RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

7.12.2010 - (06646/2010 – C7‑0103/2010 – 2008/0145(NLE)) - ***

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch

Proċedura : 2008/0145(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0361/2010
Testi mressqa :
A7-0361/2010
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(06646/2010 – C7‑0103/2010 – 2008/0145(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06646/2010),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (06190/2009),

–   wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artiklu 218(8), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0103/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0361/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent.

NOTA SPJEGATTIVA

Hekk kif kien deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Komunità għandha l-kompetenza esklużiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti varji tal-avjazzjoni esterna li tradizzjonalment kienu rregolati minn ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Konsegwentement, f'Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi sabiex tibdel ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehimiet Komunitarji.

B'hekk il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet tas-47 ftehim bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru li kienu ġew konklużi bejn l-Istati Membri u l-istati membri tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent.

L-aspetti ewlenin tal-Ftehim huma dawn:

L-Artikolu 2 (klawsola tan-nomina): Sabiex ikun evitat li jkun hemm diskriminazzjoni bejn il-kumpaniji tal-ajru tal-UE, il-klawsoli tan-nomina tradizzjonali li jirreferu għall-kumpaniji tal-ajru ta' dawk l-Istati Membri li huma firmatarji tal-ftehim bilaterali, qed jinbidlu bi klawsola tan-nomina tal-UE li tirreferi għall-kumpaniji tal-ajru kollha tal-UE.

L-Artikolu 5 (tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni): Filwaqt li l-ftehimiet bilaterali tradizzjonali għandhom it-tendenza li jeżentaw b'mod ġenerali l-fjuwil tal-avjazzjoni mit-tassazzjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas komunitarju għat-tassazzjoni ta' prodotti tal-enerġija u l-elettriku tippermetti li jkun hemm tassazzjoni bħal din għall-operazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 6 jġib id-dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali li huma biċ-ċar antikompetittivi (ftehimiet kummerċjali obbligatorji bejn il-linji tal-ajru) f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kompetizzjoni.

L-Annessi 1 u 2 jelenkaw il-ftehimiet bilaterali u l-artikoli tagħhom li huma msemmija fl-Artikoli 1 sa 7 tal-Ftehim propost.

Il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni kien iffirmat fit-30 ta' Novembru 2009 u ġie applikat b'mod proviżorju.

Il-Parlament huwa intitolat jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni ta' dan il-Ftehim, skont l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni waħda u ma tista' titressaq l-ebda emenda għall-ftehim innifsu.

Fuq il-bażi ta' dan kollu li ssemma hawn fuq, ir-rapporteur tiegħek jissuġġerrixxi li l-kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' dan il-Ftehim.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

1.12.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Mathieu Grosch, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Hella Ranner, Vilja Savisaar-Toomast, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Philip Bradbourn, Spyros Danellis, Dominique Riquet, Anna Rosbach, Joachim Zeller, Janusz Władysław Zemke

Sostitut (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David-Maria Sassoli