RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni b’sussidju uffiċjali
9.12.2010 - (COM(2006)0456 – C7‑0050/2010 – 2006/0167(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Yannick Jadot
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni b’sussidju uffiċjali
(COM(2006)0456 – C7‑0050/2010 – 2006/0167(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0456),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem 'Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa' (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0050/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0364/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2a) L-Arranġament ikkontribwixxa sabiex jittaffa l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi billi jiġi appoġġjat il-kummerċ u l-investiment ta’ kumpaniji li, mingħajr l-arranġament, ma kinux jingħataw kreditu fis-settur privat. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2b) L-aġenziji tal-krediti tal- esportazzjoni għandhom jikkunsidraw u jirrispettaw l-objettivi u l-politiki tal-Unjoni. Meta jappoġġjaw il-kumpaniji tal-Unjoni, dawn l-aġenziji għandhom jikkonformaw mal-prinċipji u l-istandards tal-Unjoni u jipprowovuhom f’tali oqsma bħalma huma l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l- koerenza tal-politika biex iseħħ l-iżvilup. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2c) Madankollu, l-aġenziji tal- krediti tal-esportazzjoni tal-Istati Membri għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet li jaslulhom filwaqt li jikkunsidraw li l-appoġġ uffiċjali mogħti bħala kreditu tal-esportazzjoni jista’ potenzjalement, fiż-żmien medju u fit-tul, jikkontribwixxi għad-defiċit pubbliku tal-Istat Membru tagħhom, partikularment meta jiġi kkunsidrat ir-riskju miżjud li ma jirrispettawx l-obbligi tagħhom minħabba l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja. |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 d (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2d) L-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet li jaslulhom sabiex jiżdiedu bl-aktar mod possibbli l-benefiċċji tal-appoġġ uffiċjali pprovdut filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li kreditu tal-esportazzjoni mmirat tajjeb jikkontribwixxi għal opportunitajiet ġodda ta’ aċċess għas-swieq għall-kumpaniji tal-Unjoni, speċjalment l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs), filwaqt li jiġi mrawwem kummerċ miftuħ u ġust u tkabbir li jkun ta' benefiċċju reċiproku fis-sitwazzjoni li rriżultat mill-kriżi. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 e (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2e) L-OECD teħtieġ l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-krediti tal-esportazzjoni mill-Membri tagħha bil-għan li tipprevenihom minn imġiba li tkun protezzjonista jew li jgħawweġ is-suq. Fi ħdan l-Unjoni, it-trasparenza għandha tiġi żgurata sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet indaqs għall-Istati Membri.
|
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 f (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2f) L-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni (ECAs) saru l-akbar għajn ta' finanzjament uffiċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għalhekk, id-dejn relatat mal-krediti tal-esportazzjoni huwa l-akbar komponent tad-dejn uffiċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Proporzjon sinifikanti mill-finanzjament ta’ proġetti permezz tal-krediti tal-esportazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa kkonċentrat f'setturi bħat-trasport, iż-żejt, il-gass u l-minjieri u l-infrastruttura fuq skala kbira, bħalma huma d-digi kbar. |
Ġustifikazzjoni | |
L-ECAs saru l-akbar għajn ta' finanzjament uffiċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, imma s-selfiet li jagħtu għad għandhom rati ta' interessi ogħla minn dawk tal-Bank Dinji jew tal-FMI. Għalhekk l-ECAs saru l-akbar kredituri uffiċjali ta' dawn il-pajjiżi, fejn id-dejn relatat mal-ECAs jifforma l-akbar komponent tad-dejn uffiċjali tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: skont xi studji, bejn 30% u 40% tad-dejn uffiċjali kollu tas-settur pubbliku. | |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 g (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2g) Il-Parteċipanti fl-Arranġament huma involuti fi proċess kontinwu li l-għan tiegħu huwa li jnaqqas kemm jista’ jkun it-tagħwiġ tas-suq kif ukoll li jistabbilixxi kundizzjonijiet indaqs li fihom il-primjums iċċarġjati mill-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati tal-Membri tal-OECD ikunu bbażati fuq ir-riskji u jkopru l-ispejjeż operattivi u t-telf tagħhhom għal perjodu fit-tul. Biex dan il-għan jintlaħaq, huma meħtieġa t-trasparenza u r-rappurtar min-naħa tal-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati. |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 h (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2h) B’appoġġ għall-proċess kontinwu fi ħdan l-OECD lejn standards ogħla ta' trasparenza u rappurtar għall-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati tal-Membri tal-OECD u aktar minn hekk, l-Unjoni għandha tapplika miżuri addizzjonali ta' trasparenza u rappurtar għall-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li huma bbażati fl-Unjoni kif stipulat fl-Anness 1a ta' din id-Deċiżjoni. |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 i (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2i) L-isviluppar u l-ikkonsolidar tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u kif imsemmi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-prinċipji ambjentali u l-prinċipji ġenerali tar-Responsabilità Soċjali Korporattiva (RSK), issupplementati minn eżempji oħra ta’ prattika tajba internazzjonali, għandhom jiġu utilizzati bħala gwida għall-proġetti kollha ffinanzjati minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati bbażati fl-Unjoni, u jinkludu valutazzjoni tal-impatt soċjali u ambjentali, li tkun tinkludi d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards inkorporati fil-ġabra tal-leġiżlazzjoni ambjentali u soċjali tal-Unjoni relevanti għas-setturi u l-proġetti ffinanzjati minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni. L-"Approċċi Komuni" tal-OECD fl-ifformular preżenti tal-kliem tagħhom diġà fihom għażla espliċita li jintużaw l-istandards tal-Komunità Ewropea fuq it-tixħim, is-self sostenibbli u l-ambjent bħala punti ta’ referenza fit-twettiq tal-eżminar mill-ġdid tal-proġetti. L-użu ta’ din id-dispożizzjoni għandu jkompli jiġi inkoraġġit aktar, filwaqt li jitqies li l-isponsers tal-proġetti, l-esportaturi, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni għandhom rwoli, responsabilitajiet u saħħa differenti fir-rigward ta’ proġetti li jibbenefikaw minn appoġġ uffiċjali. |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 j (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2j) L-objettivi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-klima f’dawk li huma l-impenji tagħhom fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali, għandhom jiggwidaw il-proġetti kollha ffinanzjati minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati bbażati fl-Unjoni. Dawn jinkludu: id-dikjarazzjoni finali tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern fis-Samit tal-G20 ta' Pittsburgh fl-24 u l-25 ta' Settembru 2009 biex is-sussidji għall-fjuwils fossili jitneħħew gradwalment; l-objettivi tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha talgassijiet b’effett ta’ serra bi 30% meta mqabbla mal-livelli tal-1990, li żżid l-effiċjenza enerġetika b'20 % u li 20% tal-konsum enerġetiku tagħha jiġi minn sorsi rinnovabbli sal-2020; kif ukoll l-għan tal-Unjoni li sal-2050 tnaqqas l-emissjonijiet tagħha tal-gassijiet b’effett ta' serra bi 80 sa 95%. It-tneħħija tas-sussidji għall-fjuwils fossili għandha tkun akkumpanjata minn miżuri li jiżguraw li l-istandards tal-għajxien tal-ħaddiema u tal-fqar ma jintlaqtux ħażin. |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 k (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2k) Il-prinċipji li jirfdu r-RSK, li huma rikonoxxuti għalkollox fil-livell internazzjonali, kemm jekk mill-OECD, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jew min-Nazzjonijiet Uniti, jikkonċernaw l-imġiba responsabbli mistennija mill-impriżi, u jippresupponu, l-ewwel u qabel kollox, il-konformità mal-leġiżlazzonijiet fis-seħħ, partikolarment fil-qasam tal-impjiegi, ir-relazzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent, l-interessi tal-konsumaturi u t-trasparenza fir-rigward tagħhom, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tassazzjoni. Barra minn hekk għandhom jitqiesu s-sitwazzjoni speċifika u l-kapaċitajiet tal-SMEs. |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 l (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2l) Minħabba s-sitwazzjoni kompetittiva intensifikata fis-swieq dinjija u sabiex jiġu evitati żvantaġġi kompetittivi għall-kumpaniji tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-isforzi tal-OECD biex jintlaħqu dawk li mhumiex jipparteċipaw fil-Arranġament u għandhom jużaw negozjati bilaterali u multilaterali bil-għan li jiġu stabbiliti standards globali għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati. L-istandards globali f'dan il-qasam huma prerekwiżit biex ikun hemm kundizzjonijiet indaqs fil-kummerċ dinji. |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 m (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2m) Għalkemm il-pajjiżi tal-OECD huma ggwidati mill-Arranġament, il-pajjiżi li mhumiex fl-OECD, u b'mod partikolari l-pajjiżi li qed jitfaċċaw, ma jeħdux sehem fl-Arranġament bir-riżultat li dan jista’ jwassal għal vantaġġ inġust għall-esportaturi ta’ dawn il-pajjiżi. Dawn il-pajjiżi għandhom għalhekk jiġu inkoraġġiti jingħaqdu mal-OECD u jipparteċipaw fl-Arranġament. |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 n (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2n) Minħabba l-politika tal-UE ta’ Regolamentazzjoni Aħjar li għandha l-għan li r-regolamentazzjoni eżistenti tiġi ssimplifikata u mtejba l-Kummissjoni u l-Istati Membri, fir-rieżamijiet futuri tal-Arranġament, għandhom jiffukaw fuq it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi minn fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, inklużi l-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni. |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 o (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2o) It-titjibiet fl-Arranġament għandhom jiżguraw koerenza sħiħa mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), biex jingħata kontribut għar-realizzazzjoni tal-objettiv ġenerali li jiġu żviluppati u kkonsolidati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Għandhom għalhekk jiġu applikati miżuri addizzjonali fl-Unjoni meta l-Arranġament tal-OECD jkun qed jiġi traspost għal ġod-dritt tal-Unjoni bil-għan li tiġi ggarantita l-kompatibilità bejn l-Arranġament tal-OECD u d-dritt tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reviżjoni toħloq l-opportunità li jiġi applikat l-Artikolu 208 tat-TFUE, li jgħid li t-tnaqqis u l-eradikazzjoni tal-faqar hu l-objettiv ewlieni tal-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni. Dan il-għan għandu jiġi rispettat meta l-Unjoni timplimenta politiki li aktarx li jaffettwaw lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. | |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 p (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2p) Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali li tiżgura konformità mar-rekwiżiti tal-krediti tal-esportazzjoni għandha tkun konsistenti għalkollox mal-prinċipji tal-Istrateġija tal-UE għal Żvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta' Cotonou u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u għandha tirrifletti l-impenn u l-obbligi tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) kif ukoll l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tan-NU (MDGs) u l-istandards soċjali, tax-xogħol u tal-ambjent kif inkorporati fil-ftehimiet internazzjonali. |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4) Id-Deċiżjoni 2001/76/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata u flokha tidħol din id-Deċiżjoni bit-test ikkonsolidat u mmodifikat tal-Ftehim mehmuż magħha bħala Anness u d-Deċiżjoni 2001/77/KE għandha tiġi revokata. |
(4) Id-Deċiżjoni 2001/76/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata u flokha tidħol din id-Deċiżjoni bit-test ikkonsolidat u rrivedut tal-Arranġament mehmuż magħha bħala l-Anness 1, u d-Deċiżjoni 2001/77/KE għandha tiġi revokata. |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 - subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-linjigwida li jinsabu fil-Ftehim dwar Il-Linjigwida dwar Krediti ta’ Esportazzjoni b’Sussidju Uffiċjali għandhom japplikaw fil-Komunità. |
Il-linjigwida li jinsabu fl-Arranġament dwar Il-Linjigwida għal Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati għandhom japplikaw fl-Unjoni. |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1a |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni ġdida sabiex tirrevoka u tissostitwixxi din id-Deċiżjoni mill-aktar fis possibbli ladarba tiġi miftiehma verżjoni ġdida tal-Arranġament fost il-Parteċipanti tal-OECD u sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ tagħha. |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1b |
|
|
Il-miżuri addizzjonali dwar it-trasparenza u r-rappurtar li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni huma spjegati fl-Anness 1a ta' din id-Deċiżjoni. |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Article 1 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1c |
|
|
Il-Kunsill għandu jirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni, min-naħa ta’ kull Stat Membru, tal-Arranġament dwar il-Linjigwida għal Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati. |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Article 1 d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1d |
|
|
Il-karta tal-bilanċ tal-aġenzija tal-krediti tal-esportazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru għandha tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-assi u tal-passiv tal-aġenzija. L-użu ta' vetturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni għandu jsir trasparenti għalkollox. |
|
|
Il-kumpaniji, minbarra l-SMEs, li jibbenefikaw minn krediti tal- esportazzjoni għandhom jippubblikaw kontijiet finanzjarji annwali skont kull pajjiż għalih. |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Anness I a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Anness Ia |
|
|
1) Mingħajr ħsara għall-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-Istati Membri li jeżerċitaw is-superviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-krediti tal-esportazzjoni, kull Stat Membru għandu jipprovdi Rapport tal-Attività Annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Dan ir-Rapport tal-Attività Annwali għandu jkun fih it-tagħrif li ġej: • Verifika tal-istrumenti u l-programmi nazzjonali kollha li għalihom huwa applikabbli l-Arranġament u tal-konformità tagħhom mal-Arranġament, b’mod partikolari r-rekwiżit tiegħu li l-primjums ikunu bbażati fuq ir-rikji u jkopru l-ispejjeż operattivi li jsiru fuq żmien twil; • Ħarsa ġenerali tal-iżviluppi operazzjonali maġġuri li jkunu seħħew waqt il-perjodu tar-rappurtar u l-konformità tagħhom mal-Arranġament (jiġu elenkati l-impenji ġodda, l-espożizzjoni, il-ħlasijiet mitluba tal-primjums, il-pretensjonijiet imħallsa u l-irkupri, u l-mekkaniżmi għall-ikkostjar tar-riskju ambjentali); • Preżentazzjoni tal-politiki li għandu l-Istat Membru biex jiżgura li l-objettivi u l-politiki tal-Unjoni rigward l-iżvilupp jiggwidaw l-attivitajiet fl-oqsma tal-krediti tal-esportazzjoni relatati ma’ kwistjonijiet ambjentali u soċjali, id-drittijiet tal-bniedem, is-self sostenibbli u l-miżuri ta’ kontra t-tixħim. 2) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-analiżi tagħha tar-Rapport tal-Attività Annwali, filwaqt li tivvaluta l-koerenza tal-Istati Membri mal-politiki tal-Unjoni rigward l-iżvilupp, u tikkummenta fuq l-iżviluppi ġenerali fil-qasam tal-politiki lill-Parlament Ewropew. 3) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew rapport annwali fuq l-isforzi li jkunu saru fid-diversi fora ta’ kooperazzjoni internazzjonali, inklużi l-OECD u l-G20, u fil-laqgħat bilaterali ma’ pajjiżi terzi, inklużi Samits u negozjati dwar Ftehimiet ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles, biex pajjiżi terzi, speċjalment l-ekonomiji li qed jitfaċċaw, jitħeġġu jdaħħlu linjigwida rigward it-trasparenza tal-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni tagħhom f’livell li tal-anqas ikun jaqbel mal-approċċi komuni tal-OECD. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi industrijalizzati, inklużi l-Istati Membri kollha u l-biċċa kbira tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għandhom tal-anqas Aġenzija waħda tal-Krediti ta' Esportazzjoni (ECA) b'sussidju uffiċjali li normalment hija fergħa uffiċjali jew kważi uffiċjali tal-gvern tagħhom. L-ECAs kollha jirrappreżentaw l-akbar sors dinji ta' finanzjament uffiċjali għall-proġetti tas-settur privat. L-assigurazzjoni tal-ECAs ta' proġetti industrijali u infrastrutturali f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw hija bil-bosta akbar mill-finanzjament kollettiv annwali tal-Banek għall-Iżvilupp Multilaterali. L-ammont kollettiv tal-garanziji għall-krediti ta' esportazzjoni pprovduti tul il-perjodu 2004-2009 mill-ECAs tal-Istati Membri tal-UE kien ta' madwar EUR 468 biljun.
L-ECAs jiffaċilitaw kummerċ leġittimu meta s-suq kapitali privat ma jistax. Għandhom kapaċità ta' assorbiment tar-riskji ħafna ogħla mill-atturi privati, billi ma jridux iħallsu taxxi u jagħmlu l-qligħ, u għalhekk għandhom iktar flessibilità mill-banek privati biex ma jakkumulawx telf fuq kreditu estiż. Madankollu, għall-istess raġuni l-ECAs huma wkoll distrorsjoni potenzjali tal-kummerċ jekk l-operazzjonijiet finanzjarji tagħhom ma jkunux suġġetti għal reġoli komuni.
Il-"Ftehim dwar il-krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali" nnegozjat fi ħdan il-Grupp tal-Krediti ta' Esportazzjoni (il-"Ftehim") jipprevedi s-sett l-aktar importanti ta' regoli komuni. Skont il-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Kompensatorji tad-WTO (ASCM) - il-qafas internazzjonali legalment vinkolanti għar-regolamentazzjoni tas-sussidji statali - appoġġ tal-krediti ta' esportazzjoni għal koperazzjonijiet privati mhux meqjus bħala sussidju, jekk is-sussidju jsir b'konformità mal-Arranġament tal-OECD. Il-bażi ta' konformità hija li l-krediti ta' esportazzjoni jkunu suġġetti għal rekwiżiti ta' ħlas lura f'ċerti limiti ta' żmien u li tiġi ċċarġjata Rata Minima tal-Primjums (MPR) biex ikun kopert ir-riskju ta' nuqqas ta' ħlas tal-krediti ta' esportazzjoni (riskju ta' kreditu), li għandha tkun ibbażata fuq ir-riskju u kapaċi tkopri b'mod adegwat l-ispejjeż operattivi u t-telf fuq perjodu twil ta' żmien.
L-Aġenziji tal-Krediti ta' Esportazzjoni u nuqqasijiet ta' trasparenza
Ir-Rapporteur jirrikonoxxi għalkollox li l-ECAs huma strument importanti biex jappoġġjaw il-kummerċ u l-investimenti tal-kumpanniji Ewropej. Fid-dawl tas-sitwazzjonijiet ta' defiċit pubbliku f'bosta pajjiżi tal-Istati Membri tal-UE jidher madankollu li huwa tal-akbar importanza li l-operazzjonijiet tagħhom ikunu finanzjament sodi. Dan jipperikola l-appoġġ pubbliku għall-ECAs jekk jibda jidher li dawn ikollhom iduru fuq min iħallas it-taxxi biex jerġgħu jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom.
Madankollu, jirriżulta li hu impossibbli li wieħed isir jaf x'qed jiffinanzjaw jew x'iffinanzjaw fl-imgħoddi l-ECAs. L-informazzjoni disponibbli hija ftit wisq. Xi ECAs nazzjonali lanqas biss jirrappurtaw b'mod regolari l-bilanc globali tal-operazzjonijiet tagħhom. Ħafna oħrajn ma jirrappurtawx dejta diżaggregata tas-self settorjali tagħhom jew id-distribuzzjoni ġeografika. Dan minkejja r-rekwiżiti ta' trasparenza fil-Ftehim tal-OECD tal-2005 li jaderixxu miegħu l-Istati Membri kollha tal-UE u li issa se jkun ittrasferit fil-liġi tal-UE.
In-nuqqas ta' trasparenza jiffaċilita l-fatt li jinqabżu bil-kbir l-ispejjeż u l-iskadenzi, b'nuqqas ta' rispett tar-regoli inkorporati fil-Ftehim tal-OECD. Jiffaċilita wkoll it-tixħim u l-korruzzjoni.
Ir-Rapporteur iqis li r-rekwiżiti għar-rappurtar fil-Ftehim tal-OECD mhumiex biżżejjed biex jimmonitorjaw kemm huma sodi l-operazzjonijiet finanzjarji tal-ECAs Ewropej. Barra minn hekk huwa mħasseb dwar il-prospett reali għal aktar fallimenti fil-ġejjieni, b'mod partikulari wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja. F'dak li jirrigwarda s-settur finanzjarju ġenerali, il-kriżi finanzjarja attwali għandha tagħmel il-leġiżlaturi konxji tal-bżonn ta' regoli ta' rappurtar aktar dettaljati minn dawk li fil-fatt hemm fil-Ftehim tal-OECD.
Il-Ftehim tal-OECD ma jinkludix ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiggarntixxu l-valutazzjoni ġusta tal-primjums billi ma jkoprix regoli rigward trasparenza u standards minimi fl-applikazzjonui ta' kalkolu ta' riskju soċjali u ambjentali. Il-Ftehim tal-OECD jipprevedi biss in-notifika volontarja ta' kalkoli bħal dawn. Dan għandu jitqies fil-kuntest tal-fatt li l-biċċa l-kbira ta' proġetti tal-OECD tant huma riskjużi li s-suq tal-kapital privat jippreferi ma jiffinanzjahomx. In-nuqqas ta' ffissar ta' standards minimi fil-kalkolu ta' fatturi ta' riskju soċjali u ambjentali fil-kost ta' krediti u garanziji jippromwovi tellieqa, anke fost l-ECAs tal-Istati Membri tal-UE, għall-orħos kostijiet ta' krediti u b'hekk jippromwovi protezzjoniżmu moħbi.
Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li jitnaddfu r-rekwiżiti ta' trasparenza rigward il-kalkoli tar-riskji u l-iżvelar ta' strumenti mhux inklużi fil-bilanċ tal-kontijiet u li n-notifika tal-kalkoli tar-riskji soċjali u ambjentali ssir mandatorja. B'mod konkret, it-Rapporteur jissuġġerixxi l-istabbiliment ta' rekwiżit għall-Istati Membri tal-UE li jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-ECAs tagħhom f'dan ir-rigward.
L-Aġenziji tal-Krediti ta' Esportazzjoni u l-koerenza politika tal-UE
L-ECAs huma potenzjalment strumenti ta' politika pubblika li jinsabu f'pożizzjoni tajba biex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-objettivi internazzjonali li l-UE impenjat ruħha dwarhom, b'mod speċjali rigward it-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tal-faqar. It-Trattat ta' Lisbona jġib miegħu r-rekwiżit ta' konsistenza msaħħa għall-qasam kollu ta' azzjoni esterna tal-UE. L-ECAs jeħtieġ li jiġu ġġudikati skont dawn l-objettivi.
Madankollu, huwa stmat li l-ECAs jissussidjaw id-doppju ta' proġetti taż-żejt, gass u minjieri minn dawk issussidjati mill-Banek għall-Iżvilupp Multilaterali lkoll flimkien. Nofs il-proġetti industrijali kollha b'emissjonijiet għoljin ta' CO2 fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom xi forma ta' appoġġ mill-ECAs. Dan huwa dovut parzjalment għall-fatt li l-biċċa kbira ta' dawn il-proġetti hija ta' riskju kbir minħabba l-impatti ambjentali, politiċi, soċjali u kulturali tagħhom u ma jkunux jistgħu jaraw id-dawl mingħajr is-sussidju u l-appoġġ finanzjarju tal-ECAs.
Għalhekk, l-ECAs huma pernijiet strateġiċi għall-iżvilupp li għandhom sehem enormi fl-impatti ta' ħsara ambjentali tal-attività tal-korporazzjonijiet. Bħala istituzzjonijiet appoġġjati minn gvernijiet, l-ECAs għandhom u jista' jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju b'koerenza mal-impenji tal-gvernijiet tagħhom dwar il-klima.
Minkejja s-sitwazzjoni ġdida skont it-TFUE u l-evidenza li l-maġġoranza kbira ta' krediti u garanziji tal-ECAs jippromwovu ż-żejt, il-minjieri u l-attivitajiet ta' estrazzjoni, li skont il-Bank Dinji huma l-anqas li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar, il-Kummissjoni fil-proposta tagħha tal-kappa leġiżlattiva tad-dossier ma tara ebda ħtieġa għal reviżjoni tal-Ftehim tal-OECD għall-koerenza tagħha mal-politiki u l-objettivi tal-UE (Premessa 1) jew li ssir valutazzjoni tal-impatt (Premessa 2).
Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li jiġu inklużi rekwiżiti orizzontali li jkun jistgħu jiggwidaw b'mod effikaċi lill-ECAs tal-Istati Membri Ewropej sabiex jikkontribwixxu għall-politiki u l-objettivi tal-UE.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (27.10.2010)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b’sussidju uffiċjali
(COM(2006)0456 – C7‑0050/2010 – 2006/0167(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Bart Staes
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kummissjoni u l-Kunsill attwalment qed jeżaminaw il-qafas leġiżlattiv (imsejjaħ “Ftehim dwar krediti ta' esportazzjoni b’sussidju uffiċjali" u nnegozjat fil-Grupp għall-Krediti ta' Esportazzjoni tal-OKŻE) biex jittrasponuh fid-dritt tal-UE. L-iskop hu li jkun hemm ċertezza legali addizzjonali għall-Aġenziji tal-Krediti ta' Esportazzjoni (ECAs) tal-Istati Membri li l-attivitajiet tagħhom mhumiex se jiġu kkontestati quddiem il-Mekkaniżmu għat-Tilwim tad-WTO. Din ir-reviżjoni toffri l-opportunità li jiġi applikat l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jgħid li t-tnaqqis u l-eradikazzjoni tal-faqar huma l-għan ewlieni tal-politika ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni għall-iżvilupp. Dan l-għan għandu jiġi rispettat meta l-Unjoni timplimenta politiki li aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. F’dan il-kuntest, l-ECAs huma strumenti tal-ordni pubbliku potenzjalment adattati biex jikkontribwixxu għall-għanijiet esterni tal-Unjoni (b'mod partikolari t-tafja tal-faqar u t-tibdil fil-klima) filwaqt li jaderixxu għar-rekwiżit ta' koerenza għall-qasam globali ta' azzjoni esterna tal-UE. Għalhekk, dawn il-parteċipanti għandhom jiġu ġġudikati skont dawn l-għanijiet.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3a) Ġie żviluppat b'mod progressiv sett ta' valuri ta' referenza soċjali u ambjentali minn istituti finanzjarji multilaterali u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, mill-Prinċipji tal-Ekwatur (2006), l-istandard volontarju ewlieni għall-ġestjoni tar-riskji soċjali u ambjentali fil-proġetti, għall-politiki ta' salvagwardja tal-Bank Dinji, inklużi attivitajiet settorjali bħar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami tal-Industriji Estrattivi tal-Bank Dinji u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi. Dawn l-istandards soċjali u ambjentali, li huma riflessi fl-"Approċċi Komuni" tal-Arranġament, huma parti minn proċess kontinwu ta' eżami u aġġornament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-inklużjoni ta' valuri ta' referenza soċjali u ambjentali tgħin fil-promozzjoni tal-koerenza bejn il-politiki rigward krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali u l-politiki għall-ħarsien tal-ambjent, inklużi ftehimiet u konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, biex b'hekk jingħata kontribut favur l-iżvilupp sostenibbli. | |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3b) L-Aġenziji tal-Krediti ta' Esportazzjoni (ECAs) saru l-akbar sors ta' finanzjament uffiċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għalhekk, id-dejn relatat mal-ECAs huwa l-akbar komponent tad-dejn uffiċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Proporzjon sinifikanti tal-finanzjament tal-proġetti mill-ECAs fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa konċentrat f'setturi bħat-trasport, iż-żejt, il-gass u l-minjieri kif ukoll l-infrastruttura fuq skala kbira, bħal digi kbar. |
Ġustifikazzjoni | |
L-ECAs saru l-akbar sors ta' finanzjament uffiċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, imma s-self li jagħtu għad għandu rati ta' interessi ogħla minn dawk tal-Bank Dinji jew tal-FMI. Għalhekk l-ECAs saru l-akbar kredituri uffiċjali ta' dawn il-pajjiżi, bid-dejn relatat mal-ECAs jifforma l-akbar komponent tad-dejn uffiċjali tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: skont xi studji, bejn 30% u 40% tad-dejn kollu uffiċjali tas-settur pubbliku. | |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3c) Fis-Samit ta' Pittsburgh tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009, il-mexxejja tal-G20 impenjaw ruħhom li jirrazzjonalizzaw u jneħħu bil-mod il-mod is-sussidji għall-fjuwils fossili ineffiċjenti fuq perjodu ta' żmien medju. Dan l-impenn reġa' ġie affermat mill-mexxejja tal-G20 fis-Samit ta' Toronto tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2010. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta għandha tiżgura li l-linjigwidi tal-OŻKE jirriflettu l-politiki tal-UE rigward it-tibdil fil-klima globali adottati fil-kuntest tas-samits tal-G20. | |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 d (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3d) It-titjib fl-Arranġament għandu jiżgura koerenza sħiħa mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), biex jingħata kontribut għall-ilħuq tal-objettiv ġenerali li jiġu żviluppati u kkonsolidati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Għandhom għalhekk jiġu applikati miżuri addizzjonali fl-Unjoni meta jiġi traspost l-Arranġament tal-OKŻE fid-dritt tal-Unjoni biex tiġi garantita l-kompatibilità bejn l-Arranġament tal-OKŻE u d-dritt tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reviżjoni toffri l-opportunità li jiġi applikat l-Artikolu 208 tat-TFUE, li jgħid li t-tnaqqis u l-eradikazzjoni tal-faqar hu l-għan ewlieni tal-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni. Dan l-għan għandu jiġi rispettat meta l-Unjoni timplimenta politiki li aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. | |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 e (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3e) Il-prinċipji u l-istandards tal-UE, derivati mill-politika u l-liġi tal-UE, u supplimentati b'eżempji oħra ta' prattika tajba internazzjonali, għandhom ikunu l-gwida għall-proġetti kollha ffinanzjati mill-ECAs, u jinkludu valutazzjoni tal-impatt soċjali u ambjentali, li tinkludi d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards inkorporati fil-korp tal-leġiżlazzjoni ambjentali u soċjali tal-Unjoni rilevanti għas-setturi u l-proġetti ffinanzjati mill-ECAs. |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn il-prinċipji jirriflettu l-objettivi ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-TFUE. Għalhekk, huma l-bażi tal-prattiki ta' self tal-Bank Ewropew tal-Investiment, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni tal-BEI dwar il-Prinċipji u l-Istandards Ambjentali u Soċjali tal-BEI (2009) u l-manwal tal-Prattiki Ambjentali u Soċjali (2009). F'dan il-kuntest, dawn il-prinċipji prevalenti jeħtieġ jiġu vvalutati mill-ġdid bil-ħsieb li jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs fost l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej. | |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 f (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3f) L-ECAs għandhom japplikaw metodoloġija tal-valutazzjoni tal-impatt soċjali u ambjentali matul iċ-ċiklu kollu tal-proġett biex tiġi żgurata s-sostenibilità tal-proġetti kollha li jiffinanzjaw. Il-kalkolu tar-riskju soċjali u ambjentali għandu jkun inkluż fil-valutazzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Approċċi Komuni għandhom jirrakkomandaw li l-proġetti appoġġati mill-ECAs jiġu vvalutati skont standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bil-ħsieb ċar li l-proġetti ma jitħallewx jikkawżaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew jikkontribwixxu għalihom. Kull ECA għandha tħaddem politika ċara ta' prevenzjoni ta' ħsara lill-ambjent u lid-drittijiet tal-bniedem u għandha teżerċita d-diliġenza xierqa għal dan l-iskop. | |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 g (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3g) Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali li tiżgura konformità mar-rekwiżiti tal-ECAs għandha tkun konsistenti għalkollox mal-prinċipji tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta' Cotonou u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u għandha tirrifletti l-impenn u l-obbligi tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) kif ukoll il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tan-NU (MDGs) u l-istandards soċjali, tax-xogħol u tal-ambjent kif inkorporati fi ftehimiet internazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
B'konsistenza u koerenza sħaħ mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 208 TFUE, l-appoġġ uffiċjali għandu jiġi pprovdut biss meta: | |
· l-ECAs jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem u dawk soċjali, abbażi tat-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, inklużi l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjonijiet tal-ILO; | |
· il-krediti tal-esportazzjoni b'sussidju uffiċjali jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-tal-objettivi internazzjonali li għalihom hi impenjata l-UE, b'mod speċjali rigward it-tibdil fil-klima u t-tafja tal-faqar; | |
· il-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali u Soċjali jiġu implimentati, qabel l-approvazzjoni għall-proġett, waqt li jitqiesu kif jixraq l-interessi tal-komunitajiet milquta jew interessati; | |
· il-krediti tal-esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ikunu konsisteni u ma jdgħajfuq l-objettivi għall-iżvilupp, kif identifikati permezz tal-valutazzjoni tal-proġett; | |
· l-ECAs ma jiksrux obbligi skont it-trattati u l-ftehimiet internazzjonali relatati mal-protezzjoni ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli. | |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 2a |
|
|
Il-miżuri addizzjonali li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni biex jingħata kontribut favur it-twettiq sħiħ tal-Artikolu 208 TFUE huma mehmuża bħala l-Anness Ia għal din id-Deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Anness jipprova jsolvi l-problema tal-ambigwità rigward l-impenji tal-ECAs favur l-istandards soċjali u ambjentali billi jipprovdi qafas ċar ta' x'inhu mistenni mill-ECAs biex jikkontribwixxu għall-Artikolu 208 TFUE. | |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Anness Ia (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Anness Ia |
|
|
KOERENZA U TRASPARENZA |
|
|
PARTI A) Konsultazzjoni, Trasparenza u Aċċess tal-Pubbliku għall-Informazzjoni |
|
|
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li taqsam mal-Parlament Ewropew l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Arranġament tal-OKŻE dwar il-Krediti ta' Esportazzjoni b'Sussidju Uffiċjali. Għandha għalhekk tipprovdi "rapport ta' trasparenza" kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-Arranġament. Dan ir-rapport ta' trasparenza għandu jipprovdi lista ta' kull tranżazzjoni individwali approvata, għal kull pajjiż li jipprovdi s-sussidju, fir-rigward ta' dan li ġej: |
|
|
• L-isem tal-pajjiż li jipprovdi s-sussidju uffiċjali; • L-isem tal-ECA; • Id-destinazzjoni tal-prodotti; il-lok tas-servizzi; • Id-data tat-tranżazzjoni approvata mill-ECA; • L-isem tal-esportatur jew tal-fornitur tas-servizzi; • It-tip ta' tranżazzjoni; il-provvista ta' prodotti jew tagħmir; ir-rendiment tar-riċerka jew tad-disinn; ir-rendiment tax-xogħlijiet; l-għoti ta' servizzi; • L-isem tal-bank li jintervjeni; • L-isem tad-debitur; • L-isem tal-garanti; • It-tip ta' sussidju uffiċjali (klassifikazzjoni skont l-Arranġament tal-OKŻE): 1) Garanzija jew assigurazzjoni (sempliċi kopertura) tal-kreditu tal-esportazzjoni. 2) Sussidju uffiċjali għall-finanzjament : (a) kreditu/finanzjament dirett u finanzjament mill-ġdid, jew (b) sussidju għar-rata tal-imgħax. |
|
|
Għandha tingħata informazzjoni addizzjonali dwar il-koerenza mal-politiki tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp. L-Unjoni tipprovdi bażi legali b'saħħitha għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-Artikolu 208(1) TFUE, l-Unjoni "għandha tieħu in konsiderazzjoni l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw." L-Unjoni u l-Istati Membri, kif stipulat fl-Artikolu 208(2) TFUE, "għandhom jonoraw l-impenji tagħhom u jieħdu in konsiderazzjoni l-għanijiet li jkunu approvaw fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra kompetenti." L-informazzjoni addizzjonali dwar kull tranżazzjoni individwali għandha tinkludi: |
|
|
• Fil-każ ta' tranżazzjonijiet f'pajjiżi fqar b'ħafna dejn: l-ECAs għandhom jirrapportaw dwar in-numru u l-valur tal-proġetti għall-pajjiżi IDA u jipprovdu l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-qafas dwar is-sostenibilità tad-dejn skont il-pajjiż u biex jiġi żgurat li n-nefqa tkun għal skopijiet produttivi biss. Dan għandu jinkludi dikjarazzjoni min-naħa tal-klijent li ma jkun sar l-ebda ħlas illegali b'rabta ma' kuntratt. Kull kontravenzjoni tal-projbizzjoni dwar il-ħlas illegali għandu jkun fiha l-kanċellazzjoni tal-obbligu tal-istat li jħallas. |
|
|
• Fil-każ ta' krediti ta' għajnuna marbuta: l-ECAs għandhom jirrapportaw dwar in-numru u l-valur ta' proġetti b'għajnuna marbuta billi jużaw il-klassifikazzjoni tal-Arranġament tal-OŻKE u dwar il-metodoloġija użata biex tiġi żgurata l-konformità mal-arranġamenti; |
|
|
• Fil-każ ta' implimentazzjoni ta' proġetti: l-ECAs għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-applikant biex jirrispetta l-leġiżlazzjoni ambjentali, soċjali u dwar id-drittijiet tal-bniedem applikabbli fil-pajjiż ospitanti u l-aqwa prattiki internazzjonali, inklużi l-prinċipji u l-istandards tal-UE, kif derivati mill-politika u l-liġi tal-UE. Dan għandu jinkludi dikjarazzjoni tal-klijent li se jirrispetta l-liġi applikabbli tal-pajjiż ospitanti u l-aqwa prattiki internazzjonali; |
|
|
• L-ECAs għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-rispett tal-klijent għal-liġi kriminali internazzjonali u nazzjonali. Dan għandu jinkludi dikjarazzjoni tal-klijent li se jirrispetta l-liġi kriminali internazzjonali u nazzjonali; |
|
|
• Fil-każ ta' proġetti għal digi: l-ECAs għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-konformità tal-klijent mal-Linjigwidi tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi; |
|
|
• Fil-każ ta' proġetti tal-industriji estrattivi: l-ECAs għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-konformità tal-klijent mar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami tal-Bank Dinji dwar l-Industriji Estrattivi. |
|
|
L-ECAs għandhom jagħmlu disponibbli fil-pront informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-proġetti lill-komunitajiet milquta, lill-NGOs u lil partijiet interessati oħrajn qabel ma applikazzjoni tiġi approvata. Din l-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali għall-proġetti kollha, u l-ismijiet tal-kumpaniji involuti. |
|
|
Barra minn hekk, l-iżvelar pubbliku tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli għandu jsir qabel ma jingħata s-sussidju mill-ECA. |
|
|
PARTI B) Tibdil fil-klima |
|
|
L-ECAs jikkontribwixxu għall-impenn u l-obbligi tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), f'konformità mal-Artikolu 208 TFUE. |
|
|
L-integrazzjoni tal-politiki Ewropej dwar il-klima fl-operazzjonijiet tal-ECAs, fejn ikun applikabbli, tista' tinkludi: |
|
|
• Rappurtar dettaljat annwali rigward il-marka sħiħa tal-karbonju tal-proġetti ssussidjati minn ECA, jew l-effetti lokalizzati u reġjonali ta' proġetti individwali; |
|
|
• Analiżi tal-marka tal-karbonju li għandha tiġi inkluża fil-proċedura tal-valutazzjoni ambjentali biex jiġi ddeterminat jekk il-proposti tal-proġett jimmassimizzawx it-titjib fl-effiċjenza enerġetika; |
|
|
• L-introduzzjoni ta' lista ta' esklużjoni ta' tipi ta' proġetti/teknoloġiji li l-ECAs ma jkunux se jappoġġaw, inkuża t-tneħħija gradwali ta' tranżazzjonijiet finanzjarji għal proġetti tal-fjuwils fossili; |
|
|
• Id-definizzjoni ta' objettivi ċari ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, kemm għal perjodu twil ta' żmien kif ukoll għal perjodu qasir, u limitu massimu annwali għall-emissjonijiet; |
|
|
• Id-definizzjoni ta' proċeduri ta' valutazzjoni biex jitqiesu l-ħtiġijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp, kif identifikati fil-Programmi Nazzjonali ta' Azzjoni għall-Adattament (NAPAs) tal-UNFCCC u d-Dokumenti ta' Strateġija għar-Reġjun u għall-Pajjiż tal-UE (RSPs/CSPs); |
|
|
• Id-definizzjoni ta' objettivi dwar l-enerġija rinnovabbli, f'konformità mal-pjanijiet strateġiċi għar-reġjun/għall-pajjiż. |
Ġustifikazzjoni | |
L-anness jinkludi firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet immirati lejn il-konformità mal-Artikolu 208 TFUE u l-eliminazzjoni ta' nuqqasijiet importanti bħan-nuqqas ta' kwalunkwe referenza għall-istandards tad-drittijiet tal-bniedem fl-Approċċi Komuni. L-anness għandu wkoll l-intenzjoni li jistabbilixxi ftehim li permezz tiegħu l-UE għandha tipprovdi rapport annwali dwar it-tranżazzjoni minn gvern jew f'ismu għall-esportazzjoni ta' prodotti u/jew servizzi fl-ambitu tal-Arranġament. Barra minn hekk, l-ambitu tal-Approċċi Komuni jrid jitwessa' biex jiżgura li jiġu koperti s-sussidji uffiċjali kollha pprovduti mill-ECAs, mhux biss it-tranżazzjonijiet b'terminu ta' ħlas lura ta' sentejn jew aktar. Finalment, il-parti dedikata għat-tibdil fil-klima tenfasizza l-impenji internazzjonali tal-UE għat-tibdil fil-klima sabiex gradwalment jitneħħew is-sussidji għall-fjuwils fossili fuq perjodu medju u jiġi pprovdut appoġġ immirat biex l-ifqas pajjiżi jkunu jistgħu jadattaw għat-tibdil fil-klima. | |
PROĊEDURA
|
Titolu |
L-applikazzjoni ta’ ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b’sussidju uffiċjali |
|||||||
|
Referenzi |
(COM(2006)0456 – C7-0050/2010 – 2006/0167(COD)) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
INTA |
|||||||
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 9.9.2010 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Bart Staes 3.6.2010 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
30.8.2010 |
|
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
26.10.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Thijs Berman, Michael Cashman, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Charles Goerens, Catherine Grèze, Enrique Guerrero Salom, András Gyürk, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Franziska Keller, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Birgit Schnieber-Jastram |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Horst Schnellhardt, Bart Staes |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Eider Gardiazábal Rubial, Anna Ibrisagic, Miroslav Mikolášik |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (24.11.2010)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b’sussidju uffiċjali
(COM(2006)0456 – C7‑0050/2010 – 2006/0167(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Arturs Krišjānis Kariņš
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-Rapporteur iqis li l-krediti ta’ esportazzjoni huma għodod importanti għall-appoġġ tal-impriżi tal-UE. Fid-dawl taż-żieda fit-talba għal krediti ta’ esportazzjoni appoġġjati uffiċjalment, hu ta’ importanza kbira li l-aktar regolament OECD riċenti ta’ dan l-istrument jiġi introdott fl-Istati Membri mill-aktar fis possibbli.
L-appoġġ għall-krediti ta’ esportazzjoni ta’ terminu medju u terminu twil huwa għodda li sa issa mhuwiex sfruttat bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha u għandu jiġi mħeġġeġ. Il-krediti ta’ esportazzjoni jistgħu jgħinu fil-ħolqien ta’ impjiegi billi jiżguraw l-iffinanzjar għal proġetti li, mingħajr il-krediti, kien jkollhom aċċess ħafna aktar ristrett għall-kapital minħabba n-natura mhux tas-suq tagħhom.
Ir-Rapporteur jinnota li kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida f’dan il-qasam għandha tevita l-ħolqien ta' kwalunkwe burokrazija ġdida li żżid mal-ispejjeż diġà eżistenti. Is-superviżjoni fil-livell Ewropew tal-krediti ta’ esportazzjoni għandha tiġi introdotta bħala eċċezzjoni meta jsir tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni fis-suq intern. Il-prinċipju tas-sussidarjetà għandu jitħares.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2a) L-Arranġament ikkontribwixxa sabiex jittaffa l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi billi jiġi appoġġjat il-kummerċ u l-investiment ta’ kumpaniji li, mingħajr l-arranġament, ma kinux jingħataw kreditu fis-settur privat. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2b) L-aġenziji ta' kreditu ta' esportazzjoni għandhom jikkunsidraw u jirrispettaw l-objettivi u l-politiki tal-Unjoni. Meta jappoġġjaw il-kumpaniji tal-Unjoni, dawn l-aġenziji għandhom ikunu konformi u jippromwovu l-prinċipji u l-istandards tal-Unjoni f’tali oqsma bħal konsolidazzjoni tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-politika ta’ koerenza għall-iżvilupp. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2c) Madankollu, l-aġenziji tal-kreditu ta’ esportazzjoni tal-Istati Membri għandhom jeżaminaw b’attenzjoni l-applikazzjonijiet li jaslulhom filwaqt li jikkunsidraw li l-appoġġ uffiċjali mogħti bħala kreditu ta’ esportazzjoni jista’ potenzjalement, fiż-żmien medju u fit-tul, jikkontribwixxi għad-defiċit pubbliku tal-Istat Membru tagħhom, partikularment meta jiġi kkunsidrat ir-riskju miżjud li ma jirrispettawx l-obbligi tagħhom minħabba l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja. |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 d (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2d) L-aġenziji ta' kreditu ta' esportazzjoni għandhom jeżaminaw bir-reqqa applikazzjonijiet li jaslulhom sabiex jiżdiedu bl-aktar mod possibbli l-benefiċċji tal-appoġġ uffiċjali pprovdut filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li kreditu ta' esportazzjoni mmirat tajjeb jikkontribwixxi għall-opportunitajiet ta’ aċċess ta' suq ġdid għall-kumpaniji tal-Unjoni, partikularment l-SMEs, filwaqt li jiġi mrawwem kummerċ miftuħ u ġust u ta' benefiċju reċiproku għat-tkabbir wara l-kriżi. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 e (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2e) L-OECD teħtieġ l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-kreditu ta' esportazzjoni mill-pajjiżi membri tagħha sabiex tipprevenihom minn imġiba protezzjonista jew li tfixkel is-suq. Fi ħdan l-Unjoni, it-trasparenza għandha tiġi żgurata sabiex jiġi ggarantit livell ugwali għall-Istati Membri. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1a |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni ġdida sabiex tirrevoka u tissostitwixxi din id-deċiżjoni mill-aktar fis possibbli ladarba jintlaħaq ftehim dwar il-verżjoni ġdida tal-Arranġament fost il-Parteċipanti tal-OECD u mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1b |
|
|
Il-Kunsill għandu jirrapporta annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni minn kull Stat Membru tal-Arranġament għal Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati. |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Artiklu 1 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1 c |
|
|
Il-karta tal-bilanċ minn aġenziji ta' kreditu ta' esportazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru għandha tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-assi u r-responsabilitajiet tal-aġenzija. L-użu ta' vetturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ minn aġenziji ta' kreditu ta' esportazzjoni għandhom isiru trasparenti b’mod sħiħ. |
|
|
Kumpaniji, li mhumiex SMEs, li jibbenefiċjaw minn kreditu ta' esportazzjoni għandhom jippubblikaw il-kotba tal-kontijiet finanzjarji pajjiż b’pajjiż. |
PROĊEDURA
|
Titolu |
L-applikazzjoni ta’ ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b’sussidju uffiċjali |
|||||||
|
Referenzi |
(COM(2006)0456 – C7-0050/2010 – 2006/0167(COD)) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
INTA |
|||||||
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 6.7.2010 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Arturs Krišjānis Kariņš 6.7.2010 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
18.10.2010 |
9.11.2010 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
22.11.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 0 3 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Olle Schmidt, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Ashley Fox, Robert Goebbels, Enrique Guerrero Salom, Sophia in ‘t Veld, Gay Mitchell, Gianni Pittella |
|||||||
PROĊEDURA
|
Titolu |
L-applikazzjoni ta’ ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b’sussidju uffiċjali |
|||||||
|
Referenzi |
(COM(2006)0456 – C7-0050/2010 – 2006/0167(COD)) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
1.3.2010 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 6.7.2010 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 9.9.2010 |
ECON 6.7.2010 |
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Yannick Jadot 19.4.2010 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
1.6.2010 |
13.7.2010 |
9.11.2010 |
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
1.12.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 4 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, David Campbell Bannerman, Harlem Désir, Christofer Fjellner, Joe Higgins, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Keith Taylor, Paweł Zalewski |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
George Sabin Cutaş, Małgorzata Handzlik, Salvatore Iacolino, Syed Kamall, Maria Eleni Koppa, Jörg Leichtfried, Michael Theurer, Jarosław Leszek Wałęsa |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Markus Pieper, Giommaria Uggias |
|||||||