RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

3.2.2011 - (COM(2009)0477 – C7‑0204/2009 – 2009/0129(COD)) - ***I

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Crescenzio Rivellini


Proċedura : 2009/0129(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0023/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

(COM(2009)0477 – C7‑0204/2009 – 2009/0129(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0477),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0204/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu ‘Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2010[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7‑0023/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran).

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

Emenda  2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Emenda  3

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

imħassra

Emenda  4

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Emenda  5

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 3 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Komunità Ewropea, kif ukoll il-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja, huma Partijiet Kontraenti mal-GFCM.

(3) L-UE, kif ukoll il-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja, huma Partijiet Kontraenti mal-GFCM.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM huwa vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti. Peress li l-Komunità hija parti kontraenti mal-GFCM, dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti għall-Komunità u għalhekk għandhom jiġu trasposti fil-liġi Komunitarja, fejn il-kontenut tagħhom mhuwiex diġà kopert mill-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(4) Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM huma vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti. Peress li l-UE hija parti kontraenti mal-GFCM, dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti għall-UE u għalhekk għandhom jiġu trasposti fil-liġi tal-UE, fejn il-kontenut tagħhom mhuwiex diġà kopert mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fis-Sessjonijiet Annwali tagħha fl-2005, l-2006, l-2007 u l-2008 l-GFCM adottat għadd ta' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet għal ċertu sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM li ġew trasposti fil-liġi Komunitarja fuq bażi temporanja permezz ta' regolamenti annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd jew fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM 2005/1 u 2005/2, mill-Artikoli 4(3) u 24 tar-Regolament 1967/2006.

 

(5) Fis-Sessjonijiet Annwali tagħha fl-2005, l-2006, l-2007 u l-2008 l-GFCM adottat għadd ta' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet għal ċertu sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM li ġew trasposti fil-liġi tal-UE fuq bażi temporanja permezz ta' regolamenti annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd jew fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM 2005/1 u 2005/2, mill-Artikoli 4(3) u 24 tar-Regolament 1967/2006.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Għal raġunijiet ta' ċarezza, simplifikazzjoni u ċertezza legali, u peress li l-karattru permanenti tar-rakkomandazzjonijiet jitlob ukoll strument legali permanenti għat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi Komunitarja, huwa xieraq li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu trasposti permezz ta' att leġiżlattiv wieħed fejn rakkomandazzjonijiet futuri jistgħu jiżdiedu permezz ta' emendi għal dak l-att.

(6) Għal raġunijiet ta' ċarezza, simplifikazzjoni u ċertezza legali, u peress li l-karattru permanenti tar-rakkomandazzjonijiet jitlob ukoll strument legali permanenti għat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi tal-UE, huwa xieraq li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu trasposti permezz ta' att leġiżlattiv wieħed fejn rakkomandazzjonijiet futuri jistgħu jiżdiedu permezz ta' emendi għal dak l-att.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM japplikaw għaż-żona sħiħa ta' ftehim tal-GFCM, b'mod partikolari l-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet konnessi, kif imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/416/KE tas-16 ta' Ġunju 1998 u għalhekk għal raġunijiet ta' ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, għandhom jiġu trasposti f'regolament separat aktar milli permezz ta’ emendi għar-Regolament 1967/2006 li jkopri biss il-Baħar Mediterran.

(7) Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM japplikaw għaż-żona sħiħa ta' ftehim tal-GFCM, b'mod partikolari l-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet konnessi, kif imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/416/KE tas-16 ta' Ġunju 1998 u għalhekk għal raġunijiet ta' ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-UE, għandhom jiġu trasposti f'regolament separat aktar milli permezz ta’ emendi għar-Regolament 1967/2006 li jkopri biss il-Baħar Mediterran.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Fis-Sessjoni Annwali tal-2008, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar skema reġjonali ta' miżuri tal-Istat tal-Port biex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) fiż-Żona tal-GFCM. Filwaqt li r-regolament tal-Komunità dwar is-sajd IUU jkopri b'mod ġenerali l-kontenut ta' din ir-rakkomandazzjoni u se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010, madankollu hemm xi aspetti bħall-frekwenza, il-kopertura u l-proċedura għall-ispezzjonijiet fil-port li għandhom bżonn ikunu msemmija f'dan ir-Regolament sabiex il-miżura tkun adattata għall-ispeċifikazzjonijiet taż-żona tal-GFCM.

(13) Fis-Sessjoni Annwali tal-2008, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar skema reġjonali ta' miżuri tal-Istat tal-Port biex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) fiż-Żona tal-GFCM. Filwaqt li r-regolament tal-UE dwar is-sajd IUU jkopri b'mod ġenerali l-kontenut ta' din ir-rakkomandazzjoni u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010, madankollu hemm xi aspetti bħall-frekwenza, il-kopertura u l-proċedura għall-ispezzjonijiet fil-port li għandhom bżonn ikunu msemmija f'dan ir-Regolament sabiex il-miżura tkun adattata għall-ispeċifikazzjonijiet taż-żona tal-GFCM.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni8. Sabiex ikun żgurat li miżuri addizzjonali adottati mill-GFCM li jsiru obbligatorji għall-Komunità jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-qafas ta' żmien stipulat mill-Ftehim tal-GFCM, jistgħu jiġu adottati emendi biex jittrasponu rakkomandazzjonijiet dwar il-konservazzjoni u l-kontroll jew l-infurzar permezz tal-istess proċedura.

(14) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Skont dak l-Artikolu, għandhom jiġu stabbiliti bil-quddiem regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha permezz ta’ regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat dak ir-regolament il-ġdid, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni8 tibqa’ tapplika, bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhix applikabbli.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE rigward l-inkorporazzjoni fil-liġi tal-UE ta' emendi futuri għal dawk il-miżuri tal-GFCM għal konservazzjoni, kontroll jew infurzar, kif diġà trasposti fil-liġi tal-UE, li huma s-suġġett ta’ ċerti elementi mhux essenzjali ddefiniti espliċitament ta’ dan ir-Regolament u li saru vinkolanti fuq l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha skont it-termini tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM). Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli għall-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri ta' konservazzjoni, ġestjoni, sfruttament, monitoraġġ, kummerċjalizzazzjoni u infurzar għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif stabbilit mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (minn issa 'l quddiem GFCM).

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli għall-applikazzjoni mill-EU tal-miżuri ta' konservazzjoni, ġestjoni, sfruttament, monitoraġġ, kummerċjalizzazzjoni u infurzar għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif stabbilit mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (minn issa 'l quddiem GFCM).

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd u l-akkwakultura kummerċjali tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u taċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-Żona ta' Ftehim tal-GFCM.

1. Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd u l-akkwakultura kummerċjali tal-bastimenti tas-sajd tal-UE u taċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-Żona ta' Ftehim tal-GFCM.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni f'format elettroniku, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2009, lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li matul l-2008 kienu jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u fis-subżona Ġeografika 7 tal-GFCM kif imsemmija fl-Anness I. Il-lista għandu jkollha l-isem tal-bastiment, in-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità, il-perjodu li matulu l-bastiment kien awtorizzat jistad fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u l-għadd ta' jiem li kull bastiment għamel fis-subżona Ġeografika 7 fis-sena 2008 u aktar speċifikament fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni f'format elettroniku, sa mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li matul l-2008 kienu jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u fis-subżona Ġeografika 7 tal-GFCM kif imsemmija fl-Anness I. Il-lista għandu jkollha l-isem tal-bastiment, in-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-UE, il-perjodu li matulu l-bastiment kien awtorizzat jistad fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u l-għadd ta' jiem li kull bastiment għamel fis-subżona Ġeografika 7 fis-sena 2008 u aktar speċifikament fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2009, il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2008 dwar

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2008 dwar

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ħarsien tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 10 u b'mod partikolari għandhom jiżguraw li dawk iż-żoni huma mħarsa mill-impatti ta' kwalunkwe attività oħra ta' sajd li thedded il-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta' dawk il-ħabitats speċifiċi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom il-kompitu tal-ħarsien tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 10 u b'mod partikolari mill-impatti ta' kwalunkwe attività oħra li thedded il-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta' dawk il-ħabitats speċifiċi.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità.

(b) l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-UE.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati jipparteċipaw fis-sajd tal-lampuki għandhom jingħataw permess speċjali tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 1627/94 u għandhom ikunu inklużi f'lista li jkollha l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità, li għandu jingħata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat. Irrispettivament mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1627/94, il-bastimenti b'anqas minn 10 metri tul totali għandu jkollhom permess speċjali tas-sajd.

Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati jipparteċipaw fis-sajd tal-lampuki għandhom jingħataw permess speċjali tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 1627/94 u għandhom ikunu inklużi f'lista li jkollha l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-UE, li għandu jingħata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat. Irrispettivament mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1627/94, il-bastimenti b'anqas minn 10 metri tul totali għandu jkollhom permess speċjali tas-sajd.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ix-xbieki bil-malji djamant użati fil-baħar Mediterran skont il-punt 2 tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għal attivitajiet ta' tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet demersali għandu jkollhom selettività ta' daqs rikonoxxut ekwivalenti għal jew ogħla minn dak tax-xbieki bil-malji kwadri ta' 40 mm fil-manka.

imħassar

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B'deroga mill-Artikolu 8(1)(h) u mill-punt (2) tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, sal-31 ta' Mejju 2010 l-Istati Membri jistgħu jkomplu jawtorizzaw lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom biex jużaw malji tal-manka li jkunu iżgħar minn 40 mm djamant f'ċertu sajd lokali u demersali staġjonali li jisfrutta stokkijiet li ma jkunux maqsumin b’mod komuni ma' pajjiżi terzi.

imħassar

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-paragrafu 2 għandu japplika biss għal attivitajiet tas-sajd li huma formalment awtorizzati mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 u ma għandhom jinvolvu l-ebda żieda fl-isforz tas-sajd fir-rigward tas-sena 2006.

imħassar

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri, qabel il-15 ta' Jannar 2010, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, u permezz tal-kanali normali għall-ipproċessar tad-dejta, il-lista tal-bastimenti awtorizzati skont il-paragrafu 2, bl-informazzjoni li ġejja:

imħassar

(a) l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità;

 

(b) is-sajd awtorizzat li jsir minn kull wieħed mill-bastimenti definit f'termini ta' stokk(ijiet) fil-mira, iż-żona tas-sajd kif determinata fl-Anness I u l-karatteristiċi tekniċi tad-daqs tal-malja tal-irkaptu tas-sajd kalat;

 

(c)       il-perjodu tas-sajd awtorizzat.

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.

imħassar

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu involuti f'attivitajiet tat-tkarkir li jisfrutta l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sal-1 ta' Ottubru 2009 u sussegwentement kull 6 xhur, il-lista ta' bastimenti tas-sajd, u l-perċentwali mill-flotta kollha nazzjonali demersali tat-tkarkir b'xibka bil-malja kwadra tal-manka ta' 40 mm jew aktar jew xbieki bil-malja djamant ta' mill-anqas 50 mm.

3. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu involuti f'attivitajiet tat-tkarkir li jisfrutta l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sal-1 ta' Ottubru 2011 u sussegwentement kull 6 xhur, il-lista ta' bastimenti tas-sajd, u l-perċentwali mill-flotta kollha nazzjonali demersali tat-tkarkir b'xibka bil-malja kwadra tal-manka ta' 40 mm jew aktar jew xbieki bil-malja djamant ta' mill-anqas 50 mm.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel l-1 ta’ Diċembru 2009 kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-kanali normali għall-ipproċessar tad-dejta, lista aġġornata tal-bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu li huma awtorizzati minnu li jistadu fiż-żona tal-GFCM bil-ħruġ ta’ permess tas-sajd.

1. Qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-kanali normali għall-ipproċessar tad-dejta, lista aġġornata tal-bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu li huma awtorizzati minnu li jistadu fiż-żona tal-GFCM bil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għas-sajd.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) in-numru tal-bastiment fir-reġistru tal-flotta tal-Komunità (CFR), u l-marki esterni kif definiti fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 26/2004;

(a) in-numru tal-bastiment fir-reġistru tal-flotta tal-UE (CFR), u l-marki esterni kif definiti fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 26/2004;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista aġġornata lis-Segretarjat Eżekuttiv tal-GFCM qabel l-1 ta’ Jannar 2010 biex dawn il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-GFCM ta’ bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali awtorizzati biex jistadu fiż-żona tal-Ftehim GFCM (minn issa ’l quddiem 'Reġistru tal-GFCM').

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista aġġornata lis-Segretarjat Eżekuttiv tal-GFCM qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena biex dawn il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-GFCM ta’ bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali awtorizzati biex jistadu fiż-żona tal-Ftehim GFCM (minn issa ’l quddiem 'Reġistru tal-GFCM').

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità b'tul totali ta’ aktar minn 15-il metru, li ma jkunux imdaħħla fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma għandhomx jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art kwalunkwe tip ta’ ħut jew frott tal-baħar fiż-żona tal-GFCM.

5. Il-bastimenti tas-sajd tal-UE b'tul totali ta’ aktar minn 15-il metru, li ma jkunux imdaħħla fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma għandhomx jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art kwalunkwe tip ta’ ħut jew frott tal-baħar fiż-żona tal-GFCM.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jkunu biss il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 u li jkollhom abbord permess tas-sajd maħruġ minnhom li jkunu awtorizzati, skont it-termini tal-permess, li jwettqu attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tal-GFCM;

(a) ikunu biss il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 u li jkollhom abbord awtorizzazzjoni għas-sajd maħruġa minnhom li jkunu awtorizzati, skont it-termini tal-awtorizzazzjoni, li jwettqu attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tal-GFCM;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ebda permess tas-sajd ma għandu jinħareġ lil bastimenti li jkunu wettqu sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrapportat (sajd IUU) fiż-żona tal-GFCM jew band’oħra, sakemm is-sidien il-ġodda ma jipprovdux evidenza dokumentarja adegwata li s-sidien u l-operaturi preċedenti ma għad għandhom l-ebda interess legali, benefiċjarju jew finanzjarju fi, u ma jeżerċitaw l-ebda kontroll fuq, il-bastimenti tagħhom, u li l-bastimenti tagħhom la jieħdu sehem u lanqas ma huma assoċjati ma’ sajd IUU;

(b) l-ebda awtorizzazzjoni għas-sajd ma għandha tinħareġ lil bastimenti li jkunu wettqu sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrapportat (sajd IUU) fiż-żona tal-GFCM jew band’oħra, sakemm is-sidien il-ġodda ma jipprovdux evidenza dokumentarja adegwata li s-sidien u l-operaturi preċedenti ma għad għandhom l-ebda interess legali, benefiċjarju jew finanzjarju fi, u ma jeżerċitaw l-ebda kontroll fuq, il-bastimenti tagħhom, u li l-bastimenti tagħhom la jieħdu sehem u lanqas ma huma assoċjati ma’ sajd IUU;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 [u l-Artikolu 1 tar-Regolament KE Nru XX/XXXX [ir-Regolament ta' implimentazzjoni rigward l-IUU]] il-perjodu għal notifika minn qabel għandu jkun ta' mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.

B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-perjodu għal notifika minn qabel għandu jkun ta' mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li bastiment ta' pajjiż terz juża l-portijiet tagħhom għall-ħatt tal-ħut, it-trażbord jew l-ipproċessar ta' prodotti tal-ħut li nqabad fiż-żona tal-GFCM u għandhom jiċħdu l-aċċess għas-servizzi tal-port, inkluż, inter alia, servizzi ta' forniment ta' karburant jew ta' provvisti, bl-eċċezzjoni ta' każijiet ta' force majeure jew ta' periklu skont it-tifsira fl-Artikolu 18 tal-UNCLOS għas-servizzi strettament meħtieġa biex jirrimedjaw dawk is-sitwazzjonjiet, jekk:

1. Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

(a) il-bastiment ma jtajjarx il-bandiera ta’ Parti Kontraenti tal-GFCM; jew

(a) il-bastiment ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; jew

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jaqsmu mal-aġenziji nazzjonali rilevanti l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi u biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ aġenziji bħal dawn fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ din it-Taqsima.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jaqsmu mal-aġenziji nazzjonali rilevanti l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi u biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ aġenziji bħal dawn fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Kapitolu II tat-Titolu III.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ewwel preżentazzjoni tad-dejta tal-Kompitu 1.1, 1.2 u 1.4 għandha ssir qabel l-1 ta' Frar 2010.

imħassar

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

Fejn kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma meħtieġa, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(2).

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar wieħed.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dan il-Kumitat nnnifsu għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

imħassar

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 27(2) sabiex ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM dwar il-konservazzjoni jew il-kontroll, jew l-adattamenti tekniċi għal rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-GFCM, li jsiru obbligatorji għall-Komunità, jiġu trasposti fil-liġi Komunitarja.

Sa fejn ikun neċessarju, għat-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-UE ta' emendi għad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Iskema li jsiru obbligatorji għall-Unjoni, il-Kummissjoni tista' temenda d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament permezz ta' atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 28a u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 28b u 28c, dwar:

L-Annessi jistgħu jiġu emendati sabiex ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM jiġu trasposti skont l-istess proċedura.

- iż-żona b’restrizzjonijiet fuq is-sajd fil-Golf tal-Iljuni kif stipulat fl-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8 u 9;

 

- iż-żoni b’restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-protezzjoni tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond kif stipulat fit-Titolu II, Kapitolu I, Taqsima II, Artikoli 10 u 11;

 

l-istabbiliment ta' staġun magħluq għas-sajd tal-lampuki permezz ta’ tagħmir biex jinġema’ l-ħut (FADs) kif stipulat fit-Titolu II, Kapitolu II, Artikoli 12, 13 u 14;

 

- l-għoti ta’ informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM kif stipulat fl-Artikolu 16(4);

 

- ir-reġistru ta’ bastimenti awtorizzati kif stipulat fl-Artikolu 18;

 

- il-kooperazzjoni, l-informazzjoni u r-rappurtar kif stipulat fl-Artikoli 24, 25;

 

- il-koordinati tat-tabelli, tal-mapep u ġeografiċi tas-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (GSAs) kif stipulati fl-Anness I;

 

- il-matriċi tal-istatistika tal-GFCM kif stipulat fl-Anness III.

 

Meta tadotta atti ddelegati bħal dawn, il-Kummissjoni għandha taġixxi skont dan ir-Regolament.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 28 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28 a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 28 għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar is-setgħa ddelegata sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun awtomatikament imtawla għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex skont l-Artikolu 28b.

 

2. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.

 

3. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 28b u 28 c.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 28 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28 b

 

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 28b tista’ tkun irrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista’ tkun suġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta' revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 28 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28 c

 

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

 

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

 

B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

 

2. Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.

 

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 - punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

“Għal xbieki rmunkati għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4, id-daqs minimu tal-malji għandu jkun tal-inqas:

 

(a) xibka b'malja kwadra tal-manka ta' 40 mm, jew

 

(b) fuq talba ġġustifikata kif suppost ta' sid il-bastiment, xibka b'malja djamant ta' 50 mm ta' selettività skont id-daqs rikonoxxuta li tkun ekwivalenti għal jew ogħla minn dik tax-xbieki msemmija fil-punt (a).

 

Il-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati jużaw u jżommu abbord biss waħda miż-żewġ tipi ta’ xbieki.

 

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2012, u fuq il-bażi tiegħu kif ukoll tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Diċembru 2011, għandha tipproponi emendi adattati fejn ikunu xierqa”.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30

imħassar

Emendi għar-Regolament Nru 43/2009

 

Fir-Regolament (KE) Nru 43/2009, l-Artikoli 28 sa 31 u l-Annessi VII u VIII għandhom jitħassru.

 

  • [1]        ĠU C 354, 28.12.2010, p. 71.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) twaqqfet fl-1949 permezz ta' ftehim internazzjonali. Il-qasam ta' kompetenza tagħha jinkludi l-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ibħra kontigwi. Il-funzjonijiet ewlenin tal-GFCM huma: il-promozzjoni tal-iżvilupp, tal-ħarsien u tal-ġestjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; il-formulazzjoni u r-rakkomandazzjoni ta' miżuri ta' ħarsien; il-promozzjoni ta' proġetti ta' kooperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ. Il-partijiet kontraenti għall-GFCM huma: il-Komunità Ewropea, l-Albanija, l-Alġerija, il-Bulgarija, Ċipru, Kroazja, l-Eġittu, Franza, il-Ġappun, il-Greċja, l-Iżrael, l-Italja, il-Libanu, il-Libja, Malta, il-Marokk, Monaco, ir-Rumanija, is-Sirja, is-Slovenja, Spanja, it-Tuneżija, it-Turkija.

Il-proposta għal regolament attwali sempliċement tittrasponi ċerti rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM u li diġà qegħdin fis-seħħ fil-pajjiżi kontraenti għall-GFCM f'att wieħed leġiżlattiv Komunitarju, li miegħu jistgħu jkunu miżjuda r-rakkomandazzjonijiet li jsiru fil-futur permezz ta' emendi ta' dan l-att. Dan jikkostitwixxi pass importanti lejn is-simplifikazzjoni peress li sal-lum il-Komunità Ewropea adottat biss regolamenti annwali bil-għan tal-adattament tar-regoli eżistenti.

Fir-rigward tal-kontenut tar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM, fit-Titolu II (miżuri tekniċi) tal-proposta għal regolament jitqiegħdu xi restrizzjonijiet fuq is-sajd fil-Golf tal-Iljun (bajja bejn il-fruntiera Spanjola u l-belt ta' Tolone fi Franza) rigward ix-xbieki tas-sajd li jintużaw (Artikolu 5), rigward il-ħruġ ta' permessi tas-sajd u l-ħarsien tal-ħabitats naturali.

Barra minn hekk, il-bastimenti tas-sajd awtorizzati jipparteċipaw fis-sajd tal-lampuki għandhom jingħataw permess speċjali tas-sajd u għandhom ikunu inklużi f'lista li għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru (Artikolu 13).

Fir-rigward tat-tagħmir tas-sajd, il-proposta għal regolament tiddeskrivi fid-dettall id-daqs minimu tal-malji fil-Baħar Mediterran (Artikolu 15) u fil-Baħar l-Iswed (Artikolu 16) u tipprojbixxi l-użu ta' gangmu rmunkat u xbieki tat-tkarkir f'fond ta' aktar minn 1000m (Artikolu 17).

It-Titolu III jirrigwarda l-miżuri ta' kontroll. Fost affarijiet oħra ġie stipulat li kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-kanali normali għall-ipproċessar tad-dejta, lista aġġornata tal-bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu li huma awtorizzati minnu li jistadu fiż-żona tal-GFCM bil-ħruġ ta’ permess tas-sajd (Artikolu 18).

Il-Kapitolu II ikopri l-miżuri rigward l-istat tal-port. L-ambitu jirrigwarda l-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jkunu jistgħu jiġu kkontrollati u spezzjonati għall-operazzjonijiet tal-ħatt u tat-trażbord (Artikolu 21). Barra minn hekk l-Istati Membri m'għandhomx jippermettu li bastiment ta' pajjiż terz juża l-portijiet tagħhom jekk il-bastiment ma jtajjarx il-bandiera ta' Parti Kontraenti tal-GFCM, jekk il-bastiment kien involut f'attivitajiet ta' sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat (sajd IUU) jew jekk il-bastiment ma jkollux awtorizzazzjoni valida għas-sajd (Artikolu 23).

It-Titolu IV (Kooperazzjoni, Informazzjoni u Rappurtar) tal-proposta għal regolament jistipula li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni mas-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM (Artikolu 24) kif ukoll li l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM, sal-iskadenzi previsti, il-matriċi tal-istatistika (numru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment, kapaċità, tunnellaġġ gross, ħorspawer, eċċ.).

Rigward id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV (dispożizzjonijiet finali), l-Artikolu 28 b’mod partikulari jippermetti lill-Kummissjoni timmodifika, permezz ta' atti ddelegati, dispożizzjonijiet li jirrigwardaw elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv inkwistjoni skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Dan ir-raġunament huwa f’konformità:

- mar-rapport tal-On. Bairbre de Brún dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets;

- mar-rapport tal-On. Romeva dwar il-proposta ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus.

PROĊEDURA

Titolu

Is-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

Referenzi

COM(2009)0477 – C7-0204/2009 – 2009/0129(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.9.2009

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

7.10.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

7.10.2009

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ENVI

30.9.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

 Data tal-ħatra

Crescenzio Rivellini

30.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

4.11.2009

30.11.2009

27.1.2010

 

Data tal-adozzjoni

25.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Antonello Antinoro, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Marek Józef Gróbarczyk, Iliana Malinova Iotova, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Britta Reimers, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Izaskun Bilbao Barandica, Luis Manuel Capoulas Santos, Ioannis A. Tsoukalas

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maurice Ponga, Jutta Steinruck

Data tat-tressiq

3.2.2011