RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju
7.2.2011 - (COM(2008)0854 – C7‑0062/2010 – 2008/0249(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Jörg Leichtfried
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju
(COM(2008)0854 – C7‑0062/2010 – 2008/0249(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0854),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0062/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni), skont liema r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju ġie rrevokat b'seħħ mis-27 ta' Awwissu 2009,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7‑0028/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament - att li jemenda Titlu | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nruº1334/2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nruº428/2009 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju (riformulazzjoni) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tiċċara li t-tliet istituzzjonijiet jaqblu li jemendaw l-aħħar verżjoni tar-Regolament. Fis-17 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-proposta oriġinali għall-emenda tar-Regolament 1334/2000. Ir-Regolament Nru 1334/2000 ħa postu Regolament ġdid Nru 428/2009 dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju (Riformulazzjoni) li daħal fis-seħħ fis-27 ta' Awwissu 2009. Il-Parlament Ewropew irċieva r-riferiment formali dwar il-proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament Nru 1334/200 permezz tal-hekk imsejħa Komunikazzjoni Omnibus tat-2 ta' Diċembru 2009, permezz ta' ittra fomali tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2010. Ir-Rapporteur għalhekk jissuġġerixxi li emendi sussegwenti jiġu applikati għall-att legali l-aktar reċenti u validu bix ma tiddewwimx iż-żieda tal-awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni l-ġodda. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta' Ġunju 2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju jirrikjedi li l-oġġetti b’użu doppju (inkluż softwer u teknoloġiji) jkunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Komunità. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta' Ġunju 2000, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju jirrikjedi li l-oġġetti b’użu doppju (inkluż softwer u teknoloġiji) jkunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Unjoni jew ikunu fi transitu fiha, jew li huma kkonsenjati lil pajjiż terz bħala riżultat tas-servizzi ta' senserija pprovduti minn sensar residenti jew stabbilit fl-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tiċċara li t-tliet istituzzjonijiet jaqblu li jemendaw l-aħħar verżjoni tar-Regolament li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Ikun xieraq li l-applikazzjoni tal-kontrolli tkun uniformi u konsistenti madwar il-Komunità sabiex tkun evitata kompetizzjoni inġusta bejn l-esportaturi Komunitarji u tkun żgurata l-effiċjenza għall-kontrolli tas-sigurtà fil-Komunità. |
(2) Ikun xieraq li l-applikazzjoni tal-kontrolli tkun uniformi u konsistenti madwar l-Unjoni sabiex tkun evitata kompetizzjoni inġusta bejn l-esportaturi tal-Unjoni, ikun armonizzat l-ambitu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-esportazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom u tkun żgurata l-effiċjenza għall-kontrolli tas-sigurtà fl-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li ddaħħal l-istrument komprensiv f'perspettiva ċara tal-kummerċ internazzjonali bħala kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Il-"finalité politique" tal-istrument għandha tkun armonizzazzjoni sħiħa tal-ambitu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-esportazzjoni u tal-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tal-ħolqien tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni fi sforz biex tkun simplifikata s-sistema legali eżistenti, titjieb il-kompetittività tal-industrija u jitwaqqaf kamp komuni għall-esportaturi kollha tal-Komunità meta dawn jesportaw ċerti oġġetti lejn ċerti destinazzjonijiet. |
(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tal-ħolqien ta' Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni fi sforz biex tkun simplifikata s-sistema legali eżistenti, titjieb il-kompetittività tal-industrija u jitwaqqaf kamp komuni għall-esportaturi kollha tal-Unjoni meta dawn jesportaw ċerti oġġetti lejn ċerti pajjiżi ta' destinazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Allinjament tad-diċitura mat-Trattat ta' Lisbona. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 3 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Fil-5 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 428/2009. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 tħassar b’effett mill-27 ta’ Awwissu 2009. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jibqgħu japplikaw biss għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni mressqa qabel is-27 ta’ Awwissu 2009. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tistabbilixxi referenza ċara għall-effett revokanti tar-Regolament 428/2009 fir-rigward tar-Regolament 1334/2000. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Sabiex tkun maħluqa Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni għal ċerti oġġetti mhux sensittivi ta' użu doppju lejn ċerti pajjiżi mhux sensittivi, id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandhom bżonn ikunu emendati biż-żieda tal-Annessi l-ġodda. |
(4) Sabiex tkun maħluqa Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni ġdida għal ċerti oġġetti speċifiċi ta' użu doppju lejn ċerti pajjiżi speċifiċi, id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jeħtieġ li jiġu emendati biż-żieda tal-Annessi l-ġodda. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat għandhom jingħataw il-possibilità li ma jħallux l-użu tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni msemmija f'dan ir-Regolament meta l-esportatur ikun sanzjonat minħabba offiża relatata mal-esportazzjoni li hija sanzjonabbli bl-irtirar tad-dritt tal-użu ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet. |
(5) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat għandhom jingħataw il-possibilità li ma jħallux l-użu tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni msemmija f'dan ir-Regolament meta l-esportatur ikun sanzjonat minħabba offiża relatata mal-esportazzjoni li hija sanzjonabbli bl-irtirar tad-dritt tal-użu ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Allinjament tad-diċitura mat-Trattat ta' Lisbona. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 5 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Fl-interess tat-trasparenza, id-demokrazija u l-implimentazzjoni effiċjenti tar-Regolament (KE) Nru 428/2009, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-mekkaniżmu li jagħti il-leħen lill-partijiet interessati bħalma huma l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-monitoraġġ tal-paċi u t-trade unions fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni li jwassal għall-aġġornar tal-pajjiżi ta’ destinazzjoni kif ukoll l-aġġornar ta’ prodotti identifikati bħala oġġetti b'użu doppju. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kjarifika dwar ir-Regolament li għalih jirreferi dan ir-Regolament li jemenda. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 428/2009 Artikolu 13 – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emedna tirreferi għall-obbligu tal-Kummissjoni li twaqqaf sistema sikura għall-ġbir, it-trażmissjoni u l-ħżin tan-notifiki. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1, punt 2 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 428/2009 Artikolu 19 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emedna għandha l-għan li tobbliga lill-Kumissjoni twaqqaf sistema sikura għall-ġbir, it-trażmissjoni u l-ħżin tan-notifiki. Barra minn hekk, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li jiddaħħal paragrafu li jobbliga lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-ħolqien u l-funzjonament tas-sistema. Sal-lum, din is-sistema għadha biss possibbiltà introdotta fir-Regolament tal-2009. Is-sistema tkun maħsuba biex ikolha aċċess online għal database li jkun fiha, pereżempju, ir-rifjuti kollha ta' awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 c (ġdid) Regolament (KE) Nru 428/2009 Artikolu 23 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tistabbilixxi obbligu biex il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju jressaq rapport annwali lill-Parlament Ewropew biex dan tal-aħħar jaqdi l-funzjoni ta' kontroll tiegħu fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1, punt 2 ċ (ġdid) Regolament (KE) Nru 428/2009 Artikolu 25 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda ddaħħal obbligu tal-Kummissjoni li tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni kif ukoll li tipprovdi stima komprensiva tal-impatt tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju, l-implimentazzjoi tal-Artikolu 19, paragrafu 4 u l-Artikolu 15 tar-Regolament, u dwar is-sanzjonijiet tal-Istati membri għal ksur serju tad-dispożizzjonjiet ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 e (ġdid) Regolament (KE) Nru 428/2009 Artikolu 25 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tfittex tistabbilixxi bażi legali dwar il-kooperazzjoni internazzjonali biex jingħata kontribut favur is-soluzzjoni ta' sitwazzjonijiet attwali, eż. meta esportaturi f'pajjiżi terzi u fl-UE jkollhom japplikaw kontrolli għat-trasferimenti ta' oġġetti b'użu doppju fis-suq uniku (meta l-liġijiet ta' pajjiżi terzi jimponu regoli dwar l-esportazzjoni mill-ġdid fi ħdan is-suq uniku ta' oġġetti b'użu doppju li jkunu ġew importati), biex tippermetti r-rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni u b'hekk tiffaċilita bil-kbir proġetti industrijali jew proġetti ta' riċerka konġunti b'mod partikolari ma' pajjiżi terzi li jkunu membri ta' sistemi internazzjonali tal-kontroll tal-esportazzjoni jew li jkunu elenkati fil-GEA kurrenti, u biex tippermetti l-adozzjoni ta' regoli dwar il-kontroll tal-esportazzjoni madwar l-UE kollha kemm hi li jkunu applikabbli għat-teknoloġiji żviluppati fl-UE fil-kuntest ta' programmi internazzjonali ffinanzjati mill-UE u li jinvolvu pajjiżi terzi u li jkopru wkoll l-aċċess għal dawk it-teknoloġiji b'mezzi intanġibbli. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIb Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIb Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 5 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIc Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 1 – Oġġetti | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda editorjali biex tallinja l-Parti I mat-Trattat ta' Lisbona u mar-Regolament Nru 428/2009. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIc Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 2 – Il-Pajjiżi ta' Destinazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-oġġetti UE003 għandhom jiġu esportati biss lejn dawk id-destinazzjonijiet li kien hemm qbil u kunsens dwarhom fost l-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIc Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda editorjali biex tallinja l-Parti I mat-Trattat ta' Lisbona u mar-Regolament Nru 428/2009. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIc Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 2 – punt 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tikkompleta l-kundizzjonijiet skont il-Parti 3 – paragrafu 2. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIc Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 2 – punt 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-diċitura proposta timmira għal limitazzjoni aktar stretta tal-awtorizzazzjoni proposta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIc Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 3 – punt 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-diċitura proposta timmira għal limitazzjoni aktar stretta tal-awtorizzazzjoni proposta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIc Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi rekwiżit għal notifika u reġistrazzjoni ex ante għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk iżżid it-trasparenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 2 – Il-Pajjiżi ta' Destinazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-oġġetti għandhom jiġu esportati biss lejn dawk id-destinazzjonijiet li kien hemm qbil u kunsens dwarhom fost l-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tistabbilixxi kundizzjoni ġdida biex l-oġġetti inkwistjoni jerġgħu jiġu impurtati fi żmien perjodu stabbilit. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 c (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 d (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 e (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 f (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 g (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi rekwiżit għal notifika u reġistrazzjoni ex ante għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk iżżid it-trasparenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IId Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIe Regolament (KE) Nru 428/2009 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-kompjuters u t-tagħmir relatat huma oġġetti sensittivi, għalhekk ma jistgħux jiġu inklużi fl-awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-UE għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II f – parti 1 – punti 3 u 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIf Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 2 – Il-Pajjiżi ta' Destinazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIf Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tipprojbixxi awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-varar ta' attakki ċibernetiċi, jew ta' kwalunkwe mezz ieħor ta' hacking motivat politikament għat-twettiq ta' sobotaġġ jew spjunaġġ, għat-tħassir ta' paġni tal-intrnet, jew għall-użu ta' attakki mmirati biex iwaqqfu s-servizz għat-twaqqigħ ta' paġni tal-internet. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIf Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-esportazzjoni m'għandhomx jingħataw għal oġġetti li l-gvernijiet jew in-negozji jistgħu jużawhom biex jiksru drittijiet fundamentali tal-bniedem, kif definiti skont il-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u fil-Karta tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li pproklamawha fi Strasburgu fit-12 ta' Diċembru 2007 il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li għaliha jirreferi l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIf Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda testendi l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni meta mqabbla mar-referenza għall-Artikolu 4 (paragrafi 1 u 2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIf Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIf Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 3 – punt 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi rekwiżit għal notifika u reġistrazzjoni ex ante għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk iżżid it-trasparenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II g – Parti 2 – Pajjiżi ta' destinazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-oġġetti UE007 għandhom jiġu esportati biss lejn dawk id-destinazzjonijiet li jkun hemm qbil u kunsens dwarhom fost l-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II g – parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIg Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness IIg Regolament (KE) Nru 428/2009 Parti 3 – paragrafu 4 – punt 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi rekwiżit għal notifika u reġistrazzjoni ex ante għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk iżżid it-trasparenza. |
NOTA SPJEGATTIVA
Daħla
Il-kontrolli tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju, jiġifieri oġġetti li jistgħu jintużaw għal finijiet sew ċivili kif ukoll militari, ilhom is-suġġett ta' azzjonijiet fil-livell tal-UE għal madwar 15-il sena. Il-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju hija element ċentrali għan-nonproliferazzjoni tal-armi, inklużi l-armi tal-qerda tal-massa (WMD). Fid-dawl tal-volum kbir ta' kummerċ li jgħaddi mill-frunitieri tal-Unjoni Ewropea, l-infurzar tal-kontrolli tal-UE fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju jserraħ fuq miżuri preventivi bħalma hija l-impożizzjoni ta' rekwiżiti għal-liċenzji tal-esportazzjoni u proċeduri tar-reġistrazzjoni doganali. Il-kontrolli tal-esportazzjoni għandhom impatt kbir fuq il-politika tal-UE dwar il-kummerċ, minħabba li jaffettwaw aktar minn 10% tal-esportazzjoni kollha tal-UE. Ir-Regolament 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009, li daħal fis-seħħ fis-27 ta' Awwissu 2009, huwa l-għodda prinċipali tal-UE għall-kontroll tal-esportazzjoni. Dan ir-Regolament il-ġdid daħħal għadd ta' bidliet sinifikanti fl-ambitu tal-kontrolli tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju fl-Unjoni Ewropea. Dawn jinkludu l-introduzzjoni ta' kontrolli fuq attivitajiet ta' senserija u tranżitu fir-rigward tal-oġġetti b'użu doppju. Ir-Regolament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju jinkludi listi, aġġornati regolarment, ta' oġġetti b'użu doppju kkontrollati li jirriflettu dwak tas-sistemi internazzjonali tal-kontroll tal-esportazzjonijiet. Biex ikun żgurat li l-kontroll ikun effikaċi bis-sħiħ u li jikkonforma mal-impenji tal-Istati Membri f’livell multilaterali, hemm bżonn ta' awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 għall-esportazzjoni tal-oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I. Hemm erba' tipi ta' awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni:
· Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Komunitarji tal-Esportazzjoni (CGEA)
· Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni (definiti mill-Istati Membri),
· Awtorizzazzjonijiet Globali tal-Esportazzjoni (maħruġa lil esportatur wieħed speċifiku għal tip jew kategorija ta' oġġetti b'użu doppju validi għal esportazzjoni lil utenti aħħarin speċifikati f'pajjiż jew pajjiżi);
· Awtorizzazzjoni Individwali tal-Esportazzjoni (maħruġa lil esportatur wieħed speċifiku għal utent aħħari wieħed u li tkopri oġġett jew oġġetti).
L-awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni kollha u l-awtorizzazzjonijiet tas-sensenrija huma validi fl-UE kollha kemm hi.
Dwar in-natura u l-karattru tar-Regolament propost
Fit-17 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-proposta oriġinali għall-emenda tar-Regolament 1334/2000. L-għan ewlieni tal-proposta kien li jiżdiedu sitt Annessi ġodda dwar l-hekk imsejħa Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni għal ċerti oġġetti b'użu doppju mhux sensittivi lejn ċeri pajjiżi mhux sensittivi mar-Regolament Nru 1334/2000 u biex temenda l-Artikoli 6 u 7 skont dan. Meta tressqet il-proposta, it-Trattat ta' Lisbona ma kienx għadu daħal fis-seħħ. Għaldaqstant - il-bażi legali ta' dak iż-żmien għall-abbozz ta' regolament kien l-Artikolu 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea - il-proposta ma ngħaddietx lill-Parlament Ewropew, u l-Kunsill kompla bil-ħidma biex jiddeċiedi waħdu.
Fil-frattemp, ir-Regolament Nru 1334/2000 ħa postu Regolament ġdid Nru 428/2009 dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju (Riformulazzjoni) li daħal fis-seħħ fis-27 ta' Awwissu 2009. Dan ir-Regolament jibbaża fuq proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2006 ((COM(2006) 829 finali - 2006/0266 (ACC)). Huwa riformulazzjoni tar-Regolament Nru 1334/2000. Huwa ċar li xi emendi għar-Regolament 1334/2000 jmorru lil hinn inn reviżjoni u aġġornament ta' natura purament teknika għar-Regolament Nru 1334/2000: it-twessigħ tal-ambitu tal-kontrolli tal-esportazzjoni għal oġġetti b'użu doppju biex ikopri kontrollli tat-tranżitu u tas-senserija u s-sanzjoni tas-senserija illeċita ta' oġġetti b'użu doppju relatati ma' programm ta' armi tal-qerda tal-massa; is-sostituzzjoni tar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għat-trasferiment ta' oġġetti fi ħdan is-suq intern li huma elenkati fl-Anness V riformulat bi proċedura ta' "prenotifikazzjoni" maħsuba biex tiffaċilita l-kummerċ fi ħdan is-suq intern tal-UE bla ma tikkomprometti interessi ta' sigurtà; l-introduzzjoni ta' dispożizzjoni li tistipula li l-Istati Membri għandhom japplikaw sanzjonijiet kriminali tal-anqas għal ksur tar-Regolament; u premessa biex tagħmliha ċara li r-Regolament jipprovdi qafas legali komprensiv għall-esportazzjoni ta' oġġetti, teknoloġiji u servizzi relatati b'użu doppju.
Meta l-Parlament Ewropew irċieva r-riferiment formali dwar il-proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament Nru 1334/200 permezz tal-hekk imsejħa Komunikazzjoni Omnibus tat-2 ta' Diċembru 2009, permezz ta' ittra fomali tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2010, il-Kunsill - permezz tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar Oġġetti b'Użu Doppju - għaldaqstant iddiskuta ż-żieda proposta ta' GEAs ġodda abbażi tar-Regolament Nru 428/2009, u l-Presidenza tal-Kunsill, fis-6 ta' Ġunju 2010, għarrfet lir-Rapporteur dwar "l-eżitu informali tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar Oġġetti b'Użu Doppju tas-6 ta' Lulju 2010 rigward l-Abbozz ta' Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet, trasferiment, senserija u tranżitu ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju", u b'hekk assumiet qbil bejn l-istituzzjonijiet li taċitament jaqblu li jieħdu r-Regolament Nru 428/2009 bħala l-bażi għan-negozjar tal-emendi proposti mill-Kummissjoni fis-17 ta' Diċembru 2008 fir-rigward tar-Regolament Nru 1334/2000.
Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li nsegwu l-metodu tal-Kunsill biex napplikaw emendi għar-Regolament dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju għall-att legali l-aktar reċenti u validu biex ma ndewmux l-adozzjoni tal-GEAs ġodda proposti. L-Emendi 1, 2, 5, 6 u 8 għaldaqstant huma maħsuba biex jagħmluha ċara li t-tliet istituzzjonijiet jaqblu li jemendaw l-aktar verżjoni reċenti tar-Regolament li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju.
It-tisħiħ tal-kontroll u t-trasparenza demokratiċi
Min-naħa tagħhom, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaċċettaw xi emendi addizzjonali għar-Regolament Nru 428/2009 li jgħinu biex jagħmlu r-Reġim tal-UE dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju aktar demokratiku u trasparenti.
L-emendi 11 u 12 għaldaqstant għandhom l-għan li jobbligaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sistema sikura għall-ġbir, it-trażmissjoni u l-ħżin tan-notifiki, u li jobbligaw lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-funzjonament tas-sistema. Sal-lum, din is-sistema għadha biss possibbiltà introdotta fir-Regolament tal-2009. Is-sistema tkun maħsuba biex ikolha aċċess online għal database li jkun fiha, pereżempju, ir-rifjuti kollha ta' awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni.
l-emenda 13 għandha l-għan li tistabbilixxi obbligu biex il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju jressaq rapport annwali lill-Parlament Ewropew biex dan tal-aħħar jaqdi r-rwol ta' kontrol tiegħu fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea.
L-emenda 14 iddaħħal obbligu tal-Kummissjoni li tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni kif ukoll li tipprovdi stima komprensiva tal-impatt tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju, l-implimentazzjoi tal-Artikolu 19, paragrafu 4, u l-Artikolu 15 tar-Regolament, u dwar is-sanzjonijiet tal-Istati membri għal ksur serju tad-dispożizzjonjiet ta' dan ir-Regolament. Din l-aħħar sezzjoni tar-rapport għandha tgħin lil-leġiżlaturi u lill-Kummissjoni biex jiddeċiedu dwar jekk jintroduċux dispożizzjoni ċara skont liema l-Istati Membri jkunu obbligati japplikaw sanzjonijiet kriminali tal-anqas għal ksur tar-Regolament.
It-tisħiħ tal-immaġni u r-rappreżentanza tal-UE f'sistemi internazzjonali tal-kontroll tal-esportazzjoni
Jeħtieġ li nsaħħu l-immaġni u r-rappreżentanza tal-UE f'sistemi internazzjonali tal-kontroll tal-esportazzjoni, li għandhom rwol sinfikanti biex isawru l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni u l-implimentazzjoni prattika tagħhom. Il-funzjonament tas-sistema tal-UE tal-Kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju, stipulata fir-Regolament 428/2000, huwa inflwenzat ħafna mill-impenji meħuda fl-erba' sistemi internazzjonali tal-kontroll tal-esportazzjoni.
· Il-Grupp tal-Awstralja (għal oġġetti bijoloġiċi u kimiċi) li fih il-Kummissjoni hija membru sħiħ u kull wieħed mis-27 Stat Membru jipparteċipa flimkien ma' stati oħra, fosthom l-Istati Uniti tal-Amerika, il-kanada, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel u l-Awstralja.
· Il-Grupp ta' Fornituri Nukleari (għal oġġetti nukleari ċivili) li fih il-Kummissjoni hija osservatur filwaqt li s-27 Stat Membru kollha jipparteċipaw bħala membri sħaħ flimkien ma' pajjiżi oħra, fosthom l-Istati Uniti u r-Russja.
· L-Arranġament ta' Waasenaar (għal oġġetti b'użu doppju militari u teknoloġikament avvanzati) li fih il-Kummissjoni m'għandha l-ebda status filwaqt li 26 Stat Membru (kollha għajr Ċipru) jipparteċipaw bħala membri sħaħ flimkien ma' bosta pajjiżi oħra, fosthom l-Istati Uniti, ir-Russja u t-Turkija.
· Ir-Reġim tal-Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (oġġetti b'użu doppju applikabbli fi programmi ta' żvilupp tal-missili/sistemi ta' twassil) li fih il-Kummissjoni m'għandha l-ebda status filwaqt li 19-il Stat Membru tal-UE jipparteċipaw bħala membri sħaħ flimkien ma' bosta pajjiżi oħra, fosthom l-Istati Uniti u r-Russja.
Il-kompitu ewlieni ta' dawn is-sistemi internazzjonali tal-kontroll tal-esportazzjoni huwa dak li jaġġornaw il-listi ta' oġġetti li għandhom ikunu kkontrollati: sal-lum, dawn il-listi jiġu trasposti kważi awtomatikament fil-leġiżlazzjoni tal-UE bi ftit jew xejn parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew. Biex tiffaċilita r-rwol tal-Parlament fil-kontroll u l-koleġiżlazzjoni f'dan il-qasam ta' politika, l-emenda 15 tfittex tistabbilixxi bażi legali dwar il-kooperazzjoni internazzjonali biex jingħata kontribut favur is-soluzzjoni ta' sitwazzjonijiet attwali, eż. meta esportaturi f'pajjiżi terzi u fl-UE jkollhom japplikaw kontrolli għat-trasferimenti ta' oġġetti b'użu doppju fis-suq uniku (meta l-liġijiet ta' pajjiżi terzi jimponu regoli dwar l-esportazzjoni mill-ġdid fi ħdan is-suq uniku ta' oġġetti b'użu doppju li jkunu ġew importati), biex tippermetti r-rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni u b'hekk tiffaċilita bil-kbir proġetti industrijali jew proġetti ta' riċerka konġunti b'mod partikolari ma' pajjiżi terzi li jkunu membri ta' sistemi internazzjonali tal-kontroll tal-esportazzjoni jew li jkunu elenkati fil-GEA kurrenti, u biex tippermetti l-adozzjoni ta' regoli dwar il-kontroll tal-esportazzjoni madwar l-UE kollha kemm hi li jkunu applikabbli għat-teknoloġiji żviluppati fl-UE fil-kuntest ta' programmi internazzjonali ffinanzjati mill-UE u li jinvolvu pajjiżi terzi u li jkopru wkoll l-aċċess għal dawk it-teknoloġiji b'mezzi intanġibbli.
Emendi għall-Annessi
L-emendi 16 sa 45 għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni tal-GEAs il-ġodda proposti. Għandhom l-għan li jkabbru l-protezzjoni offruta bid-definizzjoni ta' kunsinni ta' valur baxx, u jipproteġu kontra t-tnaqqis artifiċjali tal-prezz tal-bejgħ biex jinqdew il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni ta' kunsinni ta' valur baxx (emenda 17), li jintroduċu rekwiżit ta' notifikazzjoni u reġistrazzjoni ex ante lill-istati Membri u lill-Kummissjoni, biex b'hekk iqawwu t-trasparenza (emendi 24, 34, 42, u 45), li jintroduċu salvagwardji addizzjonali għall-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni (emendi 26 sa 33, 41 u 44) fir-rigward tal-Annessi IId (Esportazzjoni temporanja għal wirjiet jew fieri), IIf (Telekomunikazzjonijiet), u IIg (Kimika), li jipprojbixxu GEAs ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-varar ta' attakki ċibernetiċi, jew ta' kwalunkwe mezz ieħor ta' hacking motivat politikament għat-twettiq ta' sobotaġġ jew spjunaġġ, għat-tħassir ta' paġni tal-intrnet, jew għall-użu ta' attakki mmirati biex iwaqqfu s-servizz għat-twaqqigħ ta' paġni tal-internet (emenda 38), u li jipprojbixxu GEAs għal oġġetti li l-gvernijiet jew in-negozji jistgħu jużawhom biex jiksru drittijiet fundamentali tal-bniedem, kif definiti skont il-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u fil-Karta tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tal-1989, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li pproklamawha fi Strasburgu fit-12 ta' Diċembru 2007 il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li għaliha jirreferi l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (emenda 39).
Konklużjoni
Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u l-kjarifika li jipprovdi dwar il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tal-Kummerċ Internazzjonali huma okkażjoni tajba biex nerġgħu naffermaw ir-rwol tal-UE f'dawn il-formazzjonijiet u r-rwol, il-poteri u r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew fi ħdan il-qfasa istituzzjonali tal-UE għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Isistema tal-UE għall-oġġetti b'użu doppju għandha tkun organizzata, aktar trasparenti u demokratika; l-involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew, permezz tal-applikazzjoni tal-obbligi tat-Trattat ta' Lisbona u l-interpretazzjoni konġunta tiegħu maqbula mill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea fil-Ftehim ta' Qafas il-ġdid, ikun ta' importanza kruċjali biex jintlaħaq dan il-għan.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (16.7.2010)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju
(COM(2008)0854 – C7‑0062/2010 – 2008/0249(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Reinhard Bütikofer
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kummissjoni ppreżentat lill-PE u lill-Kunsill proposta biex jiġi emendat ir-reġim tal-UE għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju. Skont il-Kummissjoni, l-abbozz ta’ proposta jkopri sitt Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni (GEAs) ġodda tal-UE għal ċerti oġġetti b'użu doppju mhux sensittivi għal ċerti pajjiżi mhux sensittivi.
Oġġetti b'użu doppju (inklużi s-softwer u t-teknoloġija) huma oġġetti ċivili li jistgħu jintużaw għal skopijiet militari, soġġetti għall-kontroll meta jiġu esportati mill-UE. Dawn il-kontrolli għandhom l-għan li b’mod partikolari jipprevjenu l-proliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa.
Biex ikun żgurat li kontroll simili huwa effettiv b'mod sħiħ u li jikkonforma mal-impenji tal-Istati Membri f’livell multilaterali, hemm bżonn ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għall-esportazzjoni tal-oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I.
Hemm erba' tipi ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000.
GEA Nru EU001, kif imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament 1334/2000, tkopri ħafna mill-esportazzjonijiet ta' oġġetti kkontrollati lejn seba' pajjiżi (l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada, il-Ġappun, l-Awstralja, New Zealand, l-Isvizzera u n-Norveġja).
Għall-esportazzjonijiet l-oħra kollha li għalihom hija meħtieġa awtorizzazzjoni skont ir-Regolament, dan iħalli d-deċiżjoni finali f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar jekk tingħatax liċenzja ġenerali, globali jew individwali għall-esportazzjoni nazzjonali (l-Artikolu 6(2)).
Dan l-abbozz ta’ opinjoni jiffoka biss fuq il-proposta tal-Kummissjoni mill-2008 u jħalli f’idejn il-kumitat prinċipali biex jikkunsidra l-korrelazzjoni bejn il-pożizzjoni finali tal-PE u l-verżjoni tar-Regolament imfassla mill-ġdid mill-2009[1].
B'mod ġenerali, l-opinjoni tappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza, il-verifika tal-implimentazzjoni ta’ regoli attwali kif ukoll l-użu komuni tal-istess standards.
Madankollu, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ma jaqbilx mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li trattamenti regolatorji differenti ta' ċerti esportazzjonijiet fl-Istati Membri tal-UE ma jservux l-aħjar interessi tal-UE kollha kemm hi.
Fil-fatt, xi Stati Membri japplikaw kontrolli aktar stretti minn oħrajn fir-rigward ta’ oġġetti b’użu doppju. Sabiex titjieb is-sigurtà internazzjonali b’konformità mal-istrateġija tagħha tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi għall-Qerda tal-Massa, kif ukoll l-Istrument għall-Istabilità u l-Pożizzjoni Komuni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet tal-Armi, l-UE għandha timmira lejn l-applikazzjoni ta’ reġimi ta’ esportazzjoni mill-aktar stretti fuq kull wieħed mill-oġġetti, applikabbli għall-Istati Membri kollha tagħha.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jaqsam tħassib serju mal-Kunsill tal-UE dwar impatt negattiv possibbli tal-proposta fuq l-għanijiet ta’ sigurtà interna u esterna tal-Unjoni. Għalhekk, l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tieħu approċċ strett għall-inqas daqs dak tal-Istati Membri tal-UE bis-sistema ta' kontroll tal-esportazzjoni l-aktar stretta.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin huwa tal-fehma li fl-assenza ta' data kredibbli dwar l-użu aħħari tal-oġġetti b'użu doppju esportati mill-Unjoni, l-UE għandha tapplika approċċ iġġustifikat u kawt.
F'dan ir-rigward, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkompilaw id-data rilevanti mid-dwana tagħhom u minn awtoritajiet oħra.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Annexe Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II b | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin huwa tal-fehma li l-kategorizzazzjoni ta' dawn l-oġġetti bħala mhux sensittivi hija żbaljata, għalhekk ma tistax tiġi inkluża fl-awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-UE għall-esportazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II c – Parti 2 – Lista ta' pajjiżi | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-oġġetti EU003 għandhom jiġu esportati biss lejn dawk id-destinazzjonijiet li kien hemm qbil u kunsens dwarhom fost l-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness IIc – parti 3 – paragrafu 2 – punt 4 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Il-formulazzjoni proposta tal-kliem hija aktar komprensiva. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness IIc – parti 3 – paragrafu 2 – punt 4 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Il-formulazzjoni tal-kliem proposta hija mmirata lejn limitazzjoni aktar stretta tal-awtorizzazzjoni proposta. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness IIc – parti 3 – paragrafu 3 – punt 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Il-proposta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin hija aktar speċifika. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness IIc – parti 3 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi rekwiżit għal notifika u reġistrazzjoni ex ante għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk iżżid it-trasparenza. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II d – Parti 2 – Lista ta' pajjiżi | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-oġġetti EU004 għandhom jiġu esportati biss lejn dawk id-destinazzjonijiet li kien hemm qbil u kunsens dwarhom fost l-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II d – parti 3 – paragrafu -1 (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tistabbilixxi kundizzjoni ġdida biex l-oġġetti kkonċernati jerġgħu jiġu impurtati f'ċertu perjodu. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II d – parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II d – parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II d – parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 c (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II d – parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 d (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II d – parti 3 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi rekwiżit għal notifika u reġistrazzjoni ex ante għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk iżżid it-trasparenza. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II d – parti 3 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda tintroduċi konsistenza mal-formulazzjoni tat-titolu tal-abbozz ta’ Anness kif propost mill-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II e | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin huwa tal-fehma li l-kompjuters u t-tagħmir relatat huma oġġetti sensittivi, għalhekk ma jistgħux jiġu inklużi fl-awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-UE għall-esportazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II f – parti 1 – punti 3 u 4 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II f – Parti 2 – Lista ta' pajjiżi | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-oġġetti EU006 għandhom jiġu esportati biss lejn dawk id-destinazzjonijiet li kien hemm qbil u kunsens dwarhom fost l-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II f – parti 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda hija maħsuba biex tipprojbixxi awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni ta’ oġġetti biex jintużaw għal attakki ċibernetiċi. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II f – parti 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
M'għandhomx jingħataw awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni għal oġġetti li jistgħu jintużaw minn gvernijiet biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem jew il-libertà tal-espressjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II f – parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda testendi l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni meta mqabbla mar-referenza għall-Artikolu 4 (paragrafi 1 u 2). | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II f – parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II f – parti 3 – paragrafu 3 – punt 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi rekwiżit għal notifika u reġistrazzjoni ex ante għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk iżżid it-trasparenza. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II g – Parti 2 – Lista ta' pajjiżi | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-oġġetti EU007 għandhom jiġu esportati biss lejn dawk id-destinazzjonijiet li kien hemm qbil u kunsens dwarhom fost l-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II g – parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II g – parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi salvagwardja addizzjonali għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Regolament (KE) Nru 1334/2000 Anness II g – parti 3 – paragrafu 4 – punt 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tintroduċi rekwiżit għal notifika u reġistrazzjoni ex ante għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk iżżid it-trasparenza. |
PROĊEDURA
Titolu |
Amendment of Regulation (EC) No 1334/2000 setting up a Community regime for the control of exports of dual-use items and technology |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0854 – C7-0062/2010 – 2008/0249(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
INTA |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 20.5.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Reinhard Bütikofer 14.4.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
2.6.2010 |
12.7.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
14.7.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 1 3 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Sir Robert Atkins, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Heidi Hautala, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Sabine Lösing, Barry Madlener, Mario Mauro, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Werner Schulz, Marek Siwiec, Ernst Strasser, Charles Tannock, Zoran Thaler, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lorenzo Fontana, Barbara Lochbihler, Norbert Neuser, Janusz Władysław Zemke |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nruº1334/2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0854 – C7-0062/2010 – 2008/0249(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
INTA |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 20.5.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Reinhard Bütikofer 14.4.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
2.6.2010 |
12.7.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
14.7.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 1 3 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Sir Robert Atkins, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Heidi Hautala, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Sabine Lösing, Barry Madlener, Mario Mauro, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Werner Schulz, Marek Siwiec, Ernst Strasser, Charles Tannock, Zoran Thaler, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lorenzo Fontana, Barbara Lochbihler, Norbert Neuser, Janusz Władysław Zemke |
|||||||
- [1] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (Tfassil mill-ġdid)
PROĊEDURA
Titolu |
Reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0854 – C7-0062/2010 – 2008/0249(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
1.3.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 11.3.2010 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 20.5.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jörg Leichtfried 17.3.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
19.4.2010 |
22.6.2010 |
28.9.2010 |
9.11.2010 |
||||
Data tal-adozzjoni |
26.1.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 0 6 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Kader Arif, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Cristiana Muscardini, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
George Sabin Cutaş, Mário David, Jörg Leichtfried, Miloslav Ransdorf, Michael Theurer |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Patrice Tirolien |
|||||||
Data tat-tressiq |
7.2.2011 |
|||||||