RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
2.3.2011 - (14876/2010 – C7‑0366/2010 – 2007/0082(NLE)) - ***
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Dominique Riquet
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(14876/2010 – C7‑0366/2010 – 2007/0082(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (14876/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (07170/2009),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0366/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0044/2011),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Tradizzjonalment, ir-relazzjonijiet internazzjonali dwar l-avjazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kienu jiġu rregolati permezz ta' ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, fl-2002, iddeċidiet li l-klawsoli ta' deżinjazzjoni tradizzjonali fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi tal-ajru jmorru kontra l-liġi tal-UE. Dawn jippermettu lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur bl-ajru li kien iddeżinjat minn Stat Membru iżda li mhux sostanzjalment fis-sjieda ta’ dak l-Istat Membru u effettivament ikkontrollat minnu jew minn ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi tal-ajru tal-UE stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru, iżda li jkunu proprjetà ta' ċittadini ta' Stat Membru ieħor u kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta' Stati Membri li jkunu eżerċitaw il-libertà tagħhom tal-istabbiliment l-istess trattament fl-Istat Membru ospitanti bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Hemm ukoll kwistjonijiet oħrajn, bħall-kompetizzjoni, fejn il-konformità mal-liġi tal-UE għandha tkun żgurata billi jkunu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.
Għalhekk, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fis-17-il ftehim bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Vjetnam.
L-aspetti ewlenin tal-Ftehim
L-Artikolu 2 (klawsola ta' deżinjazzjoni): Sabiex ikun evitat li jkun hemm diskriminazzjoni bejn il-kumpaniji tal-ajru tal-UE, il-klawsoli ta' deżinjazzjoni tradizzjonali li jirreferu għall-kumpaniji tal-ajru ta' dawk l-Istat Membri li huma firmatarji tal-ftehim bilaterali, qed jiġu mibdula bi klawsola ta' deżinjazzjoni tal-UE li tirreferi għall-kumpaniji tal-ajru kollha tal-UE. L-objettiv huwa li l-kumpaniji tal-ajru kollha tal-UE jingħataw aċċess nondiskriminatorju għal rotot bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam.
Artikolu 3 (is-sikurezza): Din id-dispożizzjoni tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar sikurezza fil-ftehimiet bilaterali jkunu applikabbli għal sitwazzjonijiet meta l-kontroll regolatorju fuq kumpanija tal-ajru jkun eżerċitat minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li ddeżinja dik il-kumpanija tal-ajru.
Artikolu 4: (Il-kompatibilità mar-regoli tal-kompetizzjoni) Dan l-Artikolu jipprojbixxi prattiki antikompetittivi.
Il-Ftehim ġie ffirmat fl-4 ta’ Ottubru 2010. Sabiex jikkonkludi l-Ftehim, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. B'konformità mal-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni "permezz ta' votazzjoni waħda, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-mejda."
Abbażi ta' dan kollu li ssemma hawn fuq, ir-Rapporteur jissuġġerrixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' dan il-Ftehim.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
28.2.2011 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Antonio Cancian, Saïd El Khadraoui, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Eva Lichtenberger, Hella Ranner, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Keith Taylor, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Artur Zasada, Roberts Zīle |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Philip Bradbourn, Frieda Brepoels, Spyros Danellis, Ádám Kósa, Janusz Władysław Zemke |
|||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Karin Kadenbach |
|||||