RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal fis-seħħ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali
7.12.2010 - (COM(2010)0105 – C7‑0315/2010 – 2010/0067(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Tadeusz Zwiefka
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal fis-seħħ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali
(COM(2010)0105 – C7‑0315/2010 – 2010/0067(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0105),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0102/2010),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010[1], li biha jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali,
- wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta' Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali[2],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2010,
- wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 74g(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7‑0360/2010),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tibdel il-proposta tagħha kif xieraq, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għall-emenda tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, limitata għaż-żieda ta’ klawsola dwar il-forum necessitatis, b’urġenza kbira qabel l-eżami ġenerali mwiegħed ta’ dan ir-Regolament;
4. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill [...] tal-[...] li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, |
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, |
____________________ 7 ĠU L […], […], p. […]. |
____________________ 1 ĠU L 189, 22.7.2010, p. 12. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) L-Unjoni Ewropea għandha l-għan illi żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit progressivament, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili b’implikazzjonijiet transkonfinali. |
(1) L-Unjoni Ewropea għandha l-għan illi żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit progressivament, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili b’implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jadotta miżuri li jirrigwardaw il-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transkonfinali. |
(2) Skont l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn il-miżuri partikolari għandhom jinkludu dawk immirati biex jiżguraw il-kompatibilità tar-regoli rigward il-kunflitt tal-liġijiet fl-Istati Membri. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovenja indirizzaw sussegwentement talba lill-Kummissjoni, fejn indikaw li kellhom l-intenzjoni li jistabbilixxu bejniethom koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali u stiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta lill-Kunsill f’dan is-sens. |
(6) Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja indirizzaw sussegwentement talba lill-Kummissjoni, fejn indikaw li kellhom l-intenzjoni li jistabbilixxu bejniethom koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali. Fit-3 ta’ Marzu 2010, il-Greċja rtirat it-talba tagħha. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Fil-[...], il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni [...] li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali. |
(7) Fit-12 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/405/UE li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Skont l-Artikolu 328(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ladarba tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, din tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, sakemm jiġu rispettati l-kundizzjonijiet eventwali tal-parteċipazzjoni stabbiliti mid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni. Hija għandha tkun miftuħa għalihom ukoll fi kwalunkwe ħin ieħor, bil-kondizzjoni li, minbarra l-kundizzjonijiet imsemmija, jiġu rispettati l-atti diġà adottati f'dak il-qafas. |
(8) Skont l-Artikolu 328(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ladarba tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, din tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, sakemm jiġu rispettati l-kundizzjonijiet eventwali tal-parteċipazzjoni stabbiliti mid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni. Hija għandha tkun miftuħa għalihom ukoll fi kwalunkwe ħin ieħor, bil-kondizzjoni li, minbarra l-kundizzjonijiet imsemmija, jiġu rispettati l-atti diġà adottati f'dak il-qafas. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni msaħħa għandhom jiżguraw li jippromwovu l-parteċipazzjoni mill-akbar numru possibbli ta' Stati Membri. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament biss fl-Istati Membri parteċipanti skont it-Trattati. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 9 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) L-ambitu sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. Madankollu, m'għandux japplika għall-annullament taż-żwiġijiet. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għax-xoljiment jew għat-tħollija tar-rabtiet taż-żwiġijiet. Il-liġi determinata mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għar-raġunijiet għad-divorzju u s-separazzjoni legali. Kwistjonijiet preliminari dwar suġġetti bħall-kapaċità legali u l-validità ta' żwieġ, u dwar suġġetti bħall-effetti tad-divorzju jew tas-separazzjoni legali fuq il-proprjetà, l-isem, ir-responsabbiltà tal-ġenituri, l-obbligi tal-manteniment jew kull miżura anċillarja oħra, għandhom jiġu determinati mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet applikabbli fl-Istati Membri parteċipanti konċernati. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Sabiex l-ambitu ta' applikazzjoni territorjali ta' dan ir-Regolament jiġi definit sewwa, għandhom jiġu speċifikati l-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'din il-koperazzjoni msaħħa. |
(10) Sabiex l-ambitu ta' applikazzjoni territorjali ta' dan ir-Regolament jiġi definit sewwa, għandhom jiġu speċifikati l-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'din il-koperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 1(2). |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Dan ir-Regolament għandu jkun universali, fis-sens li r-regoli uniformi tiegħu dwar il-kunflitt tal-liġijiet jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ Stat Membru parteċipant, il-liġi ta’ Stat Membru mhux parteċipant jew il-liġi ta’ Stat li mhuwiex membru tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Dan ir-Regolament għandu japplika irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal li quddiemhom titressaq it-talba. |
(11) Dan ir-Regolament għandu japplika irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal li quddiemhom titressaq it-talba. Fejn applikabbli, qorti għandha titqies li tkun adita bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex il-konjuġi jkollhom il-libertà li jagħżlu liġi applikabbli li jkollhom rabtiet mill-qrib magħha jew, fin-nuqqas ta’ għażla, sabiex din il-liġi tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom, tali liġi għandha tapplika anki jekk ma tkunx dik ta' Stat Membru parteċipanti. F’każ li tintagħżel il-liġi ta’ Stat Membru ieħor, in-netwerk maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali10, jista’ jkollu rwol billi jipprovdi informazzjoni lill-qrati dwar id-dritt barrani. |
(12) Sabiex il-konjuġi jkollhom il-libertà li jagħżlu liġi applikabbli li jkollhom rabtiet mill-qrib magħha jew, fin-nuqqas ta’ għażla, sabiex din il-liġi tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom, tali liġi għandha tapplika anki jekk ma tkunx dik ta' Stat Membru parteċipant. F’każ li tintgħażel il-liġi ta’ Stat Membru ieħor, in-netwerk maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali[3], kif emendata bid-Deċiżjoni 568/2009/KE tat-18 ta' Ġunju 20092, jista’ jkollu rwol billi jipprovdi informazzjoni lill-qrati dwar id-dritt barrani. |
____________________ 10 ĠU L 174 tas-27.6.2001, p. 25. |
____________________ 1 ĠU L 174 tas-27.6.2001, p. 25. 2 ĠU L 168, 30.6.2009, p. 35. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Iż-żieda tal-mobbiltà taċ-ċittadini teħtieġ, min-naħa, aktar flessibbiltà u, mill-oħra, aktar ċertezza legali. Sabiex jinkiseb dan il-għan, dan ir-Regolament għandu jsaħħaħ l-awtonomija tal-partijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, filwaqt li jħallilhom possibbiltà limitata li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom. Din il-possibilità ma għandhiex tiġi estiża għall-annullament taż-żwieġ, li għandu rabtiet mill-qrib mal-kundizzjonijiet ta’ validità taż-żwieġ, u li fil-każ tiegħu mhijiex xierqa l-awtonomija tal-partijiet. |
(13) Iż-żieda tal-mobbiltà taċ-ċittadini teħtieġ, min-naħa, aktar flessibbiltà u, mill-oħra, aktar ċertezza legali. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, dan ir-Regolament għandu jsaħħaħ l-awtonomija tal-partijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, filwaqt li jħallilhom possibbiltà limitata li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Il-konjuġi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż li magħhom ikollhom rabtiet partikolari jew il-lex fori bħala l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali. Il-liġi magħżula mill-konjuġi għandha tkun tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-possibbiltà li tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ma għandhiex tippreġudika l- interessi superjuri tat-tfal. |
(14) Il-konjuġi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż li miegħu jkollhom rabtiet partikolari jew il-liġi tal-forum bħala l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali. Il-liġi magħżula mill-konjuġi għandha tkun tirrispetta d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Huwa importanti li, qabel ma jagħżlu l-liġi applikabbli, il-konjuġi jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u dwar il-proċedimenti li jirrigwardaw id-divorzju u s-separazzjoni legali. Sabiex tiggarantixxi dan l-aċċess għal informazzjoni xierqa u ta’ kwalità, il-Kummissjoni taġġorna tali informazzjoni regolarment fis-sistema pubblika ta’ informazzjoni bbażata fl-Internet li nħolqot mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE. |
(15) Huwa importanti li, qabel ma jagħżlu l-liġi applikabbli, il-konjuġi jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u dwar il-proċedimenti li jirrigwardaw id-divorzju u s-separazzjoni legali. Sabiex tiggarantixxi dan l-aċċess għal informazzjoni xierqa u ta’ kwalità, il-Kummissjoni taġġorna tali informazzjoni regolarment fis-sistema pubblika ta’ informazzjoni bbażata fl-Internet li nħolqot mid-Deċiżjoni 2001/470/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 568/2009/KE. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 15 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Jekk il-konjuġi ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-liġi applikabbli, huma għandhom jikkompletaw proċedura ta' medjazzjoni li tkun tinkludi mill-inqas konsultazzjoni waħda ma' medjatur awtorizzat. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-għażla infurmata taż-żewġ konjuġi hija prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull konjuġi għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibiltà li l-liġi applikabbli tintagħżel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u ll-opportunitajiet indaqs għaż-żewġ konjuġi. F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq . |
(16) L-għażla infurmata tal-konjuġi hija prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull konjuġi għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibiltà li l-liġi applikabbli tintgħażel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għall-konjuġi. F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali fl-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu minn tal-anqas ikun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, jeħtieġ li dawn ir-regoli jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipanti li fih il-ftehim ikun inserit f’kuntratt taż-żwieġ. |
(17) Regoli dwar il-validità materjali u formali għandhom jiġu definiti wkoll sabiex l-għażla infurmata tal-konjuġi tiġi ffaċilitata u biex il-kunsens tagħhom jiġi rispettat bil-għan li tkun żgurata ċ-ċertezza legali kif ukoll aċċess aħjar għall-ġustizzja. Fir-rigward tal-validità formali, għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu minn tal-anqas ikun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipant li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, dawn ir-regoli għandhom jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipant li fih il-ftehim ikun inserit f’kuntratt taż-żwieġ. Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, il-konjuġi jkunu residenti abitwali fi Stati Membri parteċipanti differenti li jistipulaw regoli formali differenti, il-konformità mar-regoli formali ta' wieħed minn dawk l-Istati tkun biżżejjed. Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, wieħed mill-konjuġi biss ikun resident abitwali fi Stat Membru parteċipant li jistipula regoli formali addizzjonali, dawk ir-regoli għandhom jiġu rispettati. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Ftehim li jagħżel il-liġi applikabbli għandu jkun jista’ jiġi konkluż mhux aktar tard minn meta titressaq il-kawża quddiem il-qorti, u anki matul il-proċediment, jekk dan ikun previst mil-lex fori. F’dan il-każ, għandu jkun suffiċjenti li l-qorti tagħraf formalment l-għażla skont il-lex fori. |
(18) Ftehim li jagħżel il-liġi applikabbli għandu jkun jista’ jiġi konkluż mhux aktar tard miż-żmien meta titressaq il-kawża quddiem il-qorti, u anki matul il-proċediment, jekk dan ikun previst mil-liġi tal-forum. F’dan il-każ, għandu jkun suffiċjenti li l-qorti tagħraf formalment l-għażla skont il-liġi tal-forum. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi applikabbli, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet armonizzati fuq il-bażi ta’ skala ta’ kriterji ta’ konnessjoni suċċessivi bbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-liġi kkonċernata, sabiex jiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u biex jevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob id-divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. Dawn il-kriterji ta’ konnessjoni ntagħżlu b’tali mod li l-proċediment ta’ divorzju jew ta' separazzjoni legali jiġi rregolat minn liġi li magħha l-konjuġi jkollhom rabtiet mill-qrib u huma bbażati, fl-ewwel lok, fuq il-liġi tar-residenza abitwali tal-konjuġi. |
(19) Fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi applikabbli, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet armonizzati fuq il-bażi ta’ skala ta’ kriterji ta’ konnessjoni suċċessivi bbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-liġi kkonċernata, sabiex jiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u biex jevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob id-divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. Tali kriterji ta’ konnessjoni għandhom jintgħażlu b’tali mod li jiżgura li l-proċedimenti marbutin mad-divorzju jew mas-separazzjoni legali jiġu rregolati minn liġi li magħha l-konjuġi jkollhom rabtiet mill-qrib. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 19 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) Meta dan ir-Regolament jirreferi għan-nazzjonalità bħala kriterju ta’ konnessjoni għall-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, il-kwistjoni dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-każijiet b’aktar minn nazzjonalità waħda għandha tiġi determinata skont il-liġi nazzjonali, bi qbil sħiħ mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 19 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19b) Meta l-qorti tiġi adita b'applikazzjoni biex tibdel separazzjoni legali f’divorzju u l-konjuġi ma jkunu għamlu l-ebda għażla dwar il-liġi applikabbli, il-liġi applikata għas-separazzjoni legali għandha tapplika wkoll għad-divorzju. Din il-kontinwità għandha tippromwovi l-prevedibbiltà għall-konjuġi u żżid iċ-ċertezza legali. Jekk il-liġi applikata għas-separazzjoni legali ma tipprevedix il-bidla ta' separazzjoni legali f'divorzju, id-divorzju għandu jkun iddeterminat mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla min-naħa tal-konjuġi. Dan m'għandux iwaqqaf lill-konjuġi milli jitolbu d-divorzju abbażi ta' regoli oħra stipulati f'dan ir-Regolament. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) F’ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari. |
(20) F’ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari. Madankollu, dan għandu jseħħ mingħajr preġudizzju għall-klawsola dwar l-ordni pubbliku (ordre public). |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) F'ċirkustanzi eċċezzjonali, xi kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri l-possibilità li jwarrbu l-liġi barranija meta l-applikazzjoni ta' tali liġi f'każ preċiż tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iwarrbu l-liġi ta' Stat Membru ieħor meta dan ikun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni. |
(21) F'ċirkustanzi eċċezzjonali, xi kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri l-possibilità li jwarrbu l-liġi barranija meta l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni ta' tali liġi f'każ preċiż tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iwarrbu dispożizzjoni tal-liġi ta' Stat ieħor meta dan ikun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 21 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) Meta dan ir-Regolament jirreferi għaċ-ċirkustanza li l-liġi tal-Istat Membru parteċipant li l-qorti tiegħu tiġi adita ma tipprevedix id-divorzju, dan għandu jiġi interpretat li jfisser li l-liġi ta' dak l-Istat Membru ma tinkludix l-istituzzjoni tad-divorzju. F'każ bħal dan, il-qorti m'għandhiex tkun obbligata tagħti digriet ta' divorzju bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Meta dan ir-Regolament jirreferi għaċ-ċirkustanza li l-liġi tal-Istat Membru parteċipant li l-qorti tiegħu tiġi adita ma tqisx iż-żwieġ inkwistjoni bħala validu għall-finijiet ta' proċedimenti ta' divorzju, dan għandu jiġi interpretat li jfisser, inter alia, li tali żwieġ ma jeżistix skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru. F'każ bħal dan, il-qorti m'għandhiex tkun obbligata tagħti digriet ta' divorzju jew tordna separazzjoni legali bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Peress li hemm xi Stati u xi Stati Membri parteċipanti li fihom jeżistu flimkien żewġ sistemi legali jew korpi tad-dritt jew aktar li jittrattaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament, għandu jiġi previst safejn id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw fis-sistemi legali differenti ta' dawn l-Istati u tal-Istati Membri parteċipanti. |
(22) Peress li hemm xi Stati u xi Stati Membri parteċipanti li fihom jeżistu flimkien żewġ sistemi legali jew korpi tad-dritt jew aktar li jittrattaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament, għandu jiġi previst safejn id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw fis-sistemi legali differenti ta' dawn l-Istati u tal-Istati Membri parteċipanti, jew safejn dan ir-Regolament japplika għal kategoriji differenti ta' persuni ta' dawk l-Istati u l-Istati Membri parteċipanti. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 22 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Fin-nuqqas ta' regoli li jiddeterminaw il-liġi applikabbli, il-konjuġi li jagħżlu l-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità ta' wieħed minnhom għandhom ukoll jindikaw, meta l-Istat li tintgħażel il-liġi tiegħu jikkonsisti minn diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom ikollha s-sistema legali tagħha jew ġabra ta' regoli rigward id-divorzju, l-unità territorjali li qablu dwar il-liġi tagħha. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali . Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri parteċipanti fir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji. |
(24) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali . Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri parteċipanti fir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 1 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kamp ta’ applikazzjoni materjali |
Kamp ta' applikazzjoni |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kwistjonijiet li ġejjin, anke jekk jinħolqu sempliċement bħala kwistjoni preliminari fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni legali: |
|
(a) il-kapaċità legali ta’ persuni fiżiċi; |
|
(b) l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta’ żwieġ; |
|
(c) l-annullament ta’ żwieġ; |
|
(d) l-isem tal-konjuġi; |
|
(e) il-konsegwenzi tar-rabta taż-żwieġ fuq il-proprjetà; |
|
(f) ir-responsabilità tal-ġenituri; |
|
(g) l-obbligi ta’ manteniment; |
|
(h) fiduċjari jew suċċessjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Tinħtieġ kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, kemm fil-premessa kif ukoll fid-dispożizzjonijiet, minn tal-inqas fir-rigward ta' dak li hu eskluż. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “Stat Membru parteċipanti” jfisser Stat Membru li jipparteċipa fil-koperazzjoni msaħħa dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [...] tal-[...] li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali]. |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “Stat Membru parteċipant” ifisser Stat Membru li jipparteċipa fil-koperazzjoni msaħħa dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, jew permezz ta’ deċiżjoni adottata bi qbil mat-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1a Rabta mar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 |
|
Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1b Definizzjoni |
|
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "qorti" għandu jkopri l-awtoritajiet kollha fl-Istati Membri parteċipanti li jkollhom ġurisdizzjoni fil-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 2 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Natura universali |
Applikazzjoni universali |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali, sakemm din il-liġi tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju tal-ordni pubbliku, minn fost il-liġijiet li ġejjin: |
1. Il-konjuġi jistgħu jaqblu li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali, sakemm tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin: |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-liġi tal-Istat tal-aħħar residenza abitwali tal-konjuġi sakemm wieħed mill-konjuġi jkun għadu jirrisjedi hemm fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim; |
(b) il-liġi tal-Istat fejn il-konjuġi kienu residenti abitwalment l-aħħar, sakemm wieħed mill-konjuġi jkun għadu jirrisjedi hemm fil-mument meta l-ftehim jiġi konkluż; jew |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-liġi tal-Istat taċ-ċittadinanza ta’ wieħed mill-konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim; |
(c) il-liġi tal-Istat taċ-ċittadinanza ta’ wieħed mill-konjuġi fil-mument meta l-ftehim jiġi konkluż; jew |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-lex fori. |
(d) il-liġi tal-forum. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Bla ħsara għall-paragrafu 4, ftehim li jagħżel il-liġi applikabbli jista' jiġi konkluż f'kull waqt, imma mhux aktar tard minn meta titressaq il-kawża quddiem il-qorti. |
2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, ftehim li jagħżel il-liġi applikabbli jista' jiġi konkluż f'kull waqt, imma mhux aktar tard minn meta titressaq il-kawża quddiem il-qorti. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kull trażmissjoni b’mezz elettroniku li tagħmilha possibbli li l-ftehim jiġi rreġistrat għat-tul għandha titqies ekwivalenti għall-forma miktuba. |
3. Jekk ikun previst mil-liġi tal-forum, il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli quddiem il-qorti matul il-proċediment. F’dan il-każ, tali għażla għandha tkun iddokumentata fil-qorti skont il-liġi tal-forum. |
Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fiha ż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta jiġi konkluż il-ftehim jipprovdi għal regoli formali supplementari għal dan it-tip ta’ ftehim, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Jekk il-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri parteċipanti differenti u l-liġijiet ta' dawn l-Istati Membri jkunu jipprovdu għal regoli formali differenti, il-ftehim ikun validu formalment jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi ta' wieħed minn dawn il-pajjiżi. |
|
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli quddiem il-qorti matul il-proċediment, jekk dan ikun previst mil-lex fori. F’dan il-każ, il-qorti għandha tagħraf formalment l-għażla skont il-lex fori. |
imħassar |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3a Kunsens u validità materjali |
|
1. L-eżistenza u l-validità ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi jew ta' kull terminu tagħha għandhom jiġu determinati mil-liġi li tirregolah skont dan ir-Regolament jekk il-ftehim jew it-terminu jkun validu. |
|
2. Madankollu, sabiex jiġi stabbilit li ma tax il-kunsens tiegħu, wieħed mill-konjuġi jista' joqgħod fuq il-liġi tal-pajjiż li fih ikollu r-residenza abitwali tiegħu meta l-qorti tiġi adita jekk ikun jidher miċ-ċirkustanzi li ma jkunx raġonevoli li jiġi determinat l-effett tal-imġiba tiegħu skont il-liġi speċifikata fil-paragrafu 1. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3b Validità formali |
|
1. Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(1) u (2) għandu jsir bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kull trażmissjoni b’mezz elettroniku li tagħmilha possibbli li l-ftehim jiġi rreġistrat għat-tul għandha titqies ekwivalenti għall-forma miktuba. |
|
2. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipant li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta jiġi konkluż il-ftehim jipprevedi regoli formali addizzjonali għal ftehim ta' dan it-tip, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti. |
|
3. Jekk il-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri parteċipanti differenti fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim u l-liġijiet ta' dawn l-Istati jistipulaw rekwiżiti formali differenti, il-ftehim ikun validu formalment jekk ikun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi ta' wieħed minn dawn il-pajjiżi. |
|
4. Dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw jekk wieħed biss mill-konjuġi jkollu residenza abitwali fi Stat Membru parteċipant fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim u jekk l-Istat jistipula rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehim ta' dan it-tip. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a Il-bidla tas-separazzjoni legali f'divorzju |
|
1. Meta s-separazzjoni legali tinbidel f’divorzju, il-liġi applikabbli għad-divorzju għandha tkun il-liġi applikata għas-separazzjoni legali, sakemm il-konjuġi ma jkunux ftiehmu mod ieħor skont l-Artikolu 3. |
|
2. Madankollu, jekk il-liġi applikata għas-separazzjoni legali ma tipprevedix il-bidla tas-separazzjoni legali f'divorzju, għandu japplika l-Artikolu 4, sakemm il-konjuġi ma jkunux ftiehmu mod ieħor skont l-Artikolu 3. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Applikazzjoni tal-lex fori |
Applikazzjoni tal-liġi tal-forum |
Meta l-liġi applikabbli bis-saħħa tal-Artikoli 3 jew 4 ma tkunx tipprevedi d-divorzju jew ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari, għandha tapplika l-lex fori. |
Meta l-liġi applikabbli bis-saħħa tal-Artikoli 3 jew 4 ma tkunx tipprevedi d-divorzju jew ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari, għandha tapplika l-liġi tal-forum. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 7 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 7a |
|
Differenzi fil-liġi nazzjonali |
|
Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jobbliga lill-qrati ta’ Stat Membru parteċipant li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju, jew li ma tikkunsidrax validu ż-żwieġ partikolari għall-finijiet ta’ proċedimenti tad-divorzju, biex jagħtu digriet ta' divorzju bis-saħħa tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sistemi b’aktar minn sistema legali waħda |
Stati b'żewġ sistemi legali jew aktar – territorjali |
1. Meta Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali, b'kull waħda minnhom bir-regoli legali tagħha rigward id-divorzju u s-separazzjoni legali, kull unità territorjali għandha titqies bħala Stat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament. |
1. Meta Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali, b'kull waħda minnhom bir-regoli legali tagħha rigward id-divorzju u s-separazzjoni legali, kull unità territorjali għandha titqies bħala Stat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament. |
|
1a. B'rabta ma' tali Stat: |
|
(a) kull referenza għal residenza abitwali f'dak l-Istat għandha tiġi interpretata bħala referenza għar-residenza abitwali f'unità territorjali ta' dak l-Istat, |
|
(b) kull referenza għan-nazzjonalità għandha tiġi interpretata bħala referenza għall-unità territorjali magħżula bil-liġi ta' dak l-Istat, jew, fin-nuqqas ta' regoli rilevanti, għall-unità territorjali magħżula mill-konjuġi jew, fin-nuqqas ta' tali għażla, għall-unità territorjali li wieħed mill-konjuġi jew li l-konjuġi jkollhom l-eqreb rabta magħha. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 8 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 8a Stati b'żewġ sistemi legali jew aktar – kunflitti interpersonali |
|
Fir-rigward ta' Stat li jkollu żewġ sistemi legali jew ġabriet ta' regoli jew aktar minn tnejn li japplikaw għal kategoriji differenti ta' persuni rigward kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament, kull referenza għal-liġi ta' tali Stat għandha tiġi interpretata bħala referenza għas-sistema legali determinata mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta' tali regoli, japplikaw is-sistema legali jew il-ġabra ta' regoli li wieħed mill-konjuġi jew li l-konjuġi jkollu jew ikollhom l-eqreb rabta magħhom. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 8 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 8b In-nonapplikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kunflitti interni |
|
Stat Membru parteċipant li fih japplikaw sistemi legali jew ġabriet ta' regoli differenti għal kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament m'għandux ikollu japplika dan ir-Regolament għal kunflitti ta' liġi li joriġinaw unikament bejn tali sistemi legali jew ġabriet ta' regoli differenti. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ir-regoli formali applikabbli għall-konvenzjonijiet fuq l-għażla tal-liġi applikabbli; u |
(a) ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-konvenzjonijiet fuq l-għażla tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 3b (2) sa (4); u |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament japplika għall-azzjonijiet ġudizzjarji mibdija kif ukoll għall-Konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u konklużi wara d-data ta’ applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 13. |
1. Dan ir-Regolament japplika għall-azzjonijiet ġudizzjarji mibdija kif ukoll għall-Konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u konklużi mid-data ta’ applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 13. |
|
|
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Madankollu, konvenzjoni fuq l-għażla tal-liġi applikabbli, konkluża skont il-liġi ta’ Stat Membru parteċipanti qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tidħol ukoll fis-seħħ, sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3).
|
Madankollu, konvenzjoni fuq l-għażla tal-liġi applikabbli, konkluża qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tidħol ukoll fis-seħħ, sakemm tkun konformi mal-Artikoli 3a u 3b. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament ma għandux effett fuq l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali li Stat Membru parteċipanti wieħed jew diversi minnhom jkunu partijiet fihom meta jiġi adottat dan ir-Regolament u li jirrigwardaw oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri bis-saħħa tal-Artikolu 351 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
1. Dan ir-Regolament ma għandux effett fuq l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali li Stat Membru parteċipant wieħed jew diversi minnhom ikunu partijiet fihom meta jiġi adottat dan ir-Regolament jew meta tiġi adottata d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u li jistipulaw regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet marbutin mad-divorzju jew mas-separazzjoni. |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Minkejja l-paragrafu 1, bejn l-Istati Membri parteċipanti, dan ir-Regolament jipprevali fuq il-konvenzjonijiet li jirrigwardaw oqsma rregolati minn dan ir-Regolament u li l-Istati Membri parteċipanti huma partijiet fihom. |
2. Madankollu, bejn l-Istati Membri parteċipanti, dan ir-Regolament jipprevali fuq il-konvenzjonijiet konklużi esklużivament bejn tnejn jew aktar minnhom sakemm dawn il-konvenzjonijiet jikkonċernaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mhux aktar tard mill- [ħames snin wara li jibda japplika dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti ta' adattament. |
1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara li jibda japplika dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti biex dan ir-Regolament jiġi adattat. |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Għal dan il-għan, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-qrati tagħhom. |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw wara deċiżjoni adottata skont it-tieni jew t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament għandu japplika sa mid-data indikata fid-deċiżjoni kkonċernata. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Rapporteur jagħraf il-ħtieġa ta’ dan ir-Regolament, anke jekk jifhem li se jkun hemm diżappunt kbir fost iċ-ċittadini u l-prattikanti fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni limitat tiegħu. Waħda mir-raġunijiet għal dan hija r-restrizzjonijiet imposti bl-użu tal-proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa. Ir-Rapporteur jemmen fil-possibilità ta’ parteċipazzjoni minn Stati Membri oħrajn, ladarba r-Regolament jiġi adottat.
Kollox ma’ kollox, ir-Rapporteur iqis li l-bidliet diskussi mill-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni jagħmlu sens u għalhekk irriproduċa ħafna minnhom għalkemm inkluda xi tibdiliet. Ressaq ukoll numru ta’ emendi personali.
L-ewwel nett, iqis li l-idea li l-kamp ta’ applikazzjoni jitħalla daqstant indefinit mhijiex ideali. Għalhekk, elenka l-punti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament kemm fi Premessa kif ukoll f’Artikolu.
It-tieni, iqis li qabel il-konjuġi jiddeċiedu jekk għandhomx iwettqu għażla ta’ liġi jew le, il-qorti magħżula għandha tkun sodisfatta li l-konjuġi jkunu rċevew parir legali adattat.
It-tielet, ir-Rapporteur jaqbel li Stat Membru ma jistax jintalab jirrikonoxxi bħala żwieġ, anke jekk biss bi skop tal-annullament tiegħu, att li mhuwiex meqjus bħala tali mil-liġi ta' dak l-Istat, u fl-istess ħin dan imur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà li jimponi lill-imħallef il-ħtieġa li jiddikjara divorzju, fi Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tirrikonoxxix dan l-att. Għal din ir-raġuni jirrakkomanda ż-żieda tal-Artikolu 7a mill-Kunsill.
Madankollu, mingħajr dispożizzjoni dwar il-forum necessitatis (li se tkun impossibli li tiddaħħal f'dan ir-Regolament li ġie addottat skont proċedura ta' koperazzjoni msaħħa), id-dispożizzjoni stipulata fl-Artikolu 7a, li tiddikjara li xejn fir-Regolament ma għandu jobbliga lill-qrati ta’ Stat Membru parteċipant, li l-liġi tiegħu ma tistipulax id-divorzju jew li ma jqisx iż-żwieġ partikolari bħala validu għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ divorzju, milli jiddikjaraw divorzju skont l-applikazzjoni tar-Regolament, ser toħloq ħafna problemi. Dan minħabba l-perentorjetà tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni rigward id-divorzju u s-separazzjoni legali fir-Regolament Nru 2201/2003. L-Artikoli rilevanti ta’ dak ir-Regolament jgħidu dan li ġej:
TAQSIMA 1
Divorzju, separazzjoni legali u l-annullament taż-żwieġ
Artikolu 3
Il-ġurisdizzjoni ġenerali
1. Fi kwistjonijiet dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ, il-ġurisdizzjoni ħa taqa' taħt il-kompetenza tal-qrati tal-Istat Membru
(a) f'liema territorju:
- il-konjuġi huma abitwalment residenti, jew
- il-konjuġi kienu joqogħdu hemm l-aħħar, peress illi xi ħadd minnhom għadu/għadha residenti hemm, jew
- il-konvenut huwa abitwalment residenti, jew
- fil-każ ta' applikazzjoni konġunta, wieħed jew waħda mill-konjuġi huwa abitwalment residenti, jew
- l-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu joqogħdu hemm mill-inqas sena immedjatament qabel ma saret l-applikazzjoni, jew
- l-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu residenti hemm mill-inqas sitt xhur immedjatament qabel saret l-applikazzjoni u jekk wieħed jew waħda minnhom huwa ċittadin tal-Istat Membru inkwistjoni jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" hemmhekk;
(b) dwar in-nazzjonalità taż-żewg konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, dwar "id-domiċilju" taż-żewġ konjuġi.
2. Għar-raġunijiet ta' kompetenza ta' dan ir-Regolament, "domiċilju" se jkollu l-istess tifsira kif għandu taħt is-sistemi legali tar-Renju Unit u l-Irlanda.
Artikolu 4
Il-kontrotalba
….
Artikolu 5
Il-bidla tas-separazzjoni legali f'divorzju
…
Artikolu 6
In-natura esklussiva tal-ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 3, 4 u 5
Il-konjuġi li:
(a) huwa/hija abitwalment residenti fit-territorju ta' Stat Membru; jew
(b) huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorju f'wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri,
jista' jiġi mħarrek/imħarrka fi Stat Membru ieħor skond l-Artikoli 3, 4 u 5 biss.
Artikolu 7
Il-ġurisdizzjoni residwa
….
Din id-diffiklutà tista’ tiġi spjegata aħjar permezz ta’ eżempju. Ir-Regolament il-ġdid dwar il-liġi applikabbli daħal fis-seħħ. A u B huma ċittadini ta’ Stati Membri differenti li ntrabtu fi żwieġ omosesswali f’wieħed mill-Istati Membri li daħħal fis-seħħ il-leġiżlazzjoni li tippermetti dan it-tip ta’ żwieġ. Huma kienu ilhom residenti abitwali għal tliet snin fi Stat Membru li ma jippermettix żwiġijiet omosesswali, iżda li pparteċipa fl-adozzjoni tar-Regolament dwar il-liġi applikabbli skont il-proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa. A u B jixtiequ jxolju ż-żwieġ tagħhom. Skont ir-regoli tar-Regolament Nru 2201/2003, l-uniċi qrati li għandhom ġurisdizzjoni f’dan il-każ huma l-qrati tal-Istat Membru li tiegħu A u B huma residenti abitwali. Jekk iressqu t-talba għad-divorzju quddiem il-qorti lokali, dik il-qorti trid taċċetta l-ġurisdizzjoni iżda, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 7a ma tistax tiddikjara d-divorzju. Għandu jiġi nnutat li f’każ ta’ divorzju, ir-Regolament Nru 2201/2003 ma jistipulax il-proroga ta’ ġurisdizzjoni jew it-trasferiment tal-każ għal qorti li tkun f’pożizzjoni aħjar biex tisma' l-proċedimenti legali.
Din hi inġustizzja ċara fir-rigward tal-koppja kkonċernata, li titpoġġa f’sitwazzjoni diffiċli u tkun soġġetta għal telf ta’ ħin sabiex, skont it-tifsira tal-Artikolu 3, iressqu l-proċedimenti ta’ divorzju tagħhom għall-ġurisdizzjoni ta’ qorti oħra.
L-aħjar mod kif din il-kwistjoni tiġi ttrattata hu bil-provvediment ta’ forum necessitatis, li jkun jista' jsir biss bl-emenda tar-Regolament Nru 2201/2003, b’kunsiderazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa u minħabba l-fatt li l-proposta għal regolament taħt kunsiderazzjoni tittratta biss id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli.
Ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisdizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (COM(2006)0399 – C6-0305/2006 – 2006/0135(CNS))[1] tinkludi proposta għal Artikolu dwar il-forum necessitatis, li tgħid dan li ġej:
Artikolu 7a
Forum necessitatis
Meta l-ġuriżdizzjoni kompetenti skond dan ir-Regolament tinsab fi Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju jew ma tirrikonoxxix l-eżistenza jew il-validità taż-żwieġ inkwistjoni, il-ġuriżdizzjoni tingħata:
(a) lill-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' wieħed mill-konjuġi; jew
(b) lill-Istat Membru li fih ġie ċċelebrat iż-żwieġ.
B’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu li tirrevedi r-Regolament Nru 2201/2003 sal-2012, u effettivament mhijiex ser tagħmel dan jekk mhux aktar tard minn hekk, ir-Rapporteur, mingħajr impożizzjoni fuq id-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni, jipproponi li l-Kummissjoni għandha tiġi mħeġġa tippreżenta b'urġenza proposta ta' emenda ta' dak ir-Regolament unikament biex tintroduċi klawsola dwar il-forum necessitatis.
- [1] A6 – 0361/2008.
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (29.11.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal fis-seħħ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali
(COM(2010)0105 – C7‑0315/2010 – 2010/0067(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Evelyne Gebhardt
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-għan ta' din il-proposta għal regolament huwa li tistabbilixxi qafas legali ċar u komprensiv li jkopri r-regoli marbuta mal-liġi applikabbli, billi jippermetti lill-partijiet ċertu livell ta' awtonomija. Għalhekk, sal-lum, koppja 'internazzjonali' li tixtieq tiddivorzja hija suġġetta għar-regoli ta' kompetenza ġuriżdizzjonali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003[1] (imsejjaħ 'Brussell IIa') li jippermetti lill-konjuġi l-għażla bejn diversi kompetenzi alternattivi. Ladarba proċediment ta' divorzju jitressaq quddiem il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, il-liġi applikabbli hija għalhekk determinata fuq il-bażi tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet ta' dak l-Istat. Madankollu, dawn ir-regoli nazzjonali tal-kunflitt tal-liġijiet huma differenti għalkollox. In-natura diversa ta' dawk ir-regoli tista' twassal għal għadd ta' problemi fir-rigward tad-divorzji 'internazzjonali'. Minbarra n-nuqqas ta' sigurtà ġuridika, li jirriżulta mid-diffikultà għal dawk il-konjuġi biex jiddeterminaw liema liġi se tapplika għall-każ tagħhom, se jinħoloq ir-riskju li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala riskju reali, ta' "l-għaġla lejn il-Qorti", espressjoni li tiddeskrivi s-sitwazzjoni fejn il-parti l-iktar infurmata mill-konjuġi se tipprova tagħżel l-ewwel hi l-ġuriżdizzjoni li tħares l-iktar l-interessi tagħha. L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li jiġu limitati r-riskji u jiġu kkumpensati r-riskji msemmija hawn fuq, b'mod partikolari billi jkun possibbli li l-partijiet jagħżlu l-liġi applikabbli bi qbil komuni, u filwaqt li titqies ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġuriżdizzjoni u introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali[2].
L-Artikolu 3 jikkostitwixxi innovazzjoni billi għall-ewwel darba, huwa jintroduċi l-possibilità għall-konjuġi li jagħżlu bi ftehim komuni l-liġi applikabbli fil-proċedura ta' divorzju tagħhom. Skont ir-Rapporteur għal opinjoni, jidher loġiku li tiġi prevista wkoll il-possibilità li l-konjuġi jagħżlu l-liġi tal-Istat ta' residenza abitwali tal-konjuġi fejn dawn ikunu jgħixu fil-mument meta jkun ġie konkluż il-ftehim, kif ukoll il-liġi tal-Istat li fih ikun ġie ċċelebrat iż-żwieġ.
Ir-regola dwar l-applikazzjoni ta' lex fori, meta l-liġi applikabbli ma tippermettix id-divorzju jew is-separazzjoni legali, għandha tiġi kkomplementata minn regola forum necessitatis li tagħti l-ġuriżdizzjoni, f'każijiet transkonfinali taħt ċerti kundizzjonijiet, lil qorti fi Stat Membru ieħor.
Imbagħad għandu jkun żgurat li l-għażla li jagħmlu l-partijiet tkun waħda infurmata, i.e. li l-konjuġi t-tnejn li huma jkunu ġew infurmati b'mod xieraq dwar l-implikazzjonijiet prattiċi tal-għażla tagħhom. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jkun żgurat bl-aħjar mod li l-informazzjoni kompleta u affidabbli tiġi kkomunikata lill-firmatarji tal-konvenzjoni attribwita għall-ġuriżdizzjoni qabel l-iffirmar tal-att. Huwa wkoll importanti li l-aċċess għall-informazzjoni jkun garantit ukoll b'mod indipendenti mis-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull wieħed mill-konjuġi. Hawnhekk ta' min jerġa' jinnota l-importanza li tingħata informazzjoni preċiża u kompleta lill-konjuġi rigward il-konsegwenzi tal-għażla tagħhom tal-liġi applikabbli fil-każ ta' divorzju, peress li hemm differenzi konsiderevoli fil-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar diversi punti bħalma huma r-raġunijiet u l-forom tad-divorzju, il-kundizzjonijiet ta' kif jista' jinkiseb divorzju, il-perjodu meħtieġ għas-separazzjoni u aspetti determinanti oħra għall-proċediment. Barra minn hekk, meta jitqies li l-liġi ma tinbidilx, jista' jagħti l-każ li konvenzjoni li tindika l-liġi applikabbli ffirmata fi żmien partikolari ma tibqax tikkorrispondi mal-aspettattivi leġittimi tal-partijiet fil-waqt meta din għandha tipproduċi l-effetti tagħha, peress li l-leġiżlazzjoni tal-Istat ikkonċernat sadanittant tkun ġiet emendata. Għalhekk, ir-Rapporteur għal opinjoni tilqa' b'sodisfazzjon il-proposta f'dan ir-rigward.
EMENDI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Il-koperazzjoni msaħħa għandha tipprovdi qafas legali ċar u komprensiv fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali fl-Istati Membri parteċipanti u għandha tiżgura li jkun hemm soluzzjonijiet xierqa għaċ-ċittadini f’termini ta’ ċertezza legali, prevedibbiltà u flessibbiltà u tevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. |
(9) Il-koperazzjoni msaħħa għandha tipprovdi qafas legali ċar u komprensiv fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali fl-Istati Membri parteċipanti u għandha tiżgura li jkun hemm soluzzjonijiet xierqa għaċ-ċittadini f’termini ta’ ċertezza legali, prevedibbiltà u flessibbiltà u tevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jew mis-sħab reġistrati jitlob divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex il-konjuġi jkollhom il-libertà li jagħżlu liġi applikabbli li jkollhom rabtiet mill-qrib magħha jew, fin-nuqqas ta’ għażla, sabiex din il-liġi tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom, tali liġi għandha tapplika anki jekk ma tkunx dik ta' Stat Membru parteċipanti. F’każ li tintagħżel il-liġi ta’ Stat Membru ieħor, in-netwerk maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, jista’ jkollu rwol billi jipprovdi informazzjoni lill-qrati dwar id-dritt barrani. |
(12) Sabiex il-konjuġi jew is-sħab reġistrati jkollhom il-libertà li jagħżlu liġi applikabbli li jkollhom rabtiet mill-qrib magħha jew, fin-nuqqas ta’ għażla, sabiex din il-liġi tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom jew għax-xoljiment tal-unjoni reġistrata tagħhom, tali liġi għandha tapplika anki jekk ma tkunx dik ta' Stat Membru parteċipanti. F’każ li tintagħżel il-liġi ta’ Stat Membru ieħor, in-netwerk maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, jista’ jkollu rwol billi jipprovdi informazzjoni lill-qrati dwar id-dritt barrani. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Iż-żieda tal-mobbiltà taċ-ċittadini teħtieġ, min-naħa, aktar flessibbiltà u, mill-oħra, aktar ċertezza legali. Sabiex jinkiseb dan il-għan, dan ir-Regolament għandu jsaħħaħ l-awtonomija tal-partijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, filwaqt li jħallilhom possibbiltà limitata li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom. Din il-possibilità ma għandhiex tiġi estiża għall-annullament taż-żwieġ, li għandu rabtiet mill-qrib mal-kundizzjonijiet ta’ validità taż-żwieġ, u li fil-każ tiegħu mhijiex xierqa l-awtonomija tal-partijiet. |
(13) Iż-żieda tal-mobbiltà taċ-ċittadini teħtieġ, minn naħa, aktar flessibbiltà u, mill-oħra, aktar ċertezza legali. Sabiex jinkiseb dan il-għan, dan ir-Regolament għandu jsaħħaħ l-awtonomija tal-partijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, filwaqt li jħallilhom possibbiltà limitata li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom. Din il-possibilità għandha tiġi estiża wkoll għall-annullament taż-żwieġ u għall-unjonijiet reġistrati, biex jiġi evitat li sseħħ diskriminazzjoni kontra d-diversi forom li bihom jiġi eżerċitat id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Il-konjuġi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż li magħhom ikollhom rabtiet partikolari jew il-lex fori bħala l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali. Il-liġi magħżula mill-konjuġi għandha tkun tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-possibbiltà li tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ma għandhiex tippreġudika l- interessi superjuri tat-tfal. |
(14) Il-konjuġi jew is-sħab reġistrati għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż li miegħu jkollhom rabtiet partikolari jew il-lex fori bħala l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali jew għax-xoljiment ta' unjoni reġistrata. Il-liġi magħżula mill-konjuġi jew mis-sħab reġistrati għandha tkun tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-possibbiltà li tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali jew għax-xoljiment ta' unjoni reġistrata ma għandhiex tippreġudika l-interessi superjuri tat-tfal. B'mod partikolari, meta d-divorzju jew is-separazzjoni jinvolvu tfal tal-konjuġi, il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali tista' tqis il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 24 tal-Karta, li jqiegħed enfasi fuq l-aħjar interessi tat-tfal, id-dmir li tinstema' l-opinjoni tagħhom f'deċiżjonijiet li jikkonċernawhom u d-dritt li jkollhom, regolarment, relazzjoni personali u kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri, sakemm dan ma jkunx kontra l-interessi tagħhom. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Huwa importanti li, qabel ma jagħżlu l-liġi applikabbli, il-konjuġi jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u dwar il-proċedimenti li jirrigwardaw id-divorzju u s-separazzjoni legali. Sabiex tiggarantixxi dan l-aċċess għal informazzjoni xierqa u ta’ kwalità, il-Kummissjoni taġġorna tali informazzjoni regolarment fis-sistema pubblika ta’ informazzjoni bbażata fl-Internet li nħolqot mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE. |
(15) Huwa importanti li, qabel ma jagħżlu l-liġi applikabbli, il-konjuġi jew is-sħab reġistrati jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u dwar il-proċedimenti li jirrigwardaw id-divorzju u s-separazzjoni legali u x-xoljiment ta' unjoni reġistrata, inkluża l-għażla tal-medjazzjoni. Il-konjuġi għandhom ikunu infurmati dwar il-forom differenti ta' divorzju u l-kundizzjonijiet sabiex jinkiseb divorzju li jeżistu fil-liġijiet tal-Istati Membri kkonċernati. Sabiex tiggarantixxi dan l-aċċess għal informazzjoni xierqa u ta’ kwalità, il-Kummissjoni taġġorna tali informazzjoni regolarment fis-sistema pubblika ta’ informazzjoni bbażata fl-Internet li nħolqot mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE, filwaqt li l-Istat Membru li fih isiru l-proċedimenti tad-divorzju għandu jagħmel disponibbli lill-konjuġi l-informazzjoni kollha li jkunu jeħtieġu. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-għażla infurmata taż-żewġ konjuġi hija prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull konjuġi għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibiltà li l-liġi applikabbli tintagħżel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u ll-opportunitajiet indaqs għaż-żewġ konjuġi. F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq . |
(16) L-għażla infurmata taż-żewġ konjuġi jew tas-sħab reġistrati hija prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull konjuġi/sieħeb reġistrat għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibiltà li l-liġi applikabbli tintagħżel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u ll-opportunitajiet indaqs għaż-żewġ konjuġi jew għas-sħab reġistrati. F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi/sħab reġistrati rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq . |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu minn tal-anqas ikun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, jeħtieġ li dawn ir-regoli jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipanti li fih il-ftehim ikun inserit f’kuntratt taż-żwieġ. |
(17) Għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jew is-sħab reġistrati jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu minn tal-anqas ikun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi/sħab reġistrati tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, jeħtieġ li dawn ir-regoli jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipanti li fih il-ftehim ikun inserit f’kuntratt taż-żwieġ. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi applikabbli, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet armonizzati fuq il-bażi ta’ skala ta’ kriterji ta’ konnessjoni suċċessivi bbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-liġi kkonċernata, sabiex jiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u biex jevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob id-divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. Dawn il-kriterji ta’ konnessjoni ntagħżlu b’tali mod li l-proċediment ta’ divorzju jew ta' separazzjoni legali jiġi rregolat minn liġi li magħha l-konjuġi jkollhom rabtiet mill-qrib u huma bbażati, fl-ewwel lok, fuq il-liġi tar-residenza abitwali tal-konjuġi. |
(19) Fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi applikabbli, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet armonizzati fuq il-bażi ta’ skala ta’ kriterji ta’ konnessjoni suċċessivi bbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib bejn il-konjuġi/sħab reġistrati u l-liġi kkonċernata, sabiex jiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u biex jevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jew mis-sħab reġistrati jitlob id-divorzju jew is-separazzjoni legali jew ix-xoljiment tal-unjoni tagħhom qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. Dawn il-kriterji ta’ konnessjoni ntgħażlu b’tali mod li l-proċediment ta’ divorzju jew ta' separazzjoni legali, jew ta' xoljiment tal-unjoni reġistrata, jiġi rregolat minn liġi li magħha l-konjuġi/sħab reġistrati jkollhom rabtiet mill-qrib u huma bbażati, fl-ewwel lok, fuq il-liġi tar-residenza abitwali tal-konjuġi/sħab reġistrati. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) F’ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari. |
(20) F’ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali jew għax-xoljiment ta' sħubija reġistrata, jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi/sħab reġistrati aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali, jew għax-xoljiment ta' unjoni reġistrata għal raġunijiet pprojbiti mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 22 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) It-terminu 'residenza abitwali' għandu jiġi interpretat skont l-għan ta' dan ir-Regolament. Is-sinifikat tiegħu għandu jiġi determinat mill-imħallef skond il-każ fuq bażi fattwali. Dan it-terminu ma jirreferix għal kunċett tal-liġi nazzjonali, iżda għal kunċett awtonomu tal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament japplika, f’sitwazzjonijiet li jinvolvu kunflitt tal-liġijiet, għad-divorzju u s-separazzjoni legali. |
1. 1. Dan ir-Regolament japplika, f’sitwazzjonijiet internazzjonali li jinvolvu kunflitt tal-liġijiet, għad-divorzju, għas-separazzjoni legali, għall-annullament taż-żwieġ jew għax-xoljiment tal-unjonijiet reġistrati. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali, sakemm din il-liġi tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju tal-ordni pubbliku, minn fost il-liġijiet li ġejjin: |
1. Il-konjuġi jew is-sħab reġistrati jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali jew għax-xoljiment ta' unjoni reġistrata, sakemm din il-liġi tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju tal-ordni pubbliku, minn fost il-liġijiet li ġejjin: |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
b) il-liġi tal-Istat tal-aħħar residenza abitwali tal-konjuġi sakemm wieħed mill-konjuġi jkun għadu jirrisjedi hemm fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim; |
b) il-liġi tal-Istat tal-aħħar residenza abitwali tal-konjuġi/sħab reġistrati sakemm wieħed minnhom ikun għadu jirrisjedi hemm fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, sakemm l-applikazzjoni ta' dik il-liġi ma tippenalizzax lill-konjuġi jew lis-sieħeb li jkun fil-pożizzjoni l-aktar dgħajfa; |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
d) il-lex fori. |
d) il-liġi tal-Istat li fih sar iż-żwieġ jew li fih saret l-unjoni reġistrata. |
Ġustifikazzjoni | |
Jidher li huwa raġonevoli li dan il-kriterju għandu jiddaħħal mal-oħrajn sabiex tintgħażel il-liġi applikabbli, kif ukoll li l-kriterju tal-lex fori għandu jitneħħa biex il-parti l-aktar dgħajfa titħares aħjar. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. It-terminu 'residenza abitwali' għandu jfisser id-domiċilju ordinarju ta' persuna. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tingħata definizzjoni tat-terminu 'residenza abitwali' sabiex kemm jitsa' jkun jiġu evitati interpretazzjonijiet arbitrarji. Naturalment, il-qorti trid teżamina l-fatti rilevanti kollha qabel ma tapplika d-definizzjoni. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Bla ħsara għall-paragrafu 4, ftehim li jagħżel il-liġi applikabbli jista' jiġi konkluż f'kull waqt, imma mhux aktar tard minn meta titressaq il-kawża quddiem il-qorti. |
2. Bla ħsara għall-paragrafu 4, ftehim li jagħżel il-liġi applikabbli jista' jiġi konkluż f'kull waqt, imma mhux aktar tard minn meta titressaq il-kawża quddiem il-qorti. Il-ftehim għandu jikkunsidra l-għażla li jsir rikors għall-medjazzjoni biex jiġi solvut nuqqas ta' qbil rigward id-divorzju jew is-separazzjoni. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fiha ż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta jiġi konkluż il-ftehim jipprovdi għal regoli formali supplementari għal dan it-tip ta’ ftehim, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Jekk il-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri parteċipanti differenti u l-liġijiet ta' dawn l-Istati Membri jkunu jipprovdu għal regoli formali differenti, il-ftehim ikun validu formalment jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi ta' wieħed minn dawn il-pajjiżi. |
Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fiha ż-żewġ konjuġi/sħab reġistrati jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta jiġi konkluż il-ftehim jipprovdi għal regoli formali supplementari għal dan it-tip ta’ ftehim, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Jekk il-konjuġi/sħab reġistrati jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri parteċipanti differenti u l-liġijiet ta' dawn l-Istati Membri jkunu jipprovdu għal regoli formali differenti, il-ftehim ikun validu formalment jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi ta' wieħed minn dawn il-pajjiżi. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk il-ftehim hu parti minn kuntratt ta' żwieġ, l-esiġenzi formali tal-kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu ssodisfati. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jipprovdi kjarifika f'sitwazzjonijiet li fihom il-liġi ta' Stat Membru jew il-kuntratt taż-żwieġ jistipulaw kuntratt taż-żwieġ. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli quddiem il-qorti matul il-proċediment, jekk dan ikun previst mil-lex fori. F’dan il-każ, il-qorti għandha tagħraf formalment l-għażla skont il-lex fori. |
4. Il-konjuġi/sħab reġistrati jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli quddiem il-qorti matul il-proċediment, jekk dan ikun previst mil-lex fori. F’dan il-każ, il-qorti għandha tagħraf formalment l-għażla skont il-lex fori. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 4 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fin-nuqqas ta’ għażla bis-saħħa tal-Artikolu 3, id-divorzju u s-separazzjoni legali ikunu suġġetti għal-liġi tal-Istat: |
Fin-nuqqas ta’ għażla bis-saħħa tal-Artikolu 3, id-divorzju u s-separazzjoni legali, l-annullament taż-żwieġ u x-xoljiment ta' unjoni reġistrata għandhom ikunu suġġetti, f'ordni minn fuq għal isfel, għal-liġi tal-Istat: |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) tar-residenza abitwali tal-konjuġi fil-mument li titressaq il-kawża quddiem il-qorti; jew, fin-nuqqas ta' dan, |
a) tar-residenza abitwali tal-konjuġi/sħab reġistrati fil-mument li titressaq il-kawża quddiem il-qorti; jew, fin-nuqqas ta' dan, |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
b) tal-aħħar residenza abitwali tal-konjuġi, sakemm din ir-residenza ma tkunx intemmet aktar minn sena qabel ma titressaq il-kawża quddiem il-qorti, sakemm wieħed mill-konjuġi jkun għadu jirrisjedi f’dan l-Istat fil-mument li titressaq il-kawża quddiem il-qorti; jew, fin-nuqqas ta' dan, |
b) tal-aħħar residenza abitwali tal-konjuġi/sħab reġistrati, sakemm din ir-residenza ma tkunx intemmet aktar minn sena qabel ma titressaq il-kawża quddiem il-qorti, sakemm wieħed mill-konjuġi jew mis-sħab ikun għadu jirrisjedi f’dan l-Istat fil-mument li titressaq il-kawża quddiem il-qorti; jew, fin-nuqqas ta' dan, |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
c) taċ-ċittadinanza taż-żewġ konjuġi fil-mument li titressaq il-kawża quddiem il-qorti; jew, fin-nuqqas ta' dan, |
c) taċ-ċittadinanza taż-żewġ konjuġi/sħab reġistrati fil-mument li titressaq il-kawża quddiem il-qorti, sakemm l-applikazzjoni ta' dik il-liġi ma tippenalizzax lill-konjuġi jew lis-sieħeb li jkun fil-pożizzjoni l-aktar dgħajfa; jew, fin-nuqqas ta' dan, |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt c a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) li fih sar iż-żwieġ jew li fih saret l-unjoni reġistrata; jew, fin-nuqqas ta' dan, |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa raġonevoli li l-għażla, mill-persuni involuti, ta' pajjiż fejn jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom titqies li timplika li jaċċettaw il-liġi ta' dak il-pajjiż ukoll. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
It-terminu 'residenza abitwali' għandu jfisser id-domiċilju ordinarju ta' persuna. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Applikazzjoni tal-lex fori |
Applikazzjoni tal-prinċipji tal-lex fori u tal-forum necessitatis |
Meta l-liġi applikabbli bis-saħħa tal-Artikoli 3 jew 4 ma tkunx tipprevedi d-divorzju jew ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari, għandha tapplika l-lex fori. |
1. Meta l-liġi applikabbli bis-saħħa tal-Artikoli 3 jew 4 ma tkunx tipprevedi d-divorzju jew is-separazzjoni legali jew ix-xoljiment tal-unjoni reġistrata, jew l-aċċess għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali jew għax-xoljiment ta' unjoni reġistrata, ikun diskriminatorju fir-rigward ta' wieħed mill-konjuġi jew wieħed mis-sħab reġistarti għal raġunijiet ipprojbiti mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tapplika l-lex fori. |
|
2. Meta l-qorti ta' ġuriżdizzjoni kompetenti tkun fi Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju jew is-separazzjoni legali, jew ix-xoljiment ta' unjoni reġistrata, il-ġuriżdizzjoni għandha tingħata: |
|
(a) lill-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' wieħed mill-konjuġi jew ta' wieħed mis-sħab; jew |
|
(b) lill-Istat Membru li fih sar iż-żwieġ jew li fih saret l-unjoni reġistrata. |
Ġustifikazzjoni | |
F'xi każijiet, l-applikazzjoni ta' liġi nazzjonali tista' tkun ostaklu għal ċerti persuni residenti fi Stat Membru li jridu separazzjoni jew divorzju. Għalhekk, l-interess tal-individwi li jottjenu separazzjoni jew divorzju bħala espressjoni tal-awtonomija personali għandu jkollu prijorità fuq l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali billi jiġi applikat il-prinċipju tal-lex fori. Jekk il-liġi tal-qorti kompetenti ma tippermettix id-divorzju jew is-separazzjoni legali, il-ġuriżdizzjoni tista' tingħata lill-qorti ta' Stat Membru ieħor jekk ċerti kundizzjonijiet marbuta ma' xi każijiet transkonfinali jiġu ssodisfati. |
PROĊEDURA
Titolu |
Implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0105 – C7-0315/2010 – 2010/0067(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
JURI |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 7.10.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Evelyne Gebhardt 10.5.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
23.6.2010 |
15.11.2010 |
25.11.2010 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
25.11.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 4 16 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Sonia Alfano, Roberta Angelilli, Rita Borsellino, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Louis Michel, Claude Moraes, Jan Mulder, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Wim van de Camp, Axel Voss, Manfred Weber, Renate Weber, Tatjana Ždanoka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Anne Delvaux, Ioan Enciu, Evelyne Gebhardt, Ana Gomes, Stanimir Ilchev, Ádám Kósa, Petru Constantin Luhan, Marie-Christine Vergiat, Cecilia Wikström |
|||||||
- [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1)
- [2] Testi Adottati, P6_TA (2008)0502.
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (30.11.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal fis-seħħ kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali
(COM(2010)0105 – C7‑0315/2010 – 2010/0067(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Angelika Niebler
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sfond:
Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea huwa li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu tal-persuni huwa ggarantit. Is-sitwazzjoni legali fil-livell Ewropew fir-rigward tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ta' konjuġi ta' nazzjonalitajiet differenti llum mhijiex ċara. Dan spiss iwassal għal "tellieqa lejn il-qrati", fejn persuna mill-koppja titlob id-divorzju qabel il-persuna oħra biex b'hekk tiżgura li l-proċedura tkun irregolata minn liġi partikolari li tqisha iktar favorevoli għall-interessi tagħha. L-iskop tal-proposta għal regolament huwa li tinħoloq ċertezza legali għall-koppji kkonċernati, u li tiggarantixxi l-previdibbiltà u l-flessibbbiltà.
Ġaladarba d-dritt tal-familja huwa qasam partikolarment sensittiv tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, fil-proposta għal regolament tal-Kummissjoni ma hemm l-ebda armonizzazzjoni tal-liġijiet dwar id-divorzju, aħseb u ara tad-dritt tal-familja, imma hemm regolazzjoni komuni għad-determinazzjoni tal-liġi nazzjonali applikabbli fil-każ ta' divorzju bejn individwi ta' ċittadinanza differenti. Fil-preżent, kull sena jsiru madwar 300 000 żwieġ bejn individwi ta' ċittadinanza differenti fil-UE, u dan iwassal għaċ-ċifra globali ta' 16-il miljun żwiġijiet internazzjonali. Minn dawn iż-żwiġijiet, kull sena fl-UE kollha bejn 140 000 u 170 000 żwieġ jispiċċaw f'divorzju. Dawn iċ-ċifri, kif ukoll il-liġijiet differenti ħafna dwar ir-regoli sostantivi tad-divorzju li huma fis-seħħ madwar l-Unjoni Ewropea kollha, jagħmluha ċara li hemm bżonn urġenti li tinkiseb ċertezza legali akbar f'każijiet ta' divorzju jew separazzjoni.
Il-Kummissjoni Ewropea għaldaqstant tipproponi li għandha tissaħħaħ l-awtonomija tal-partijiet f'każijiet ta' divorzju u ta' separazzjoni legali, billi jingħataw il-possibbiltà, f'kuntest determinat, li jagħżlu huma stess il-liġi applikabbli għad-divorzju jew s-separazzjoni legali tagħhom. F'dan il-kuntest, il-konjuġi għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu l-liġi ta' pajjiż li miegħu huma għandhom rabta partikolari. Il-liġi magħżula għandha tkun kompatibbli mal-valur komuni tal-Unjoni Ewropea.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur għal opinjoni
Ir-rapporteur għall-opinjoni tappoġġa fil-prinċipju s-sustanza tar-regoli għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali.
L-emendi f'din l-opinjoni għandhom l-għan li jadattaw il-proposta tal-Kummissjoni b'tali mod li d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess tkun eskluża b'mod ċar, li l-ugwaljanza tal-opportunità tal-miżżewġin tkun garantita u li l-ġid tat-tfal jingħata prijorità ċentrali.
Fl-aħħar nett, madankollu, ir-rapporteur hija tal-fehma li ma nistgħux nikkuntettaw irwieħna b'sistema ta' regoli komuni fl-Ewropa kollha li tirregola l-liġi applikabbli f'każijiet ta' divorzju u separazzjoni legali, imma jeħtiġilna nistabbilixxu, f'pass ulterjuri, regoli li jkopru l-konsegwenzi tad-divorzju (il-beni, il-manteniment, it-tqassim ta' drittijiet ta' pensjoni). Ir-regoli fir-regolament propost ma jirrigwardawx il-konsegwenzi tad-divorzju.
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Bi qbil mal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fl-azzjonijiet kollha tagħha l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 15 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Jekk il-konjuġi ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim dwar il-liġi applikabbli, huma għandhom ikunu suġġetti għal proċedura ta’ medjazzjoni, li tkun tinkludi tal-anqas konsultazzjoni waħda mal-medjatur awtorizzat. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-għażla infurmata taż-żewġ konjuġi hija prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull konjuġi għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibiltà li l-liġi applikabbli tintagħżel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u ll-opportunitajiet indaqs għaż-żewġ konjuġi. F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq . |
(16) L-għażla infurmata taż-żewġ konjuġi hija prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull konjuġi għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibilità li l-liġi applikabbli tintagħżel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għaż-żewġ konjuġi. F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq. Mar-reġistrazzjoni tal-għażla tal-liġi nazzjonali applikabbli, kull wieħed mill-konjuġi għandu jkun individwalment mgħarraf dwar il-konsegwenzi legali li jirriżultaw minn dik l-għażla. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li permezz tagħhom il-konjuġi jkunu jistgħu jingħataw għajnuna legali għandhom japplikaw f'dan is-sens. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu minn tal-anqas ikun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, jeħtieġ li dawn ir-regoli jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipanti li fih il-ftehim ikun inserit f’kuntratt taż-żwieġ. |
(17) Għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu jkun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi u għandu jkun awtentikat minn nutar. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, jeħtieġ li dawn ir-regoli jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipanti li fih il-ftehim ikun inserit f’kuntratt taż-żwieġ. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) F’ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari. |
(20) Il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs u ma tiżgurax trattament ugwali fir-rigward tad-divorzju jew tas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tan-nisa u tal-irġiel, għandha tiġi żgurata ugwaljanza fl-aċċess u fit-trattament matul id-divorzju jew is-separazzjoni legali. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 20 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20a) L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għas-separazzjoni ta' koppji fi sħubijiet irreġistrati f'każijiet fejn ikun hemm regoli diverġenti fuq il-kunflitt tal-liġijiet, sa ma ssir regolazzjoni speċifika għal dawn il-każijiet, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni s-sistemi legali differenti fl-Istati Membri l-oħra. Dan ma joħloqx l-obbligu legali tar-rikonoxximent tas-sħubijiet irreġistrati. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament huwa llimitat għad-divorzju u s-separazzjoni legali bejn koppji miżżewġin u ma jirrigwardax it-tmiem ta' sħubijiet irreġistrati. Biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra sħubijiet irreġistrati oħra, il-kamp ta' applikazzjoni għandu jitwessa'. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) F'ċirkustanzi eċċezzjonali, xi kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri l-possibilità li jwarrbu l-liġi barranija meta l-applikazzjoni ta' tali liġi f'każ preċiż tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iwarrbu l-liġi ta' Stat Membru ieħor meta dan ikun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni. |
(21) F'ċirkustanzi eċċezzjonali, xi kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri l-possibilità li jwarrbu l-liġi barranija meta l-applikazzjoni ta' tali liġi f'każ preċiż tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iwarrbu l-liġi ta' Stat Membru ieħor meta dan ikun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni, u l-Artikolu 23 tagħha li jeħtieġ li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tkun żgurata fl-oqsma kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej, huwa importanti li tiġi llimitata l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikoli 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament japplika, f’sitwazzjonijiet li jinvolvu kunflitt tal-liġijiet, għad-divorzju u s-separazzjoni legali. |
1. Dan ir-Regolament japplika, f’sitwazzjonijiet jinvolvu kunflitt tal-liġijiet, għad-divorzju, is-separazzjoni legali u l-annullament taż-żwiġijiet.
|
Ġustifikazzjoni | |
F'ċerti sitwazzjonijiet il-fatt li ma tkunx għadha ddivorzjata jkun importanti għall-mara. Għalhekk it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni huwa ħaġa pożittiva. | |
(Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija). | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikoli 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kull trażmissjoni b’mezz elettroniku li tagħmilha possibbli li l-ftehim jiġi rreġistrat għat-tul għandha titqies ekwivalenti għall-forma miktuba. |
3. Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi u għandu jiġi awtentikat minn nutar. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta l-liġi applikabbli bis-saħħa tal-Artikoli 3 jew 4 ma tkunx tipprevedi d-divorzju jew ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari, għandha tapplika l-lex fori. |
Meta l-liġi applikabbli bis-saħħa tal-Artikoli 3 jew 4 ma tkunx tipprevedi d-divorzju jew is-separazzjoni legali jew ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs jew ma tiżgurax trattament ugwali fir-rigward tad-divorzju jew tas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta’ sess partikolari, għandha tapplika l-lex fori. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tan-nisa u tal-irġiel, għandha tiġi żgurata ugwaljanza fl-aċċess u fit-trattament matul id-divorzju jew is-separazzjoni legali. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi magħżula bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament ma tistax titwarrab ħlief jekk din l-applikazzjoni ma tkunx manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum. |
L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi magħżula bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament ma tistax titwarrab ħlief jekk din l-applikazzjoni ma tkunx manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iwarrbu l-liġi ta' Stat Membru ieħor meta dan ikun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni, u l-Artikolu 23 tagħha li jesiġi li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jiġu rrispettati d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej, huwa importanti li tiġi llimitata l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku. |
PROĊEDURA
Titolu |
Implimentazzjonii ta’ proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0105 – C7-0315/2010 – 2010/0067(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
JURI |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
FEMM 7.10.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Angelika Niebler 4.5.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
28.10.2010 |
30.11.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
30.11.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 0 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrea Češková, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Iratxe García Pérez, Lívia Járóka, Philippe Juvin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Eva-Britt Svensson, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Anna Záborská |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Izaskun Bilbao Barandica, Vilija Blinkevičiūtė, Antigoni Papadopoulou, Sirpa Pietikäinen |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0105 – C7-0315/2010 – 2010/0067(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
28.4.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 7.10.2010 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 7.10.2010 |
FEMM 7.10.2010 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Tadeusz Zwiefka 28.4.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
31.5.2010 |
23.6.2010 |
28.10.2010 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
2.12.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Luis de Grandes Pascual, Vytautas Landsbergis, Kurt Lechner, Angelika Niebler |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Oreste Rossi |
|||||||
Data tat-tressiq |
7.12.2010 |
|||||||