Proċedura : 2010/0222(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0010/2011

Testi mressqa :

A7-0010/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/02/2011 - 9.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0050

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 161kWORD 76k
27.1.2011
PE 454.477v02-00 A7-0010/2011

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal permanenzi qosra għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali

(6362/2010 – C7‑0399/2010 – 2010/0222(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Ioan Enciu

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal permanenzi qosra għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali

(16362/2010 – C7-0399/2010 – 2010/0222(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16362/2010),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal permanenzi qosra għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali (13708/2010),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0399/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0010/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil.


NOTA SPJEGATTIVA

Skont ir-Regolament (KE) 539/2001, il-Brażil huwa parti minn dik li tissejjaħ il-"lista pożittiva" ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn rekwiżiti għal viża meta jkunu qegħdin jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' reċiproċità li huwa l-bażi ta' dan ir-regolament, iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom igawdu minn dritt simili meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn il-Brażil.

S'issa, il-prinċipju ta' reċiproċità daħal fil-prattika permezz ta' ftehimiet bilaterali għal eżenzjoni mill-viża konklużi bejn il-Brażil u Stati Membri individwali. Madankollu, erba' pajjiżi tal-UE - l-Estonja, il-Latvja, Malta u Ċipru - ma ffirmawx ftehimiet bħal dawn. Għalhekk, iċ-ċittadini tagħhom għadhom jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn il-Brażil, li jirrappreżenta ksur tal-prinċipju ta' reċiproċità.

F'dan il-kuntest u b'kunsiderazzjoni għall-fatt li, skont it-Trattat ta' Lisbona, il-politika komuni dwar il-viżi fejn jidħlu pajjiżi terzi taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-UE, hija biss l-UE li tista' tinnegozja u tikkonkludi ftehim dwar eżenzjoni mill-viża mal-Brażil, u mhux l-Istati Membri individwali.

F'dan ir-rigward, fit-18 ta' April 2008 l-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja tali ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ naħat ftehmu li jiffirmaw żewġ ftehimiet separati: wieħed minnhom għad-detenturi ta' passaporti ordinarji u ieħor għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali Ir-raġuni għal din l-għażla hija l-fatt li l-aħħar ftehim mhuwiex se jeħtieġ ratifika mill-Kungress Brażiljan u jista' jidħol fis-seħħ aktar fil-pront.

In-negozjati mal-Brażil dwar il-ftehim għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali bdew fit-2 ta' Lulju 2008 u tlestew fid-19 ta' Novembru. Il-ftehim ġie approvat fit-28 ta' April 2010 u ġie ffirmat formalment f'isem l-Unjoni u l-Brażil fi Brussell fit-8 ta' Novembru 2010.

L-eżenzjoni mill-viża bejn l-UE u l-Brażil mhijiex se tieħu post ftehimiet bilaterali oħra ffirmati minn diversi Stati Membri iżda se tikkomplementahom. Madankollu, il-ftehim konkluż mill-Unjoni Ewropea se jirbaħ fuq dawk bilaterali f'oqsma diġà koperti minnhom, b'mod partikolari ż-żjarat għal turiżmu u għal raġunijiet ta' negozju.

It-test finali ta' dan il-ftehim jista’ jitqassar kif ġej:          

Għan

Il-ftehim jagħti liċ-ċittadini Brażiljani u tal-UE kollha li għandhom passaport diplomatiku, ta' servizz jew uffiċjali aċċess reċiproku għall-ivvjaġġar mingħajr viża għal permanenzi qosra. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali fost iċ-ċittadini kollha tal-UE, l-Artikolu 8 tal-Ftehim jipprevedi li l-Brażil jista' jissospendi jew iwaqqaf għal kollox il-ftehim biss fir-rigward tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni u, b'mod reċiproku, l-UE tista' tissospendi jew twaqqaf għal kollox il-ftehim biss fir-rigward tal-Istati Membri kollha.

Il-ftehim iqis fil-preambolu s-sitwazzjoni speċjali tar-Renju Unit u l-Irlanda.

Ambitu u tul ta' żmien tal-permanenza

L-eżenzjoni mill-viża tkopri d-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali li qegħdin jivvjaġġaw għal raġunijiet ta' turiżmu jew ta' negozju. Iċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti jistgħu jibqgħu fit-territorju ta' xulxin għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur wara d-data li fiha jkunu daħlu għall-ewwel darba fit-territorju taż-żewġ Partijiet Kontraenti. L-eżenzjoni mill-viża għal raġunijiet ta' vvjaġġar minn barra dawk stipulati fil-ftehim tista' tingħata taħt id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali li ffirmaw għalihom il-Brażil u 23 minn 27 Stat Membru.

Il-ftehim jikkunsidra s-sitwazzjoni tal-Istati Membri li għadhom ma applikawx bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen. Sakemm dawn l-Istati Membri (iċ-Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija) ma jagħmlux parti miż-żona Schengen, l-eżenzjoni mill-viża tagħti dritt liċ-ċittadini tal-Brażil jibqgħu għal tliet xhur fit-territorju ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, indipendentement mill-perjodu kkalkulat għaż-żona Schengen kollha kemm hi.

Dispożizzjonijiet oħra

Il-ftehim jipprovdi għall-istabbiliment ta' kumitat ta' esperti biex tinsab soluzzjoni għal tilwim li jista' jinqala' fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet. Il-ftehim jipprovdi wkoll għal skambju ta' kampjuni ta' passaporti bejn il-Brażil u l-Istati Membri.

***

Għalhekk, ir-rapporteur japprova l-konklużjoni ta' dan il-ftehim.

Madankollu, kif speċifikat fl-iskambju tal-ittri bejn il-Viċi President tal-Kummissjoni, Jacques Barrot, u l-awtoritajiet Brażiljani, is-salvagwardja ta' ftehimiet bilaterali attwali għandha tibqa' ħaġa importanti ħafna għall-Unjoni Ewropea peress li dawn jipprovdu eżenzjoni mill-viża għal permanenzi qosra għal kategoriji ta' vjaġġaturi li mhumiex koperti mill-ftehim bejn l-UE u l-Brażil. F'dan ir-rigward, ta' min jitfakkar li l-Unjoni Ewropea tista' tapplika l-klawsola ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-viża bejn l-UE u l-Brażil jekk il-Brażil kellu jiddenunzja l-ftehimiet bilaterali.

Il-ftehim attwali dwar l-eżenzjoni mill-viża għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali jirrappreżenta pass 'il quddiem fl-istabbiliment ta' eżenzjoni mill-viża reċiproka skont ir-Regolament 539/2001.

Madankollu, kif speċifikat mill-Kummissjoni fis-sitt rapport dwar ir-reċiproċità tal-viża (COM (2010) 620), żewġ pajjiżi terzi oħra - il-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerika - baqgħu jżommu r-rekwiżit għal viża għal tlieta u erba' Stati Membri rispettivament, u b'hekk qegħdin jiksru l-prinċipju ta' reċiproċità. Ir-rapporteur jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tagħmel sforzi sostenibbli u proattivi biex jitneħħew ir-rekwiżiti għal viża għal dawn il-pajjiżi. Il-konklużjoni ta' ftehimiet speċifiċi rigward detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali bbażata fuq l-eżempju attwali tista' tkun l-ewwel pass fid-direzzjoni ta' liberalizzazzjoni sħiħa mill-viża mal-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerika.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sonia Alfano, Roberta Angelilli, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Louis Michel, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Daniël van der Stoep, Axel Voss, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Ioan Enciu, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Ádám Kósa, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Jean Lambert, Petru Constantin Luhan, Norica Nicolai, Raül Romeva i Rueda, Ernst Strasser, Marie-Christine Vergiat

Avviż legali - Politika tal-privatezza