RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011
7.2.2011 - (COM(2010)0488 – C7‑0282/2010 – 2010/0255(COD)) - ***I
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Estelle Grelier
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011
(COM(2010)0488 – C7‑0282/2010 – 2010/0255(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0488),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0282/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Jannar 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0024/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu uniku – punt 1 – subpunt b – subpunt i – inċiż 5 Regolament (KE) nru 1288/2009 Artikolu 1 – paragrafu 2 - punt a - subpunt vi | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Fl-interess taċ-ċarezza tal-proposta, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li r-riżultati tat-testijiet u l-esperimenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu Uniku – punt 1 – punt b a (ġdid) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 Artikolu 1 - paragrafu 2 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Iż-żieda tal-pixxitrumbetta fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill 850/98 tneħħi kull ambigwità li teżisti fir-regolament fir-rigward tad-daqs xieraq tal-malji li għandu jintuża għas-sajd tal-pixxitrumbetta kif ukoll, u b'mod aktar importanti, tadotta l-parir mogħti minn STECF dwar id-daqs xieraq tal-malji li għandu jintuża għall-pixxitrumbetta. |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali
NOTA SPJEGATTIVA
Fl-2008, in-nuqqas ta’ ftehim dwar abbozz ta’ regolament li jissimplifika u jiċċara r-regoli tal-Komunità fir-rigward tal-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd wassal għal adozzjoni ta’ regolament li jistabbilixxi pakkett ta’ miżuri tranżitorji li inizjalment kienu intenzjonati għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u t-30 ta’ Ġunju 2011.
Il-proposta leġiżlattiva preżenti għandha l-għan li testendi dawn l-arranġamenti tranżitorji bi 18-il xahar, jiġifieri sal-1 ta' Jannar 2013, sabiex jiġi stabbilit pakkett ġdid ta' miżuri tekniċi fil-qafas tar-riforma attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd, li dwarha għandha tiġi ppreżentata proposta mill-Kummissjoni matul is-sena 2011.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tieħu vantaġġ minn dan il-perjodu l-ġdid ta’ tiġdid tar-regolament attwali sabiex, flimkien mal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, tagħmel evalwazzjoni tal-impatt tal-miżuri attwali fuq il-bastimenti li qed japplikawhom u fuq l-ekosistemi kkonċernati. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tikkunsidra r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proposta l-ġdida għal regolament għal wara l-1 ta’ Jannar 2013, li l-adozzjoni tagħhagħandha ssir fil-kuntest tal-proċedura tal-kodeċiżjoni, b'segwitu għall-applikazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona.
Matul l-aħħar leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-Riżoluzzjoni A6-0206/2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fl-Oċean Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana.
F’din ir-riżoluzzjoni ġiet enfasizzata l-importanza ta’ distribuzzjoni xierqa tal-kompetenzi bejn il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni. Il-Parlament iqis li huwa aktar xieraq li jiġu stabbiliti normi speċifiċi għal kull reġjun ikkonċernat mis-sajd fl-ibħra tal-Komunità.
Il-Parlament iqis li l-proposta ġejjiena tal-Kummissjoni dwar il-miżuri tekniċi għandha tistabbilixxi l-elementi essenzjali tar-regolament li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kunsill u tal-Parlament b'mod konformi mal-kodeċiżjoni. L-applikazzjoni tal-atti ddelegati u l-komitoloġija għandha tkun limitata għal kwistjonijiet mhux essenzjali.
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0488 – C7-0282/2010 – 2010/0255(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.9.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 7.10.2010 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Estelle Grelier 29.9.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
26.10.2010 |
30.11.2010 |
1.2.2011 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
1.2.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 4 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Josefa Andrés Barea, Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Alain Cadec, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Marek Józef Gróbarczyk, Carl Haglund, Ian Hudghton, Werner Kuhn, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Britta Reimers, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Catherine Trautmann, Jarosław Leszek Wałęsa |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Luis Manuel Capoulas Santos, Ole Christensen, Estelle Grelier, Matthias Groote, Raül Romeva i Rueda, Antolín Sánchez Presedo |
|||||||
Data tat-tressiq |
7.2.2011 |
|||||||