RAPPORT dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi 2006/123/KE

    28.1.2011 - (2010/2053(INI))

    Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
    Rapporteur: Evelyne Gebhardt

    Proċedura : 2010/2053(INI)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A7-0012/2011

    MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar implementation of the Services Directive 2006/123/EC

    (2010/2053(INI))

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern[1],

    –   wara li kkunsidra l-Komunikazjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2010 lill-Kunsill “Kompetittività” dwar is-sitwazzjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi,

    –   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Att dwar is-Suq Uniku” (COM(2010)0608),

    –   wara li kkunsidra r-rapport lill-President tal-Kummissjoni Ewropea bit-titlu “Strateġija ġdida għas-Suq Uniku”,

    –   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 “Ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini”[2],,

    –   wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0012/2010),

    A. billi d-Direttiva dwar is-Servizzi timmira sabiex is-suq intern tas-servizzi jiġi kkompletat filwaqt li jkun iggarantit livell għoli ta’ kwalità u ta’ koeżjoni soċjali,

    B.  billi d-Direttiva dwar is-Servizzi tikkostitwixxi strument għat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħha għandha tiġi integrata fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-Att dwar is-Suq Uniku,

    C. billi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi hi stipulata fit-Trattati,

    D. billi t-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tikkostitwixxi sfida kbira għall-Istati Membri, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-awtoritajiet lokali minħabba d-dispożizzjonijiet tagħha rigward id-dritt ta’ stabbiliment u l-forniment ta’ servizzi u bl-istabbiliment ta’ punti waħdiena ta’ kuntatt biex jassistu fl-għoti ta’ servizzi, b’mod partikolari lill-SMEs,

    E.  billi l-impatt tad-Direttiva fuq l-ekonomija, l-intrapriżi u ċ-ċittadini jista’ jiġi vvalutat biss wara li tkun ġiet trasposta b’mod komplet u kif suppost fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni,

    F.  billi l-kwalità tal-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri hija essenzjali bħalma huwa r-rispett tat-termini ta' skadenza stipulati għaliha,

    G. billi bid-Direttiva dwar is-Servizzi sar ferm eħfef, l-iżjed għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, li jsegwu l-attivitajiet tagħhom, jiżviluppaw oqsma ġodda ta' negozju u wkoll li jirreklutaw persunal ġdid fi Stati Membri oħra,

    H. billi l-attivitajiet koperti mid-Direttiva dwar is-Servizzi jirrappreżentaw 40% tal-PGD u tal-impjiegi fl-UE u għalhekk jirrappreżentaw settur ewlieni ta’ tkabbir ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad; billi l-għan tad-Direttiva dwar is-Servizzi hu li tillibera l-potenzjal ekonomiku u ta' ħolqien ta' impjiegi enormi tas-suq intern tal-Unjoni Ewropea fis-settur tas-servizzi, li hu stmat fil-livell ta' bejn 0.6 - 1.5% tal-PGD tal-UE; billi, barra minn hekk, id-Direttiva dwar is-Servizzi għandha l-għan li tikseb l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 TFUE,

    I.   billi settur tas-servizzi aktar dinamiku b'intensità għolja ta' mano d'opera jista' jgħin biex jiġi sostnut it-tkabbir,

    1.  Ifakkar fid-dibattitu pubbliku u l-politika mingħajr preċedent li d-Direttiva dwar is-Servizzi kienet l-oġġett tagħhom u fir-rwol ewlieni tal-Parlament Ewropew f’dawn in-negozjati; iqis konsegwentement li l-Parlament Ewropew għandu jipprovdi monitoraġġ effettiv tal-proċess ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva min-naħa tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tinforma regolarment lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni tat-traspożizzjoni;

    2.  Jenfasizza li d-Direttiva dwar is-Servizzi hi pass essenzjali lejn suq intern għas-servizzi reali, li għandu jippermetti lill-intrapriżi, u b’mod partikolari lill-SMEs, jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom b’servizzi aħjar bi prezz kompetittiv fis-suq intern; iqis madankollu, li hu essenzjali li wara traspożizzjoni sħiħa titwettaq valutazzjoni komprensiva tal-impatt tad-Direttiva dwar is-Servizzi;

    3.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi toħloq dinamika ta’ modernizzazzjoni mingħajr preċedent fl-Istati Membri kollha, li tirrizulta f’metodi ġodda ta’ xogħol u ta’ valutazzjoni. jenfasizza l-irwol ewlieni tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet professjonali fil-proċess ta’ traspożizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni ġġib flimkien b’mod formali lil dawn tal-aħħar fil-fażi ta’ valutazzjoni reċiproka;

    4.  Jinnota li l-parti l-kbira tal-Istati Membri ppreferew traspożizzjoni permezz ta’ leġiżlazzjoni “orizzontali”; josserva, madankollu, li l-metodu ta’ traspożizzjoni jiddependi mill-organizzazzjoni interna speċifika tal-Istati Membri; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri kkonċernati jiżguraw trasparenza akbar, partikolarment permezz ta’ involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali fit-tħejjija tat-tabelli ta’ korrelazzjoni;

    5.  Ifakkar li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi m’għandhiex titqies mill-maġġoranza tal-Istati Membri bħala sempliċi proċedura ta’ eżekuzzjoni li tikkonsisti fl-abolizzjoni, b’mod mekkaniku u orizzontali, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet speċjali, iżda għall-kuntrarju għandha titqies bħala okkażjoni li fiha tiġi aġġornata u ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u rristrutturata b’mod sostanzjali l-ekonomija tas-servizzi, billi jiġu kkunsidrati l-objettivi ta’ salvagwardja tal-interess pubbliku, bħalma dan, wara kollox, qed jiġi definit anki fid-Direttiva stess;

    6.  Jikkunsidra li biex il-fornituri tas-servizzi jibbenifikaw kif suppost mid-Direttiva dwar is-Servizzi, l-implimentazzjoni kompleta u fil-ħin tagħha, kemm f’livell legali u kemm f’dak operazzjonali, għandha tiġi żgurata fl-Istati Membri kollha;

    7.  Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-applikazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha u biex toħroġ rapport regolari dwar l-implimentazzjoni. iqis li dawn ir-rapporti għandhom iqisu l-effetti reali fi żmien medju u fit-tul tad-Direttiva dwar l-impjiegi fl-UE.

    8.  Jittama li d-Direttiva dwar is-Servizzi jkollha ġenwinament impatt pożittiv bil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, deċenti u ta' kwalità u bit-titjib fil-kwalità u fis-sikurezza tas-servizzi pprovduti;

    9. Jagħraf il-potenzjal tad-Direttiva tas-Servizzi għal iktar integrazzjoni tal-ekonomija tal-UE u t-tnedija mill-ġdid tas-suq uniku, billi jitkattru l-benessri ekonomiku u l-kompetittività u jingħata kontribut għall-impjiegi u l-ħolqien tal-impjiegi, peress li s-servizzi għandhom sehem sinifikanti fil-PGD u l-impjiegi fl-UE; iqis li l-implimentazzjoni korretta u rapida tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha hija kundizzjoni importanti għall-ilħiq tal-miri tal-politika ta' koeżjoni u l-politika reġjonali u li tista’ ssaħħaħ ir-relazzjoni ta’ rinforz reċiproku bejn is-suq intern u l-politika ta’ koeżjoni u tikkontribwixxi għall-ilħiq tal-miri tal-Istrateġija UE 2020, filwaqt li sservi biex tiġi eliminata r-retiċenza eżistenti dwar is-suq uniku fis-settur tal-forniment tas-servizzi

    10. Jispera li l-għanijiet tad-Direttiva jistgħu jibdew jintlaħqu fil-ġejjieni qarib u li l-UE kollha u r-reġjuni tagħha jistgħu jibbenefikaw, biex b'hekk jingħata kontribut għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali reali;

    11. Jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja b’mod effikaċi, u tivvaluta mill-bidu, l-impatt tad-Direttiva fuq ir-reġjuni, u biex tiżgura l-koordinazzjoni effikaċi tal-politiki kollha konnessi mal-implimentazzjoni tad-Direttiva; jitlob lill-Kummmissjoni tappoġġa t-twettiq ta' kampanji ta' informazzjoni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva, sabiex jintlaħqu l-miri tagħha;

    12. Jistenna li d-Direttiva tista’ fil-fatt iġġib magħha tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi kif ukoll f'każijiet ta' nuqqas ta' ċertezza legali, partikolarment dawk li jaffettwaw lill-SMEs, li jippredominaw fil-qasam tas-servizzi; jikkunsidra li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi ser jiffaċilita l-iżvilupp ta' servizzi addizzjonali f'żoni rurali, remoti u dawk l-aktar imbiegħda;

    13. Jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali ta' appoġġ għall-SMEs innovattivi, li l-aktar li huma milquta mill-kriżi ekonomika u finanzjarja;

    Proċedura ta’ valutazzjoni

    14. Iqis li l-proċess ta’ skrining tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jirregola l-libertà ta’ stabbiliment u ta’ forniment ħieles ta’ servizzi jikkostitwixxi pilastru tad-Direttiva; jinnota li dan il-proċess għandu jippermetti l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti tal-libertà ta’ stabbiliment u ta’ forniment ta’ servizzi bil-għan li jiffaċilita l-għoti ta’ servizzi transkonfinali;

    15. Jemmen li l-valutazzjoni reċiproka tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kwalità u l-effikaċja tar-regolazzjoni tas-suq intern peress li l-valutazzjoni sistematika u l-kontroll tat-traspożizzjoni marbut magħha jistimolaw lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħtu l-attenzjoni tagħhom lill-eżiġenzi tal-Unjoni u li jaraw li l-implimentazzjoni tal-imsemmija eżiġenzi titwettaq fil-livell nazzjonali;

    16. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkoperaw biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi abbażi tal-proċedura ta’ valutazzjoni reċiproka proposta fid-Direttiva tas-Servizzi, li bħalissa qed tiġi trasposta mill-Istati Membri;

    17. Ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jżommu s-sistemi tagħhom ta’ awtorizzazzjoni u ċerti rekwiżiti biss f’każijiet fejn dawn evidentement ma jkunux diskriminatorji u jekk ikunu neċessarji u proporzjonati; jenfasizza li, f’dan il-kuntest, l-Istati Membri żammew ċertu ammont ta’ sistemi ta’ awtorizzazzjoni billi rrendewhom aktar aċċessibbli u aktar trasparenti għall-fornituri tas-servizzi; jiddispjaċih li xi wħud mill-Istati Membri ma kinux aktar ambizzjużi u ma użawx kompletament il-potenzjal tad-Direttiva dwar is-Servizzi fir-rigward tas-simplifikazzjoni amministrattiva u regolatorja;

    18. Jenfasizza d-diffikultajiet li rriżultaw fir-rigward tar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, b’mod partikolari għall-karigi mediċi; ifakkar li d-Direttiva dwar is-Servizzi ma tistax tapplika għad-dispożizzjonijiet diġà koperti minn direttivi settorjali; jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika din is-sitwazzjoni fil-qafas ta’ reviżjoni tad-Direttiva dwar il-kwalifiki professjonali;

    19. Ifakkar fid-dispożizzjonijiet speċifiċi relattivi għad-dritt tal-istabbiliment u dawk rigward il-forniment temporanju ta’ servizzi fi Stat Membru ieħor; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra bis-sħiħ din l-ispeċifiċità fil-valutazzjoni tagħha;

    20. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iwaqqfu darba għal dejjem id-diskriminazzjoni mhux ġustifikata kontra l-konsumaturi abbażi tan-nazzjonalità jew tar-residenza billi jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva dwar is-Servizzi, kif ukoll l-infurzar adegwat, mill-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din ir-regola ta’ nondiskriminazzjoni fis-sistemi legali tal-Istati Membri; ifakkar li l-Artikolu 20(2) m’għandux l-intenzjoni li jipprevjeni differenzi fit-trattament tal-kondizzjonijiet ġenerali bbażati fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi, bħal pereżempju d-distanza involuta jew l-ispejjeż ogħla li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi lir-riċevituri fi Stati Membri oħra;

    21. Jenfasizza li l-proċess ta’ skrining li jsir fil-qafas tad-Direttiva jikkostitwixxi ħidma importanti għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u li dan il-kompitu għandu jitqies fil-valutazzjoni tat-traspożizzjoni;

    22. Jinnota l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw il-proċess ta’ valutazzjoni reċiproka; iqis li li l-proċedura ta’ valutazzjoni hija strument importanti biex jitkejjel il-progress tal-implimentazzjoni tad-Direttiva fi ħdan l-Istati Membri; jikkunsidra li l-istat ta’ avvanz tal-proċess għadu ma jippermettix li tiġi vvalutata l-effikaċità tagħha; jenfasizza li l-proċedura inkwestjoni għandha tkun ta’ għajnuna biex jiġi vverifikat jekk ir-regoli fis-seħħ fl-Istati Membri jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-suq intern u li dawn ma joħolqux ostakoli ġodda; jesprimi x-xewqa tiegħu li l-Kummissjoni tipproċedi għal eżami profond tal-potenzjalitajiet ta’ dan il-metodu ġdid fil-kuntest tal-Att dwar is-Suq Uniku;

    23. Jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali mhumiex iżjed involuti fil-proċess ta’ valutazzjoni reċiproka;

    24. Jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika ċerti professjonijiet u setturi problematiċi fir-rigward tal-forniment tas-servizzi transkonfinali u biex twettaq valutazzjoni dettaljata tal-leġiżlazzjonijiet applikabbli u tal-kawżi tal-funzjonament ħażin;

    Punti waħdiena ta’ kuntatt (PSCs)

    25. Iqis li l-ħolqien ta’ punti waħdiena ta’ kuntatt huwa element essenzjali għal implimentazzjoni effikaċi tad-Direttiva; jammetti li dan jeħtieġ sforz sostanzjali min-naħa tal-Istati Membri fil-livell finanzjarju, tekniku u organizzattiv; jenfasizza l-bżonn li s-sħab soċjali u l-assoċjazzjonijiet kummerċjali jkunu involuti fil-proċess;

    26. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-punti waħdiena ta’ kuntatt f’portali komprensivi tal-Gvern-e għall-fornituri ta’ servizzi li jixtiequ jwaqqfu negozju jew jipprovdu servizzi transkonfinali; jistieden lill-Istati Membri jkomplu jtejbu l-aċċessibilità tal-punti waħdiena ta’ kuntatt, inkluża l-possibilità li jitwettqu l-akkwisti b’mod elettroniku, mingħajr il-bżonn li dak li jkun imur f’wieħed minn dawn il-punti waħdiena ta’ kuntatt, kif ukoll il-kwalità u l-pertinenza tal-informazzjoni u l-proċeduri disponibbli għall-utenti, b’mod partikolari l-SMEs, inkluż l-inklużjoni u t-temma tal-proċeduri skont il-liġi tax-xogħol u fiskali li tinsab fis-seħħ fl-Istat Membru rilevanti għall-fornituri tas-servizz, bħall-proċeduri marbutin mal-VAT u mar-reġistrazzjoni għas-sigurtà soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li t-tagħrif kollu pprovdut mill-punti waħdiena ta’ kuntatt ikun disponibbli wkoll b’lingwi oħra barra minn dawk nazzjonali, b’kunsiderazzjoni speċjali tal-lingwi tal-pajjiżi ġirien;

    27. Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu d-disponibilità ta’ proċeduri elettroniċi – fost l-oħrajn, bis-saħħa tat-traduzzjoni tal-formoli rilevanti kollha; jistieden lill-Istati Membri biex joffru faċilitajiet ta’ rintraċċar għall-utenti tal-PSC, li bihom dawn l-utenti jkunu jistgħu jsegwu l-progress tal-proċeduri li jkunu għaddejjin;

    28. Jirrikonoxxi l-problemi ffaċċjati fil-proċess tal-funzjonament tal-punt waħdieni ta’ kuntatt fir-rigward tal-prova tal-identità, l-użu ta’ firem elettroniċi, il-preżentazzjoni ta’ dokumenti oriġinali jew kopji ċċertifikati, speċjalment fil-kuntest transkonfinali; jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri biex tinstab soluzzjoni għal din il-kwestjoni biex l-SMEs ikunu jistgħu jibbenifikaw mis-suq uniku u jevitaw kwalunkwe inċertezza legali u teknika;

    29. Jenfasizza li huwa partikolarment importanti, bl-għan li jkun faċli għal min jużahom, li jiġi ċċarat liema rekwiżiti japplikaw għall-istabbiliment permanenti ta’ negozju meta mqabbel mal-forniment ta’ servizzi transkonfinali fuq bażi temporanja;

    30. Jiddispjaċih li l-parir offrut mill-punti waħdiena ta’ kuntatt għadu ma jilħaqx il-fornituri tas-servizzi prospettivi u l-informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jikkuntattja lill-punti waħdiena ta’ kuntatt għadha mhix magħrufa minn kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni talloka fondi xierqa fl-abbozz tal-baġit 2012 biex tniedi promozzjoni ta’ punti waħdiena ta’ kuntatt fil-livell Ewropew biex wieħed ikun konxju tal-possibilitajiet li dawn jistgħu joffru lill-fornituri tas-servizzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-parteċipanti interessati, jagħtu bidu kemm jista’ jkun malajr għal kampanji ta’ promozzjoni, informazzjoni u ta’ taħriġ b’mira speċifika; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-viżibilità u r-rikonoxxibilità tad-dominju eu-go u li jkunu jinkludu studji ta’ każijiet ta’ negozji li qed jużaw il-punti waħdiena ta’ kuntatt u l-benefiċċji li rriżultawlhom minnhom;

    31. Iqis li d-djalogu u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri jiffurmaw elementi importanti ħafna għat-titjib u l-iżvilupp tal-punti waħdiena ta’ kuntatt inkwestjoni; jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni urġenti fl-Istati fejn il-punti waħdiena ta’ kuntatt jew għadhom ma jeżistux jew ma joperawx b’mod sodisfaċenti; jistieden il-parti l-kbira tal-Istati Membri biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex il-proċessi u l-proċeduri meħtieġa jkunu jistgħu jitwettqu permezz tal-punti waħdiena ta’ kuntatt;

    32. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-websajts nazzjonali tal-punti waħdiena ta’ kuntatt iqiegħdu għad-disponibilità tal-utenti l-obbligi ta’ informazzjoni ġodda li huma meħtieġa mill-fornituri ta’ servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi;

    33. Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni statistika paragunabbli meħtieġa għall-valutazzjoni tal-funzjonament tal-punti waħdiena ta’ kuntatt u l-impatt ta’ dawn tal-aħħar fil-livell nazzjonali u Ewropew, b’mod partikolari fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji ċari għall-valutazzjoni tal-punti waħdiena ta’ kuntatt. iqis li dawn il-kriterji għandhom jibbażaw ruħhom fuq indikaturi kemm kwantitattivi u kemm kwalitattivi;

    34. Jinnota li xi wħud mill-Istati Membri jeħtieġu jindirizzaw numru ta’ kwestjonijiet legali u tekniċi biex jippermettu l-użu transkonfinali tal-punti waħdiena ta’ kuntatt; jistieden lil dawk l-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa, b’attenzjoni partikolari għar-rikonoxximent tal-firem elettroniċi; jistieden lill-Kummissjoni biex tibqa’ sejra bl-isforzi kontinwi tagħha biex ittejjeb l-interoperabilità u r-rikonoxximent reċiproku tal-proċeduri elettroniċi u tieħu l-miżuri ta’ appoġġ meħtieġa biex tħaffef l-użu transkonfinali tal-punti waħdiena ta’ kuntatt; jirrakkomanda li l-Kummissjoni toffri lill-fornituri tas-servizzi, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, link elettroniku dirett għall-punti waħdiena ta’ kuntatt tal-Istati Membri;

    35. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iżidu l-isforzi biex jiżguraw l-interoperabilità elettronika sħiħa tal-punti waħdiena ta’ kuntatt; jenfasizza r-rabta mal-proposta 22 tal-Att dwar is-Suq Uniku dwar il-firem elettroniċi, l-awtentifikazzjoni elettronika u l-identifikazzjoni elettronika;

    36. Ifakkar li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jwettqu valutazzjoni tar-riskju biex jiżguraw li n-negozji ma jiffaċċjawx piżijiet eċċessivi meta jkunu jridu jikkompletaw il-proċeduri tagħhom elettronikament; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilitajiet li l-intrapriżi jużaw il-mezzi nazzjonali tagħhom ta’ identifikazzjoni/awtentikar elettroniku jekk huma jużaw il-punt waħdieni ta’ kuntatt fi Stati Membri oħrajn;

    37. Iqis li, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni kumplessa, iċ-ċittadini kollha għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw mal-awtoritajiet fl-oqsma rispettivi tar-responsabbiltà tagħhom, sabiex jingħataw tweġiba preċiża għall-mistoqsijiet tagħhom; jikkunsidra li l-kunċett ta' deċiżjonijiet amministrattivi bil-quddiem għandu għalhekk ikun żviluppat fil-qasam tal-liġi tax-xogħol u fil-qasam tas-sigurtà soċjali sabiex tiġi missielta l-inċertezza legali; iqis, barra minn hekk, li sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, għandhom jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet meħuda;

    Kooperazzjoni amministrattiva

    38. Ifakkar fl-importanza tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka; jikkunsidra li l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija l-kundizzjoni biex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-fornituri tas-servizzi u livell għoli ta’ kwalità u ta’ sigurtà tas-servizzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

    39. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-ammont li qed jiżdied tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-kontroll tas-servizzi fi ħdan is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) li tippermetti skambju ta’ informazzjoni dirett, rapidu u effikaċi; iqis li l-IMI tista’ tintuża għal direttivi rilevanti oħra;

    40. Jemmen li s-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u l-punti ta’ kuntatt uniku – peress li dawn jeħtieġu sforz kbir ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kollha involuti – jistgħu jwittu t-triq għal iktar interoperabbiltà u netwerking fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fl-UE kollha; jikkunsidra li, meta jkunu qed jiġu definiti r-regoli u l-proċeduri biex jiżguraw il-funzjonament tagħha, għandu jkun hemm ċerta flessibilità skont dak li tirrikjedi d-diversità reġjonali fil-livell tal-UE u li, għal dan l-għan, kull miżura għandha tiġi adottata bi sħab u wara dibattitu veru fil-livell lokali u reġjonali;

    41. Iqis li huwa utli li tiġi stabbilita kooperazzjoni fil-kuntest ta' netwerk Ewropew magħmul mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u li jiġi stabbilit skambju ta' informazzjoni fuq l-affidabbiltà tal-fornituri tas-servizzi, biex b'hekk jiġu eliminati kontrolli addizzjonali li jseħħu fuq l-attivitajiet transkonfinali;

    42. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati azzjonijiet ta’ taħriġ ta’ uffiċjali fl-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali inkarigati mill-kontroll tas-servizzi; jirrikonoxxi l-isforzi li l-Istati Membri diġà għamlu f’dan ir-rigward u jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jikkonsolidaw in-netwerks nazzjonali tal-IMI permezz ta’ monitoraġġ kontinwu tax-xogħol prattiku tagħhom u billi jiġi żgurat li jkun hemm taħriġ adegwat; ifakkar li s-suċċess sostenibbli tal-IMI jiddependi fuq investiment adegwat fil-livell Komunitarju; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tintroduċi programm multiannwali għal dan l-iskop u timmobilizza r-riżorsi kollha meħtieġa biex dan il-programm ikun ta’ suċċess;

    43. huwa tal-fehma li l-proċeduri amministrattivi jeħtiġilhom isiru aktar effiċjenti; jikkunsidra li jkun utli f'dan il-kuntest li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-punti ta' kuntatt uniku, sabiex huma jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi fil-qasam ta' servizzi transkonfinali fir-reġjuni differenti tal-Ewropa;

    Ambitu

    44. Ifakkar li d-Direttiva eskludiet għadd ta' oqsma mill-ambitu ta' applikazzjoni tagħha, inklużi s-servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali, is-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-biċċa l-kbira tas-servizzi soċjali; jinnota li d-Direttiva ma tapplikax għal-liġi tax-xogħol u lanqas ma taffettwa l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri;

    45. Jinnota d-diskussjonijiet f’xi wħud mill-Istati Membri dwar is-servizzi li ġew esklużi mill-ambitu tad-Direttiva; jinnota li l-maġġoranza tal-Istati Membri ma ltaqgħux ma’ problemi sinifikanti matul l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi fir-rigward tal-ambitu tagħha; ifakkar li dawn is-servizzi ġew esklużi minħabba n-natura speċifika tagħhom u l-fatt li, f’xi każijiet, jirrikjedu qafas leġiżlattiv Komunitarju settorjali; jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejħa “Lejn Att dwar is-Suq Uniku” timpenja ruħha biex fl-2011 tressaq ġabra ta’ miżuri marbutin ma’ servizzi ta’ interess ġenerali;

    46. Jitlob għal monitoraġġ xieraq u komprensiv għall-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva rigward is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, filwaqt li jiġi rrispettat it-taqsim tal-kompetenzi mal-Istati Membri; jinnota li din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li, bi qbil mar-regoli Komunitarji, jistabbilixxu liema servizzi jqisuhom ta' interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom ikunu organizzati u ffinanzjati b'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat u għal liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu suġġetti;

    47. Jitlob kunsiderazzjoni akbar tal-prinċipju bażiku tal-awtogovernanza lokali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, u li jiġu evitati kemm jista' jkun piżijiet amministrattivi burokratiċi u restrizzjonijiet tal-libertà deċiżjonali fil-livell lokali rigward servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

    48. Iqis li l-miżuri addizzjonali meħtieġa biex jiġi kkompletat is-suq intern tas-servizzi għandhom ikunu integrati kompletament fid-diskussjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku;

    49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

    • [1]  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
    • [2]  Testi adottati, P7_TA (2010)0186

    NOTA SPJEGATTIVA

    Fit-28 ta’ Diċembru 2006 daħlet fis-seħħ id-Direttiva Ewropea dwar is-servizzi (2006/123/KE). L-għan ta’ din id-direttiva huwa li tiftaħ is-suq fl-Unjoni Ewropea għall-fornituri tas-servizzi, biex telimina r-restrizzjonijiet protezzjonistiċi fil-forniment tas-servizzi fl-Istati Membri u biex tirrispetta l-prinċipju tal-libertà ta’ ċirkolazzjoni, li huwa fil-bażi tas-suq uniku: fil-qosor, il-fornituri tas-servizzi Ewropej għandhom ikunu kapaċi joffru s-servizzi tagħhom kullimkien fl-UE mingħajr ostakli burokratiċi.

    Dejjem jingħad, b’mod żbaljat, li d-Direttiva tneħħi r-regoli u tilliberalizza s-settur tas-servizzi. Iżda dan mhwiex minnu. Is-sens u l-iskop tad-Direttiva tas-servizzi huma li l-aċċess għas-swieq fl-Istati Membri jkun magħmul b’mod li kull xkiel arbitrarju jitneħħa u/jew ir-regoli li jibqgħu japplikaw fl-istati Membri jkunu xierqa u mhux diskriminatorji. il-Parlament Ewropew enfasizza bil-qawwa kollha li la d-dritt għax-xogħol u lanqas id-drittijiet tal-ħaddiema ma jiġu effettwati mill-abbozz tal-liġi;

    B’hekk il-kisbiet tal-Ewropa u dawk nazzjonali setgħu jiġu mħarsa. Il-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini, li ġie kkritikat bħala element li jwitti t-triq għad-dumping soċjali, li jfisser li fornituri ta’ servizzi li jkunu attivi barra l-UE huma soġġetti biss għal-liġijiet tal-pajjiżi relattiv ta’ oriġini tagħhom, ġie mħassar u sostitwit mill-prinċipju tal-pajjiż ta’ destinazzjoni. Id-Direttiva tippermetti lill-pajjiżi japplikaw ir-regoli tagħhom stess għall-kundizzjonijiet tal-impjieg, inkluż dawk li huma stabbiliti minn ftehimiet kollettivi ġeneralment vinkolanti.

    Ta’ min jinnota li l-Parlament Ewropew huwa l-mutur tal-leġiżlazzjoni u li hija ħaġa eċċezzjonali li l-Kunsill segwa l-maġġoranza tal-proposti tal-Parlament. B’mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-formulazzjoni tal-Artikolu 16, fejn jiġi enfasizzat li: “L-Istat Membru fejn il-fornitur imur m’għandux ikun imxekkel milli jimponi rekwiżiti fir-rigward tal-provvista ta’ attività ta’ servizz, fejn ikunu ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika, saħħa pubblika jew il-protezzjoni ta’ l-ambjent u skond il-paragrafu 1. Dak l-Istat Membru lanqas m’għandu jkun imxekkel milli japplika, bi qbil mal-liġi Komunitarja, ir-regoli tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta’ impjieg, inklużi dawk stabbiliti fi ftehim kollettiv.”

    Il-Parlament Ewropew josserva każijiet ta’ prokrastinazzjoni u kultant anki argumenti sħan l-ewwel nett fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi. Għalhekk iddeċieda li jsegwi bir-reqqa u jimxi pass pass mal-proċess ta’ implimentazzjoni. Ġew indirizzati nuqqasijiet fil-proċess ta’ implimentazzjoni u kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni fl-applikazzjoni tad-Direttiva. Dan kien il-fattur li ta bidu għar-rapport preżenti.

    Kamp ta’ applikazzjoni

    Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi tiġbor fiha bażikament is-servizzi kummerċjali kollha li jiġu offruti minn fornitur li jkun ibbażat fi Stat Membru. Is-servizzi ta’ interess ġenerali li ma jsirux bi qligħ, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi tat-trasport, is-servizzi ta’ aġenziji ta’ xogħol temporanju, is-servizzi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali fil-qasam tas-saħħa u tal-kura tat-tfal u l-bini ta’ akkomodazzjoni, fost affarijiet oħra, mhumiex inklużi fid-Direttiva. Is-servizzi ta’ interess ġenerali ma jiġux indirizzati mid-Direttiva u hija bl-ebda mod ma sservi biex tnaqqas mis-servizzi pubbliċi bażiċi.

    Ir-rapporteur tenfasizza li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għandu jiġi implimentat b’mod ċar u inekwivoku. B’hekk biss tista' tkun iggarantita ċertezza legali. Ir-rapporteur tenfasizza wkoll b’mod partikolari li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi m’għandhiex tintuża bħala skuża biex jinħattu r-regoli u għall-privatizzazzjoni fl-Istati membri. Jekk gvern ikun irid ineħħi r-regoli għandu jġorr ir-responsabilità għall-aġir tiegħu stess.

    Matul il-proċess ta' implimentazzjoni ħareġ ċar li għal bosta fornituri ta’ servizzi mhuwiex ċar jekk is-servizzi li joffru jaqax taħt id-Direttiva jew le. Dan jgħodd partikolarment għall-Artikolu 2(j). Hawnhekk l-Istati Membri jintalbu jużaw l-istrumenti tad-Direttiva, meta l-kwistjoni tkun pereżempju dwar it-tneħħija tal-kura tat-tfal żgħar mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

    Ir-rapporteur, barra minn hekk, tenfasizza li huwa meħtieġ li mhux biss issir delimitazzjoni ċara bejn is-servizzi li jaqgħu taħt din id-Direttiva u s-servizzi ta’ interess ġenerali, iżda wkoll li s-servizzi ta’ interess ġenerali bi qligħ jiġu ggarantiti permezz ta’ leġiżlazzjoni qafas.

    Punti waħdiena ta’ kuntatt

    Għall-fornituri tas-servizzi s-simplifikazzjoni tal-proċess amministrattiv u l-ħolqien ta' punti waħdiena ta' kuntatt huma ta' vantaġġ kbir. Dan l-istrument jista’, jekk jiġi organizzat sew, ikun ta’ importanza speċjali għall-kumpaniji żgħar u medji.

    Il-proċessi u l-formalitajiet kollha li huma neċessarji biex tiġi inizjata u pprattikata attività li toffri servizz transkonfinali għandhom jiġu realizzati permezz ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt. Għandhekk għandha tkun disponibbli informazzjoni preċiża, kompluta u komprensibbli dwar il-formalitajiet, il-proċessi amministrattivi u l-liġijiet li għandhom jiġu rispettati. Barra minn hekk, il-kumpaniji għandhom isibu appoġġ fil-proċess ta’ amministrazzjoni. Il-proċess għandu kemm jista’ jkun possibbli jsir permezz tas-sisitema elettronika.

    Ir-rapporteur tassumi li meta jiġu stabbiliti l-punti waħdiena ta’ kuntatt, ikun involuti dawk kollha interessati, jiġifieri, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema flimkien mal-kumpaniji, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tingħata l-informazzjoni relevanti kollha u partikolarment tagħrif dwar il-liġi tax-xogħol li għandha tiġi rispettata, sabeix il-problemi li jinqalgħu jkunu jistgħu jiġu solvuti kemm jista’ jkun malajr u mingħajr kumplikazzjoni.

    Ir-rapporteur tqis li mhijiex ħaġa sewwa li l-punti ta’ kuntatt ikunu limitati esklużivament għall-forma elettronika. Konsultazzjoni personali minn persunal ikkwalifikat għandha tkun ir-regola. Għal din ir-raġuni l-punti waħdiena ta’ kuntatt għandhom ikunu obbligati jinfurmaw lill-fornituri tas-servizzi dwar il-liġi tax-xogħol u l-liġi soċjali li għandhom jiġu rispettati. B’dan il-mod biss jista’ jiġi evtitat li fornitur tas-servizzi ma jkunx jista’ jafferma li ma kienx jaf dwar in-normi legali tal-pajjiż in kwistjoni. Barra minn hekk, koordinazzjoni tal-uffiċji individwali hija meħtieġa biex b’dan il-mod il-fornituri tas-servizzi jkunu aġġornati bl-aktar informazzjoni attwali.

    Għandu jkun ukoll evidenti li l-informazzjoni mogħtija tkun disponibbli b’diversi lingwi.

    Kooperazzjoni amministrattiva

    Id-Direttiva dwar is-servizzi tirrappreżenta l-kooperazzjoni amministrattiva billi tagħti dehra ġenerali ċara tad-dmirijiet tal-Istati Membri fejn il-fornitur ikun ibbażat u l-Istati Membri fejn is-servizzi jiġi offrut. Għal dan il-għan, is-sistema ta’ informazzjoni tas-suq intern (IMI) tgħin lill-awtoritajiet responsabbli biex jegħlbu ostakli fil-prattika fl-Istati Membri. L-IMI huwa strument ta’ min ifaħħru, peress li jappoġġa l-ħidma amministrattiva, u billi permezz ta’ din l-entità jistgħu jiġu trattati metodi amministrattivi differenti, diffikultajiet lingwistiċi jew informazzjoni nieqsa dwar il-punti ta’ kuntatt fi Stati Membri oħra. Ir-rapporteur fil-ġejjieni se tassigura ruħha li din is-sistema tiġi applikata b’mod effikaċi. F’dan l-aspett jidher li l-Istati Membri għad jonqoshom x’jagħmlu.

    Valutazzjoni reċiproka

    Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza għal darb’oħra li l-proċedura introdotta mill-Kunsill fi stadju aktar bikri dwar il-valutazzjoni reċiproka twassal għal piż burokratiku żejjed għall-amministrazzi tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

    Apparti l-ammont kbir ta’ liġijiet nazzjonali li kellhom jiġu adattati għad-Direttiva dwar is-servizzi, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport għall-Kummissjoni dwar is-sistemi tagħhom għall-għoti ta’ permessi (Artikolu 9(2)), dwar ir-rekwiżiti tagħhom rigward il-libertà ta’ stabbiliment fil-pajjiż (Artikolu 15) kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tagħhom rigward l-attivitajiet multidixxiplinari (Artikolu 25(3).

    Il-vantaġġi potenzjali ta’ din il-proċedura għad iridu jiġu eżaminati bir-reqqa, għaliex l-enerġija żejda għal finijiet burokratiċi kif ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw minnha, fl-opinjoni tar-rapporteur, għadhom jippersistu.

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (16.12.2010)

    għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

    dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi 2006/123/KE
    (2010/2053(INI))

    Rapporteur: Sophie Auconie

    SUĠĠERIMENTI

    Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-Kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

    A. billi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi hi stipulata fit-Trattati,

    B. billi l-attivitajiet kopruti mid-Direttiva dwar is-Servizzi jirrappreżentaw 40% tal-PGD u tal-impjiegi fl-UE u għalhekk jirrappreżentaw settur ewlieni ta’ tkabbir ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad; billi l-għan tad-Direttiva dwar is-Servizzi hu li tillibera l-potenzjal ekonomiku u ta' ħolqien ta' impjiegi enormi tas-suq intern tal-Unjoni Ewropea fis-settur tas-servizzi, li hu stmat fil-livell ta' bejn 0.6 ‑ 1.5% tal-PGD tal-UE; billi, barra minn hekk, id-Direttiva dwar is-Servizzi għand l-għan li tikseb l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 TFUE,

    1. Jenfasizza li d-Direttiva dwar is-Servizzi hi pass ewlieni lejn suq intern għas-servizzi reali, li għandu jippermetti lill-intrapriżi u b’mod partikolari lill-SMEs jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom b’servizzi aħjar bi prezz kompetittiv fis-suq intern; iqis, madankollu, li hu essenzjali li wara traspożizzjoni sħiħa titwettaq valutazzjoni komprensiva tal-impatt tad-Direttiva dwar is-Servizzi fuq l-attività ekonomika, il-livelli kwalitattivi u kwantittativi ta’ impjieg, protezzjoni soċjali, it-twettiq tal-objettivi ambjentali u tal-kwalità tas-servizzi offruti lill-konsumaturi;

    2. Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-aċċessibilità, l-effiċjenza u l-interoperabilità tal-punti ta’ kuntatt waħdieni (PSCs) fl-Istati Membri kollha; iqis, b’mod partikolari, li dawn il-PSCs għandhom joffru informazzjoni adegwata u komprensiva dwar id-drittijiet tax-xogħol u l-arranġamenti fiskali li hemm fis-seħħ fl-Istati Membri, b’mod partikolari rigward il-VAT;

    iqis li punt ta’ aċċess elettroniku waħdieni għall–PSCs mhuwiex biżżejjed biex jagħti lill-fornituri assistenza ta’ kwalità u jitlob għal analiżi ta’ prestazzjoni tal-PSCs fuq il-bażi ta’ indikaturi reali li għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew;

    jirrakkomanda, f’kull każ, li l-piż amministrattiv impost mid-Direttiva dwar is-Servizzi fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jinżamm proporzjonat u f’livelli raġjonevoli; Jinnota li d-definizzjoni tal-ambitu tad-Direttiva dwar is-Servizzi tista' tkun diffiċli, b’mod partikolari rigward is-Servizzi ta’ Interess Ġenerali; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tiżgura ambjent legali ċar għas-servizzi kollha permezz ta’ Att dwar is-Suq Uniku;

    4. Jenfasizza li l-proċess ta’ traspożizzjoni għandu jseħħ malajr kemm jista’ jkun u b’mod trasparenti; jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni amministrattiva u jisħaq li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha għandhom jikkomunikaw b’mod aktar mħaffef u effettiv b’użu aħjar tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern; jistenna, mir-rapport tal-Kummissjoni, analiżi tal-aġġustamenti meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u effiċjenti tad-direttiva; iqis, b’mod partikolari li hu xieraq li jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet ta’ kwalità u ċ-ċarezza tal-metodu ta’ trażpożizzjoni magħżul (vertikali jew orizzontali) għall-fornituri tas-servizz u ċ-ċittadini.

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

    Data tal-adozzjoni

    13.12.2010

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    36

    2

    3

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Burkhard Balz, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Ivari Padar, Anni Podimata, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Marta Andreasen, Elena Băsescu, Pervenche Berès, Thijs Berman, Sari Essayah, Robert Goebbels, Carl Haglund, Syed Kamall, Klaus-Heiner Lehne, Thomas Mann, Gay Mitchell

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (10.11.2010)

    għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

    dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi 2006/123/KE
    (2010/2053(INI))

    Rapporteur għal opinjoni: Jean-Luc Bennahmias

    SUĠĠERIMENTI

    Il-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu s-suġġerimenti li ġejjin:

    A. billi s-suq intern tas-servizzi għandu jiżviluppa kompletament filwaqt li jżomm intatt il-mudell soċjali Ewropew, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjieg deċenti u żgur u l-benessri universali,

    B.  billi bid-Direttiva dwar is-Servizzi sar ferm eħfef, l-iżjed għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, li jsegwu l-attivitajiet tagħhom, jiżviluppaw oqsma ġodda ta' negozju u wkoll li jirreklutaw persunal ġdid fi Stati Membri oħra,

    C. billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi tibqa’ importanti b’kruċjali għall-ikkompletar tas-suq uniku,

    D. billi s-settur tas-servizzi jħaddan fih 70% tal-okkupazzjoni u tal-PGD tal-Unjoni Ewropea u għalhekk huwa l-akbar settur fl-ekonomija tal-UE, u billi matul l-aħħar 10 snin kien hemm żieda li wasslet għall-ħolqien nett ta' impjiegi fis-settur tas-servizzi fil-biċċa l-kbira taz-zona ewro,

    E.  billi settur tas-servizzi aktar dinamiku b'intensità għolja ta' mano d'opera jista' jgħin biex jiġi sostnut it-tkabbir,

    1.  Jittama li d-Direttiva dwar is-Servizzi jkollha impatt pożittiv bil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, deċenti u ta' kwalità u bit-titjib fil-kwalità u fis-sikurezza tas-servizzi pprovduti;

    2.  Jinnota li sabiex jinkisbu l-objettivi kollha tad-Direttiva dwar is-Servizzi, jenħtieġ issir it-traspożizzjoni totali, koerenti u f'waqtha tagħha;

    3.  Iqis li l-Direttiva dwar is-Servizzi għandha ssaħħaħ il-benessri soċjali u l-jeddijiet tal-ħaddiema u tiżgura li jkun hemm kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea;

    4.  Ifakkar li d-Direttiva dwar is-Servizzi għandha tiġi interpretata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-trattat, u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea, il-klawżola soċjali orizzontali tal-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Umjoni Ewropea (FUE), l-Artikolu 14 tat-Trattat FUE, tal-Protokoll Nru 26 anness mat-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

    5.  Jinnota li fl-aħħar snin is-suq intern għadda minn għadd ta' problemi, partikolarment fir-rigward tal-libertà tal-moviment, u li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, pereżempju, ħolqot il-problemi f'diversi Stati Membri; jistieden kemm lill-Istati Membri kemm lill-istituzzjonijiet tal-UE jissoktaw jaħdmu favur ir-riżoluzzjoni ta' dawn il-problemi, b'mod partikolari l-interpretazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Viking, Laval, u Rüffert u billi jirrevedu d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema; jindika, f’dan is-sens, li l-libertajiet ekonomiċi fundamentali tas-suq ħieles għandhom ikunu kontrobilanċjati mill-jeddijiet fundamentali, inklużi l-jeddijiet soċjali fundamentali, fir-redazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, biex b’hekk is-suq intern ma jiħux preċedenza fuq il-mudell soċjali Ewropew u lanqas ma jsir aktar importanti minnu;

    6.  Ifakkar li d-direttiva eskludiet għadd ta' oqsma mill-ambitu ta' applikazzjoni tagħha, inklużi s-servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali, is-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-biċċa l-kbira tas-servizzi soċjali; jinnota li d-direttiva ma tapplikax għal-liġi tax-xogħol u ma taffettwax il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri;

    7.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar kjarifiki fir-rigward kemm tal-limiti tal-kamp tal-amplifikazzjoni tad-direttiva, b'mod partikolari rigward in-nozzjonijiet ta' ‘attivitajiet ekonomiċi’, ‘servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali’ u ‘servizzi soċjali ta' interess ġenerali’, kif ukoll fir-rigward tal-applikazzjoni tad-direttiva tas-sistemi ta' awtorizzazzjoni fil-qasam tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, bir-rispett li jixraq lejn il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

    8.  Iqis li l-punti ta’ kuntatt waħdani għandhom ikunu aċċessibbli kemm bħala punti ta’ kuntatt elettroniku kemm fiżiku fl-Istati Membri kollha u li huma partikolari effettivi billi huma faċli li jinstabu u għandhom approċċ prattiku u multilingwi; iqis, inoltre, li l-impenn tal-punti ta' kuntatt uniku li jagħtu pariri mhux burokratiċi lill-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u li jinfurmaw liċ-ċittadini dwar kwestjonijiet relatati mad-Direttiva, b'mod partikulari d-Dritt tax-xogħol applikabbli, id-Dritt tas-sigurtà soċjali u l-jeddijiet tal-impjegati fis-seħħ skont id-Direttiva, għandu jissaħħaħ; huwa tal-fehma li fid-dawl tal-kumplessità tal-leġiżlazzjoni, jemmen li meta jsiru l-kontrolli mill- awtoritajiet tal-impjiegi u tas-sigurtà soċjali, id-djalogu u l-għoti ta' konsulenza u ta' informazzjoni għandhom jitqiesu elementi fundamentali;

    9.  Iqis li, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni kumplessa, iċ-ċittadini kollha għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw mal-awtoritajiet fl-oqsma rispettivi tar-responsabbiltà tagħhom, sabiex jingħataw tweġiba preċiża għall-mistoqsijiet tagħhom; jikkunsidra li l-kunċett ta' deċiżjonijiet amministrattivi bil-quddiem għandu għalhekk ikun żviluppat fil-qasam tal-liġi tax-xogħol u fil-qasam tas-sigurtà soċjali sabiex tiġi missielta l-inċertezza legali; iqis, barra minn hekk, li sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, għandhom jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet meħuda;

    10. Jiddispjaċih li mhux l-Istati Membri kollha eżegwew bis-sħiħ id-Direttiva dwar is-Servizzi, u jitlob li din l-eżekuzzjoni ssir kemm jista' jkun malajr;

    11. Iqis li dawk li jevadu l-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom dwar l-impjiegi, pereżempju, billi jaħdmu xogħol mhux iddikjarat jew jaħdmu għal rashom b'mod falz, għandhom jiġu mħarrka u kkastigati;

    12. Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-applikazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha u biex toħroġ rapport regolari dwar l-implimentazzjoni. iqis li dawn ir-rapporti għandhom iqisu l-effetti reali fi żmien medju u fit-tul tad-Direttiva fuq l-impjiegi fl-UE.

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

    Data tal-adozzjoni

    9.11.2010

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    40

    1

    4

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Pascale Gruny, Marian Harkin, Roger Helmer, Stephen Hughes, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Jürgen Creutzmann, Julie Girling, Jelko Kacin, Jan Kozłowski, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner, Csaba Sógor

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (3.12.2010)

    għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

    dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi 2006/123/KE
    (2010/2053(INI))

    Rapporteur għal opinjoni: Filiz Hakaeva Hyusmenova

    SUĠĠERIMENTI

    Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu s-suġġerimenti li ġejjin:

    1.  Jagħraf il-potenzjal tad-Direttiva tas-Servizzi għal iktar integrazzjoni tal-ekonomija tal-UE u t-tnedija mill-ġdid tas-suq uniku, billi trawwem il-prosperità ekonomika u l-kompetittività u tikkontribwixxi għall-impjiegi u l-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol, peress li s-servizzi għandhom sehem sinifikanti fil-PDG u l-impjiegi fl-UE; iqis li l-implimentazzjoni korretta u rapida tad-direttiva fl-Istati Membri kollha hija kundizzjoni importanti għall-ilħiq tal-miri tal-politika ta' koeżjoni u reġjonali u li tista’ ssaħħaħ ir-relazzjoni ta’ rinforz reċiproku bejn is-suq intern u l-politika ta’ koeżjoni u tikkontribwixxi għall-ilħiq tal-miri tal-Istrateġija UE 2020, filwaqt li sservi biex tiġi eliminata r-retiċenza eżistenti dwar is-suq uniku fis-settur tal-forniment tas-servizzi;

    2.  Jemmen li s-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u l-punti ta’ kuntatt uniku – peress li dawn jeħtieġu sforz kbir ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kollha involuti – jistgħu jwittu t-triq għal iktar interoperabbiltà u netwerking fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fl-UE kollha; jikkunsidra li, meta jkunu qed jiġu definiti r-regoli u l-proċeduri biex jiżguraw il-funzjonament tagħha, għandu jkun hemm ċerta flessibilità skont dak li tirrikjedi d-diversità reġjonali fil-livell tal-UE u li, għal dan l-għan, kull miżura għandha tiġi adottata bi sħubija u wara dibattitu veru fil-livell lokali u reġjonali; iqis li, barra minn hekk, il-punti ta' kuntatt uniku għandhom jiġu mħeġġa jaderixxu mal-prinċipju tal-multilingwiżmu, biex b'hekk il-proċeduri amministrattivi jikkorrispondu aħjar mal-ħtiġijiet u tiġi ffaċilitata komunikazzjoni effikaċi, diretta u rapida; iqis li jkun utli hawnhekk għall-punti ta' kuntatt uniku li jkollhom websajts multilingwi; jinnota, madankollu, il-bżonn li jkun żgurat li dan ma jimponix piżijiet addizzjonali fuq il-partijiet ikkonċernati, partikolarment fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

    3.  Jinnota li l-punti ta' kuntatt uniku għandhom ikunu stabbiliti bħala entitajiet pubbliċi u punti ta' aċċess wieħed għall-fornituri tas-servizzi;

    4.  Iqis li huwa utli li tiġi stabbilita kooperazzjoni fil-kuntest ta' netwerk Ewropew magħmul mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u li jiġi stabbilit skambju ta' informazzjoni fuq l-affidabbiltà tal-fornituri tas-servizzi, biex b'hekk jiġu eliminati kontrolli addizzjonali li jseħħu fuq l-attivitajiet transkonfinali;

    5.  Jispera li l-għanijiet tad-direttiva jistgħu jibdew jintlaħqu fil-ġejjieni qarib u li l-UE kollha u r-reġjuni tagħha jistgħu jibbenefikaw, biex b'hekk isir kontribut għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali reali; jenfasizza r-rwol tal-fondi strutturali u l-istrumenti ta’ finanzjament l-oħra li jipprovdu aċċess għal u jiżguraw id-disponibbiltà ta' infrastruttura f'oqsma bħat-trasport u t-telekomunikazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-edukazzjoni, fl-għoti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi pubbliċi fir-reġjuni – partikolarment f'żoni li huma inqas attraenti għall-investituri, permezz tal-iżvilupp u l-għoti ta' inċentivi għal investiment f'dawn iż-żoni – u fl-għajnuna għat-tħeġġiġ ta’ skambji ta’ prattika tajba fl-għoti ta' servizzi ewlenin; jitlob, f’dan il-kuntest, għal iktar koerenza u koordinazzjoni bejn il-politiki kollha;

    6.  Iqis li l-proċeduri amministrattivi jeħtiġilhom isiru aktar effiċjenti; jikkunsidra li jkun utli f'dan il-kuntest li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-punti ta' kuntatt uniku, sabiex huma jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi fil-qasam ta' servizzi transkonfinali fir-reġjuni differenti tal-Ewropa;

    7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja b’mod effikaċi, u tivvaluta mill-bidu, l-impatt tad-direttiva fuq ir-reġjuni, u biex tiżgura l-koordinazzjoni effikaċi tal-politiki kollha konnessi mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva; jitlob lill-Kummmissjoni tappoġġa t-twettiq ta' kampanji ta' informazzjoni għal awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva, sabiex jintlaħqu l-miri tagħha;

    8.  Jistenna li d-direttiva tista’ fil-fatt iġġib magħha tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi u f'każijiet ta' nuqqas ta' ċertezza legali, partikolarment dawk li jaffettaw lill-SMEs, li jippredominaw fil-qasam tas-servizzi; jitlob, għal dan l-għan, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jnaqqsulhom il-piżijiet amministrattivi preżenti li jirriżultaw mill-ħtieġa eżistenti li jinnotifikaw tibdiliet fl-artikoli tal-assoċjazzjoni; jikkunsidra li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi ser jiffaċilita l-iżvilupp ta' servizzi addizzjonali f'żoni rurali, remoti u dawk l-aktar imbiegħda;

    9.  Jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali ta' appoġġ għall-SMEs innovattivi, li l-aktar li huma milquta mill-kriżi ekonomika u finanzjarja;

    10. Jirrimarka li servizzi ta' interess ġenerali jistgħu u għandhom jiġu rregolati fejn joriġinaw u fejn iċ-ċittadini jibbenefikaw minnhom; jitlob għaldaqstant li lill-muniċipji jitħallielhom biżżejjed spazju għall-azzjoni;

    11. Jitlob għal monitoraġġ xieraq u komprensiv għall-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet stabbiliti fid-direttiva rigward is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, filwaqt li jiġi rrispettat it-taqsim tal-kompetenzi mal-Istati Membri; jinnota li din id-direttiva ma taffettwax id-dritt tal-Istati Membri li, fi qbil mar-regoli Komunitarji, jistabbilixxu liema servizzi jqisuhom ta' interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom ikunu organizzati u ffinanzjati b'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat u għal liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu suġġetti;

    12. Jitlob li jitħares aktar il-prinċipju bażiku tal-awtogovernanza lokali fl-implimentazzjoni tad-direttiva, u li jiġu evitati kemm jista' jkun piżijiet amministrattivi u restrizzjonijiet burokratiċi tal-libertà deċiżjonali fil-livell lokali rigward servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

    Data tal-adozzjoni

    30.11.2010

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    41

    2

    1

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Charalampos Angourakis, Sophie Auconie, Jean-Paul Besset, Victor Boştinaru, Zuzana Brzobohatá, Alain Cadec, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Juozas Imbrasas, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Jacek Olgierd Kurski, Petru Constantin Luhan, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Lambert van Nistelrooij, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Viktor Uspaskich, Hermann Winkler, Joachim Zeller

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Vasilica Viorica Dăncilă, Jens Geier, Andrey Kovatchev, Elisabeth Schroedter, Dimitar Stoyanov, László Surján, Evžen Tošenovský, Derek Vaughan, Sabine Verheyen

    Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Andrea Češková

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

    Data tal-adozzjoni

    26.1.2011

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    32

    1

    5

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Gianni Pittella, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Laurence J.A.J. Stassen, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Damien Abad, Cornelis de Jong, Ashley Fox, Liem Hoang Ngoc, Morten Løkkegaard, Konstantinos Poupakis