finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jagħmlu referenza għalihom.

Ġustifikazzjoni

Id-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, sa meta tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 290 (atti delegati) għall-Istrumenti Finanzjarji għar-Relazzjonijiet Esterni, se jkollha applikazzjoni limitata f'dan il-qasam.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-eċerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

imħassar

(a) referenzi għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(b) referenzi għall-Artikolu 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(c) referenzi għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(d) referenzi għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Artikoli 3 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kumitati kollha eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Allinjament awtomatiku kif kien issuġġerit mill-Kummissjoni jipperikola l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew. Dan ikun jista' jingħara wara li jintlaħaq ftehim dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 290 (Atti Delegati) għall-istrumenti finanzjarji għar-relazzjonijiet esterni.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Adattament ta' atti eżistenti

Il-Kummissjoni timpenja ruħha biex teżamina l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ u biex tressaq il-proposti leġiżlattivi meħtieġa għall-allinjament tagħha mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona u partikolarment mal-Artikoli 290 u 291 TFUE qabel il-31 ta' Diċembru 2010.

Ġustifikazzjoni

Allinjament awtomatiku kif kien issuġġerit mill-Kummissjoni jipperikola l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew. Dan ikun jista' jingħara wara li jintlaħaq ftehim dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 290 (Atti Delegati) għall-istrumenti finanzjarji għar-relazzjonijiet esterni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 10 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10b

Restrizzjoni tal-allinjament

L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika:

għar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp1;

għar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija2;

għar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà3;

għar-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja4;

għar-Regolament tal-Kunsill (EURATOM) Nru 300/2007 tad-19 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari5;

għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli6;

għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)7;

għar-Regolament (KE) Nru 1337/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw8;

għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/526/KE tas-17 ta' Lulju 2006 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Groenlandja u r-Renju tad-Danimarka, min-naħa l-oħra9;

għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja10.

_____________________

1 ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

2  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

3 ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.

4 ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.

5 ĠU L 81, 22.3.2007, p. 1.

6 ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.

7 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

8 ĠU L 354, 31.12.2008, p. 62.

9 ĠU L 208, 29.7.2006, p. 28.

10 ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.

Ġustifikazzjoni

The automatic horizontal alignment suggested by the Commission, pending a decision on the application of Article 290 (Delegated Acts) to the external relations instruments, will determine a legal loophole. Nothing in the proposed Regulation suggests that the Commission will propose a screening with the view to introducing delegated acts. Therefore, if Articles 9 and 10 of the proposal are maintained, thus deleting the now binding comitology, the present amendment will leave to the European Parliament the legal basis which is needed to object to measures in breach of the External relations acts.

By the contrary, should amendments 14 and 15 be adopted, thus avoiding the deletion of the current comitology, Amendments 17 ands 18 will fall.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2010.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Konsegwenza tat-tħassir tal-Artikolu 10.

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsibbli

JURI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

24.3.2010

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Gay Mitchell

4.5.2010

Data tal-adozzjoni

2.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Michael Cashman, Corina Creţu, Nirj Deva, Charles Goerens, Catherine Grèze, Enrique Guerrero Salom, András Gyürk, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Franziska Keller, Gay Mitchell, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, David-Maria Sassoli, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Eleni Theocharous, Anna Záborská, Iva Zanicchi, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Fiona Hall, Wolf Klinz, Miguel Angel Martínez Martínez, Patrizia Toia

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (1.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Vital Moreira

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, id-dispożizzjonijiet attwali dwar il-komitoloġija se jkollhom jiġu sostitwiti b'atti ddelegati u atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE.

Dan l-adattament tal-leġiżlazzjoni eżistenti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona huwa ta' importanza kbira b’mod speċjali għal dawk l-oqsma li (bħall-politika kummerċjali komuni) ma ġewx adottati skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li għalhekk ma ġewx allinjati maż-żieda fil-kontroll parlamentari permezz tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mill-2006 'l hawn.

Minħabba li hemm għadd konsiderevoli ta’ atti kkonċernati u li ta’ spiss il-proċess ta’ distinzjoni bejn l-atti ddelegati u l-atti ta’ implimentazzjoni jkun kumpless, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali qed jistenna li n-negozjati mal-Kummissjoni u l-koleġiżlatur, li se jsiru kull każ għalih, se jkunu diffiċli.

Permezz tal-applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall Politika Kummerċjali Komuni, it-TFUE jqiegħed lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-istess livell bħala koleġiżlaturi. Għalhekk il-Parlament għandu jagħmel ħiltu biex ikun ittrattat bl-istess mod f’dak li għandu x’jaqsam mal-atti ddelegati u l-atti ta’ implimentazzjoni. B’mod partikolari, għandu talinqas iżomm id-drittijiet li diġà għandu rigward l-atti ta’ “komitoloġija” relatati mal-atti bażiċi adottati skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni (id-Dritt ta’ Skrutinju, id-Dritt għall-Veto, l-Aċċess għal informazzjoni, ...). Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-Kummissjoni mar-“rappreżentanti tal-Istati Membri”.

Bħala konklużjoni, kemm il-Parlament Ewropew, kif ukoll il-Kunsill għandhom ikunu jistgħu joġġezzjonaw għal abbozz ta’ miżura ta’ implimentazzjoni li tikkontrobatti l-intenzjoni tal-koleġiżlatur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament tal-Parlament Ewrepow u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-kompetenzi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament propost se jkopri l-funzjonament kollu tal-kompetenzi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE, u mhux biss il-kontroll tal-Kummissjoni mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-PE, bħala koleġiżlatur, għandu jkun fuq l-istess livell tal-Kunsill.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 1

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll bħal dan huma ċari, effettivi u proprzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu fuq ir-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat kif ukoll mill-esperjenzi miksuba u mill-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll huma ċari, effettivi u proporzjonati man-natura tal-atti ta’ implimentazzjoni u li dawn jirriflettu r-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat, il-fatt li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill qegħdin fl-istess livell fir-rigward tal-atti kollha adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kif ukoll l-esperjenzi miksuba u l-prattiki komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika fid-dawl tal-Artikolu 291 TFUE.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-kriterji għandhom jiġi stupulati biex tkun ddeterminata l-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi. Sabiex ikun hemm aktar konsistenza u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti proċedurali huma proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati, dawk il-kriterji għandhom jorbtu.

(8) Bla ħsara għall-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni, li hija stabbilita fl-att bażiku, fil-prinċipju, għandha tintuża l-proċedura ta’ ezaminazzjoni għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni ġenerali, fejn hemm bżonn ta’ kundizzjonijiet uniformi.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura ta’ konsultazzjoni, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċ li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tipprovdi dwar il-kontroll b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adottati jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura ta’ konsultazzjoni, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-proċedura konsultattiva għandha tapplika fil-każi l-oħra kollha u meta tkun ikkunsidrata li tkun l-aktar xierqa.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-poteri tal-Kummissjoni, kif stipulati mit-Trattat, dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, mhumiex affettwati minn dan ir-Regolament,

(15) Il-poteri tal-Kummissjoni, kif stipulati mit-Trattat, dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, kif ukoll il-proċeduri speċifiċi maħluqa għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-kummerċ li mhumiex attwalment ibbażati fuq id-Deċiżjoni 1999/468/KE, mhumiex affettwati minn dan ir-Regolament. Arranġamenti għal dawk l-aspetti tal-politika komuni tal-kummerċ għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill u mill-Parlament każ b'każ, abbażi ta' kull proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni, u bil-għan li jkunu determinati l-arranġamenti xierqa għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Dawk il-proċeduri maħluqa għal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tal-Kummerċ li bħalissa huma eżenti mid-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jibqgħu hekk sa ma l-Kunsill u l-Parlament ikunu ddiskutew każ b'każ dwar l-arranġamenti xierqa bħala parti mill-Att Ġenerali dwar il-Kummerċ li għandha tadotta l-Kummissjoni. Għandu jitħalla f'idejn il-koleġiżlatur li jemenda l-atti bażiċi skont dan.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni legalment vinkolanti (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") ikun jirrikjedi kundizzjonijiet uniformi ta’ implimentazzjoni u jipprevedi li l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni vinkolanti mill-Kummissjoni tkun soġġetta għall-kontroll mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni tista' tapplika biss għall-adozzjoni ta':

2. Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha, fil-prinċipju, tapplika għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ġenerali, fejn ikun hemm bżonn ta’ kundizzjonijiet uniformi.

(a) Miżuri ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali;

(b) Miżuri oħra ta' implimentazzjoni marbuta mal-:

i) politiki agrikoli komuni u l-politiki ta' sajd komuni;

ii) l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza jew il-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti;

iii) politika kummerċjali komuni.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura ta’ konsultazzjoni, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku. Barra minn hekk, hemm dubji kbar dwar jekk il-proċedura ta’ eżaminazzjoni tapplikax għall-oqsma politiċi li jaqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-miżuri l-oħra kollha ta' implimentazzjoni u għal miżuri ta' implimentazzjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha tapplika l-proċedura konsultattiva, fejn din titqies li tkun xierqa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura ta’ konsultazzjoni, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Oġġezzjoni għal abbozzi ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jesprimi oġġezzjoni għal abbozzi ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, li l-adozzjoni tagħhom tkun qed tiġi kkunsidrata u li jkunu tressqu quddiem kumitat skont att bażiku adottat skont l-Artikolu 294 tat-Trattat, għar-raġuni li dawk il-miżuri jġibu fix-xejn l-intenzjoni tal-leġiżlatur kif espressa fl-att bażiku, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-abbozzi tal-miżuri.

Waqt li jitqiesu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni u skont l-iskadenzi tal-proċedura li tkun għaddejja, il-Kummissjoni tista' tressaq abbozzi ta’ miżuri ġodda lill-kumitat jew tressaq proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont it-termini tat-Trattat.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat dwar l-azzjoni li jkollha l-ħsieb li twettaq u dwar ir-raġunijiet tagħha għal dan.

Ġustifikazzjoni

Għandu jinżamm id-dritt attwali ta’ skrutinju tal-PE. Għalhekk, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 99/468 ma għandux ikun inkluż fir-regolament.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) il-pożizzjonijiet u r-raġunijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri,

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjonijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom ikunu aċċessibbli għall-Parlament Ewropew (li jagħti aċċess lill-pubbliku għas-seduti u l-laqgħat tal-kumitati kollha).

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għal dawn il-finijiet, l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tintbagħat lill-membri tal-kumitati u fuq l-istess termini.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiċċara l-modalitajiet biex tintbagħat l-informazzjoni billi tinkorpora d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehim (2008/C 143/01) bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE tat-3 ta’ Ġunju 2008.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li Rappreżentanti tal-Parlament Ewropew ikunu jistgħu jattendu laqgħat tal-kumitat bħala osservaturi. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li teskludi lil Rappreżentanti tal-Parlament Ewropew mil-laqgħat tal-kumitat bħala osservaturi, għandha tispjega d-deċiżjoni tagħha bil-miktub.

Ġustifikazzjoni

Il-laqgħat tal-kumitati għandhom ikunu aċċessibbli għall-osservaturi tal-Parlament Ewropew (li jagħti aċċess lill-pubbliku għas-seduti u l-laqgħat tal-kumitati kollha)

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Skadenza għar-reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ u tressaq il-proposti leġiżlattivi meħtieġa biex il-leġiżlazzjoni tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona, partikolarment mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, qabel il-31 ta’ Diċembru 2010.

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-acquis mad-dispożizzjonijiet attwali dwar l-atti ddelegati u l-atti ta’ implimentazzjoni huwa ta’ importanza kruċjali għal dawk l-oqsma politiċi, li ma ġewx adottati bil-proċedura ta’ kodeċiżjoni qabel id-dħul fis-seħħ. Għandha ssir valutazzjoni ta’ kull każ għalih ta’ dawk id-dispożizzjonijiet bħala kwistjoni urġenti.

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Vital Moreira

28.4.2010

Eżami fil-kumitat

28.4.2010

Data tal-adozzjoni

1.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Harlem Désir, Christofer Fjellner, Joe Higgins, Yannick Jadot, Metin Kazak, David Martin, Vital Moreira, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Mário David, Béla Glattfelder, Salvatore Iacolino, Syed Kamall, Georgios Papastamkos

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (15.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Antolín Sánchez Presedo

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Il-poteri ta' implimentazzjoni jistgħu jadattaw jew jaġġornaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' att bażiku, iżda ma jistgħux jiġu estiżi biex jissupplimentaw jew jemendaw elementi tali, minħabba li f'dawk il-każijiet japplika l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fil-kuntest tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni kien irregolat b'Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999.

(2) Fil-kuntest tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni kien irregolat b'Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999. Dan l-arranġament għandu jitwaqqaf biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati wara l-aħħar riforma tat-Trattati.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni. Dan il-kontroll ma jipprekludix jew jirrestrinġi l-kontroll demokratiku li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji demokratiċi, il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-funzjonament tal-istituzzjonijiet u l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità kif stabbilit, inter alia, fl-Artikoli 5, 10, 11 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Protokoll Nru 2 tat-Trattati.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll bħal dan huma ċari, effettivi u proprzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu fuq ir-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat kif ukoll mill-esperjenzi miksuba u mill-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll huma ċari, effettivi u proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu r-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat u d-drittijiet indaqs tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-atti kollha adottati bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kif ukoll l-esperjenzi miksuba u l-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) F'dawk l-atti bażiċi li jirrikjedu l-kontroll tal-Istati Membri għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi mill-Kummissjoni, ikun xieraq li għall-fini ta' tali kontroll għandu jkun hemm kumitati mwaqqfa li jkunu ffurmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u jkun ippresedut mill-Kummissjoni.

(5) F'dawk l-atti bażiċi li jirrikjedu l-kontroll tal-Istati Membri għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi mill-Kummissjoni, ikun xieraq li għall-fini ta' tali kontroll għandu jkun hemm kumitati mwaqqfa li jkunu ffurmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u osservaturi mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew u jkun ippresedut mill-Kummissjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandu jiġu infurmati bil-proċedimenti tal-kumitat fuq bażi regolari.

(12) Biex ikun żgurat li l-funzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiġu rispettati bis-sħiħ, dawn għandhom jiġu infurmati fil-pront u b'mod sħiħ bil-proċedimenti tal-kumitat fi żmien biżżejjed qabel l-adozzjoni ta' kull miżura.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn ir-reġim ipprovdut fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u dan ir-Regolament, kwalunkwe referenza ta' leġiżlazzjoni eżistenti għall-proċeduri pprovduti f'dik id-Deċiżjoni bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja pprovduta bi skrutinju fl-Artikolu 5a tiegħu, għandha tinftiehem bħala referenza għall-proċeduri korrispondenti pprovduti f'dan ir-Regolament. L-effetti tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jinżammu għall-fini tal-atti bażiċi eżistenti li jirreferu għal dak l-Artikolu.

imħassar

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jidentifika l-ħtieġa għall-kundizzjonijiet uniformi tal-implimentazzjoni u jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet fejn atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali jkunu meħtieġa biex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att bażiku, għandu japplika l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni tista' tapplika biss għall-adozzjoni ta':

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tapplika għall-adozzjoni ta':

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-miżuri l-oħra kollha ta' implimentazzjoni u għal miżuri ta' implimentazzjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha tapplika l-proċedura konsultattiva, fejn din titqies li tkun xierqa.

3. Għall-miżuri l-oħra kollha ta' implimentazzjoni u għal miżuri ta' implimentazzjoni msemmija f'paragrafu 2 tista’ tapplika l-proċedura konsultattiva, fejn din titqies li tkun xierqa.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti tal-Istati Membri kif ukoll minn osservaturi mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub. Hu jew hi għandu/ha j/tibgħat lill-membri tal-kumitat l-abbozz tal-miżuri li dwahom l-opinjoni tagħhom tkun qed tintalab u għandu/ha j/tisipula limitu ta' żmien skont l-urġenza tal-kwistjoni. Kull membru tal-kumitat li ma jkunx espliċitament kontra jew li jastjeni qabel jiskadi l-limitu taż-żmien stipulat jkun kkunsidrat li jkun qabel b'mod taċitu mal-abbozz tal-miżuri.

5. Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub. Hu jew hi għandu/ha j/tibgħat lill-membri u osservaturi tal-kumitat l-abbozz tal-miżuri li dwarhom l-opinjoni tagħhom tkun qed tintalab u għandu/ha j/tisipula limitu ta' żmien skont l-urġenza tal-kwistjoni. Kull membru tal-kumitat li ma jkunx espliċitament kontra jew li jastjeni qabel jiskadi l-limitu taż-żmien stipulat jkun kkunsidrat li jkun qabel b'mod taċitu mal-abbozz tal-miżuri.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Oġġezzjoni għal abbozzi ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni

1. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jesprimu l-oġġezzjoni tagħhom għall-abbozz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, li l-adozzjoni tagħhom tkun qed tiġi kkontemplata u li jkunu tressqu quddiem kumitat skont att bażiku adottat skont l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minħabba li dawk il-miżuri jmorru lil hinn mill-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fl-att bażiku, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-abbozzi ta’ miżuri.

2. Filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet u fil-limiti ta' żmien tal-proċedura li għaddejja, il-Kummissjoni għandha tressaq abbozzi ġodda ta’ miżuri lill-kumitat jew tressaq proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat dwar l-azzjoni li jkollha l-ħsieb li twettaq u dwar ir-raġunijiet tagħha għal dan.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) il-pożizzjonijiet tal-membri tal-kumitat u d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet tagħhom,

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1. Għal dak l-għan, l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin u skont l-istess termini li bihom tintbagħat lill-membri tal-kumitat.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Rapport annwali dwar l-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni, kull sena għandha tippreżenta rapport lill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri jistgħu jressqu wkoll ir-rimarki tagħhom biex jiġu annessi mar-rapport.

Ir-rapport annwali, flimkien mal-anness, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill, u għandu jitressaq ukoll quddiem il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8b

Allinjament tal-Acquis

Sa mhux aktar tard minn [data], il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bil-għan li tadatta dawk l-atti mar-regoli ġodda dwar il-poteri delegati u ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha regolarment tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress ta’ dik ir-reviżjoni. Fejn ikun xieraq, tali rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Revoka tad-Deċiżjoni 1999/468/KE

Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-effetti tal-Artikoli 5a tad-Deċiżjoni revokata għandhom jinżammu għal finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jagħmlu referenza għalihom.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

Adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

1. Meta l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-eċerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) referenzi għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(b) referenzi għall-Artikolu 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(c) referenzi għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(d) referenzi għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Artikoli 3 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kumitati kollha eżistenti.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

Reviżjoni

Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u filwaqt li jitqies il-kontribut tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ġenerali dwar il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament u, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva ġdida.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2010.

imħassar

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Antolín Sánchez Presedo

27.4.2010

Eżami fil-kumitat

20.5.2010

14.6.2010

Data tal-adozzjoni

14.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Enikő Győri, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Werner Langen, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Elena Băsescu, Lajos Bokros, Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Philippe Lamberts, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (2.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legalidwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jo Leinen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula l-qafas għall-adozzjoni ta' atti implimentattivi. L-Artikolu 291(3) b'mod partikulari jirrikjedi li l-Parlament u l-Kunsill jistipulaw, permezz ta' regolament, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali rigward il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

Fil-proposta tagħha għal regolament bħal dan (COM(2010)0083), il-Kummissjoni tfittex li timplimenta dan ir-rekwiżit billi tintroduċi l-proċedura konsultattiva u dik ta' eżami biex jirregolaw l-adozzjoni ta' atti implimentattivi.

Ir-Regolament propost għandu jistipula b'mod ċar li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jitpoġġew fl-istess pożizzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni dwar il-laqgħat tal-kumitati skont il-proċeduri l-ġodda. L-Artikolu 8 tar-Regolament propost għandu għalhekk jissaħħaħ biex jistipula b'mod speċifiku li l-Parlament u l-Kunsill għandhom aċċess ugwali għal din l-informazzjoni hekk kif din issir disponibbli.

Mhux xieraq li jsir allinjament awtomatiku tal-proċedura konsultattiva, dik tal-amministrazzjoni u dik regolatorja li jinsabu fl-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni eżistenti tal-Komitoloġija[1] mingħajr ma ssir reviżjoni tal-acquis eżistenti. Jeħtieġ li titwettaq analiżi dettaljata tal-acquis eżistenti biex jiġi ddeterminat liema miżuri tassew huma inklużi fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-atti ddelegati u li jinsabu fl-Artikolu 290 tat-TFUE, u dawk li huma inklużi fl-ambitu ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE. L-Artikolu 10 tar-regolament propost għandu għalhekk jissaħħaħ b'mod li l-Kummissjoni tiġi rikjesta twettaq reviżjoni bħal din u tressaq proposta leġiżlattiva xierqa wara din ir-reviżjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċ li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(9) L-att leġiżlattiv bażiku għandu jindika għal liema miżuri għandha tapplika l-proċedura ta’ eżami u għal liema miżuri għandha tapplika l-proċedura konsultattiva. Il-proċedura ta' eżami għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw atti bażiċi u miżuri speċifiċi li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jkunux jistgħu jiġu adottati jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li jkunu ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għal perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandu jiġu infurmati bil-proċedimenti tal-kumitat fuq bażi regolari.

(12) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati b'kollox u fil-pront bl-istess mod bil-proċedimenti tal-kumitat malli jkunu disponibbli d-dokumenti relevanti u għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni rigward dawk il-proċedimenti.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex biżżejjed li l-Parlament u l-Kunsill jiġu infurmati “regolarment”. It-tnejn li huma għandhom jiġu infurmati hekk kif ikunu qed iseħħu l-affarijiet.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk l-abbozz tal-miżuri ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta dawk il-miżuri. Il-president jista' jissottometti lill-kumitat l-abbozz tal-miżuri għal aktar deliberazzjoni jew jissottometti verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

3. Jekk l-abbozz tal-miżuri ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta dawk il-miżuri u għandha tressaq lill-Kunsill mingħajr dewmien il-proposta rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu jew verżjoni modifikata tal-abbozz tal-miżuri għal aktar deliberazzjoni u għandha tgħarraf b’dan lill-Parlament Ewropew.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-att bażiku adottat f’konformità mal-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jesprimu oġġezzjoni għall-abbozz ta’ miżuri, tkun xi tkun l-opinjoni tal-kumitat, minħabba li dan l-abbozz ta' miżuri ma jkunx jaqbel mal-intenzjoni tal-leġiżlatur espressa fl-att bażiku.

F’dan il-każ, il-miżuri proposti m’għandhomx jiġu adottati. Filwaqt li tqis ir-raġunijiet tal-oġġezzjoni tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-Kummissjoni tista’ tressaq abbozz ta’ miżuri rivedut lill-kumitat.

F'dan il-każ il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-azzjonijiet li jkollha l-ħsieb li twettaq.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-kumitat bir-raġunijiet tagħha għall-adozzjoni tal-miżuri u tista' tissottomettihom għat-tieni deliberazzjoni tal-kumitat. Jekk il-miżuri adottati ma jkunux skont it-tieni opinjoni tal-kumitat, jew jekk il-miżuri ma jkunux sottomessi għat-tieni deliberazzjoni fi żmien xahar minn wara l-adozzjoni tagħhom, il-Kummissjoni għandha tħassar il-miżuri imressqa. Jekk il-mżuri jkunu skont it-tieni opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, dawk il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ.

F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-kumitat, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet tagħha għall-adozzjoni tal-miżuri u tista' tissottomettihom għat-tieni deliberazzjoni tal-kumitat. Jekk il-miżuri adottati ma jkunux skont it-tieni opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, imma maġġoranza kif stabbilit fl-Artikolu 238(1) tat-TFUE toġġezzjona għall-miżura, jew jekk il-miżuri ma jkunux ġew sottomessi għat-tieni deliberazzjoni fi żmien xahar minn wara l-adozzjoni tagħhom, il-Kummissjoni għandha tħassar il-miżuri immedjatament. Jekk il-miżuri jkunu skont it-tieni opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, u ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kif stabbilit fl-Artikolu 238(1) tat-TFUE kontra l-miżura, dawk il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun għad hemm maġġoranza sempliċi ta’ Stati Membri kontra l-miżura fit-tieni rawnd, il-Kummissjoni m’għandhiex tingħata s-setgħa li tadotta l-miżura.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ir-riżultati tal-votazzjoni,

(d) ir-riżultati tal-votazzjoni, inkluża l-pożizzjoni ta’ kull Stat Membri,

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li wieħed ikun jaf mhux biss ir-riżultat finali tal-votazzjoni, imma wkoll kif ivvutaw l-Istati Membri, rispettivament.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jirċevuha fl-istess ħin u bl-istess termini hekk kif dik l-informazzjoni tkun disponibbli.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-kumitati bħala osservaturi.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament għandu jitħalla wkoll li jattendi l-laqgħat tal-kumitati.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-leġiżlazzjoni tal-UE li hemm fis-seħħ u għandha tressaq, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, proposta leġiżlattiva li tallinja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE u b'mod partikolari tiddetermina dawk il-miżuri li huma inklużi fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 290 tat-TFUE u dawk li huma inklużi fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 291 tat-TFUE.

PROĊEDURA

Titolu

Il-Kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

24.3.2010

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Jo Leinen

7.4.2010

Eżami fil-kumitat

3.5.2010

Data tal-adozzjoni

2.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Antonyia Parvanova, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Judith A. Merkies, Miroslav Mikolášik, Rovana Plumb, Bart Staes, Kathleen Van Brempt, Anna Záborská

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vicky Ford, Norbert Glante, Jan Kozłowski, Emma McClarkin

  • [1]  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, ĠU L 184, 17.7.1999, p.23.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (3.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament [Ewropew] u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri [tal-eżerċizzju] tal-Kummissjoni [tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni]
(COM(2010)0083 – C7‑0073‑/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Louis Grech

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-possibilità li jiġu adottati atti implimentattivi hija prevista fl-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tipprevedi li fejn ikun hemm bżonn ta' kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' atti tal-Unjoni li jorbtu legalment, il-leġiżlatur jista' jikkonferixxi kompetenzi ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni.

It-Trattat ta' Lisbona jpoġġi lill-Parlament u lill-Kunsill fl-istess livell fejn tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fost l-oħrajn fir-rigward tad-delega tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Huwa għalhekk ta' importanza partikolari li jinżamm id-dritt ta' skrutinju li bħalissa huwa garantit lill-Parlament skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE u biex tiġi żgurata l-possibilità għall-koleġiżlaturi li joġġezzjonaw għall-abbozz tal-miżuri. Barra minn hekk, il-Parlament għandu jingħata l-aċċess għal-laqgħat tal-kumitati; kif ukoll għandu jingħata ċertu titjib fir-rigward tal-informazzjoni provduta lill-Parlament u l-Kunsill (eż. aġendi li jkunu sew fil-proċess, minuti tal-laqgħat, listi dettaljati tal-votazzjonijiet).

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu minn qabel ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm qbil fil-kliem użat mal-Artikolu 291 tat-TFUE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Emenda

(4a) Kull meta tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, speċjalment fir-rigward tal-għoti ta' kompetenzi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew jitqiegħed fl-istess livell mal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mat-Trattat ta' Lisbona huwa ta' importanza kbira li jiġi żgurat li l-Parlament huwa fl-istess livell mal-Kunsill fir-rigward tal-għoti ta' kompetenzi ta' implimentazzjoni, f'każijiet fejn l-att bażiku jkun ġie adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandu jiġu infurmati bil-proċedimenti tal-kumitat fuq bażi regolari.

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandhom jiġu kompletament infurmati bil-proċedimenti tal-kumitat fuq bażi regolari. Jekk jitqies li jkun meħtieġ għall-eżerċizzju tal-iskrutinju tiegħu, il-Parlament Ewropew għandu jingħata l-possibbiltà li jattendi l-laqgħat tal-kumitat, mingħajr ma jieħu sehem fil-votazzjoni fuq l-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn ir-reġim ipprovdut fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u dan ir-Regolament, kwalunkwe referenza ta' leġiżlazzjoni eżistenti għall-proċeduri pprovduti f'dik id-Deċiżjoni bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja pprovduta bi skrutinju fl-Artikolu 5a tiegħu, għandha tinftiehem bħala referenza għall-proċeduri korrispondenti pprovduti f'dan ir-Regolament. L-effetti tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jinżammu għall-fini tal-atti bażiċi eżistenti li jirreferu għal dak l-Artikolu.

(14) Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Referenzi f'atti bażiċi eżistenti għall-proċeduri pprovduti f'dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu adattati fl-iqsar żmien possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ...*, għar-regoli l-ġodda dwar il-kompetenzi delegati u ta' implimentazzjoni sitipulati fl-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Sakemm isir dak l-adattment, sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn ir-reġim ipprovdut fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u dan ir-Regolament, il-proċeduri pprovduti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw proviżorjament meta l-leġiżlazzjoni eżistenti tagħmel referenza għall-proċeduri pprovduti f'dik id-Deċiżjoni bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja pprovduta bi skrutinju fl-Artikolu 5a tiegħu, li għandha tibqa' tapplika proviżorjament.

_____________

* Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu tal-'allinjament awtomatiku' pprovdut fl-Artikoi 9 u 10 jidher li huwa bbażat fuq il-preżunzjoni mhux korretta li l-kompetenzi ta' implimentazzjoni kollha li attwalment huma soġġetti għal proċeduri tal-komitoloġija għajr l-RPS, wara t-Trattat ta' Lisbona, jeħtiġilhom jitqiesu bħala poteri għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 291 tat-Trattat FUE. Dan ma jagħtix kas tal-fatt li jista' jkun hemm poteri ta' implimentazzjoni li jaqgħu fil-kategorija tal-atti delegati (l-Artikolu 290 tat-Trattat FUE) anki jekk mhumiex soġġetti għall-RPS. Kwalunkwe allinjament ta' leġiżlazzjoni attwali għaldaqstant għandu jsir każ b'każ.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li, meta jkun hemm bżonn ta' kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, l-adozzjoni ta' dawn l-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm qbil fil-kliem użat mal-Artikolu 291 tat-TFUE.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk l-abbozz tal-miżuri jkun skont l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri, sakemm ma jinqalgħux ċirkostanzi eċċezzjonali jew elementi ġodda li jkunu jiġġustifikaw li l-miżuri ma jkunux adottati. F'każijiet bħal dawn, il-president jista' jissottometti lill-kumitat abbozz ġdid tal-miżuri li għandhom jittieħdu.

2. Jekk l-abbozz tal-miżuri jkun skont l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha, mingħajr ħsara għall-Artikolu 6a, tadotta dawn il-miżuri, sakemm ma jinqalgħux ċirkostanzi eċċezzjonali jew elementi ġodda li jkunu jiġġustifikaw li l-miżuri ma jkunux adottati. F'każijiet bħal dawn, il-president jista' jissottometti lill-kumitat abbozz ġdid tal-miżuri li għandhom jittieħdu.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm qbil mal-introduzzjoni tal-Artikolu 6a ġdid.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-miżuri. Meta l-Kummissjoni ma tadottax l-abbozz tal-miżuri, il-president jista' jissottometti lill-kumitati verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

4. Jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni tista', mingħajr ħsara għall-Artikolu 6a, tadotta l-abbozz tal-miżuri. Meta l-Kummissjoni ma tadottax l-abbozz tal-miżuri, il-president jista' jissottometti lill-kumitati verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm qbil mal-introduzzjoni tal-Artikolu 6a ġdid.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Permezz ta' deroga minn paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-miżuri li ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat meta n-nuqqas ta' adozzjoni tagħhom fi skadenza imperattiva tkun toħloq tħarbit sinifikanti fis-swieq għas-sigurtà u s-sikurezza tal-bnedmin jew fl-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

5. Permezz ta' deroga minn paragrafu 3, il-Kummissjoni tista', mingħajr ħsara għall-Artikolu 6a, tadotta l-abbozz tal-miżuri li ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat meta n-nuqqas ta' adozzjoni tagħhom fi skadenza imperattiva tkun toħloq tħarbit sinifikanti fis-swieq għas-sigurtà u s-sikurezza tal-bnedmin jew fl-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm qbil mal-introduzzjoni tal-Artikolu 6a ġdid.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-każ tal-proċedura ta' eżaminazzjoni, meta l-miżuri ma jkunux skont l-opinjoni tal-kumitat skont l-Artikolu 5(3), il-Kummissjoni għandha tħassar il-miżuri adottati skont il-paragrafu 2.

4. Fil-każ tal-proċedura ta' eżami, meta l-miżuri ma jkunux skont l-opinjoni tal-kumitat skont l-Artikolu 5(3), il-Kummissjoni għandha tħassar il-miżuri adottati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitjieb l-abbozzar u tiġi evitata l-konfużjoni.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Monitoraġġ mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni ta' kompetenzi ta' implimentazzjoni

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqis li l-abbozz tal-miżuri, li l-adozzjoni tiegħu hija kontemplata u li tressaq lil kumitat skont l-att bażiku adottat bi qbil mal-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma jkunx bi qbil mal-att bażiku, huwa għandu jesprimi l-oġġezzjoni tiegħu f'dak ir-rigward u l-Kummissjoni għandha terġa' tqis abbozz ta' miżuri bħal dan. Waqt li titqies l-oġġezzjoni u fil-limiti ta' żmien applikabbli għall-proċedura li tkun qed tittieħed, il-Kummissjoni tista' jew tressaq abbozz ġdid tal-miżuri lill-kumitat jew tressaq proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat dwar l-azzjoni li jkollha l-ħsieb li twettaq f'dak ir-rigward u dwar ir-raġunijiet għal dan.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament għandu jżomm id-dritt ta' skrutinju li huwa bħalissa garantit mill-Artikolu 8 tad-deċiżjoni tal-Komitoloġija (Deċiżjoni 1999/468/KE).

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitat.

(a) l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitat, li jridu jsiru disponibbli fi żmien raġonevoli qabel il-laqgħat.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-aġendi huma disponibbli sew minn qabel sabiex il-Parlament ikun konxju kemm jista' jkun malajr tal-abbozz tal-miżuri li se jkunu diskussi waqt il-laqgħa u b'hekk jipprepara għall-attivitajiet futuri tiegħu.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-sommarju tar-rekords, flimkien mal-lista tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li għalihom jkunu jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri biex dawn jirrappreżentawhom,

(b) is-sommarju tar-rekords, flimkien mal-lista tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li għalihom ikunu jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri biex dawn jirrappreżentawhom, kif ukoll ma' kwalunkwe minuti li jkunu disponibbli,

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm il-possibilità li jkun hemm aċċess mhux biss għas-sommarju tar-rekords imma wkoll għall-minuti (il-possibilità li jintalab aċċess għall-minuti hija prevista fil-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (2008/C 143/01)).

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ir-riżultati tal-votazzjoni,

(d) ir-riżultati dettaljati tal-votazzjoni, inklużi l-ispjegazzjonijiet tal-votazzjoni mill-Istati Membri individwali,

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li wieħed ikun jaf ir-raġunijiet għall-votazzjoni kontra jew l-astensjonijiet għax dan jaf jagħti indikazzjoni tajba tal-problemi possibbli relatati mal-abbozz tal-miżuri.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Parlament Ewropew għandu jkollu d-dritt li jattendi għal-laqgħat tal-kumitat.

Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew għandu jaħtar rappreżentanti li jattendu l-laqgħat u jirrappurtaw kemm jista' jkun malajr dwar ir-riżultati tal-proċedimenti lill-kumitat parlamentari relevanti. Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew m'għandhomx jieħdu sehem fil-votazzjoni dwar l-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-Parlament ikun jaf ir-raġunijiet għall-opinjonijiet maħruġa mill-kumitati. Għal dan il-għan, ikun aħjar jekk il-Parlament jikseb l-informazzjoni direttament, permezz tar-rappreżentanti tiegħu stess. Dawn tal-aħħar huma rappreżentanti sempliċi u mhux membri tal-kumitat, u għaldaqstant m'għandhomx jieħdu sehem fil-votazzjonijiet li jistgħu jsiru.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE b'effett minn...*.

L-effetti tal-Artikoli 5a tad-Deċiżjoni revokata għandhom jinżammu għal finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jagħmlu referenza għalihom.

_____________

* Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu tal-'allinjament awtomatiku' pprovdut fl-Artikoi 9 u 10 jidher li huwa bbażat fuq il-preżunzjoni mhux korretta li l-kompetenzi ta' implimentazzjoni kollha li attwalment huma soġġetti għal proċeduri tal-komitoloġija għajr l-RPS, wara t-Trattat ta' Lisbona, jeħtiġilhom jitqiesu bħala poteri għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 291 tat-Trattat FUE. Dan ma jagħtix kas tal-fatt li jista' jkun hemm poteri ta' implimentazzjoni li jaqgħu fil-kategorija tal-atti delegati (l-Artikolu 290 tat-Trattat FUE) anki jekk mhumiex soġġetti għall-RPS. Kwalunkwe allinjament ta' leġiżlazzjoni attwali għaldaqstant għandu jsir każ b'każ.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

9a. Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament bil-għan li tadatta dawn l-atti għar-regoli l-ġodda dwar il-kompetenzi delegati u ta' implimentazzjoni stipulati fl-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha regolarment tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress ta’ dik ir-reviżjoni. Fejn ikun xieraq, tali rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva.

_____________

* Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu tal-'allinjament awtomatiku' pprovdut fl-Artikoi 9 u 10 jidher li huwa bbażat fuq il-preżunzjoni mhux korretta li l-kompetenzi ta' implimentazzjoni kollha li attwalment huma soġġetti għal proċeduri tal-komitoloġija għajr l-RPS, wara t-Trattat ta' Lisbona, jeħtiġilhom jitqiesu bħala poteri għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 291 tat-Trattat FUE. Dan ma jagħtix kas tal-fatt li jista' jkun hemm poteri ta' implimentazzjoni li jaqgħu fil-kategorija tal-atti delegati (l-Artikolu 290 tat-Trattat FUE) anki jekk mhumiex soġġetti għall-RPS. Kwalunkwe allinjament ta' leġiżlazzjoni attwali għaldaqstant għandu jsir każ b'każ.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

Miżuri tranżizzjonali

1. Meta l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-eċerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

1. Sakemm jiġu adattati, skont l-Artikolu 9a, l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li jipprovdu għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) referenzi għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(a) fejn l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(b) referenzi għall-Artikolu 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(b) fejn l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandha tapplika l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(c) referenzi għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(c) fejn l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandu japplika l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(d) referenzi għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

(d) fejn l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandu japplika l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament;

(da) fejn l-att bażiku jirreferi għall-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandu japplika l-Artikolu 6a ta’ dan ir-Regolament;

2. L-Artikoli 3 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kumitati kollha eżistenti.

2. L-Artikoli 3 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kumitati kollha eżistenti għall-finijiet tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu tal-'allinjament awtomatiku' pprovdut fl-Artikoi 9 u 10 jidher li huwa bbażat fuq il-preżunzjoni mhux korretta li l-kompetenzi ta' implimentazzjoni kollha li attwalment huma soġġetti għal proċeduri tal-komitoloġija għajr l-RPS, wara t-Trattat ta' Lisbona, jeħtiġilhom jitqiesu bħala poteri għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 291 tat-Trattat FUE. Dan ma jagħtix kas tal-fatt li jista' jkun hemm poteri ta' implimentazzjoni li jaqgħu fil-kategorija tal-atti delegati (l-Artikolu 290 tat-Trattat FUE) anki jekk mhumiex soġġetti għall-RPS. Kwalunkwe allinjament ta' leġiżlazzjoni attwali għaldaqstant għandu jsir każ b'każ.

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

(COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD))

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Louis Grech

7.4.2010

Eżami fil-kumitat

10.5.2010

Data tal-adozzjoni

3.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Kurt Lechner, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin Von Thun Und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Anna Hedh, Constance Le Grip, Emma McClarkin, Morten Messerschmidt, María Muñiz De Urquiza, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Wim van de Camp

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (1.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Saïd El Khadraoui

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula l-qafas għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni. L-Artikolu 291(3) b'mod partikolari jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu minn qabel ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-miżuri ta' kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Mhuwiex f'loku li jsir allinjament awtomatiku tal-proċedura konsultattiva, dik tal-amministrazzjoni u dik regolatorja li jinsabu fl-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni eżistenti tal-Komitoloġija. Jeħtieġ li titwettaq analiżi dettaljata tal-acquis eżistenti biex jiġi ddeterminat liema miżuri tassew huma inklużi fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-atti ddelegati li jinsabu fl-Artikolu 290 tat-TFUE. Il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi adegwati għal dak il-għan. Sakemm tibqa' ma ssirx din l-analiżi, regoli tranżitorji adegwati għandhom jissalvagwardjaw il-prerogattivi tal-leġiżlatur.

Għandha tinħataf l-opportunità li jittejbu n-nuqqasijiet tal-prattiki eżistenti. B'mod partikolari, għandu jittejjeb l-aċċess tal-Parlament għal-informazzjoni dwar proċedimenti ta' implimentazzjoni. L-Artikolu 8 tar-Regolament propost għandu għalhekk jissaħħaħ.

Attwalment, il-proċedimenti ta' implimentazzjoni ma jikkonċernawx biss l-atti implimentattivi. Tabilħaqq, hemm każijiet fejn il-leġiżlatur għandu jkun jaf preċiżament biċ-ċirkustanzi ta' nuqqas ta' att ta' implimentazzjoni (eż. bi qbil mal-proċedura ta' kontroll ta' konformità tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002, fejn tiġi vvalutata l-ħtieġa li regoli tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali jiġu trasposti fid-dritt tal-UE).

F'ċerti każijiet taħt id-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, l-aċċess tal-Parlament għall-informazzjoni kien jingħata permezz tal-kooperazzjoni interistituzzjonali, fejn il-perjodu ta' xahar għad-"dritt ta' skrutinju" kellu rwol(eż. fi proċedimenti kunfidenzjali bħal dawk rigward l-istabbiliment ta' "lista sewda" tal-linji tal-ajru bl-applikazzjoni ta' proċedura konsenswali ta' urġenza). L-abolizzjoni ta' dak il-perjodu jidher li jun aċċettabbli biss jekk ikun garantit id-dritt tal-Parlament għal aċċess f'waqtu u sħiħ għall-informazzjoni .

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)     Il-Parlament u l-Kunsill għandu jiġu infurmati bil-proċedimenti tal-kumitat fuq bażi regolari.

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati bis-sħiħ bil-proċedimenti tal-kumitat fl-istess waqt bħall-membri tal-kumitat.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni tal-Parlament għandha tittejjeb.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Sakemm l-acquis tal-UE jiġi adattat għat-Trattat ta' Lisbona f'dan ir-rigward, regoli tranżizzjonali għandhom iħallu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jeżerċitaw skrutinju adegwat każ b'każ fuq is-setgħat konferiti fuq il-Kummissjoni skont l-Artikolu 202 tat-Trattat tal-KE u li issa huma koperti bid-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollhom id-dritt li jattendu l-laqgħat bħala osservaturi.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni tal-Parlament għandha tittejjeb.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom aċċess fl-istess waqt bħall-kumitat għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1 kif ukoll għal kull informazzjoni oħra soġġetta għal proċedimenti tal-kumitat. Modifiki sussegwenti għad-dokumenti sottomessi lill-Parlament Ewropew u ill-Kunsill għandhom ikunu identifikati biċ-ċar, imma dawk il-modifiki m'għandhom bl-ebda mod inaqqsu t-trasparenza interistituzzjonali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8aKwistjonijiet soġġetti għal proċedimenti tal-kumitat

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu janalizzaw, jiddibattu u jikkummentaw dwar kwalunkwe kwistjoni soġġetta għal proċedimenti tal-kumitat.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-effetti tal-Artikoli 5a tad-Deċiżjoni revokata għandhom jinżammu għal finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jagħmlu referenza għalihom.

2. L-effetti tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni revokata, għajr il-paragrafi 3 u 4 tiegħu, għandhom jinżammu għall-finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jagħmlu referenza għalihom. L-Artikolu 10(2a) ta' dan ir-Regolament għandu japplika wkoll.

Ġustifikazzjoni

Għandu japplika l-perjodu minimu għal oġġezzjoni għall-atti delegati skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-poter tad-delega leġiżlattiva tal-5 ta' Mejju 2010.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

Regoli tranżizzjonali

Ġustifikazzjoni

Għandu jsir enfasi li dawn ir-regoli huma tranżizzjonali u japplikaw biss għall-perjodu sa ma l-acquis kollu jkun adattat għat-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-proċedura li ġejja għandha tapplika għal miżuri ta' applikazzjoni ġenerali:

(a) Qabel ma tadotta miżura, il-Kummissjoni għandha tressaq abbozz finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(b) Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-miżura fi żmien xahrejn mid-data tat-tressiq. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

(c) Jekk, malli jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun oġġezzjona għall-miżura, il-Kummissjoni għandha tadottaha. Il-miżura tista' tiġi adottat u tidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

(d) Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal miżura, m'għandhiex tkun adottata. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tistqarr ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-miżura.

Ġustifikazzjoni

Dan il-mekkaniżmu jiggarantixxi l-prerogattivi tal-leġiżlatur u huwa maħsub għal każijiet fejn proċedura regolatorja jew ta' ġestjoni għall-adozzjoi ta' atti ta' ambitu ġenerali jkun għandha tiġi sostitwita bi proċedura għal atti delegati. Il-perjodu għal oġġezzjoni huwa l-minimu għal atti delegati skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-poter tad-delega leġiżlattiva tal-5 ta' Mejju 2010.

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Saïd El Khadraoui

27.4.2010

Eżami fil-kumitat

31.5.2010

Data tal-adozzjoni

1.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Ryszard Czarnecki, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Mathieu Grosch, Ville Itälä, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Vilja Savisaar, Olga Sehnalová, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Thomas Ulmer, Dominique Vlasto, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Spyros Danellis, Tanja Fajon, Markus Ferber, Nathalie Griesbeck, Gilles Pargneaux, Dominique Riquet, Alfreds Rubiks, Salvatore Tatarella, Oldřich Vlasák, Sabine Wils

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (23.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Danuta Maria Hübner

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll bħal dan huma ċari, effettivi u proprzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu fuq ir-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat kif ukoll mill-esperjenzi miksuba u mill-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għal kontroll bħal dan ikunu ċari, trasparenti, effettivi u proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu kif suppost il-qafas u r-rekwiżiti istituzzjonali l-ġodda tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-esperjenzi miksuba u l-prattiki komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar il-qafas istituzzjonali l-ġdid introdott permezz tat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Il-qafas istituzzjonali l-ġdid isaħħaħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur, b'mod li jqiegħdu fl-istess pożizzjoni bħall-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. F'dan il-kuntest, huwa xieraq li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw il-possibilità li l-opinjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati fuq bażi ugwali fejn wieħed minnhom iqis li abbozz ta' miżura mressqa quddiem kumitat tmur lil hinn mill-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni bl-att bażiku.

Ġustifikazzjoni

Referenza għar-rwol imsaħħaħ tal-Parlament bħala koleġiżlatur fil-qafas istituzzjonali l-ġdid.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jissuġġetta l-għoti ta' poteri ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-ħtieġa ta' applikazzjoni uniformi tal-atti ta' implimentazzjoni, filwaqt li l-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni jridu jikkonformaw mal-kriterji tal-effiċjenza u l-konsistenza.

Ġustifikazzjoni

Il-ħtieġa ta' applikazzjoni uniformi tal-atti ta' implimentazzjoni hija l-bażi għall-għoti ta' poteri ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Il-kontroll mill-Istati Membri għandu jitwettaq b'mod effiċjenti, biex jagħti riżultati effikaċi, u b'mod konsistenti, biex jiġi żgurat li l-kontroll ikun prevedibbli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) F'dawk l-atti bażiċi li jirrikjedu l-kontroll tal-Istati Membri għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi mill-Kummissjoni, ikun xieraq li għall-fini ta' tali kontroll għandu jkun hemm kumitati mwaqqfa li jkunu ffurmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u jkun ippresedut mill-Kummissjoni.

(5) F'dawk l-atti bażiċi li jirrikjedu l-adozzjoni tal-atti implimentattivi mill-Kummissjoni, ikun xieraq li għall-fini ta' kontroll mill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun hemm kumitati mwaqqfa li jkunu ffurmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u jkunu ppreseduti mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit ta' kontroll mill-Istati Membri ġej b'mod ġenerali mit-Trattat u mhux mill-atti bażiċi nfushom.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-kriterji għandhom jiġi stupulati biex tkun ddeterminata l-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi. Sabiex ikun hemm aktar konsistenza u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti proċedurali huma proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati, dawk il-kriterji għandhom jorbtu.

(8) Il-kriterji għandhom jiġi stipulati biex tkun iddeterminata l-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi, sabiex ikun hemm aktar konsistenza u prevedibilità fir-rigward tan-natura tal-atti implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati. Madankollu, dawk il-kriterji għandhom ikunu ta' natura mhux vinkolanti u l-proċedura li għandha tintuża għandha tiġi ddeterminata f'kull att bażiku.

Ġustifikazzjoni

L-għażla tal-proċedura għandha titħalla f'idejn il-leġiżlatur skont il-każ, biex il-leġiżlatur ikollu l-opportunità li jivvaluta l-implikazzjonijiet possibbli tan-natura tal-proċedura magħżula fir-rigward ta' kull att leġiżlattiv individwali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċ li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha, fejn ikun xieraq, tiġi applikata fir-rigward ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u miżuri speċifiċi b'implikazzjonijiet sostanzjali, inkluż ta' natura baġitarja. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jkunux jistgħu jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li jkunu ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għal perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tan-natura mhux vinkolanti tal-proċeduri, filwaqt li l-proċedura ta' eżaminazzjoni (li tagħti aktar poteri lill-Istati Membri) qed tinżamm għal miżuri aktar importanti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandu jiġu infurmati bil-proċedimenti tal-kumitat fuq bażi regolari.

(12) Il-Parlament u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati dwar kwalunkwe proċedimenti tal-kumitat u dokumentazzjoni relatata fl-istess ħin u bl-istess kundizzjonijiet bħall-kumitati.

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet tal-Parlament rigward l-informazzjoni fil-ħin u f'forma xierqa għandhom jitħarsu.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn ir-reġim ipprovdut fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u dan ir-Regolament, kwalunkwe referenza ta' leġiżlazzjoni eżistenti għall-proċeduri pprovduti f'dik id-Deċiżjoni bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja pprovduta bi skrutinju fl-Artikolu 5a tiegħu, għandha tinftiehem bħala referenza għall-proċeduri korrispondenti pprovduti f'dan ir-Regolament. L-effetti tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jinżammu għall-fini tal-atti bażiċi eżistenti li jirreferu għal dak l-Artikolu.

(14) Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn ir-reġim ipprovdut fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u dan ir-Regolament, għandha tapplika skema tranżitorja fejn kwalunkwe referenza ta' leġiżlazzjoni eżistenti għall-proċeduri pprovduti f'dik id-Deċiżjoni bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tagħha, għandha tinftiehem bħala referenza għall-proċeduri korrispondenti pprovduti f'dan ir-Regolament. L-effetti tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jinżammu għall-fini tal-atti bażiċi eżistenti li jirreferu għal dak l-Artikolu. Dik l-iskema tranżitorja għandha tkun bla ħsara għad-diskrezzjoni tal-leġiżlatur fir-rigward tal-proċedura li għandha tingħażel għal atti leġiżlattivi futuri.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe kuntest ta' allinjament għandu jitqies bħala tranżitorju u m'għandux jaffettwa d-drittijiet tal-leġiżlatur li jiddeċiedi liema tipi ta' atti u proċeduri għandhom jiġu previsti fil-futur.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-proċeduri u l-mekkaniżmi ta' kontroll li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jagħti poteri implimentattivi lill-Kummissjoni fejn ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dak l-att.

Ġustifikazzjoni

Aġġustament għat-test tal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni tista' tapplika biss għall-adozzjoni ta':

2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tapplika, fejn ikun xieraq, għall-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali u miżuri speċifiċi b'implikazzjonijiet sostanzjali, inklużi dawk ta' natura baġitarja.

(a)       Miżuri ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali;

(b)       Miżuri oħra ta' implimentazzjoni marbuta mal-:

i)         politiki agrikoli komuni u l-politiki ta' sajd komuni;

ii)       l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza jew il-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti;

iii)      politika kummerċjali komuni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-miżuri l-oħra kollha ta' implimentazzjoni u għal miżuri ta' implimentazzjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha tapplika l-proċedura konsultattiva, fejn din titqies li tkun xierqa.

3. Bla ħsara għall-paragrafu 2, il-proċedura konsultattiva għandha tiġi applikata f'kull każ fejn din titqies li tkun xierqa.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Meta tittieħed votazzjoni fil-kumitat, il-president m'għandux jivvota.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2.        Il-Parlament u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati dwar kwalunkwe proċedimenti tal-kumitat u bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fl-istess ħin u bl-istess kundizzjonijiet bħall-kumitati.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Drittijiet ta'monitoraġġ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqisu li abbozz ta' miżuri mressaq quddiem kumitat skont att bażiku adottat skont l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jmur lil hinn mill-poteri ta' implimentazzjoni previsti fl-att bażiku, il-Kummisjoni għandha tiġi infurmata u għandha terġa' teżamina l-abbozz ta' miżura. Filwaqt li tqis l-oġġezzjoni u fil-limiti ta' żmien tal-proċedura li tkun għaddejja, il-Kummissjoni tista' tressaq abbozz ta' miżuri ġdid lill-kumitat, tkompli bil-proċedura jew tressaq proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat bl-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu rigward l-oġġezzjoni u bir-raġunijiet tagħha għal dan.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt li wieħed jopponi għal miżuri adottati skont att leġiżlattiv għandu jibqa' tal-leġiżlatur.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) referenzi għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

(d) referenzi għall-Artikoli 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi, rispettivament, għall-Artikoli 8 u 8a ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-iskema tranżitorja prevista fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 għandha tkun bla ħsara għad-diskrezzjoni tal-leġiżlatur rigward il-proċedura li għandha tiġi applikata f'atti bażiċi futuri.

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

27.4.2010

Eżami fil-kumitat

2.6.2010

Data tal-adozzjoni

21.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Sophie Auconie, Catherine Bearder, Jean-Paul Besset, Victor Boştinaru, Zuzana Brzobohatá, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Tamás Deutsch, Danuta Maria Hübner, Ian Hudghton, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Franz Obermayr, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Geier, Catherine Grèze, Andrey Kovatchev, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Elisabeth Schroedter, Richard Seeber, Dimitar Stoyanov

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marian Harkin, Stanimir Ilchev, Alexandra Thein

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (5.5.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Paolo De Castro

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Skont is-sistema attwali tal-komitoloġija, il-PAK hija qasam tal-politika li jkopri maġġoranza enormi tal-atti tal-komitoloġija: Fl-2006, 1576 miżura ta' implimentazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni (2007: 963 miżura / 2008: 439 miżura).

Fi kważi l-każijiet kollha, dawn il-miżuri jiġu adottati skont il-"proċedura tal-amministrazzjoni" stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni KE/1999/468.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, id-dispożizzjonijiet attwali dwar il-komitoloġija se jkollhom jiġu sostitwiti b'atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE.

Dan l-adattament tal-leġiżlazzjoni eżistenti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona huwa ta' importanza kbira partikolarment għal dawk l-oqsma li (bħall-politika agrikola) ma ġewx adottati skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li għalhekk ma ġewx allinjati maż-żieda fil-kontroll parlamentari permezz ta’ proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS) mill-2006.

Minħabba li hemm għadd konsiderevoli ta’ atti involuti u li ta’ spiss il-proċess ta’ distinzjoni bejn l-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni jkun kumpless, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali qed jistenna li n-negozjati mal-Kummissjoni u l-koleġiżlatur li se jsiru każ każ se jkunu diffiċli.

Huwa għalhekk aċċettabbli f’dan l-istadju li l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp ikompli bi trasformazzjoni awtomatika ta’ “proċeduri tal-amministrazzjoni” f’atti ta’ implimentazzjoni (“eżaminazzjoni”), mingħajr ma ssir valutazzjoni każ b’każ dwar jekk il-miżura tissodisfax il-kriterji ta’ att delegat.

Għalhekk, il-Kumissjoni hija mistiedna tressaq il-proposti leġiżlattivi meħtieġa għall-adattament tal-acquis mingħajr dewmien.

Billi japplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall Politika Agrikola Komuni, it-TFUE iqiegħed lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-istess livell tal-koleġiżlaturi. Għalhekk il-Parlament għandu jimpenja ruħu biex ikun ittrattat bl-istess mod f’dak li għandu x’jaqsam ma’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni. B’mod partikolari, għandu talinqas iżomm id-drittijiet li diġà għandu rigward l-atti ta’ “komitoloġija” relatati mal-atti bażiċi adottati skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni (id-Dritt ta’ Skrutinju, aċċess għal informazzjoni,...). Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-“kumitati tar-rappreżentanti tal-Istati Membri”.

Bħala konklużjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn għandhom ikunu jistgħu joġġezzjonaw għall-abbozz tal-miżura ta’ implimentazzjoni li tikkontrobatta l-intenzjoni tal-koleġiżlaturi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar l-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament propost se jkopri l-funzjonament kollu tal-implimentazzjoni tal-poteri skont l-Artikolu 291 TFUE, u mhux biss il-kontroll tagħha. Barra minn hekk, il-PE, bħala koleġiżlatur, għandu jkun fuq l-istess livell tal-Kunsill.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar l-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 1

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll bħal dan huma ċari, effettivi u proprzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu fuq ir-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat kif ukoll mill-esperjenzi miksuba u mill-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll huma ċari, effettivi u proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu fuq ir-rekwiżiti istituzzjonali tat-TFUE u li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu fuq l-istell livell fir-rigward tal-atti kollha adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kif ukoll mill-esperjenzi miksuba u mill-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-kriterji għandhom jiġi stupulati biex tkun ddeterminata l-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi. Sabiex ikun hemm aktar konsistenza u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti proċedurali huma proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati, dawk il-kriterji għandhom jorbtu.

(8) Bla ħsara għall-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi, li hija determinata fl-att bażiku, il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha, fil-prinċipju, tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni ġenerali, fejn jinħtieġu kundizzjonijiet uniformi.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura ta’ konsultazzjoni, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċ li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(9) Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tipprovdi għall-kontroll b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura ta’ konsultazzjoni, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-proċedura konsultattiva għandha tapplika fil-każi l-oħra kollha u meta tkun ikkunsidrata li tkun l-aktar xierqa.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi kundizzjonijiet uniformi tal-implimentazzjoni u jipprovdi li l-adozzjoni ta’ atti implimentattivi bħal dawn li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni tista' tapplika biss għall-adozzjoni ta':

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha, fil-prinċipju, tapplika għall-adozzjoni ta’ miżuri ta' implimentazzjoni ġenerali, fejn jinħtieġu kundizzjonijiet uniformi.

(a) Miżuri ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali;

(b) Miżuri oħra ta' implimentazzjoni marbuta mal-:

i) politiki agrikoli komuni u l-politiki ta' sajd komuni;

ii) l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza jew il-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti;

iii) politika kummerċjali komuni.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura ta’ konsultazzjoni, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-miżuri l-oħra kollha ta' implimentazzjoni u għal miżuri ta' implimentazzjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha tapplika l-proċedura konsultattiva, fejn din titqies li tkun xierqa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura ta’ konsultazzjoni, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jesprimi l-oġġezzjoni tiegħu għall-abbozz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, li l-adozzjoni tagħhom tiġi maħsuba u li jkunu tressqu quddiem kumitat skont att bażiku adottat skont l-Artikolu 294 tat-TFUE, abbażi ta' dawk il-miżuri li jikkontrobattu l-intenzjoni tal-leġiżlatur espressa fl-att bażiku, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-miżuri mill-ġdid.

Waqt li jitqiesu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni u fil-limiti ta' żmien tal-proċedura li tkun qed tittieħed, il-Kummissjoni tista' tressaq abbozz ġdid tal-miżuri lill-kumitat u tressaq proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi tat-TFUE.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat dwar l-azzjoni li jkollha l-ħsieb li twettaq u dwar ir-raġunijiet tagħha għal dan.

Ġustifikazzjoni

Għandu jinżamm id-dritt attwali ta’ skrutinju tal-PE. Għalhekk, għandu jiddaħħal l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 99/468 fir-regolament u jinkiteb mill-ġdid b’tali mod li l-PE jew l-Kunsill ikun jista’ jesprimi l-oġġezzjoni tiegħu għall-miżuri li jikkontrobattu l-intenzjoni tal-leġiżlatur espressa fl-att bażiku.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 - punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) il-pożizzjonijiet u r-raġunijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri,

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjonijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom ikunu aċċessibbli għall-Parlament Ewropew (li jagħti aċċess lill-pubbliku għas-seduti u l-laqgħat tal-kumitati kollha).

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1. Għal dawn il-finijiet, l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-Parlament u lill-Kunsill fl-istess ħin li tintbagħat lill-membri tal-kumitati u fuq l-istess termini.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tikkjarifika l-modalitajiet ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni billi tinkorpora d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-3 ta’ Ġunju 2008.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-kumitati bħala osservaturi.

Ġustifikazzjoni

Il-laqgħat tal-kumitati għandhom ikunu aċċessibbli għall-osservaturi tal-Parlament Ewropew (li jagħti aċċess lill-pubbliku għas-seduti u l-laqgħat tal-kumitati kollha)

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Revoka tad-Deċiżjoni 1999/468/KE

imħassar

Għandha titħassar id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-effetti tal-Artikoli 5a tad-Deċiżjoni revokata għandhom jinżammu għal finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jagħmlu referenza għalihom.

Ġustifikazzjoni

Konsegwenza teknika u ġuridika tat-tħassir tal-Artikolu 10.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Text proposed by the Commission

Emenda

Artikolu 10

Adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

1. Meta l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-eċerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

imħassar

(a) referenzi għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(b) referenzi għall-Artikolu 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(c) referenzi għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(d) referenzi għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Artikoli 3 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kumitati kollha eżistenti.

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-acquis mad-dispożizzjonijiet attwali dwar l-atti ddelegati u l-atti ta’ implimentazzjoni huwa ta’ importanza kruċjali għal dawk l-oqsma politiċi, li ma ġewx adottati bil-proċedura ta’ kodeċiżjoni qabel id-dħul fis-seħħ. Għandha ssir valutazzjoni ta’ kull każ għalih ta’ dawk id-dispożizzjonijiet bħala kwistjoni urġenti. Allinjament awtomatiku kif kien issuġġerit mill-Kummissjoni jipperikola l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Adattazzjoni tal-atti bażiċi eżistenti

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ u tressaq il-proposti leġiżlattivi meħtieġa għall-allinjament tagħha mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona, partikolarment mal-Artikoli 290 u 291 TFUE, qabel il-31 ta’ Diċembru 2010.

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-acquis mad-dispożizzjonijiet attwali dwar l-atti ddelegati u l-atti ta’ implimentazzjoni huwa ta’ importanza kruċjali għal dawk l-oqsma politiċi, li ma ġewx adottati bil-proċedura ta’ kodeċiżjoni qabel id-dħul fis-seħħ. Għandha ssir valutazzjoni ta’ kull każ għalih ta’ dawk id-dispożizzjonijiet bħala kwistjoni urġenti.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Text proposed by the Commission

Emenda

L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2010.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Konsegwenza tat-tħassir tal-Artikolu 10

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

(COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD))

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Paolo De Castro

17.3.2010

Eżami fil-kumitat

12.4.2010

Data tal-adozzjoni

4.5.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Liam Aylward, Christophe Béchu, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Lorenzo Fontana, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Stéphane Le Foll, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Csaba Sándor Tabajdi

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Milan Zver

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (15.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Werner Kuhn

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, id-dispożizzjonijiet attwali dwar il-komitoloġija se jkollhom jiġu sostitwiti b'atti ddelegati u atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE.

Dan l-adattament tal-leġiżlazzjoni eżistenti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona huwa ta' importanza kbira partikolarment għal dawk l-oqsma li (bħall-politika tas-sajd) ma ġewx adottati skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li għalhekk ma ġewx allinjati maż-żieda fil-kontroll parlamentari permezz tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS) mill-2006 'l quddiem.

Minħabba li hemm għadd konsiderevoli ta’ atti involuti u li ta’ spiss il-proċess ta’ distinzjoni bejn l-atti ddelegati u l-atti ta’ implimentazzjoni jkun kumpless, il-Kumitat għas-Sajd qed jistenna li n-negozjati mal-Kummissjoni u l-koleġiżlatur, li se jsiru każ b'każ, se jkunu diffiċli.

Bl-applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-Politika Komuni tas-Sajd, it-TFUE jqiegħed lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-istess livell bħala koleġiżlaturi. Għalhekk il-Parlament għandu jagħmel ħiltu biex ikun ittrattat bl-istess mod ukoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni. B’mod partikolari, għandu tal-inqas iżomm id-drittijiet li diġà għandu rigward l-atti ta’ “komitoloġija” relatati ma' atti bażiċi adottati skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni (id-Dritt ta’ Skrutinju, aċċess għal informazzjoni, ...). Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-“kumitati tar-rappreżentanti tal-Istati Membri”.

Bħala konklużjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn għandhom ikunu jistgħu joġġezzjonaw għal abbozz ta' miżura ta’ implimentazzjoni li tikkontrobatti l-intenzjoni tal-koleġiżlaturi.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament propost se jkopri l-funzjonament kollu tal-poteri ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE, u mhux biss il-kontroll. Barra minn hekk, il-PE, bħala koleġiżlatur, għandu jkun fuq l-istess livell tal-Kunsill.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

(3) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea issa jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar l-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 1.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll bħal dan huma ċari, effettivi u proprzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu fuq ir-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat kif ukoll mill-esperjenzi miksuba u mill-prattiċi komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(4) Hu neċessarju li jiġi żgurat li l-proċeduri għall-kontroll ikunu ċari, effettivi u proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi u li dawn jirriflettu r-rekwiżiti istituzzjonali tat-Trattat, il-fatt li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma fuq l-istess livell fir-rigward tal-atti kollha adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kif ukoll l-esperjenzi miksuba u l-prattiki komuni segwiti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-kriterji għandhom jiġi stupulati biex tkun ddeterminata l-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi. Sabiex ikun hemm aktar konsistenza u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti proċedurali huma proporzjonati man-natura tal-atti implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati, dawk il-kriterji għandhom jorbtu.

(8) Bla ħsara għall-proċedura li għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi, li hija determinata fl-att bażiku, il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha, fil-prinċipju, tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni ġenerali, fejn jinħtieġu kundizzjonijiet uniformi.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura konsultattiva, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċ li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(9) Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tipprovdi għall-kontroll b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adottati jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għal perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura konsultattiva, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-proċedura konsultattiva għandha tapplika fil-każi l-oħra kollha u meta tkun ikkunsidrata li tkun l-aktar xierqa.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") ikun jirrikjedi kundizzjonijiet uniformi ta' implimentazzjoni u jistipula li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni tista' tapplika biss għall-adozzjoni ta':

2. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha, fil-prinċipju, tapplika għall-adozzjoni ta’ miżuri ta' implimentazzjoni ġenerali, fejn jinħtieġu kundizzjonijiet uniformi.

(a) Miżuri ta' implimentazzjoni ta' ambitu ġenerali;

(b) Miżuri oħra ta' implimentazzjoni marbuta mal-:

i) politiki agrikoli komuni u l-politiki ta' sajd komuni;

ii) l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza jew il-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti;

iii) politika kummerċjali komuni.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura konsultattiva, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-miżuri l-oħra kollha ta' implimentazzjoni u għal miżuri ta' implimentazzjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha tapplika l-proċedura konsultattiva, fejn din titqies li tkun xierqa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk tintużax il-proċedura konsultattiva, li tagħti iktar poteri lill-Kummissjoni, jew il-proċedura ta’ eżaminazzjoni, fejn l-Istati Membri għandhom iktar poteri, għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur tal-att bażiku.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Oġġezzjoni għal abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni

Jekk il-Parlament Ewropew, jew il-Kunsill, jesprimi oġġezzjoni għal abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni, li l-adozzjoni tagħhom tkun maħsuba u li jkunu tressqu quddiem kumitat skont att bażiku adottat skont l-Artikolu 294 tat-Trattat, fuq il-bażi li dawk il-miżuri jxejnu l-intenzjoni tal-leġiżlatur kif espressa fl-att bażiku, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-miżuri mill-ġdid.

Filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni u fil-limiti ta' żmien tal-proċedura li tkun għaddejja, il-Kummissjoni tista' tressaq abbozz ġdid tal-miżuri lill-kumitat jew tressaq proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont it-Trattat.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat bl-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu u bir-raġunijiet għal dan.

Ġustifikazzjoni

Għandu jinżamm id-dritt attwali ta’ skrutinju tal-PE. Għalhekk, għandu jiddaħħal l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 99/468 fir-regolament.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) il-pożizzjonijiet u r-raġunijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri,

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjonijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom ikunu aċċessibbli għall-Parlament Ewropew (li jagħti aċċess lill-pubbliku għas-seduti u l-laqgħat tal-kumitati kollha).

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tintbagħat lill-membri tal-kumitati u bl-istess termini.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tikkjarifika l-modalitajiet ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni billi tinkorpora d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-3 ta’ Ġunju 2008.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollhom id-dritt li jattendu l-laqgħat tal-kumitati bħala osservaturi.

Ġustifikazzjoni

Il-laqgħat tal-kumitati għandhom ikunu aċċessibbli għall-osservaturi tal-Parlament Ewropew (li jagħti aċċess lill-pubbliku għas-seduti u l-laqgħat tal-kumitati kollha).

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Skadenza għar-reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha, qabel il-31 ta' Diċembru 2011, teżamina l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tkun fis-seħħ u tressaq il-proposti leġiżlattivi meħtieġa għall-allinjament tagħha mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona, u b'mod partikolari mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-acquis mad-dispożizzjonijiet attwali dwar l-atti ddelegati u l-atti implimentattivi huwa ta’ importanza kruċjali għal dawk l-oqsma ta’ politika li ma ġewx adottati bil-proċedura ta’ kodeċiżjoni qabel id-dħul fis-seħħ. Għandha ssir valutazzjoni każ b’każ b’urġenza ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Werner Kuhn

7.4.2010

Data tal-adozzjoni

2.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Kriton Arsenis, Alain Cadec, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Carl Haglund, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Maria do Céu Patrão Neves, Britta Reimers, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Estelle Grelier, Raül Romeva i Rueda, Antolín Sánchez Presedo, Ioannis A. Tsoukalas

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (24.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri
(COM(2010)0083 – C7‑0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Juan Fernando López Aguilar

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) B’konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-ebda miżura ta’ implimentazzjoni ma tista’ tillimita l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet rikonoxxuti mill-Karta jekk il-limiti ma jkunux definiti bil-liġi u jkunu jirrispettaw l-essenza ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet.

Ġustifikazzjoni

Following the entry into force of the Lisbon Treaty and of the EU Charter, the obligation to limit only by law Fundamental rights already foreseen by the European Convention of Human Rights is now confirmed by article 52 of the European Charter. The European Parliament already raised, on several occasions, the issue of non-respect of Fundamental Rights in measures adopted under so called Comitology procedures (see the cases of Safe Harbour principles, the Commission adequacy finding of the 2004 EU-US Agreement on PNR and more recently implementing measures of the Schengen borders code defining the FRONTEX mandate.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2-punt b – punt iii a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iiia) iż-żona tal-libertà, sigurtà u ġustizzja.

Ġustifikazzjoni

The examination procedure is by definition the procedure which recognises and strengthens the control by Members States of the Commission's exercise of it's implementing powers. Enhanced control by Member States, has to be granted bearing in mind the specific importance of the relationship between the European and National legal order as foreseen by article 67 paragraph 1 of the TFEU and having regard to the importance and sensitivity of the Freedom, Security and Justice related policies. ("1. The Union shall constitute an area of freedom, security and justice with respect for fundamental rights and the different legal systems and traditions of the Member States.")

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-referenzi għad-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (f) ta' paragrafu 1 kif ukoll l-informazzjoni msemmija fil-punt (g) ta' paragrafu 1 għandhom ikun pubbliċi fir-reġistru.

3. B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni1 r-referenzi u t-testi tad-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 kif ukoll l-informazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 għandhom ikun pubbliċi fir-reġistru.

1 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 1049/2001 diġà huwa applikabbli għat-test marbut mal-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għall-Komitoloġija. Il-partijiet interessati kollha jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet, speċjalment tal-Parlament Ewropew, fir-rigward tat-testi preparatorji li jkunu disponibbli esternament biss, kull meta abbozz ta’ miżura titqies bħala mhux xierqa. Permezz tal-għoti ta’ trasparenza adegwata fil-fażi preparatorja tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-Unjoni Ewropea mhux biss tkun qed taqdi d-dritt tat-trasparenza taċ-ċittadini tagħha iżda wkoll l-effiċjenza tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha stess.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni mogħtija minn

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

  Data tal-ħatra

Juan Fernando López Aguilar

10.5.2010

Eżami fil-kumitat

23.6.2010

Data tal-adozzjoni

23.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Roberta Angelilli, Gerard Batten, Mario Borghezio, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Clemente Mastella, Louis Michel, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Axel Voss, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Edit Bauer, Andrew Henry William Brons, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Nadja Hirsch, Ramón Jáuregui Atondo, Franziska Keller, Petru Constantin Luhan, Mariya Nedelcheva, Kyriacos Triantaphyllides

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (15.6.2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċitar tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni
(COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ashley Fox

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċitar tal-kompetenzi ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tapplika biss għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali mfassla biex jimplimentaw l-atti bażiċi u għal miżuri speċifiċ li jkollhom impatt potenzjalment importanti. Dik il-proċedura għandha tipprovdi għall-kontroll tal-Istati Membri b'tali mod li l-miżuri ma jistgħux jiġu adotti jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat, ħlief f'ċirkostanzi li huma ferm eċċezzjonali, meta, minkejja opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta u tapplika l-miżuri għall-perjodu ta' żmien limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri f'każ li ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat, billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

(9) Il-proċedura ta' eżami għandha tipprovdi għal metodu ta' kontroll li jagħmilha possibbli li l-Istati Membri jiżguraw li ma jistgħux jiġu adottati miżuri jekk dawn ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-kumitat jew jekk il-kumitat ma jagħtix opinjoni. Madankollu l-Kummissjoni għandha tkun tista', f'ċirkostanzi li jkunu ferm eċċezzjonali li għandhom jiġu definiti fl-att bażiku, tadotta u tapplika l-miżuri għal perjodu ta' żmien limitat, li matulu hi għandha tissottometti l-miżuri għall-kontroll mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi l-abbozz tal-miżuri billi jiġu kkunsidrati l-fehmiet espressi fi ħdan il-kumitat.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tintuża l-proċedura konsultattiva jew ta’ eżami għandha titħalla f’idejn il-leġiżlatur fl-att bażiku. Fin-nuqqas ta’ opinjoni jew fil-każ ta’ opinjoni negattiva, il-Kumissjoni għandha tkun awtorizzata biss li tapplika l-miżuri għal perjodu limitat ta’ żmien, filwaqt li jingħata lilha ż-żmien li timmodifika l-proposta oriġinali tagħha.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-proċedura konsultattiva għandha tapplika fil-każi l-oħra kollha u meta tkun ikkunsidrata li tkun l-aktar xierqa.

(10) Il-proċedura konsultattiva għandha tapplika għal dawk il-każi li għalihom ma tapplikax il-proċedura ta' eżami.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill fi kwalunkwe ħin jistgħu jindikaw lill-Kummissjoni li abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni jeċċedi l-kompetenzi ta’ implimentazzjoni li hemm dispost dwarhom fl-att bażiku. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-abbozz ta' miżura kkonċernat u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjoni li jkollha l-ħsieb li tieħu u r-raġunijiet għal dan.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju dritt ta’ skrutinju, kif dispost preċedentement fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, ħalli kull koleġiżlatur ikun jista' jindika lill-Kummissjoni li jqis li abbozz ta' att ta' implimentazzjoni jeċċedi l-kompetenzi ta' implimentazzjoni kif hemm dispost fl-att bażiku.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") jkun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jorbtu mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-mekkaniżmi li għandhom japplikaw f'każi fejn att tal-Unjoni li jkun jorbot legalment (minn hawn 'il quddiem l-"att bażiku") ikun jirrikjedi li l-adozzjoni tal-atti implimentattivi li jidentifikaw il-ħtieġa għal kondizzjonijiet uniformi tal-implimentazzjoni u mill-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat li l-Artikolu 291 tat-Trattat FUE jħalli f'idejn il-Parlament u l-Kunsill li jidentifikaw is-sitwazzjonijiet li fihom huma neċessarji kondizzjonijiet uniformi għall-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u għalhekk fejn il-kompetenzi ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni, u li jiddeċiedu liema kontrolli mill-Istati Membri japplikaw għall-eżerċitar tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Att bażiku jista' jipprovdi għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' eżaminazzjoni jew tal-proċedura konsultattiva, skont it-tip ta' miżura ta' implimentazzjoni kkonċernata.

1. Att bażiku jista' jipprovdi għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' eżami jew tal-proċedura konsultattiva, b'kunsiderazzjoni tan-natura u l-impatt tal-miżuri ta' implimentazzjoni kkonċernati.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk l-abbozz tal-miżuri ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta dawk il-miżuri. Il-president jista' jissottometti lill-kumitat l-abbozz tal-miżuri għal aktar deliberazzjoni jew jissottometti verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

3. Jekk l-abbozz tal-miżuri ma jkunx skont l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta dawk il-miżuri. Il-president jista' jissottometti lill-kumitat l-abbozz tal-miżuri għal aktar deliberazzjoni jew jissottometti verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

Ġustifikazzjoni

Opinjoni negattiva jew in-nuqqas ta’ opinjoni għandu jkollhom l-istess konsegwenzi u għandhom iwasslu għal iktar deliberazzjoni fil-kumitat qabel mal-miżuri eventwalment jiġu adottati.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-miżuri. Meta l-Kummissjoni ma tadottax l-abbozz tal-miżuri, il-president jista' jissottometti lill-kumitati verżjoni emendata tal-abbozz tal-miżuri.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 5(3).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-president għandu jissottometti bla dewmien il-miżuri msemmija f'paragrafu 2 lill kumitat rilevanti sabiex jikseb l-opinjoni tegħu skont il-proċedura pprovduta fl-att bażiku.

3. Il-president għandu jissottometti immedjatament il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 lill-kumitat rilevanti sabiex jikseb l-opinjoni tiegħu, fi żmien xahar, skont il-proċedura pprovduta fl-att bażiku.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Oġġezzjoni għal abbozzi ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jindika lill-Kummissjoni fi kwalunkwe ħin li jqisu li abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni jeċċedi l-kompetenzi ta’ implimentazzjoni li hemm dispost għalihom fl-att bażiku.

Waqt li titqies l-oġġezzjoni u fil-limiti ta' żmien applikabbli għall-proċedura li tkun qed tittieħed, il-Kummissjoni tista' tressaq abbozz ġdid tal-miżuri lill-kumitat jew proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Għandu jinżamm id-dritt attwali ta’ skrutinju tal-PE.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-sommarju tar-rekords, flimkien mal-lista tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li għalihom jkunu jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri biex dawn jirrappreżentawhom,

(b) ir-rekords, flimkien mal-lista tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li għalihom jkunu jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri biex dawn jirrappreżentawhom,

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1.

2. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni. Dawn għandhom jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fl-istess ħin u bl-istess termini bħall-kumitati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikklassifika l-modalitajiet tat-trasmissjoni tal-informazzjoni bi qbil mal-Ftehima Interistituzzjonali tat-3 ta' Ġunju 2008.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-eċerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

1. Fl-istennija tal-adattament tal-atti bażiċi adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, meta tali atti jipprovdu għall-eċerċitar tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) referenzi għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(a) meta l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(b) referenzi għall-Artikolu 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(b) meta l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandha tapplika l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(c) referenzi għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(c) meta l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandu japplika l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(d) referenzi għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

(d) meta l-att bażiku jagħmel referenza għall-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandu japplika l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li l-arranġament tranżitorju dispost fl-Artikolu 10 tal-proposta huwa biss soluzzjoni teknika li ma tippreġudikax l-adattament neċessarju tal-acquis fuq bażi ta’ każ b’każ.

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċitar tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

24.3.2010

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ashley Fox

3.5.2010

Eżami fil-kumitat

17.5.2010

Data tal-adozzjoni

14.6.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Ashley Fox, Matthias Groote, Roberto Gualtieri, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Ramón Jáuregui Atondo, Syed Kamall, Constance Le Grip, David Martin, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marietta Giannakou, Enrique Guerrero Salom, Alain Lamassoure, Íñigo Méndez de Vigo, Vital Moreira, Helmut Scholz

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll min-naħa tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.3.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

24.3.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

24.3.2010

DEVE

24.3.2010

INTA

24.3.2010

BUDG

24.3.2010

CONT

24.3.2010

ECON

24.3.2010

EMPL

24.3.2010

ENVI

24.3.2010

ITRE

24.3.2010

IMCO

24.3.2010

TRAN

24.3.2010

REGI

24.3.2010

AGRI

24.3.2010

PECH

24.3.2010

CULT

24.3.2010

LIBE

24.3.2010

AFCO

24.3.2010

FEMM

24.3.2010

PETI

24.3.2010

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

2.6.2010

CONT

23.3.2010

EMPL

21.4.2010

ITRE

7.4.2010

CULT

22.3.2010

FEMM

20.4.2010

PETI

30.3.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

József Szájer

23.3.2010

Eżami fil-kumitat

28.4.2010

31.5.2010

23.6.2010

5.7.2010

2.9.2010

22.11.2010

Data tal-adozzjoni

1.12.2010

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Diana Wallis, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Sergio Gaetano Cofferati, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Toine Manders, Arlene McCarthy, Angelika Niebler, József Szájer

Data tat-tressiq

6.12.2010