Proċedura : 2008/0009(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0363/2010

Testi mressqa :

A7-0363/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/01/2011 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0001

RAPPORT     ***I
PDF 549kWORD 72k
8.12.2010
PE 454.480v01-00 A7-0363/2010

dwar il-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (verżjoni kodifikata)

(COM(2010)0391 – C7‑0209/2010 – 2008/0009(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Jiří Maštálka

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (verżjoni kodifikata)

(COM(2010)0391 – C7‑0209/2010 – 2008/0009(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0026) u l-proposta emendata (COM(2010)0391),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tas-17 ta' Ġunju 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0209/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0363/2010),

A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, u japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 286E, 27.11.2009, p.60.

(2)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, it-12 ta' Ottubru 2010

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Il-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata

COM(2010) 391 finali tat-30.8.2010 - 2008/0009 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għal kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fil-21 ta’ Settembru 2010 bil-għan li janalizza, fost l-oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq li tressqet mill-Kummissjoni.

Waqt dik il-laqgħa(1), eżami tal-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika t-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE tad-9 ta' Ottubru 1978 fuq il-bażi tal-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar dwar il-mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda, bi qbil komuni, li l-proposta hija kodifikazzjoni sempliċi ta' testi eżistenti, bl-ebda tibdil tas-sustanza tagħhom.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                                       Ġurikonsult                             Direttur Ġenerali

(1)

              Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni lingwistika li hija l-kopja primarja tat-test diskuss.


PROĊEDURA

Titolu

Mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (verżjoni kodifikata)

Referenzi

COM(2010)0391 – C7-0209/2010 – COM(2008)0026 – C6-0045/2008 – 2008/0009(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.1.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

7.9.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jiří Maštálka

1.6.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

2.12.2010

 

 

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza