RAPPORT dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed
16.12.2010 - (2010/2087(INI))
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Traian Ungureanu
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Sinerġija tal-Baħar l-Iswed – Inizjattiva ta' Kooperazzjoni Reġjonali Ġdida' (COM(2007)0160),
– wara li kkunsidra l-Konklużjoniet tal-Kunsill dwar l-Inizjattiva tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed tal-14 ta' Mejju 2007,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2008 dwar Approċċ Politiku Reġjonali għall-Baħar l-Iswed[1],
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u taż-żona estiża madwar il-Baħar l-Iswed, adottata fi Kiev fl-14 ta' Frar 2008,
– wara li kkunsidra r-'Rapport dwar l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tas-sinerġija tal-Baħar l-Iswed' tal-Kummissjoni, adottat fid-19 ta' Ġunju 2008 (COM(2008)0391),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta li nediet is-Sħubija Ambjentali tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed (Brussell, 16 ta' Marzu 2010),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2006)0726) u l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tippreżenta r-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) fl-2011,
– wara li kkunsidra s-Sħubija ta' Assoċjazzjoni mat-Turkija,
– wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni konklużi mal-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina, u n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni l-ġodda, kif ukoll il-Pjanijiet ta' Azzjoni rispettivi tal-PEV,
– wara li kkunsidra r-Rapporti ta' Progress tal-PEV dwar l-Armenja, l-Azerbajġan, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Ġeorġja u l-Ukraina adottati mill-Kummissjoni fit-12 ta' Mejju 2010,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni kunkluż mal-Federazzjoni Russa, u n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar Ftehim ġdid bejn l-UE u r-Russja,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2008 bl-isem 'Is-Sħubija tal-Lvant' (COM(2008)0823),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009,
– wara li kkunsidra l-progress reċenti fid-djalogu dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi mal-pajjiżi mir-reġjun,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat[2],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Moldova, il-Federazzjoni Russa, it-Turkija, l-Ukraina u l-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Kawkasu, kif ukoll dwar il-Politika Marittima Integrata,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0378/2010),
A. billi r-reġjun tal-Baħar l-Iswed hu pont strateġiku li jgħaqqad lill-Ewropa maż-żona tal-Baħar Kaspju, l-Ażja Ċentrali u l-Lvant Nofsani u anke max-Xlokk tal-Ażja u taċ-Ċina, u hu kkaratterizzat b'rabtiet mill-qrib u potenzjal kbir, imma anke b'diversitajiet u rivalitajiet; billi r-reġjun jinkludi l-Bulgarija, il-Greċja u r-Rumanija, li huma Stati Membri tal-UE, it-Turkija li huwa pajjiż kandidat, u l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorgja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina li huma sħab tal-PEV, kif ukoll il-Federazzjoni Russa bħala sieħba strateġika,
Β. billi r-reġjun tal-Baħar l-Iswed huwa ta’ importanza strateġika għall-UE; billi l-Baħar l-Iswed huwa parzjalment intern għall-UE u ġeografikament, fil-parti l-kbira tiegħu, baħar Ewropew, u dan iwassal kemm għal sfidi u opportunitajiet kondiviżi għall-UE u l-pajjiżi tar-reġjun, kif ukoll għal ħtieġa komuni li jiġi żgurat li jkun hemm spazju ta’ paċi, demokrazija, sigurtà, stabilità, kooperazzjoni reġjonali u prosperità sostenibbli madwar il-Baħar l-Iswed, billi, fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, hemm bżonn ta' approċċ koeżiv, sostenibbli u strateġiku,
C. billi r-reġjun tal-Baħar l-Iswed hu ambjent soċjalment, kulturalment u reliġjożament għani fejn id-djalogu interkulturali u interreliġjuż għandu jiżvolġi rwol ċentrali,
D. billi s-Sinerġja tal-Baħar l-Iswed (SBI) kellha l-mertu li tirrikonoxxi r-reġjun tal-Baħar l-Iswed bħala wieħed strateġiku għall-UE, kif ukoll il-bżonn li jissaħħaħ l-involviment tal-UE f'din iż-żona; billi r-riżultati tal-SBI s'issa kienu pjuttost limitati u ma teżisti l-ebda stampa ċara u komprensiva tar-riżultati tal-implimentazzjoni attwali tal-SBI, u dan qiegħed iwassal biex l-UE tkun esposta għall-kritika li m'għandhiex viżjoni strateġika għar-reġjun u li qed tapplika approċċ frammentat fir-rigward tal-implimentazzjoni,
E. billi ma tfassal l-ebda Pjan ta' Azzjoni li jistipula objettivi u punti ta' referenza konkreti, u mekkaniżmi ta' rappurtaġġ, monitoraġġ, valutazzjoni u segwitu kif kien talab il-Parlament saħansitra fl-ewwel riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Baħar l-Iswed,
F. billi ħareġ biss rapport ta' progress wieħed, fl-2008, li ma ġie segwit bl-ebda mekkaniżmu ta' rappurtaġġ regolari; billi ma twettqux ħafna proġetti u s'issa tnediet biss Sħubija dwar l-Ambjent,
G. billi mill-2008 ma saret l-ebda konferenza ministerjali, fatt li jenfasizza n-nuqqas ta' viżibilità tal-SBI u ta' viżjoni strateġika u gwida politika għaliha,
H. billi l-isforzi li saru s'issa, filwaqt li ta' min ifaħħarhom, kienu mxekkla b'mod serju minħabba organizzazzjoni amministrattiva fqira, nuqqas ta' impenn istituzzjonali u politiku, u nuqqas ta' riżorsi umani u riżorsi finanzjarji dedikati,
I. billi seħħew ħafna żviluppi fir-Reġjun tal-Baħar l-Iswed mill-2008, u minkejja li jidher li l-kooperazzjoni reġjonali qiegħda tavvanza f’ċerti oqsma tekniċi bħalma huma l-ambjent, l-edukazzjoni, ir-riċerka u t-teknoloġija, kif ukoll fl-approssimazzjoni normattiva, għadd ta’ sfidi bħalma huma l-kunflitti mtawla fil-Kawkasu u t-Transnistrija, is-sigurtà marittima u l-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ, il-militarizzazzjoni, il-popolazzjonijiet spustjati u d-deterjorament tat-tmexxija demokratika għadhom jippersistu u saħansitra żdiedu fl-intensità,
J. billi l-missjoni tal-Presidenza Franċiża, flimkien ma’ azzjoni mal-Istati Membri, uriet l-impenn tal-UE li trażżan u ssolvi l-kunflitt fil-Ġeorġja,
K. billi r-reġjun tal-Baħar l-Iswed għandu importanza ġeostrateġika għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE fir-rigward, b’mod partikolari, tad-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija,
L. billi inizjattivi oħrajn tal-UE li jinvolvu l-pajjiżi tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed m'għandhomx jitqiesu bħala kompetizzjoni għall-SBI, iżda aktar bħala komplementari,
M. billi l-Kummissjoni ntalbet tiżviluppa Strateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju, li għandha tqis l-interkonessjoni mill-qrib tiegħu mar-reġjun tal-Baħar l-Iswed,
1. Jikkunsidra li, minħabba l-importanza strateġika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed għall-UE u r-riżultati pjuttost limitati tal-SBI, għandha titnieda strateġija li ssaħħaħ il-koerenza u l-viżibilità tal-azzjoni tal-UE fir-reġjun u li l-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed tal-UE għandha tkun parti integrali mill-viżjoni tal-politika dwar is-sigurtà u l-affarijiet barranin aktar estiża tal-UE;
2. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ifasslu strateġija għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, b'mod parallel mar-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, biex b’hekk jiġi definit approċċ integrat u komprensiv tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet tar-reġjun, bi pjan ta’ azzjoni dettaljat, objettivi ċari, inizjattivi eżemplari u punti ta’ referenza; jemmen li l-istrateġija se tiżgura l-koordinazzjoni effettiva tal-attivitajiet u t-tqassim tax-xogħol;
3. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u s-SEAE biex regolarment jerġgħu jeżaminaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija billi jistabbilixxi mekkaniżmi konkreti ta’ monitoraġġ, valutazzjoni, segwitu u rappurtaġġ; iħeġġeġ li l-kumitati tal-Parlament Ewropew rilevanti jiġu kkonsultati fl-istadji ewlenin ta’ dan il-proċess;
4. Jirrakkomanda li hemm bżonn li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-politika fil-livell tal-UE u l-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed;
5. Jenfasizza li l-Istati Membri tal-UE għandhom jaqblu rigward prijoritajiet ċari biex sussegwentement jkun jista’ jitfassal pjan ta’ azzjoni realistiku u finanzjarjament sod, flimkien ma’ sistema korrispondenti għall-evalwazzjoni tal-effikaċità tiegħu;
6. Jenfasizza li jridu jiġu ddedikati r-riżorsi umani adegwati biex jinkisbu l-objettivi tal-istrateġija l-ġdida, b'mod partikulari billi dik l-istrateġija titqies b'mod viżibbli fl-istruttura organizzattiva u l-persunal tas-SEAE;
7. Jilqa’ t-tnedija tal-Programm Operattiv Konġunt għall-Kooperazzjoni Transkonfinali fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed taħt l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija u jemmen li l-ammont kbir ta’ applikazzjonijiet li waslu jirrifletti livell għoli ta’ interess fil-proġetti konġunti ta’ kooperazzjoni fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; ifaħħar l-approvazzjoni ta’ 16-il proġett ġdid mill-Kumitat Konġunt ta’ Monitoraġġ f’Novembru 2010; jemmen, madankollu, li r-rata batuta tal-funzjonament tal-programm tirrifletti n-nuqqasijiet tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament attwali; jindika, b’mod partikolari, id-diffikultajiet legali marbutin mal-ħtieġa li jiġu ffinanzjati l-parteċipanti permezz ta’ strumenti finanzjarji differenti u jistieden lill-Kummissjoni taħseb f'soluzzjonijiet biex telimina tali ostakoli; hu tal-fehma li anke l-proġetti ta' investiment jistgħu jiġu koperti mill-programm;
8. Jitlob sabiex jitfassal Programm Operattiv Konġunt tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed għall-perjodu ta' pprogrammar li jmiss biex jiġu indirizzati u jitkomplew bi sħiħ l-isforzi biex jinkisbu l-objettivi kollha ddikkjarati fid-Dokument ta' Strateġija għall-kooperazzjoni transkonfinali tal-ENPI għall-2007-2013; jenfasizza li għandhom jiġu stabbiliti termini uniformi għar-regolar tal-applikazzjonijiet, biex b'hekk kull entità legali f'kull stat parteċipanti fiż-żona koperta mill-programm tingħata l-opportunità li tapplika bħala l-parteċipant ewlieni; jikkunsidra li l-pajjiżi kollha fil-Programm Operattiv Konġunt tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed għandhom ikunu involuti u inkoraġġuti attivament biex jipparteċipaw fil-perjodu tal-ipprogrammar li jmiss;
9. Huwa konvint, għaldaqstant, li s-suċċess tal-istrateġija jiddependi fuq l-għoti ta’ finanzjament xieraq u identifikabbli; jitlob li tinħoloq linja baġitarja speċifika għall-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed, u għall-Iżvilupp ta' metodi ta' ħlas effiċjenti, imfassla għall-karatteristiki speċifiċi tar-reġjun, u ta' kontrolli tal-użu tal-fondi; jinkoraġġixxi l-finanzjament prijoritarju ta’ proġetti ta’ żvilupp fuq skala żgħira; jistieden lill-Kummissjoni u lir-reġjuni jippromwovu l-proġetti bejn in-nies ("people-to-people") fil-qafas tal-kooperazzjoni transkonfinali u jipprovdu għall-istrument ta’ finanzjament għall-Fond għal Proġetti Żgħar u jsaħħuħ;
10. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ ibbażat fuq il-proġetti bl-intenzjoni li jiġu inklużi l-awtoritajiet lokali, il-komunitajiet kummerċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħra fid-disinn, is-sjieda konġunta u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed; jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed permezz tad-definizzjoni ta’ punti ta' referenza jew ta’ indikaturi xierqa oħra;
11. Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' sinerġiji fost il-politiki varji tal-Unjoni involuti fl-Istrateġija, b'mod partikulari l-Fondi Strutturali, il-Programm Qafas ta' Riċerka u Żvilupp u n-Netwerks Trans-Ewropej ta' Trasport, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati; b'dan il-mod, l-opportunitajiet maħluqa minn inizjattiva ta' żvilupp ekonomiku waħda jkunu jistgħu jiġu adottati minn inizjattiva komplementari oħra;
12. Iqis l-inklussività u s-sjieda reġjonali bħala prinċipji importanti tal-approċċ tal-UE fir-rigward tar-reġjun u jikkunsidra t-Turkija u r-Russja bħala sħab li idealment għandhom ikunu involuti b'mod xieraq fil-kooperazzjoni reġjonali tal-Baħar l-Iswed; jemmen li r-rwol doppju tal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Greċja bħala Stati tax-xtut u Stati Membri tal-UE huwa essenzjali għas-suċċess tal-politika tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed;
13. Jikkunsidra li sabiex tiġi pprovduta viżibilità, gwida strateġika u koordinament ta' livell għoli, il-laqgħat ministerjali bejn l-UE u l-pajjiżi tar-reġjun aktar estiż tal-Baħar l-Iswed għandhom jiġu organizzati fuq bażi regolari u għandhom jinkudu l-atturi u l-pajjiżi kollha fir-reġjun, flimkien mal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed (BSEC), il-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni tal-Baħar l-Iswed kontra t-Tniġġis, il-BERŻ u l-BEI; jinsab konvint li sjalogu istituzzjonali li jressaq flimkien l-UE u l-BSEC jista’ jkun pass lejn ħolqien ta’ sħubija ġenwina fir-reġjun; madankollu, jinnota li attwalment jidher li l-BSEC qed tiffaċċja diffikultajiet strutturali u teħtieġ tixtil u riforma sabiex issir sieħba reġjonali effiċjenti;
14. Jiddeplora l-fatt li l-Forum tal-Baħar l-Iswed għad-Djalogu u s-Sħubija ġie affettwat b'mod negattiv bit-tensjonijiet reġjonali u, b'riżultat ta' dan, għadu ma ġiex stabbilit; jikkunsidra li tali Forum jista' jkollu rwol fil-ġenerazzjoni ta' ideat u fit-trawwim ta' djalogu fost l-atturi reġjonali;
15. Jemmen li l-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed għandha tiġi żviluppata fil-livelli kollha tal-kooperazzjoni reġjonali; jilqa' l-kooperazzjoni parlamentari bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed,
16. Jirrikonoxxi l-importanza tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet interessati għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istrateġija, minħabba r-rabtiet qawwija tagħhom mat-territorju u man-nies lokali; jitlob, għalhekk, li jiġu identifikati l-bżonnijiet tagħhom u li jkunu kompletament involuti fl-istrateġija;
17. Jilqa’ l-ħolqien tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Baħar l-Iswed u jinkoraġġixxi l-koperazzjoni msaħħa fost l-awtoritajiet legali, is-soċjetà ċivili u n-negozju; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ imsaħħaħ lis-soċjetà ċivili, inkluż l-appoġġ lin-netwerks tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jenfasizza r-rwol li għandu s-settur mhux governattiv biex jiżgura kemm l-implimentazzjoni effikaċi tal-attivitajiet tal-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed u s-suċċess tal-miżuri li jibnu l-fiduċja;
18. Jisħaq fuq in-natura komplementari tal-SBI u s-Sħubija tal-Lvant, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu pożittiv mill-approċċi differenti taż-żewġ inizjattivi u tiċċara, fil-livelli kollha, kif dan il-grad sostanzjali ta' komplementarjetà għandu jiġi sfruttat; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jiżgura li s-SEAE jikkoordina b'mod effikaċi l-inizjattivi u l-istrumenti varji użati mill-UE fir-reġjun aktar estiż tal-Baħar l-Iswed;
19. Jilqa' l-iżvilupp tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju, li għandha titlesta sal-aħħar ta' din is-sena, u jitlob li tiġi approvata u biex fl-ewwel parti tal-2011 tinbeda l-implimentazzjoni tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi estiża l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju lejn ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jirrimarka li l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun tad-Danubju se jkompli jsaħħaħ l-importanza ġeostrateġika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed; konsegwentement, filwaqt li jirrikonoxxi n-natura differenti tar-reġjuni u l-fokus ġeografiku distint taż-żewġ strateġiji, jikkunsidra li għandhom ikunu komplementari u jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku;
20. Jisħaq fuq il-fatt li l-objettiv ewlieni tal-UE u l-Istati Membri fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar l-Iswed għandu jkun it-twaqqif ta' spazju ta' paċi, demokrazija, prosperità u stabilità, imsejjes fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jipprovdi għal sigurtà tal-enerġija għall-UE; jikkunsidra li l-governanza tajba, l-istat tad-dritt, il-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali għandhom jikkostitwixxu azzjonijiet prijoritarji;
Is-sigurtà u l-governanza tajba
21. Ifakkar li r-reġjun tal-Baħar l-Iswed jeħtieġ politiki attivi u soluzzjonijiet dewwiema biex jegħleb l-isfidi reġjonali u transnazzjonali konsiderevoli li qed jaffaċawh, bħal pereżempju kunflitti mtawwla, popolazzjonijiet spustjati, tilwim bilaterali, fruntieri magħluqa u rivalitajiet strateġiċi li jwasslu għall-militarizzazzjoni u l-proliferazzjoni tal-armi, governanza u istituzzjonijiet dgħajfa, u d-deterjorament tat-tmexxija demokratika, il-kriminalità u t-traffikar transkonfinali, l-immaniġġjar tal-fruntieri u tal-movimenti u sigurtà u sikurezza marittima fqar;
22. Jisħaq fuq l-importanza vitali li jiġu stabbiliti, imħeġġa u żviluppati relazzjonijiet ta' ġirien tajba bejn il-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed bħala prekundizzjoni għall-kooperazzjoni ta' suċċess, u jqis li hi xi ħaġa inaċċettabbli li r-reġjun għadu qed jiffaċċja l-problema ta' fruntieri magħluqa bejn il-pajjiżi ġirien;
23. Jemmen li l-UE tista’ u għandha tiżvolġi rwol aktar attiv fit-tiswir tal-ambjent ta’ sigurtà tal-Baħar l-Iswed; jitlob involviment imsaħħaħ tal-UE fid-djalogu strateġiku reġjonali u kooperazzjoni tal-UE mas-sħab stateġiċi tagħha dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u dwar prevenzjoni ta’ kunflitti u r-riżoluzzjoni tagħhom, f'konformità mal-liġi internazzjonali; jenfasizza li l-iżvilupp sħiħ tal-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed hu marbut ukoll mal-progress konkret fir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti attwalment mhux riżolti; jistieden, għaldaqstant, lill-UE tinvolvi ruħha b'mod aktar dirett u tieħu rwol mexxej fin-negozjati u l-proċessi għall-paċi, sabiex tintensifika l-miżuri għall-bini tal-fiduċja u l-programmi ta' assistenza bl-intenzjoni li tistabbilixxi l-bażi għal soluzzjonijiet dewwiema u komprensivi u li ttaffi l-konsegwenzi tal-kunflitti għan-nies lokali; ifaħħar il-ħidma tal-EUBAM u tal-EUMM;
24. Jitlob lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex jintensifika l-isforzi sabiex jinkoraġġixxi lir-Russja tikkonforma mal-Pjan fuq sitt punti ta’ Sarkozy biex il-kunflitt fil-Ġeoġja jiġi stabbilizzat u riżolt;
25. Jindika l-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi ta' monitoraġġ u jistieden lill-UE tiżviluppa sistema ta' avviż bikri bħala mezz għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-fiduċja fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, sabiex jiġu evitati d-destabbilizzazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-kunflitti; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lil każijiet konkreti minflok espressjonijiet ġenerali ta’ tħassib; jitlob li jingħata l-kunsiderazzjoni lill-miżuri li jibnu l-fiduċja bħal pereżempju l-iżvelar pubbliku tal-bejgħ tal-armi u tal-attivitajiet militari navali; jesprimi tħassib partikulari dwar l-estensjoni tal-ftehim portwali għall-Flotta tal-Baħar l-Iswed tar-Russja fil-Krimea u l-impatt li jista' jkollu fuq l-istabilità fir-reġjun;
26. Jistieden lill-UE tieħu passi biex tistabbilixxi qafas legali reġjonali u mekkaniżmi li jindirizzaw il-proliferazzjoni tal-armi fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed;
27. Jitlob li l-kriminalità u t-traffikar transkonfinali, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw id-drogi u l-bnedmin, jiġu indirizzati fl-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed, kif ukoll li l-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-movimenti tkompli tissaħħaħ;
28. Jenfasizza l-ħtieġa għal ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u minnu permezz tat-tisħiħ tal-integrazzjoni politika, ekonomika u soċjali tal-immigranti, ibbażata fuq il-prinċipji tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni tal-UE;
29. Jinnota ż-żieda fl-għadd ta' inċidenti fil-baħar f'dawn l-aħħar snin, li laqtu bnedmin u għamlu danni ambjentali, u l-fatt li l-istati tax-xtut ma rnexxilhomx iwettqu operazzjonijiet ta’ salvataġġ koordinati u ta’ suċċess; f’dan ir-rigward jitlob lill-UE tuża l-Politika Marittima Integrata biex tikkoordina l-attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ u ta’ prevenzjoni tal-inċidenti fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jitlob għall-istabbiliment ta’ strateġija ta’ sorveljanza tal-Baħar l-Iswed;
30. Jemmen li strateġija ta’ sigurtà għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed għandha tinkorpora wkoll l-objettivi tat-titjib tal-governanza, it-tmexxija demokratika, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-kapaċitajiet statali; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jintegraw fil-kurrent dominanti l-inizjattivi għall-bini tal-istituzzjonijiet u l-governanza demokratika li huma indispensabbli għal kwalunkwe stat li jixtieq jiżviluppa b’suċċess; jenfasizza li l-objettiv li jitjiebu l-governanza, l-istat tad-dritt u l-istrutturi tal-istat fl-ex stati Sovjetiċi fir-reġjun, hu fih innifsu strateġija ta’ sigurtà, billi l-falliment totali jew parzjali min-naħa tal-istat u l-istaġnar politiku joħolqu l-kundizzjonijiet għal interferenza esterna u theddid transnazzjonali;
31. Jenfasizza li l-istrateġija tal-UE għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed trid tqiegħed enfasi kbira fuq id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u t-tisħiħ tad-demokrazija fir-reġjun kollu, li għandu jinkludi l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni ta’ suċċess fost l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tagħha;
32. Jinnota li r-rispett dejjem jikber għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja huwa fost il-prijoritajiet tal-UE; jindika li vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem iseħħu ta' kuljum fl-Ossezja t'Isfel u l-Abkhazia okkupati; jistieden lill-UE, u b’mod partikolari lis-SEAE, għalhekk, jirreaġixxu b’mod attiv għal kull forma ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed;
33. Jenfasizza r-rwol importanti li għandha l-OSKE fir-reġjun u jqis li hu essenzjali li l-UE tikkoopera mal-OSKE fl-oqsma tal-bini tal-istituzzjonijiet, l-istat tad-dritt, l-osservazzjoni tal-elezzjonijiet, il-libertà medjatika u d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;
L-enerġija, it-trasport u l-ambjent
34. Jikkunsidra, minn naħa waħda, li r-reġjun tal-Baħar l-Iswed hu ta’ importanza strateġika għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE u għad-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-UE u, f'dan ir-rigward, itenni l-importanza urġenti ta’ strateġija koerenti għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed; min-naħa l-oħra, jikkunsidra li l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u l-ambjent huma kruċjali għall-iżvilupp armonjuż u sostenibbli tar-reġjun; jilqa' t-tnedija tas-Sħubija Ambjentali, filwaqt li jistenna bil-ħerqa t-tnedija taż-żewġ sħubiji oħra, fl-oqsma tat-trasport u l-enerġija; jitlob li jiġu implimentati malajr u b'mod effiċjenti; hu tal-fehma li l-iżvilupp ta' qafas legali komuni fil-livell reġjonali jkun ta' benefiċċju kbir f'termini ta' kooperazzjoni u sinerġiji iktar effikaċi dwar dawn il-kwistjonijiet; jemmen li t-twaqqif ta’ netwerks professjonali u istituzzjonali u s-sostenn għalihom jistgħu isaħħu l-kapaċità għal teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv u effiċjenti;
35. Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni multilaterali tal-enerġija fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u t-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija jipprovdu l-prinċipji ewlenin għaliha; jappoġġja l-integrazzjoni sħiħa tas-suq u l-integrazzjoni regolatorja sħiħa abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-enerġija u l-ambjent u jħeġġeġ lill-pajjiżi fir-reġjun aktar estiż tal-Baħar l-Iswed jieħdu sehem fit-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija u fl-assistenza mill-UE, mill-BEI u mill-BERŻ għall-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed;
36. Jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jadottaw approċċ komuni fir-rigward tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, bl-għan li jinkiseb l-objettiv fit-tul tal-UE ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-istabilità fil-viċinat tagħha;
37. Ifakkar fil-ħtieġa ta’ azzjoni aktar enerġika mill-Kummissjoni bħala appoġġ għall-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass u għal qafas normattiv komuni għall-promozzjoni ta’ suq tal-gass trasparenti, kompetittiv u bbażat fuq ir-regoli; jistieden lill-UE tiżviluppa, fl-istess ħin, b’mod attiv kooperazzjoni mal-Istati fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u toffrilhom opportunitajiet akbar biex jappoġġjaw proġetti tal-enerġija ta’ interess għall-UE; jilqa’, f'dan ir-rigward, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna mal-Komunità tal-Enerġija;
38. Jenfasizza l-urġenza li tiġi stabbilita l-Assemblea Parlamentari Euronest, li se tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sħubija tal-Lvant u għalhekk se jkollha impatt pożittiv fuq il-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-enerġija;
39. Ifakkar fl-għan tal-UE li tiddiversifika r-rotot u s-sorsi ta’ provvista, kif ukoll it-tfassil ta’ politika tal-enerġija komuni tal-UE; itenni l-importanza tal-proġetti tal-Kuritur ta' Nofsinhar, b'mod partikulari l-importanza fundamentali għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa tal-proġett prijoritarju strateġiku ta' Nabucco u tat-twettiq ta' malajr tiegħu; jieħu nota tal-proġett South Stream; jenfasizza, ulterjurment, is-sinifikat tat-trasport tal-Gass Naturali Likwifikat (LNG) lejn l-Ewropa, fil-forma tal-proġett AGRI u l-iżvilupp tat-terminals tal-LNG fil-portijiet tal-Baħar l-Iswed u tas-Sistema ta' Pajpijiet taż-Żejt Pan-Ewropea Constanta-Trieste;
40. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonkludi ftehimiet mal-pajjiżi fornituri potenzjali għas-sistema tal-pajpijiet ta' Nabucco sal-aħħar tal-2011;
41. Jikkunsidra li l-Pakkett tal-Infrastruttura tal-Eneġija li jitressaq dalwaqt mill-Kummissjoni irid ipoġġi enfasi kbira fuq il-proġetti tal-enerġija proposti fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rotot ta' tranżitu li jgħaddu mill-istati fir-reġjun jistgħu jtejbu b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-provvista tal-UE;
42. Jenfasizza l-potenzjal li joffru s-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li jistgħu jagħtu kontribut kbir għal ġejjieni b'sigurtà tal-provvista tal-enerġija f'livell globali u għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tax-xtut tal-Baħar l-Iswed jisfruttaw dan il-potenzjal;
43. Jitlob li s-sħubija UE-reġjun tal-Baħar l-Iswed tinkludi t-trasferiment ta' għarfien u teknoloġija fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-appoġġ tekniku għat-tfassil tas-sistemi ta' distribuzzjoni, u jirrimarka li l-iffrankar tal-enerġija huwa ċentrali biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista; jappoġġa riċerka dwar sorsi tal-enerġija alternattivi u, b'mod partikulari, dwar l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija, li huma essenzjali jekk irridu nindirizzaw l-isfidi tat-tibdil fil-klima u nikkontribwixxu għall-isforzi globali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra;
44. Jappoġġa l-iżvilupp kontinwu ta' inizjattivi taħt il-programmi TRACECA u INOGATE; jistieden lill-UE tkompli ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-proġetti ta' infrastruttura fir-reġjun, direttament u permezz tal-koordinament ta' kontributuri u investituri oħrajn;
45. Jikkunsidra li, għall-finijiet tal-kummerċ internazzjonali u t-trasport tal-idrokarburi fir-reġjun, huwa essenzjali li jiġu żviluppati l-portijiet tal-UE fil-Baħar l-Iswed u dawk marittimi tad-Danubju, inklużi t-terminals taż-żejt u tal-gass u l-arranġamenti ta’ trasport intermodali; Jikkunsidra li hemm bżonn tiġi mmodernizzata l-infrastruttura fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u li jiġu stabbiliti l-konnessjonijiet mal-kurituri ta' trasport Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu t-tlestija tal-proġetti prijoritarji tat-trasport trans-Ewropew fuq il-linja tal-assi 7, 18, 21 u 22, kif previst fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida Komunitarji sabiex jiġi żviluppat network trans-Ewropew tat-trasport, u l-assimilazzjoni kif progressiva tagħhom fil-kuritur TRACECA, l-assi ċentrali, l-assi tax-Xlokk u r-rotot tat-trasport marittimu internazzjonali, kif definiti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar 'L-estensjoni tal-assi tat-trasport trans-Ewropej prinċipali għall-pajjiżi ġirien - Linji Gwida għat-trasport fl-Ewropa u fir-reġjuni ġirien' (COM(2007)0032) u tal-Kurituri ta' Trasport Pan-Ewropej nri 8 u 9;
46. Jistieden lill-istati tax-xtut tal-Baħar l-Iswed jikkonkludu memorandum ta' fehim dwar l-iżvilupp tal-kurituri marittimi tal-Baħar l-Iswed u jitlob lill-Kummissjoni tiftaħ linja baġitarja tat-TEN-T b'finanzjament għall-kurituri marittimi tal-Baħar l-Iswed simili għal dawk li diġà jeżistu għall-kurituri marittimi tal-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran;
47. Jilqa l-azzjoni meħuda biex l-Ispazju Komuni tal-UE għall-Avjazzjoni jiġi estiż għall-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed; jistieden lill-Kummissjoni tkompli d-djalogu mar-Repubblika tal-Moldova rigward il-liberalizzazzjoni tat-trasport tal-ajru tagħha u tiftaħ malajr in-negozjati għall-aċċess tar-Repubblika tal-Moldova għall-Ispazju Komuni tal-UE għall-Avjazzjoni;
48. Jenfasizza l-importanza tal-Baħar l-Iswed bħala riżorsa naturali u jesprimi tħassib kbir dwar il-qagħda ambjentali fir-reġjun; jenfasizza l-ħtieġa biex jinstab bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku u l-ħarsien ambjentali, u l-ħtieġa għal approċċ komuni għal din l-isfida, u għaldaqstant jisħaq fuq il-ħtieġa għal implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tal-Baħar l-Iswed kontra t-Tniġġis;
49. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lir-rekwiżiti tal-effiċjenza tal-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent u l-klima meta tkun qiegħda tiffinanzja proġetti infrastutturali, li għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ambjentali pożittiva; ifakkar fl-isfidi li jirriżultaw mill-effetti tat-tibdil fil-klima għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed u għalhekk iħeġġeġ biex ikun hemm aktar kooperazzjoni fost il-pajjiżi tax-xtut tal-Baħar l-Iswed, speċjalment fil-qasam tal-prevenzjoni tal-emerġenzi;
50. Jistieden lill-UE tinkludi r-reġjun tal-Baħar l-Iswed fil-Politika Marittima Integrata u b’mod partikolari fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) fuq livell ugwali ma’ baċiri Ewropej oħra; l-UE għandha tagħmel l-isforzi diplomatiċi meħtieġa kollha biex tikkonvinċi lill-istati tal-Baħar l-Iswed li mhumiex fl-UE jikkonformaw kemm jista’ jkun mal-prinċipji tal-PKS; jenfasizza l-importanza li jinħoloq korp separat għall-ġestjoni ta’ stokks komuni għall-Baħar l-Iswed u li jiġi applikat il-mekkaniżmu tal-pjanijiet għall-ġestjoni multiannwali;
L-iżvilupp ekonomiku, soċjali u uman
51. Jemmen li għandu jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u uman tar-reġjun b’mod ġenerali; jagħti importanza partikolari lir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fir-reġjun; jindika li r-reġjun għandu riżorsi naturali straordinarji li jistgħu jinkuraġġixxu tkabbir ekonomiku mgħaġġel; jenfasizza li l-ġestjoni xierqa ta’ dawn ir-riżorsi hija vitali għall-faċilitazzjoni ta’ dan l-iżvilupp;
52. Jenfasizza li aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-intensifikazzjoni tal-kummerċ intrareġjonali huma essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun; jenfasizza l-importanza għall-popolazzjoni lokali u s-sħab kummerċjali tar-reġjun li jiġi stabbilit spazju ta’ opportunità ekonomika u prosperità fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jenfasizza l-ħtieġa li r-reġjun isir aktar attraenti għall-investituri permezz tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu u tal-iżvilupp tal-portijiet u tal-kosta; jappoġġa l-Politika Marittima Integrata tal-UE, li l-għan tagħha hu l-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni marittimi, iżda iqis b'dispjaċir li d-dimensjoni tagħha tal-Baħar l-Iswed ftit hija żviluppata; jilqa’ r-riżultati miksuba fil-qasam ta' kooperazzjoni dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u t-teknoloġija; għal darb'oħra jappoġġa l-għan li jiġu promossi l-iżvilupp soċjali u soċjetà ċivili b’saħħitha; jenfasizza li l-UE għandha tkompli sejra bid-djalogu tagħha dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi mal-pajjiżi tar-reġjun;
53. Jinsab konvint li l-UE għandha tiżvolġi rwol akbar fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed billi toffri lill-pajjiżi fir-reġjun aktar prospetti għal integrazzjoni aktar mill-qrib mal-UE; jenfasizza li l-opportunitajiet għal-liberalizzazzjoni kummerċjali u l-ħolqien ta’ spazju ta’ kummerċ ħieles skont il-prinċipji tad-WTO għandhom jitqiesu b'attenzjoni, jiġu eżaminati u promossi bir-reqqa;
54. Jiġbed l-attenzjoni għas-sħubija strateġika li ilha teżisti bejn l-UE u r-Russja u l-interess komuni taż-żewġ pajjiżi fit-tisħiħ tal-investiment u l-kummerċ bilaterali, fl-iffaċilitar u l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fl-ekonomija globali u fit-tisħiħ u l-iżvilupp tal-kompetizzjoni, inkluż fir-Reġjun tal-Baħar l-Iswed;
55. Jirrikonoxxi li l-kriżi finanzjarja globali laqtet lir-reġjun tal-Baħar l-Iswed ħażin, peress li waqqfet ħesrem kemm perjodu ta’ tkabbir li kellu medja ta’ 6% fis-sena, kif ukoll l-influss ta’ kapital barrani meħtieġ għall-iżvilupp ekonomiku ulterjuri tal-Istati tal-Baħar l-Iswed, u qiegħdet lis-sistema finanzjarja reġjonali taħt pressjoni qawwija; jenfasizza li dan kollu jeħtieġ jiġi indirizzat permezz tat-tisħiħ tar-regolamenti finanzjarji u bankarji, it-titjib tal-kredibilità u t-trasparenza fiskali, il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxi, l-evażjoni tat-taxxi u l-korruzzjoni, l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni fost organizzazzjonijiet reġjonali bħall-BSEC;
56. Iħeġġeġ l-iżvilupp, fil-kuntest tal-Istrateġija, ta' approċċ integrat u l-użu tal-prinċipji stabbiliti sew tal-Politika ta' Koeżjoni u l-Politika tal-Viċinat tal-UE, li jistgħu jgħinu biex jinkisbu riżultati effikaċi filwaqt li jiġi ffaċilitat il-proċess ta' bini tal-kapaċitajiet għar-reġjuni li għadhom lura; jemmen, b'mod partikulari, li l-kooperazzjoni transkonfinali bejn ir-reġjuni għandha tissaħħaħ, sabiex jiġu indirizzati problemi komuni permezz ta' azzjoni koordinata; jinnota li r-Raggruppament Ewropew għal Kooperazzjoni Territorjali (REKT) joffri qafas xieraq ta' kooperazzjoni għal governanza strutturata u f'diversi livelli; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modijiet kif jistgħu jiġu kkoordinati aħjar l-istrumenti Ewropej varji li jipprovdu għall-kooperazzjoni transkonfinali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni;
57. Jirrimarka li l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni huwa ta' importanza kruċjali għall-oqsma ta' kooperazzjoni kollha, peress li reġjuni b'esperjenza twila fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proġetti jistgħu jgħinu lil reġjuni oħrajn itejbu l-prestazzjoni tagħhom;
58. Iqis li t-titjib tal-kapaċità amministrattiva tal-partijiet interessati lokali u reġjonali kollha fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed huwa vitali sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni effiċjenti u ġestjoni finanzjarja tajba tal-proġetti tal-UE, trasparenza u responsabbiltà ikbar u żvilupp territorjali bbilanċjat madwar ir-reġjun;
59. Jenfasizza l-importanza tal-faċilitazzjoni tal-viżi u l-mobilità tal-persuni fir-reġjun u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra li tistabbilixxi skemi preferenzjali tal-viżi għan-negozjanti, għall-persunal akkademiku, għaż-żgħażagħ, għall-uffiċjali lokali u gruppi oħra bil-għan li jissaħħu l-kuntatti tul ir-reġjun kollu u b’mod partikolari f'dak li għandu x’jaqsam mal-bini tal-fiduċja; iħeġġeġ l-iżvilupp taħt il-patronċinju tal-UE ta’ proġetti konġunti relatati mal-promozzjoni tal-wirt kulturali u t-turiżmu fir-reġjun;
60. Jemmen li programmi li jippromwovu djalogu interkulturali u bejn ir-reliġjonijiet jeħtieġu inkuraġġiment sostnut sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni fir-reġjun, li inizjattivi konġunti fil-qasam tal-edukazzjoni u l-midja huma meħtieġa ħafna sabiex jinħolqu u jiġu kkonsolidati r-rabtiet sinifikattivi bejn il-poplu u dawk li jinfluwenzaw l-opinjonijiet fir-reġjun u li inizjattivi bħan-Netwerk ta’ Universitajiet tal-Baħar l-Iswed jipprovdu eżempji tajbin ta’ kif l-interazzjoni akkademika tista’ tqanqal sinerġiji pożittivi fir-reġjun; jitlob li jissaħħu n-netwerks akkademiċi u tal-istudenti, l-infrastrutturi elettroniċi u l-proġetti ta' riċerka kollaborattiva; jilqa’ l-inizjattiva biex jitwaqqaf u jiġi appoġġjat Kulleġġ tal-Baħar l-Iswed biex irawwem fl-iżvilupp ta’ klassi elitista reġjonali li tqis il-kooperazzjoni bħala metodu naturali kif jiġu indirizzati l-isfidi komuni;
61. Jirrikonoxxi r-riżultati tal-proġett tal-Interkonnessjonijiet tal-Baħar l-Iswed bit-twaqqif ta’ netwerk reġjonali ta’ riċerka u edukazzjoni fir-reġjun aktar estiż tal-Baħar l-Iswed u r-rabta tiegħu mal-GEANT u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa proġetti ta’ riċerka fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed bħalma huma l-proġetti HP-SEE, SEE-GRID, SCENE, CAREN u BSRN;
*
* *
62. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u l-pajjiżi kollha tal-Baħar l-Iswed.
NOTA SPJEGATTIVA
I. Introduzzjoni
L-importanza strateġika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed għall-UE ġiet rikonoxxuta fl-2007. Fil-kuntest tal-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija għall-UE, il-Baħar l-Iswed sar bħar parzjalment intern tal-UE. Meta l-iżviluppi f'dan ir-reġjun, li jinsab f'pożizzjoni strateġika fejn jingħaqdu l-Ewropa, l-Ażja Ċentrali u l-Lvant Nofsani, beda jkollhom impatt dirett fuq l-affarijiet interni tal-UE, l-UE rrikonoxxiet il-ħtieġa li jkun hemm iktar riflessjoni fuq l-involviment iktar b'saħħtu tagħha fiż-żona.
Dan irriżulta fit-tnedija ta' approċċ politiku ġdid tal-UE fir-rigward tar-reġjun, imsejjaħ is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed. Is-Sinerġija kienet proposta mill-Kummissjoni Ewropea f'April 2007. Din tikkostitwixxi l-approċċ politiku attwali tal-UE fir-rigward tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed u tnediet uffiċjalment f'livell għoli u b'mod konġunt mill-UE u l-atturi tal-Baħar l-Iswed fil-Konferenza Ministerjali ġewwa Kiev tal-pajjiżi tal-UE u ż-żona tal-Baħar l-Iswed iktar wiesgħa fi Frar 2008.
Skont id-definizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed jiġbor fih għaxar pajjiżi: 3 Stati Membri tal-UE (il-Bulgarija, il-Greċja u r-Rumanija), pajjiż kandida (it-Turkija), 5 pajjjiżi ġirien tal-Ewropa tal-Lvant (l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorgja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina) u r-Russja bħala sieħba strateġika.
L-għan tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huwa li tiżviluppa kooperazzjoni reġjonali kemm bejn l-UE u r-reġjun, kif ukoll fi ħdan ir-reġjun. Hija maħsuba bħala għodda flessibbli u kumplementari għar-relazzjonijiet bilaterali diġà eżistenti tal-UE mal-pajjiżi tar-reġjun. Għandha l-għan li trawwem kooperazzjoni u sinerġiji bejn il-pajjiżi tar-reġjun mal-għan li r-reġjun tal-Baħar l-Iswed jiġi ttrasformat fi spazju ta' stabilità, sigurtà, demokrażija u prosperità. Hija tissuġġerixxi 13-il qasam ta' kooperazzjoni li jippresupponu involvement ikbar tal-UE fir-reġjun. Il-prinċipji ta' inklussività u sjieda reġjonali huma fiċ-ċentru tal-inizjattiva.
Il-Parlament Ewropew esprima l-pożizzjoni u l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien u t-tnedija tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed fir-Rapport tiegħu ta' Jannar 2008. B'mod parallel, talab l-elaborazzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni dettaljat b'punti ta' referenza u objettivi konkreti, kif ukoll ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ u segwitu.
L-aħħar document maħruġ mill-UE dwar is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed tmur lura għal Ġunju 2008 u tindirizza l-valutazzjoni tal-ewwel sena tal-implimentazzjoni tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed. Wara li tippreżenta r-riżultati f'oqsma varji, il-KE tipproponi żvilupp ulterjuri tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed permezz tat-twaqqif ta' objettivi li jistgħu jitkejlu u sħubija settorjali biex jiġu ffaċilitati l-proġetti konġunti; il-ħolqien ta' Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Baħar l-Iswed, it-tisħiħ tan-netwerks akkademiċi u tal-istudenti u l-ħolqien ta' Istitut għall-Istudji Ewropej fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed.
II. Il-kunċett ta' Rapport dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed
Hemm tliet raġunijiet ewlenin favur rapport ġdid tal-Parlament Ewropew dwar ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed.
L-ewwel nett, hemm bżonn ta' valutazzjoni aġġornata tal-azzjoni tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, tliet snin wara li nħolqot is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed. Analiżi tas-sitwazzjoni attwali l-ewwel nett tindika nuqqas ta' stampa ċara, komprensiva u aġġornata dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed. Ir-raġuni għal dan parzjalment hija n-nuqqas ta' mekkaniżmu ta' rapportar regolari u ta' kwalunkwe attività ta' rapportar wara l-2008. Dan qiegħed iwassal għal kritika ta' approċċ frammentat applikat għall-preżenza tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed fejn qed tittieħed azzjoni limitata biss f'oqsma speċifiċi ta' kooperazzjoni reġjonali. Minkejja r-rakkomandazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2008, għadhom ma ġew stabbiliti l-ebda Pjan ta' Azzjoni u mekkaniżmi ta' monitoraġġ, valutazzjoni u segwitu għas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed.
Il-fenomenu ta' frammentazzjoni qiegħed jiġi rifless ukoll fil-qasam finanzjarju. Is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed attwalment hija ffinanzjata minn strumenti varji tal-UE (l-ENPI, l-IPA u l-FEŻR) b'viżibilità żgħira tas-sorsi disponibbli u b'diffikultajiet maniġerjali relatati mal-bżonn li jiġu kkoordinati oqfsa finanzjarji varji. Dan iwassal għal nuqqas ta' kuxjenza dwar il-mezzi biex isir aċċess għall-fondi tal-UE għall-kooperazzjoni reġjonali fl-ispazju tal-Baħar l-Iswed. Matul ir-Rebbiegħa li għaddiet saħansitra kien hemm deċiżjoni mill-KE li jiġu riallokati 1.5 miljun euro minn proġett pilota dwar l-ambjent u l-iżvilupp tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed (minn total ta' 2 miljun euro jew 75%) fil-Baġit tal-UE 2010 għal proġett pilota ieħor tal-UE dwar is-settur tal-banana fil-pajjiżi tal-AKP.
Raġuni oħra tirriżulta mill-analiżi tal-kisbiet konkreti li jistgħu jiġu identifikati fis-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed, u li jidhru limitati. Wieħed jista' jirrikonoxxi li l-merti ewlenin tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed jikkonsistu fir-rikonoxximent tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed bħala strateġikament importanti għall-UE u fir-rikonoxximent tal-ħtieġa ta' involvement ikbar tal-UE f'dan l-ispazju. Fil-perjodu 2007-2008, żgurat ukoll attenzjoni ta' livell għoli fir-rigward tal-kwistjoni fil-livell tal-UE, kif ukoll impetus politiku għat-tnedija u r-realizzazzjoni ta' din l-inizjattiva tal-UE fir-reġjun t al-baħar l-Iswed.
Eżami settorjali tar-riżultati jwassal għall-konklużjoni li nkiseb progress fl-approssimazzjoni normattiva u f'oqsma pjuttost tekniċi bħalma huma l-ambjent, ir-riċerka jew l-edukazzjoni. Probabilment, l-iktar riżultat tanġibbli huwa t-tnedija tas-Sħubija Ambjentali f'Marzu 2010.
Minkejja dan, inkiseb ħafna inqas fil-qasam tal-implimentazzjoni, fejn setturi bħalma huma l-istabilità, id-demokrazija u l-governanza tajba apparentament kellhom inqas progress f'kuntest ta' deterjorament tat-tmexxija demokratika f'bosta stati tal-Baħar l-Iswed u tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ġeorġja fl-2008. Wieħed jista' jikkonkludi wkoll li l-isfidi f'dawn l-oqsma mhux biss għadhom jippersistu, iżda żdiedu wkoll fl-intensità. Minkejja dan, inħoloq Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Baħar l-Iswed u jidher li qed isir kull sena, filwaqt li l-UE write il-kapaċità tagħha li jkulla rwol effikaċi fl-immaniġġjar tal-kunflitti waqt il-medjazzjoni tagħha tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ġeorġja.
B'mod ġenerali, din l-istampa ta' frammentazzjoni, nuqqas ta' monitoraġġ u riżultati limitati twassal għall-konklużjoni li s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed attwalment marret lura f'termini ta' viżibilità. Dan l-aspett huwa intensifikat ukoll bil-fatt li ma saret l-ebda Laqgħa Ministerjali wara l-2008, iddedikata għal din il-politika tal-UE.
Dan iwassal lir-Rapporteur għat-tielet raġuni li titlob viżjoni strateġika, approċċ integrat u viżibilità ta' azzjoni future tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed. Ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-proposta biex titnieda Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed hija l-aħjar mod biex jiġu indirizzati l-elementi msemmija hawn fuq. Tali pożizzjoni tqis ukoll il-kuntest attwali tat-tfassil tal-Istrateġiji tal-UE għall-makroreġjuni, bħalma huma l-istrateġija għad-Danubju u dik għall-Baħar Baltiku.
III. Rakkomandazzjonijiet ewlenin
Filwaqt li tibni fuq il-merti tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed, l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed għandha ddaħħal fis-seħħ qfas politiki aktar b'saħħtu u żżid l-involviment tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed.
Mill-perspettiva tal-qafas politiku, l-Istrateġija għandha tiżgura approċċ integrat tal-UE fir-rigward tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed. Għandha tipprevedi wkoll l-elaborazzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni b'objettivi ċari, azzjonijiet prijoritarji, benchmarks u inizjattivi ewlenin. Biex tinkiseb implimentazzjoni effiċjenti, jeħtieġ li jitfasslu mekkaniżmi għal rappurtar, monitoraġġ, evalwazzjoni u segwitu regolari.
Ir-Rapporteur jemmen li għandha ssir enfasi wkoll fuq l-iżgurar ta' riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex l-Istrateġija tirnexxi. Il-ħtieġa għal finanzjament dedikat u konċentrat tidher b'mod ċar mill-analiżi attwali tas-sitwazzjoni. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi li tinħoloq linja baġitarja separata tal-UE għall-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed. Fil-qasam tar-riżorsi umani, is-SEAE futur għandu jiżgura persunal biżżejjed għal żvilupp u ġestjoni effiċjenti tal-Istrateġija.
Biex jiġu żgurati linji gwida strateġiċi u koordinament ta' livell għoli, hemm ukoll ħtieġa ċara li jsiru Laqgħat Ministerjali regolari bejn l-UE u l-pajjiżi tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed. Tali laqgħat għandhom jinvolvu lill-atturi kollha fir-reġjun u jekk ikun possibbli għandhom isegwu l-mudell tal-Konferenza Ministerjali ta' Kiev li saret fi Frar 2008. Ir-Rapporteur tal-fehma li t-Turkija u r-Russja huma sħab kruċjali f'din l-inizjattiva, filwaqt li l-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Greċja għandu jkollhom rwol ewlieni fir-rwol doppju tagħhom ta' Stati Membri tal-UE u pajjiżi littorali tal-Baħar l-Iswed.
Fl-aħħar nett, id-djalogu u t-twettiq fil-prattika tal-Istrateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed għandhom jiġu żviluppati fil-livelli kollha ta' koperazzjoni reġjonali. Id-dimensjoni parlamentari u l-livell lokali ta' koperazzjoni (bejn l-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u n-negozju) huma importanti f'dan is-sens.
Ir-Rapporteur jemmen li l-objettivi ewlenin ta' Strateġija tal-Baħar l-Iswed għandhom jinkludu l-bini ta' żona ta' paċi, stabbiltà u prosperità fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, kif ukoll l-iżgurar tas-sigurtà enerġetika tal-UE. Bħala konsegwenza, is-sigurtà, il-governanza tajba, l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u l-iżvilupp soċjoekonomiku u uman għandhom jitqiesu bħala azzjonijiet prijoritarji.
Fil-qasam tas-sigurtà, ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed għadu jħabbat wiċċu ma' diversi sfidi transnazzjonali li ma jistgħu jiġu injorati u jeħtieġ li jiġu affrontati f'livell reġjonali. Il-kunflitti li jdumu sejrin, tilwimiet bilaterali u fruntieri magħluqa, tendenzi lejn il-militarizzazzjoni u l-proliferazzjoni tal-armi, is-sorveljanza marittima u l-kriminalità transkonfinali huma fost l-isfidi ewlenin. Dawn jiġu affronatati aħjar b'involviment dirett u robust tal-UE.
Dimensjoni tas-sigurtà tal-Baħar l-Iswed għandha bla dubju tinkludi wkoll azzjonijiet riżoluti għat-tisħiħ tat-tmexxija demokratika, il-governanza tajba u l-bini tal-kapaċitajiet tal-Istati.
Rigward l-oqsma tal-Enerġija, it-Trasport u l-Ambjent, l-appoġġ ta' proġetti infrastrutturali u l-ħolqien ta' regoli u oqfsa komuni għandhom jikkostitwixxu prijorità. Ir-Rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon it-tnedija tas-Sħubija Ambjentali f'Marzu 2010 kif ukoll il-proġetti biex jiġu stabbiliti żewġ Sħubiji oħra dwar it-Trasport u l-Enerġija fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed. Madankollu, jisħaq fuq il-ħtieġa tal-implimentazzjoni rapida u effiċjenti tagħhom.
Ir-Rapporteur jagħti importanza partikulari lill-koperazzjoni fil-qasam tal-Enerġija fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed. Huwa tal-fehma li l-għan tad-diversifikazzjoni tar-rotot u tas-sorsi ta' forniment għandhom jiġu integrati aktar fl-Istrateġija futura. Filwaqt li jisħaq fuq l-importanza tal-pipeline tal-gass Nabucco, jemmen li t-Trasportazzjoni tal-Gass Likwifikat hija għażla importanti għall-iżvilupp futur fil-qasam tal-enerġija, b'mod partikulari fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u tal-piż kbir fuq ir-riżorsi finanzjarji. Għalhekk, fir-rapport jenfasizza s-sinifikat partikulari tal-proġett AGRI u tal-iżvilupp ta' terminals tal-LNG fil-portijiet tal-Baħar l-Iswed. Fl-aħħar, iżda mhux anqas importanti, it-tisħiħ ulterjuri ta' normi komuni u ta' regoli trasparenti dwar l-enerġija fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, abbażi tal-Komunità tal-Enerġija u tal-Karta dwar l-Enerġija, huwa essenzjali wkoll.
Fl-aħħar nett, l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u uman fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed huwa premessa importanti biex il-Baħar l-Iswed jinbidel f'żona stabbli u prosperuża. Għalkemm intlaqat ħażin mill-kriżi ekonomika, ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed għandu tkabbir ekonomiku u potenzjal kummerċjali kbar. Ir-Rapporteur jemmen li l-Istrateġija għandha tiffoka fuq il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u fuq il-fatt li tingħata spinta lill-kummerċ intrareġjonali, fuq id-diversifikazzjoni xierqa tal-ekonomiji u fuq l-indirizzar tad-diskrepanzi ekonomiċi bejn ir-reġjuni. Fil-qasam tal-affarijiet soċjali, filwaqt li jirrikonoxxi r-riżultati miksuba fil-koperazzjoni edukattiva u fil-qasam tar-riċerka fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, ir-Rapporteur tal-fehma li għandhom isiru sforzi akbar, b'mod partikulari fl-oqsma tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-aġġustament tal-edukazzjoni għar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol, kif ukoll fir-rigward tat-twessigħ tal-ambitu tal-iskambji internazzjonali u tal-iżvilupp ulterjuri tan-netwerks fost is-soċjetà ċivili.
Ir-Rapportuer huwa wkoll tal-fehma li l-Politika Marittima Integrata tal-UE tista' tkun ta' benefiċċju kbir għal żvilupp integrat tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, u għalhekk jinsisti fuq l-iżvilupp xieraq tad-dimensjoni tal-Baħar l-Iswed fil-Politika Marittima Integrata tal-UE.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (10.11.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed
(2010/2087(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Metin Kazak
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jirrikonoxxi li l-kriżi finanzjarja globali laqtet bis-saħħa lir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, waqqfet f’salt perjodu ta’ tkabbir li kellu l-medja ta’ 6% fis-sena kif ukoll l-influss ta’ kapital barrani li kien meħtieġ għall-iżvilupp ekonomiku ulterjuri tal-pajjiżi tax-xtut tal-Baħal l-Iswed, u qiegħdet is-sistema finanzjarja reġjonali taħt pressjoni qawwija; jenfasizza li dan kollu jeħtieġ jiġi indirizzat permezz tat-tisħiħ tar-regolamenti finanzjarji u bankarji, it-titjib tal-kredibilità u t-trasparenza fiskali, il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxi, l-evażjoni tat-taxxi u l-korruzzjoni, l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni fost organizzazzjonijiet reġjonali bħall-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed (BSEC);
2. Iqis li l-inizjattiva tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed (BSS), imressqa fl-2007, ipprovdiet impetu ġdid għall-kooperazzjoni reġjonali fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, iżda jiddeplora l-fatt li r-riżorsi amministrattivi u fiskali allokati għall-implimentazzjoni tagħha ma kinux biżżejjed; jikkunsidra għalhekk li għandha tingħata prijorità akbar l-istrateġija futura għar-Reġjun tal-Baħar l-Iswed, fl-istess livell tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, u għandu jkun ikkordinat aħjar l-appoġġ finanzjarju kollu għar-reġjun, b’mod li jkun hemm aktar għoti ta’ rendikont, u din l-istrateġija tkun orjentata lejn is-setturi kritiċi, biex b'hekk tingħata prospettiva finanzjarja soda għall-futur;
3. Jindika li l-Istrateġija għall-Baħar l-Iswed għandha tissejjes fuq l-esperjenzi tar-reġjuni tal-Baltiku, tal-Balkani u tad-Danubju, bl-evitar tan-nuqqasijiet li hemm f’dawn ir-reġjuni; jikkunsidra li l-istrateġija futura għall-Baħar l-Iswed għandha tkun kumplementari għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u li l-istrateġija għall-Baħar l-Iswed ma għandhiex tikseb aktar siwi minn inizjattivi reġjonali simili; jirrakkomanda li s-sħab kollha fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed għandhom jiġu inklużi fl-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed futura; jenfasizza l-bżonn urġenti biex jiġu ttrattati l-kunflitti fit-tul tar-reġjun;
4. Jenfasizza li l-BSEC teħtieġ tiġi riformata sabiex tlaħħaq ma’ sfidi ġodda b’mod effikaċi, u jqis li l-20 anniversarju fl-2012 ikun okkażjoni tajba għal proposti għal dan il-għan, inkluż għar-reviżjoni tal-Aġenda Ekonomika tal-BSEC, tal-2001, riforma organizzattiva u żieda fl-effiċjenza operattiva, kif ukoll titjib tal-korpi relatati, bħall-Kummerċ tal-Baħar l-Iswed u l-Bank tal-Iżvilupp (BSTDB) u l-Kunsill tan-Negozju tal-BSEC; iqis li r-riżorsi ta’ dawn il-korpi jistgħu jintużaw biex jiżdied il-baġit tal-BSEC;
5. Jilqa' l-approċċ ibbażat fuq proġett skont il-BSS, primarjament is-Sħubija Ambjentali, u jqis li s-sħubijiet ippjanati dwar l-infrastruttura tat-trasport u l-enerġija huma kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun li għandu jkun inkoraġġit jintegra aktar fis-suq tal-enerġija interna Ewropea l-ġdid; jissottolinja l-importanza ta’ Nabucco u ta’ proġetti oħrajn enerġetiċi għall-kummerċ fir-reġjun; jinkoraġġixxi lill-pajjiżi membri kollha tal-BSS jaċċdu għat-Trattat dwar l-Enerġija tal-Komunità, li jiddisponi dwar l-implimentazzjoni tal-acquis Komunitarju fis-setturi tal-elettriċità u l-gass; jisħaq li l-proġetti ta’ żvilupp aħdar u effiċjenza enerġetika, li jistgħu jmexxu l-inċentivi tas-suq u l-investimenti fuq perjodu twil ta' żmien, għandhom jiġu prijoritizzati ulterjorment u li s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandhom il-potenzjal li jagħmlu kontributi kbar għas-sigurtà tal-enerġija globali futura;
6. Hu tal-fehma li l-Awtostrada Ċirkolari tal-Baħar l-Iswed u l-Awtostradi tal-Baħar għandhom iżidu konsiderevolment l-opportunitajiet għall-kummerċ u l-iżvilupp fir-reġjun; jenfasizza, madankollu, il-bżonn għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali dettaljata u wkoll għal titjib tal-kooperazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza marittima bil-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tat-trasporti marittimi u l-protezzjoni tal-ambjent; jisħaq li l-investimenti għandhom ikunu diretti lejn l-iżvilupp u t-tkabbir tal-kapaċità tal-portijiet il-kbar tal-Baħar l-Iswed, bħalma huma Constanţa u Varna;
7. Jisħaq li l-għadd akbar ta’ Stati Membri tad-WTO fir-reġjun, fejn l-Istati kollha għajr tnejn huma membri, jikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-istabbiliment ta’ reġim prevedibbli u stabbli tal-kummerċ u jirrakkomanda li l-pajjiżi membri relevanti tal-BSS jgħollu l-livell ta' sforzi meħtieġa għall-ksib tas-sħubija fl-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO) u li l-pajjiżi kollha tal-Baħar l-Iswed jissoktaw fl-aġġutament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali għar-regoli tad-WTO u tal-prinċipji tal-kummerċ multilaterali, inkluż l-acquis tal-UE fejn jorbot mal-kummerċ; jistedinhom biex iħaffu l-pass tal-eliminazzjoni gradwali tax-xkiel kummerċjali bil-għan ta' liberalizzazzjoni kummerċjali ulterjuri, inkluż simplifikazzjoni ta' proċeduri doganali u reġimi ta' tassazzjoni; iqis li l-kooperazzjoni msaħħa fil-livell parlamentari, kemm bilateralment u bl-Assemblea Parlamentari tal-BSEC, il-PABSEC u l-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO, tkun ta’ benefiċċju addizzjonali għall-proċess; iqis, f’dan il-kuntest, li l-Unjoni Ewropea għandha ssir membru sħiħ tal-Kooperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed;
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
9.11.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 1 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Kader Arif, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Joe Higgins, Yannick Jadot, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Keith Taylor, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain |
|||||
Sostitut(i)preżenti għall-votazzjoni finali |
George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Małgorzata Handzlik, Maria Eleni Koppa, Elisabeth Köstinger, Michael Theurer, Jarosław Leszek Wałęsa |
|||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Anna Záborská |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (11.11.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed
(2010/2087(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Silvia-Adriana Ţicău
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jirrikonoxxi li r-Reġjun tal-Baħar l-Iswed għandu importanza ġeostrateġika, b'mod partikulari għas-sigurtà tal-enerġija u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija tal-UE u tar-rotot tal-provvista tal-enerġija, minħabba l-prossimità tiegħu għall-Baħar Kaspju, il-Lvant Nofsani u l-Asja Ċentrali u li wara l-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija, l-UE għandu jkollha rwol importanti fir-relazzjonijiet internazzjonali f'dan ir-reġjun, iżda jirrikonoxxi li jeħtieġ li jsir iżjed;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra d-dimensjoni ambjentali fl-istrateġija tagħha diretta lejn ir-Reġjun tal-Baħar l-Iswed u b'mod partikulari biex tikkontribwixxi sabiex tingħata ħajja ġdida lill-ambjent wara t-tniġġis ta' skart tossiku fix-xmajjar li jiżbukkaw fil-Baħar l-Iswed, bħal pereżempju l-inċident reċenti fil-baċir tad-Danubju;
3. Iqis li l-Pakkett tal-Infrastruttura tal-Eneġija li se jiġi introdott dalwaqt mill-Kummissjoni għandu jpoġġi enfasi kbira fuq il-proġetti tal-enerġija proposti fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rotot ta' tranżitu li jgħaddu mill-istati fir-reġjun jistgħu jtejbu b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-provvista tal-UE;
4. Jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jadottaw approċċ komuni fir-rigward tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, bl-għan li jinkiseb l-objettiv fit-tul tal-UE ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-istabilità fil-viċinat tagħha;
5. Jenfasizza l-importanza li jiġu definiti b'mod ċar il-mezzi u l-metodi operazzjonali għall-implimentazzjoni ta' Strateġija għall-Baħar l-Iswed, inklużi proċessi, proġetti, sistemi ta' sorveljanza u finanzjament, speċjalment bl-għan li jiġi ċċarat kif se tiġi kkoordinata mal-Isħubija tal-Lvant;
6. Jiġbed l-attenzjoni għas-sħubija strateġika li ilha teżisti bejn l-UE u r-Russja u l-interess komuni taż-żewġ pajjiżi fit-titjib tal-investiment u l-kummerċ bilaterali, fl-iffaċilitar u l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fl-ekonomija globali u fit-tisħiħ u l-iżvilupp tal-kompetizzjoni inkluż fir-Reġjun tal-Baħar l-Iswed;
7. Filwaqt li jżomm f'moħħu l-bini ta' pajpijiet tal-gass ġodda u l-interkonnessjoni tagħhom, ta' sistemi ta' distribuzzjoni tal-elettriku ġodda u l-interkonnessjonijiet tagħhom, ta' infrastrutturi u terminals tal-gass naturali likwifikat u ta' impjanti tal-enerġija ġodda (ġenerazzjoni ta’ fjuwils fossili, sorsi tal-enerġija rinnovabbli u proġetti nukleari), jenfasizza li għandhom jiġu stabbiliti regoli tas-suq trasparenti u ġusti u kundizzjonijiet li jirregolaw it-tranżitu u l-kummerċ tal-enerġija filwaqt li jiżguraw il-prevedibilità fit-tul għall-investimenti; jenfasizza li dawn ir-regoli u kundizzjonijiet għandhom iħeġġu livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, parteċipazzjoni demokratika, sikurezza u saħħa tal-bniedem;
8. Jitlob li s-sħubija UE-Reġjun tal-Baħar l-Iswed tinkludi t-trasferiment ta' għarfien u teknoloġija fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-appoġġ tekniku għat-tfassil tas-sistema ta' distribuzzjoni u jinnota li l-iffrankar tal-enerġija huwa ċentrali biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista; jappoġġa riċerka dwar sorsi tal-enerġija alternattivi u, b'mod partikulari, dwar l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija, li huma essenzjali jekk irridu nindirizzaw l-isfidi tat-tibdil fil-klima u snikkontribwixxu għall-isforzi globali favur it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra;
9. Jafferma mill-ġdid li l-politika ta’ sigurtà tal-enerġija tal-UE hija bbażata fuq id-diversifikazzjoni tas-sorsi u r-rotot; jenfasizza l-valur miżjud Ewropew u l-importanza tal-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar bħala mod biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-UE; iqis li proġetti bħal-linja tal-pajpijiet tal-gass Nabucco, li jirrappreżenta proġett prijoritarju ewlieni għall-UE, flimkien ma' proġetti iżgħar oħrajn, bħalma huma l-Linja tal-Pajpijiet tal-Gass Trans-Adrijatika, l-Interkonnettur tal-Gass bejn it-Turkija, il-Greċja u l-Italja jew l-Interkonnettur tal-Gass bejn l-Azerbajġan, il-Ġeorġja u r-Rumanija, itennu l-importanza vitali tal-involviment tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, kif ukoll il-bżonn ulterjuri li tiżdied il-kooperazzjoni fost il-pajjiżi madwar il-Baħar l-Iswed; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, flimkien mas-sħab tagħhom, jappoġġaw jaċċelleraw l-iplimentazzjoni ta' dawn il-proġetti;
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonkludi l-ftehimiet mal-pajjiżi fornituri potenzjali għal-linja tal-pajpijiet tal-gass Nabucco sal-aħħar tal-2011;
11. Jenfasizza l-potenzjal tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed li jistgħu jkunu ta' kontribut enormi għal ġejjieni b'sigurtà tal-provvista tal-enerġija f'livell globali u għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi ta' max-xatt tal-Baħar l-Iswed jiftħu dan il-potenzjal;
12. Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni multilaterali tal-enerġija fir-Reġjun tal-Baħar l-Iswed li fir-rigward tagħha l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u t-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija jipprovdu l-prinċipji ewlenin; jappoġġja l-integrazzjoni sħiħa kemm tas-suq u kemm dik regolatorja abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-enerġija u l-ambjent u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi fir-Reġjun tal-Baħar l-Iswed iktar wiesa’ għat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija u għal assistenza mill-UE, mill-BEI u mill-BERŻ għall-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija fir-Reġjun tal-Baħar l-Iswed;
13. Jenfasizza li, fil-kuntest tal-kummerċ internazzjonali u t-trasport tal-idrokarburi fir-reġjun, huwa essenzjali li tiġi kkunsidrata s-sensittività ambjentali tal-Baħar l-Iswed u tal-istretti tat-Turkija, li qed iżżid il-livell ta' periklu ta' inċidenti u tixrid taż-żejt f'dawn il-passaġġi dojoq, perikolużi u mimlija attività;
14. Jilqa' l-adeżjoni tal-Ukraina u r-Repubblika tal-Moldova mat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija, li se jkollu rwol importanti biex jintlaħqu l-objettivi ta' sigurtà tal-enerġija tal-UE u se jikkontribwixxi għas-sigurtà ta' dawn il-pajjiżi;
15. Jenfasizza l-urġenza li tiġi stabbilita l-Assemblea Parlamentari Euronest, li se tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sħubija tal-Lvant u għalhekk se jkollha impatt pożittiv fuq il-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-enerġija;
16. Jenfasizza l-bżonn li s-sħab reġjonali jkunu involuti fl-istadji bikrija tat-tfassil tal-proġett sabiex jiġi ġġenerat interess u titrawwem sjieda konġunta; iqis li l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku tikkostitwixxi eżempju ta' strateġija makroreġjonali msejsa fuq il-kooperazzjoni bejn il-komunitajiet kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
17. Jiddispjaċih fir-rigward tal-fatt li l-Forum tal-Baħar l-Iswed għad-Djalogu u s-Sħubija ġie affettwat b'mod negattiv bit-tensjonijiet reġjonali u, b'riżultat ta' dan, għadu ma ġiex stabbilit; iqis li tali Forum jista' jkollu rwol fil-ġenerazzjoni ta' ideat u fit-trawwim ta' djalogu fost l-atturi reġjonali;
18. Jilqa' t-twaqqif ta' sħubiji settorjali fit-tliet oqsma ewlenin, l-ambjent, it-trasport u l-enerġija, li jwittu t-triq għall-kunsiderazzjoni u l-koordinazzjoni ta' proġetti fit-tul;
19. Jilqa l-azzjoni meħuda biex l-Ispazju Komuni tal-UE għall-Avjazzjoni jiġi estiż għall-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli d-djalogu mar-Repubblika tal-Moldova rigward il-liberalizzazzjoni tat-trasport tal-ajru tagħha u biex tiftaħ malajr in-negozjati għall-aċċess tar-Repubblika tal-Moldova għall-Ispazju Komuni tal-UE għall-Avjazzjoni;
20. Iqis li, għall-finijiet ta' kummerċ internazzjonali u trasport tal-idrokarburi fir-reġjun, huwa essenzjali li jiġu żviluppati l-portijiet tal-UE fil-Baħar l-Iswed, inklużi t-terminals taż-żejt u tal-gass u l-arranġamenti ta’ trasport intermodali; jenfasizza li tali infrastruttura għandha tinbena b'rispett strett tal-ogħla standards tal-UE u Internazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent tar-reġjuni kostali, is-sigurtà u s-saħħa tal-bniedem u wara li jitwettqu l-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali relevanti kollha;
21. Jistieden lill-istati li jinsabu max-xatt tal-Baħar l-Iswed jikkonkludu memorandum ta' fehim għall-iżvilupp tal-kurituri marittimi tal-Baħar l-Iswed u jistieden lill-Kummissjoni biex tiftaħ linja baġitarja tat-TEN-T b'finanzjament għall-kurituri marittimi tal-Baħar l-Iswed simili għal dawk eżistenti għall-kurituri marittimi tal-Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar tat-Tramuntana;
22. Iqis li, għall-finijiet ta' kummerċ internazzjonali u t-trasport tal-idrokarburi fir-reġjun, huwa essenzjali li jiġu żviluppati l-infrastruttura intermodali u l-infrastruttura tal-port marittimu tad-Danubju u l-Baħar l-Iswed tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu l-ikkompletar tal-proġetti prijoritarji tat-trasport trans-Ewropej fuq il-linja tal-assi 7, 18, 21 u 22 li hemm provvediment għalihom fl-anness II tad-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport kif ukoll l-integrazzjoni progressiva tagħhom fil-kuritur tat-trasport TRACECA, l-assi ċentrali, l-assi tax-Xlokk u r-rotot tat-trasport marittimu internazzjonali, kif definiti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar 'L-estensjoni tal-assi tat-trasport trans-Ewropej prinċipali għall-pajjiżi ġirien - Linji Gwida għat-trasport fl-Ewropa u fir-reġjuni ġirien' (COM(2007)0032);
23. Iqis neċessarju li jiġu mmodernizzati l-infrastrutturi tat-trasport fiż-żona tal-Baħar l-Iswed u li jiġu żgurati l-konnessjonijiet mal-kurituri tat-trasport Ewropej; jenfasizza l-bżonn li jiġi implimentat il-Proġett, imniedi mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed (BSEC) fl-2006, tal-Awtostrada tal-Baħar l-Iswed li tgħaddi mill-pajjiżi kollha tal-BSEC, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-istati li jinsabu max-xatt tal-Baħar l-Iswed jinkluduh fost il-proġetti prijoritarji tat-TEN-T meta ssir ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-politika TEN-T;
24. Jirrikonoxxi r-riżultati miksuba permezz tal-proġett BSI[1] bit-twaqqif ta’ netwerk reġjonali ta’ riċerka u edukazzjoni fir-Reġjun tal-Baħar l-Iswed iktar wiesa’ u r-rabta tiegħu mal-GEANT u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġa proġetti ta’ riċerka fir-rigward tar-Reġjun tal-Baħar l-Iswed bħalma huma l-proġetti HP-SEE, SEE-GRID, SCENE, CAREN u BSRN;
25. Jirrokonoxxi l-importanza kemm tal-BSEC kif ukoll tar-rwol tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed, iżda jenfasizza – minħabba l-importanza ġeopolitika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed u n-nuqqas ta' kwalunkwe suċċess notevoli s'issa mis-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed – il-bżonn urġenti li tiġi żviluppata strateġija uniformi tal-UE għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, peress li permezz ta' tali strateġija biss jistgħu jintlaħqu l-objettivi ta' kooperazzjoni msaħħa u sostenibbli mar-reġjun tal-Baħar l-Iswed;
26. Jinnota li l-Programm Operattiv Konġunt tal-Baħar l-Iswed 2007-2013 iffinanzjat mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) huwa l-ewwel programm ta' kooperazzjoni transkonfinali għall-Baħar l-Iswed iffinanzjat mill-UE, u jistieden lill-istati li jinsabu max-xatt tal-Baħar l-Iswed jiffirmaw il-Ftehim Finanzjarju mal-Kummissjoni li permezz tiegħu jista' jsir aċċess għall-finanzjament tal-ENPI, sabiex dan il-programm isir strument ċentrali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed tal-UE ;
27. Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tagħmel ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed prijorità iktar urġenti u tiżviluppa Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed flimkien ma’ Pjan ta’ Azzjoni li jinkorpora proġetti gwida bl-ikbar involviment possibbli tas-sħab reġjonali u l-operaturi relevanti, b'mod partikolari fl-oqsma ta’ kooperazzjoni li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, ir-riċerka u l-innovazzjoni teknoloġika, it-titjib tal-konnettività u l-komunikazzjoni, il-protezzjoni ambjentali, inkluża l-konservazzjoni tan-natura, is-sigurtà, il-migrazzjoni, l-appoġġ għas-soċjetà ċivili u l-iżvilupp tagħha, l-edukazzjoni u l-iskambji kulturali, permezz tal-istrumenti finanzjarji disponibbli kollha (is-CF, il-FEŻR, l-NIF, l-NPI);
28. Jenfasizza l-bżonn li l-istrateġija makroreġjonali għar-Reġjun tad-Danubju tkun marbuta mar-reġjun tal-Baħar l-Iswed minħabba li d-Danubju u l-Baħar l-Iswed jikkostitwixxu l-ikbar medda ta' ilma mhux oċeanika fl-Ewropa u strateġija tal-UE kkoordinata kif xieraq tista' ġġib bosta benefiċċji għar-reġjun kollu.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
9.11.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
45 4 1 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Lena Ek, Ioan Enciu, Gaston Franco, Adam Gierek, Fiona Hall, Romana Jordan Cizelj, Arturs Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
António Fernando Correia De Campos, Andrzej Grzyb, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Silvana Koch-Mehrin, Ivari Padar, Vladko Todorov Panayotov, Markus Pieper, Peter Skinner, Silvia-Adriana Ţicău, Catherine Trautmann |
|||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marek Henryk Migalski |
|||||
- [1] Interkonnessjoni tal-Baħar l-Iswed.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (2.12.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed
(2010/2087(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Victor Boştinaru
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jikkunsidra r-reġjun tal-Baħar l-Iswed bħala żona strateġikament kruċjali u huwa tal-fehma li Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed ser tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-integrazzjoni Ewropea; iqis li l-Istrateġija hija essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli u koordinat tar-reġjun kif ukoll għall-istabbiltà u s-sigurtà tar-reġjun u tal-UE kollha;
2. Jemmen li sabiex titnieda Strateġija għall-Baħar l-Iswed effikaċi, huwa ta' importanza vitali li jiġu involuti bis-sħiħ u b'mod kostruttiv il-pajjiżi kollha kkonċernati, kemm dawk fl-UE kif ukoll dawk li mhumiex; jitlob kooperazzjoni bejn ir-reġjuni relevanti kollha u jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet fil-livelli ta' governanza kollha sabiex jiġi żgurat is-suċċess ta' approċċ integrat, permezz tal-involviment tal-organizzazzjonijiet eżistenti, bħalma huma l-BSEC, il-PABSEC u l-Kummissjoni għall-Baħar l-Iswed, iżda wkoll billi jiġi permess il-ħolqien ta' organizzazzjonijiet ġodda fejn ikun neċessarju, bil-għan li jiġu identifikati b'mod konġunt l-isfidi komuni u r-riżorsi disponibbli, kif ukoll oqsma fejn azzjoni koordinata tista' ġġib magħha valur miżjud sinifikanti; iqis essenzjali, minkejja dan, id-definizzjoni tal-isferi ta' responsabilità rispettivi tagħhom biex jiġi evitat li jkun hemm kompetenzi li jirkbu fuq xulxin bejn il-livelli ta' governanza differenti u biex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida;
3. Jikkunisdra vitali l-koordinazzjoni ma' strateġiji oħra żviluppati fil-livell tal-UE; jilqa', f'dan il-kuntest, il-pubbikazzjoni li ġejja tal-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danube u jistieden lill-Istati kkonċernati biex jiżviluppaw proġetti relatati mal-Baħar l-Iswed peress li ż-żewġ reġjuni huma interkonnessi territorjalment u ekonomikament;
4. Iħeġġeġ l-iżvilupp, fil-kuntest tal-Istrateġija, ta' approċċ integrat u l-użu tal-prinċipji stabbiliti sew tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE u tal-Politika tal-Viċinat, li jista'jgħin biex jinkisbu riżultati effettivi filwaqt li jiġi ffaċilitat il-proċess ta' bini ta' kapaċità għar-reġjuni li għadhom lura; jemmen, b'mod partikulari, li l-kooperazzjoni transkonfinali bejn ir-reġjuni għandha tissaħħaħ, sabiex jiġu indirizzati problemi komuni permezz ta' azzjoni koordinata; jinnota li r-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT) joffri qafas ta' kooperazzjoni xieraq għal governanza strutturata u f'diversi livelli; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modijiet kif jistgħu jiġu kkoordinati aħjar l-istrumenti Ewropej varji li jipprovdu għall-kooperazzjoni transkonfinali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni;
5. Huwa favur il-kontinwazzjoni ta' programmi appoġġati taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija u jirrakkomanda li jiġi previst baġit suffiċjenti għall-Programm Operattiv Konġunt tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed għall-perijodu ta' programmar li jmiss sabiex jiġu indirizzati b'mod sħiħ u jitkomplew l-isforzi sabiex jintlaħqu l-miri kollha ddikjarati fid-Dokument ta' Strateġija dwar il-kooperazzjoni transkonfinali fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija 2007-2013; jenfasizza li regoli uniformi għandhom jiġi abbozzati biex jiġu rregolati l-applikazzjonijiet, biex b'hekk kwalunkwe entità legali f'kwalunkwe stat li qed jipparteċipa fiż-żona koperta mill-programm tista' tapplika bħala l-applikant ewlieni; jikkunsidra li l-pajjiżi kollha fil-Programm Operattiv Konġunt tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed għandhom ikunu involuti u mħeġġa biex jipparteċipaw b'mod attiv fil-perijodu ta' programmar li jmiss;
6. Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' sinerġiji fost il-politiki varji tal-Unjoni involuti fl-Istrateġija, b'mod partikulari l-Fondi Strutturali, il-Programm Qafas ta' Riċerka u Żvilupp u n-Netwerks Trans-Ewropej; sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati; b'dan il-mod, l-opportunitajiet maħluqa minn inizjattiva ta' żvilupp ekonomiku jkunu jistgħu jiġu adottati minn inizjattiva komplementari oħra;
7. Jirrikonoxxi l-importanza tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet interessati għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istrateġija, fid-dawl tar-rabta qawwija tagħhom mat-territorju u man-nies lokali; jitlob għalhekk l-identifikazzjoni tal-bżonnijiet tagħhom u l-involviment sħiħ tagħhom fl-istrateġija;
8. Jirrimarka li l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni huwa ta' importanza kruċjali għall-oqsma kollha ta' kooperazzjoni, peress li reġjuni b'esperjenza kbira fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proġetti jistgħu jgħinu lil reġjuni oħrajn biex itejbu l-prestazzjoni tagħhom;
9. Iqis li t-titjib tal-kapaċità amministrattiva tal-partijiet interessati lokali u reġjonali kollha fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed huwa essenzjali sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni effiċjenti u ġestjoni finanzjarja tajba tal-proġetti tal-UE, trasparenza u responsabbiltà ikbar u żvilupp territorjali bbilanċjat madwar iż-żona;
10. Huwa tal-fehma li l-proġetti infrastrutturali kollha, kemm jekk fil-qasam tat-trasport u kemm jekk fil-qasam tal-enerġija, għandhom jiġu nnegozjati bejn il-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed ikkonċernati kollha , u li l-koordinazzjoni għandha tiġi żgurata speċjalment fir-rigward tal-proġetti TEN-T u l-proġetti relatati mal-iżvilupp tal-portijiet; jenfasizza l-importanza ta' attivitajiet tat-trasport tal-merkanizja intermodali aħjar, permezz tal-integrazzjoni tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra fil-loġistika tat-trasport, operazzjonijiet tal-port aħjar u konnessjonijiet iktar effiċjenti maż-żoni iżjed 'il ġewwa mill-kosta; iqis li l-UE għandha tkompli tikkoopera mas-sħab reġjonali tagħha dwar it-titjib tas-sigurtà infrastrutturali, l-immodernizzar tal-infrastruttura eżistenti u l-ħolqien ta' infrastruttura ġdida; jitlob koordinazzjoni effikaċi tal-operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed u t-twaqqif ta' strateġija ta' sorveljanza tal-Baħar l-Iswed;
11. Jenfasizza l-importanza tal-proġetti fil-Kuritur tan-Nofsinhar, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan bażiku tal-UE li tiddiversifika l-kanali ta' provvista tal-enerġija;
12. Fid-dawl tal-importanza tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed għall-provvista tal-enerġija tal-Ewropa, iqis li hija essenzjali li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċji u l-implikazzjonijiet ambjentali tal-proġetti tal-enerġija ppjanati attwalment kif ukoll dawk tal-ġejjieni; f'dan ir-rigward, jikkunsidra kruċjali li, sabiex ikunu effettivament mħejjija għad-diżastri ambjentali u inċidenti tekniċi kollha potenzjali, il-pajjiżi u r-reġjuni kollha kkonċernati jaqblu minn ħafna qabel dwar kif għandhom jiġu indirizzati tali avvenimenti mil-lat ambjentali, ekonomiku u tekniku;
13. Peress li l-Baħar l-Iswed huwa mniġġes ħafna, u peress li t-tniġġis ma għandux konfini, jitlob riżoluzzjoni konġunta tal-problema permezz tal-użu tal-istrumenti eżistenti kollha u abbażi tal-istandards tal-UE għall-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed, bl-għan li jiġi indirizzat u mnaqqas it-tniġġis, kif ukoll biex jiġu ssalvagwardjati l-ambjent u l-klima permezz ta' miżuri ta' prevenzjoni;
14. Fid-dawl tas-sajd żejjed fil-Baħar l-Iswed, jitlob miżuri li jkun hemm ftehim dwarhom taħt l-Istrateġija biex jiġu protetti r-riżorsi naturali ((l-istokkijiet ta' ħut, il-bijodiversità, eċċ.),u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd; jappoġġa l-passi meħuda favur il-promozzjoni tal-wirt kulturali (l-akkumulazzjoni ta' esperjenza vokazzjonali u ħiliet, speċjalizzazzjonijiet ġodda) u ta' titjib fil-kwalità tal-ħajja f'dawk iż-żoni; jinkorraġixxi sħubijiet lokali u reġjonali u jikkunsidra li l-Istrateġija tal-Baħar l-Iswed għandha tikkontribwixxi għall-immodernizzar tal-portijiet eżistenti u l-aġġornar tas-servizzi tal-port filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards ta' siġurtà u ħarsien ambjentali;
15. Iqis li l-proġetti adottati mill-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, b'enfasi fuq id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi, iż-żieda tal-kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u r-riċerka u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali, u wkoll għal kooperazzjoni aħjar fir-rigward tat-tisħiħ tas-sigurtà billi jiġu miġġielda d-delitti transkonfinali;
16. Jirrimarka li l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, il-poplu u l-ekonomija tiegħu joħloq sfidi konsiderevoli għal żviluppi potenzjali ġodda u, minħabba f'hekk, iż-żieda fil-kooperazzjoni fost il-pajjiżi ġirien tal-Baħar l-Iswed għandha tiġi appoġġata u mħeġġa iktar, speċjalment fil-qasam tal-iżvilupp ta' miżuri ta' adattament u mitigazzjoni b'antiċipazzjoni għall-emerġenzi;
17. Jikkunsidra l-patrimonju kbir ta' pajsaġġi kulturali u ħabitats ta' valur importanti ħafna li jinsabu fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed bħala probabbli wieħed mill-eżempji l-iktar ċari tal-idea ta' saħħa fid-diversità; jemmen li l-użu u l-konservazzjoni integrati u sensittivi ta' dawn l-assi jistgħu jikkontribwixxu għall-għan tal-istrateġija l-ġdida billi jiġi żgurat li r-reklamar u l-promozzjoni tal-prodott reġjonali komuni jagħmlu użu mill-firxa kollha tal-kwalitajiet li r-reġjun għandu x'joffri.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
30.11.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 1 1 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Charalampos Angourakis, Sophie Auconie, Jean-Paul Besset, Victor Boştinaru, Zuzana Brzobohatá, Alain Cadec, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Juozas Imbrasas, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Viktor Uspaskich, Lambert van Nistelrooij, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Vasilica Viorica Dăncilă, Jens Geier, Andrey Kovatchev, Elisabeth Schroedter, Dimitar Stoyanov, László Surján, Evžen Tošenovský, Sabine Verheyen |
|||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrea Češková |
|||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
9.12.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 0 6 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Richard Howitt, Anneli Jäätteenmäki, Ioannis Kasoulides, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Ria Oomen-Ruijten, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Charles Tannock, Inese Vaidere, Graham Watson |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Elena Băsescu, Hélène Flautre, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Liisa Jaakonsaari, Elisabeth Jeggle, Metin Kazak, Konrad Szymański, Traian Ungureanu, Janusz Władysław Zemke |
|||||