RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012)
18.3.2011 - (COM(2010)0462 – C7‑0253/2010 – 2010/0242(COD)) - ***I
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Martin Kastler
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012)
(COM(2010)0462 – C7‑0253/2010 – 2010/0242(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0462),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7-0253/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposta,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010[1],
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 38 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0061/2011),
1. Adotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha, fost affarijiet oħra, tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) Skont l-Artikolu 156 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinament tal-azzjoni tagħhom fil-qasam tal-politika soċjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Addizzjoni mal-qafas istituzzjonali l-ġdid previst fit-Trattat dwar il-Funzjonament dwar l-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2c) L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi li ċerti reġjuni tal-Unjoni ibatu minn żbilanċi demografiċi severi u permanenti, li jistgħu jkunu ta' ħsara għal-livell tagħhom ta' żvilupp u jeżiġu attenzjoni partikolari biex jinkiseb l-objettiv ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu L-Artikolu 174 tat-TFUE jirrikonoxxi li ċerti reġjuni tal-Unjoni Ewropea jiffaċċaw diffikultajiet li jirriżultaw mill-karatteristiċi demografiċi tagħhom, bħaż-żoni b'densità baxxa tal-popolazzjoni, u li din is-sitwazzjoni teżiġi attenzjoni partikolari tal-politiki Ewropej. | |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Skont l-Artikolu 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Unjoni tagħraf u tħares id-drittijiet tal-anzjani għal ħajja ta’ dinjità u indipendenza u għal parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u kulturali. |
(3) Skont l-Artikolu 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Unjoni tagħraf u tħares id-drittijiet tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien għal ħajja ta’ dinjità u indipendenza u għal parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u kulturali. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt għal benefiċċji ta' sigurtà soċjali u servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni, kif ukoll, skont l-Artikolu 35, id-dritt għal kulħadd għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) It-tixjiħ huwa mingħajr dubju sfida għas-soċjetà sħiħa u għall-ġenerazzjonijiet kollha fl-Ewropa, imma huwa wkoll kwistjoni ta' solidarjetà interġenerazzjonali u fuq kollox ir-rwol tal-familja. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Il-parti tal-popolazzjoni tal-Unjoni magħmula minn persuni li qegħdin joqorbu s-sittin sena u iktar se tiżdied b'rata ħafna aktar mgħaġġla minn qatt qabel. L-akbar żieda mistennija tiġri matul il-perjodu 2015-35 meta l-popolazzjoni ta' dawk fl-età ta' 60 sena u aktar se tkun qed tiżdied b'żewġ miljun persuna fis-sena. Din iż-żieda hija pożittiva ħafna peress li hija konsegwenza loġika tat-titjib fil-kura tas-saħħa u l-kwalità tal-għajxien. Madanakollu, minħabba l-fatt tat-tibdil demografiku, l-Unjoni qiegħda tħabbat wiċċha ma' għadd ta' sfidi bħal popolazzjoni li qiegħda tiċkien f'ċerti bliet u reġjuni, inkluż attraenza li qed tonqos ta' dawk il-bliet u r-reġjuni, livell għoli ta' pressjoni marbut ma' fondi għal pensjonijiet, u problemi dwar il-manteniment tas-sostenibbiltà tal-provvediment finanzjarju għall-kura tas-saħħa u għas-servizzi pubbliċi . |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Il-Kunsilli Ewropej suċċessivi rrikonoxxew il-ħtieġa li jittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq il-mudelli soċjali Ewropej. Risposta ċentrali għal din il-bidla f’qasir żmien fl-istruttura tal-etajiet tikkonsisti fil-promozzjoni tat-tixjiħ attiv u b'dan il-mod tiżgura li l-koorti tal-baby-boom li huma, b'mod ġenerali, aktar b'saħħithom u b’livell ta’ edukazzjoni ogħla minn dak tal-koorti ta' qabilhom, ikollhom opportunitajiet tajbin għal impjieg u parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. |
(4) Il-Kunsilli Ewropej suċċessivi rrikonoxxew il-ħtieġa li jittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq il-mudelli soċjali Ewropej. Risposta ċentrali għal din il-bidla f’qasir żmien fl-istruttura tal-etajiet tikkonsisti fil-promozzjoni tal-ħolqien ta' kultura sostenibbli tul il-ħajja tat-tixjiħ attiv u b'dan il-mod tiżgura li l-popolazzjoni attwali ta’ persuni li qed joqorbu s-sittin sena li qed tikber b’rata mgħaġġla, li huma, b'mod ġenerali, aktar b'saħħithom u b’livell ta’ edukazzjoni ogħla minn ġenerazzjonijiet ta' qabilhom, ikollhom opportunitajiet tajbin għal impjieg u jipparteċipaw attivament fis-soċjetà u fil-ħajja tal-familja, inkluż permezz ta’ xogħol ta’ volontarjat, tagħlim tul il-ħajja, l-espressjoni kulturali u l-isports fid-dawl tal-kontribut pożittiv li jistgħu jagħtu dawn l-attivitajiet kemm għas-saħħa mentali kif ukoll dik fiżika. B’hekk, it-tkattir tal-kultura tat-tixjiħ attiv għalhekk jeħtieġ approċċ multidimensjonali fuq bażi tul il-ħajja kif ukoll il-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Il-proporzjon dejjem akbar ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien fl-Ewropa jagħmilha dejjem aktar importanti li jiġi promoss it-tixjiħ f’saħħtu. Dan jista’ jikkontribwixxi biex tikber il-parteċipazzjoni tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien fis-suq tax-xogħol, biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom bħala individwi u biex jitrażżan il-piż fuq is-sistemi tas-saħħa u tal-kura soċjali. |
(5) Il-proporzjon dejjem akbar ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien fl-Ewropa u ż-żieda fil-kundizzjonijiet tas-saħħa kroniċi jagħmluha dejjem aktar importanti li jiġi promoss it-tixjiħ f’saħħtu tal-persuni kollha, partikolarment dawk mdaħħlin fiż-żmien, bl-appoġġ tal-vitalità u d-dinjità tagħhom. Miżuri kruċjali f’dan ir-rigward għandhom jinkludu aċċess universali u indaqs għal kura tas-saħħa xierqa u ta’ kwalità għolja, kura fit-tul u servizzi soċjali, bis-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini Ewropej dwar il-problemi marbuta ma’ popolazzjoni li qed tixjieħ, il-ġlieda kontra l-iżolazzjoni tal-informazzjoni tal-ġenerazzjoni li qed tixjieħ, u l-iżvilupp ta’ inizjattivi kontra r-riskji tas-saħħa assoċjati mal-proċess tat-tixjiħ. It-tixjiħ f'saħħtu huwa l-proċess li fih ikunu ottimizzati l-opportunitajiet għall-benessri fiżiku, soċjali u mentali biex ikun żgurat li l-anzjani jieħdu sehem attiv fis-soċejtà mingħajr diskriminazzjoni u biex jieħdu pjaċir jgħixu ħajja indipendenti ta' kwalità tajba. It-tixjiħ f’saħħtu jista’ wkoll jikkontribwixxi biex tikber il-parteċipazzjoni tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien fis-suq tax-xogħol, biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom bħala individwi u biex jitrażżan il-piż fuq is-sistemi tas-saħħa, il-pensjonijiet u tal-kura soċjali. |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Il-Kummissjoni ressqet il-fehmiet tagħha dwar l-isfidi demografiċi li qed tiffaċċja l-UE u dwar l-opportunitajiet sabiex dawn jiġu indirizzati fil-komunikazzjonijiet tagħha dwar ‘Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa, il-bidla ta’ sfida f’opportunità’ tat-12 ta’ Ottubru 2006 u f’‘Kif għandna nittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE’ tal-21 ta’ April 2009. |
(6) Il-Kummissjoni ressqet il-fehmiet tagħha dwar l-isfidi demografiċi li qed tiffaċċja l-UE u dwar l-opportunitajiet sabiex dawn jiġu indirizzati fil-komunikazzjonijiet tagħha dwar ‘Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa, il-bidla ta’ sfida f’opportunità’ tat-12 ta’ Ottubru 2006, dwar ‘Il-Promozzjoni tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet’ tal-10 ta’ Mejju 2007 u f’‘Kif għandna nittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE’ tad-29 ta’ April 2009. |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Id-diversità kulturali u etnika tal-ġenerazzjonijiet aktar anzjani fl-Ewropa se tkompli tiżdied aktar. Jeħtieġ għaldaqstant li jkunu promossi b'mod attiv opportunitajiet ugwali u biex tkun inkoraġġita l-parteċipazzjoni. Ċittadini attivi minn sfondi kulturali differenti għandhom funzjonijiet importanti ta' tgħaqqid fis-soċjetà, fl-inkoraġġiment tal-integrazzjoni u l-kontribuzzjoni lill-ekonomija. |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Fit-22 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar ‘Opportunitajiet u sfidi tal-bidla demografika fl-Ewropa: il-kontribut ta' persuni aktar avvanzati fl-età għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali’, li enfasizzat il-ħtieġa li jikbru l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni attiva min-naħa ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien, l-opportunitajiet ekonomiji ġodda (“l-ekonomija tal-fidda") iġġenerati mit-talba dejjem tikber min-naħa tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien għal ċerti prodotti u servizzi, kif ukoll l-importanza ta’ immaġni pubblika pożittiva tal-persuni f’età aktar avvanzata. |
(7) Fit-22 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar ‘Opportunitajiet u sfidi tal-bidla demografika fl-Ewropa: il-kontribut ta' persuni aktar avvanzati fl-età għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali’, li enfasizzat il-ħtieġa li jikbru l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni attiva min-naħa ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien, inkluż f’forma ta’ xogħol volontarju kif ukoll l-opportunitajiet ekonomiċi ġodda (“l-ekonomija tal-fidda") iġġenerati mit-talba dejjem tikber min-naħa tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien għal ċerti prodotti u servizzi, kif ukoll l-importanza ta’ immaġni pubblika pożittiva tal-persuni f’età aktar avvanzata. F’dan il-kuntest, l-importanza tal-promozzjoni tas-saħħa tajba u kwalità għolja tal-ħajja, inkluż permezz tal-iżgurar tal-aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja għandha tkun enfasizzata. |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Fit-8 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet dwar 'Opportunitajiet Indaqs għan-nisa u l-irġiel: tixjiħ attiv u dinjituż’, li jirrikonoxxu li fl-UE l-irġiel u n-nisa f’età aktar avvanzata għandhom quddiem wiċċhom sfidi serji filwaqt li jippruvaw jgħixu ħajja attiva u jixjieħu b’dinjità, u jipproponu għadd ta’ miżuri għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. |
(8) Fit-8 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet dwar 'Opportunitajiet Indaqs għan-nisa u l-irġiel: tixjiħ attiv u dinjituż’, li jirrikonoxxu li fl-UE l-irġiel u n-nisa f’età aktar avvanzata għandhom quddiem wiċċhom sfidi serji filwaqt li jippruvaw jgħixu ħajja attiva u jixjieħu b’dinjità, u jipproponu għadd ta’ miżuri għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni inkluż il-promozzjoni ta’ poltiki ta' tixjiħ attiv, waqt li jieħdu inkonsiderazzjoni sitwazzjonijiet differenti fil-varji Stati Membri u l-isfidi differenti li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa u l-irġiel. |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Il-konferenza ‘Flimkien għas-Saħħa Mentali u l-Benessri’, li kienet ittellgħet fi żmien il-Presidenza Slovena tal-UE, fit-12-13 ta' Ġunju 2008, nediet ‘Il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali’. Wara dik il-konferenza, il-konferenza dwar it-‘Tixjiħ Attiv u Fi Stat Tajjeb ta' Saħħa’, li ttellgħet taħt il-Presidenza Spanjola tal-UE, fid-29 u t-30 ta' April 2010, ippreżentat prattiki tajbin li saru fl-Ewropa fil-qasam tal-parteċipazzjoni soċjali u s-solidarjetà interġenerazzjonali. |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11a) Fil-11 ta’ Novembru 2010 l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni intitolata ‘l-Isfida demografika u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet’1, li titlob lill-Kummissjoni tħabbar l-għażla għas-Sena Ewropea 2012 u lill-Istati Membri biex jagħmlu t-tixjiħ attiv waħda mill-prijoritajiet għas-snin li ġejjin. Ir-riżoluzzjoni enfasizzat ukoll li s-Sena Ewropea għandha, b’mod partikolari, tenfasizza l-kontribut li l-persuni mdaħħlin fiż-żmien jagħtu lis-soċjetà u tipprovdi l-opportunitajiet biex ikunu inkoraġġiti s-solidarjetà, il-kooperazzjoni u l-fehim bejn il-ġenerazzjonijiet u biex persuni żgħar u kbar jaħdmu flimkien. |
|
________________ 1 Testi adottati, P7_TA(2010)0400. |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11b) L-opinjonijiet miġbura mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza wkoll l-importanza għal Ewropa li għandha kultura ta' tixjiħ attiv. Aspett partikolari minnu jikkonċerna l-kura u l-ħarsien transġenerazzjonali li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jirreferi għalih bħala diżordnijiet relatati mal-età fl-opinjoni tiegħu fl-‘L-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq is-sistema tas-saħħa u l-benessri’ tal-15 ta' Lulju 2010. |
|
______________ 1 ĠU C 44, 11.2.2011, p.10. |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Fil-proposta tagħha tas-27 ta’ April 2010 għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar “Linji gwida għall-politiki dwar ix-xogħol tal-Istati Membri", li skont il-linji gwida 7 u 8 tappella biex l-Istati Membri jżidu l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol permezz ta' politiki biex jippromwovu t-tixjiħ attiv, il-Kummissjoni pproponiet li jogħlew ir-rati tal-impjiegi tal-persuni avvanzati fl-età permezz ta’ innovazzjoni fl-organizzazzjoni tax-xogħol u biex tikber l-impjegabbiltà ta’ ħaddiema aktar avvanzati fl-età billi jakkwistaw aktar ħiliet u jieħdu sehem fi skemi ta’ tagħlim tul il-ħajja. Il-linja gwida 10 tenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi ta’ ħarsien soċjali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-politiki dwar l-inklużjoni soċjali bil-għan li jinħolqu opportunitajiet fi stadji differenti ta’ ħajjet in-nies u biex jitħarsu mir-riskju ta’ esklużjoni soċjali. |
(12) Fil-proposta tagħha tas-27 ta’ April 2010 għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar “Linji gwida għall-politiki dwar ix-xogħol tal-Istati Membri", li skont il-linji gwida 7 u 8 tappella biex l-Istati Membri jżidu l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol permezz ta' politiki biex jippromwovu t-tixjiħ attiv, il-Kummissjoni pproponiet li jogħlew ir-rati tal-impjiegi tal-persuni avvanzati fl-età permezz ta’ innovazzjoni fl-organizzazzjoni tax-xogħol u biex tikber l-impjegabbiltà ta’ ħaddiema aktar avvanzati fl-età billi jakkwistaw aktar ħiliet u jieħdu sehem fi skemi ta’ tagħlim tul il-ħajja. Il-linja gwida 10 tenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi ta’ ħarsien soċjali, it-tagħlim tul il-ħajja kif ukoll politiki dwar l-inklużjoni f'ambjent mingħajr ostakoli bil-għan li jinħolqu opportunitajiet fi stadji differenti ta’ ħajjet in-nies, biex jitħarsu mir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali u biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà. |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, l-ewwel inizjattiva ewlenija tal-UE2020 adottata fid-19 ta’Mejju 2010, il-Kummissjoni għafset fuq l-importanza tal-ICT għal tixjiħ xieraq, u b’mod partikolari pproponiet ir-rinfurzar tal-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL). L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa rrakkomandat ukoll li tittieħed azzjoni kkoordinata biex jikbru l-kompetenzi diġitali tal-Ewropej kollha, inkluż il-persuni mdaħħlin fiż-żmien, grupp li huwa rrappreżentat bil-kbir fost dawk il-150 miljun ċittadin, jew madwar 30% tat-total, ta’ dawk li qatt ma użaw l-internet. |
(13) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, l-ewwel inizjattiva ewlenija tal-UE2020 adottata fid-19 ta’Mejju 2010, il-Kummissjoni għafset fuq l-importanza tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-ICT għal tixjiħ xieraq, u b’mod partikolari pproponiet ir-rinfurzar tal-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL). L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa rrakkomandat ukoll li tittieħed azzjoni kkoordinata biex jikbru l-kompetenzi diġitali tal-Ewropej kollha, inkluż il-persuni mdaħħlin fiż-żmien, grupp li huwa rrappreżentat bil-kbir fost dawk il-150 miljun ċittadin, jew madwar 30% tat-total, ta’ dawk li qatt ma użaw l-internet. Il-faċilità fl-aċċess u l-għoti ta’ taħriġ fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda se jkomplu jtejbu l-opportunitajiet tal-persuni imdaħħlin fl-età sabiex jibbenefikaw minn taħriġ matul il-ħajja u twassal biex ikunu jistgħu jiksbu kapaċitajiet tekniċi kif ukoll biex jitneħħew l-ostakli fit-taħriġ matul il-ħajja relatati mad-distanza u d-diżabilitajiet. |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Fil-kuntest ta’ ‘Ewropa 2020’, il-Kummissjoni pproponiet t-tnedija ta’ Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-tixjiħ attiv u b'saħħtu (AHAIP) fi ħdan il-qafas tal-inizjattiva ewlenija ‘Unjoni tal-Innovazzjoni’. Dan il-proġett pilota, li huwa l-ewwel sħubija ta' innovazzjoni, ikun jinkludi innovazzjoni soċjali li tfittex biex tippromwovi kwalità aħjar ta' ħajja, tipprevjeni l-mard, ittejjeb in-netwerks soċjali mas-setturi pubbliċi u bejn l-imsieħba soċjali u biex tippromwovi l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jappoġġjaw il-kwalità tal-ħajja. Tfittex ukoll biex tiffaċilita ħajja indipendenti u saħħa tajba għal tul ta’ żmien itwal għaċ-ċittadini kif ukoll żieda b’żewġ snin b’saħħithom sal-2020. Barra minn hekk, il-proġett ifittex li jtejjeb is-sostenibbiltà u l-effiċenza tas-sistemi soċjali u tal-kura tas-saħħa Ewropej u l-ħolqien ta' suq globali u tal-Unjoni għal applikazzjonijiet u servizzi tal-ICT innovattivi. |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Il-Kummissjoni qed timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar id-Diżabbiltà li jinkludi azzjonijiet rilevanti għan-nies imdaħħlin fiż-żmien minħabba fir-rabta li hemm bejn id-diżabbiltà u t-tixjiħ. B’mod partikolari jkunu rilevanti azzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà skont il-Pjan għall-approċċi kollha (Design for all approaches). Barra minn dan, l-UE u l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà li tinkludi dispożizzjonijiet rilevanti għall-persuni mdaħħlin fiż-żmien. |
(14) Il-Kummissjoni qed timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar id-Diżabbiltà li jinkludi azzjonijiet rilevanti għan-nies imdaħħlin fiż-żmien minħabba fir-rabta frekwenti li hemm bejn id-diżabbiltà u t-tixjiħ. B’mod partikolari jkunu rilevanti azzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà skont il-Pjan għall-approċċi kollha (Design for all approaches). L-azzjonijiet biex jappoġġjaw ħajja indipendenti u inklużjoni fil-komunità huma relevanti, inklużi dawk diretti lejn persuni mdaħħla fiż-żmien li għandhom diżabbiltajiet, bi ħtieġa ta' livell għoli ta' appoġġ u bi bżonnijiet kumplessi, li huma partikolarment vulnerabbli u suxxettibbli għall-esklużjoni soċjali. Barra minn dan, l-UE u l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà li tinkludi fost affarijiet oħra dispożizzjonijiet rilevanti għall-persuni mdaħħlin fiż-żmien. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa fuq it-tixjiħ u d-diżabbiltà fis-seklu 21, adottata fl-2009, għandha l-ħsieb li tippromwovi l-awtonomija u ħajja indipendenti għal persuni li qed jixjieħu b'diżabbiltajiet, biex titjieb il-kwalità tas-servizzi u tiżgura aċċess ugwali għalihom. Jistieden lill-Istati Membri biex jaddottaw approċi innovattivi. |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Il-Jum Ewropew għas-Solidarjetà Interġenerazzjonali tiġi ċċelebrata kull sena fid-29 ta’ April, inizjattiva li ntlaqgħet mill-Parlament Ewropew b’mod ċar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 intitolata ‘l-Isfida demografika u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet’1. Kull sena, din il-ġurnata tipprovdi opportunità tajba biex l-Ewropa ġġedded l-impenn tagħha għat-tisħiħ tas-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet sabiex tiġi promossa soċjetà ġusta u sostenibbli. Hija opportunità wkoll għall-partijiet interessati kollha, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, biex flimkien jirriflettu dwar l-aqwa mod biex jittrattaw l-isfida li qed toħloq is-soċjetà Ewropea li qed tixjiħ. |
|
________________________ 1 Testi adottati, P7_TA(2010)0400. |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14b) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju, li għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja fi ħdan it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda1. |
|
________________________ 1 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) It-tixjiħ attiv jinsab fil-mira ta’ bosta programmi tal-Unjoni bħalma hu l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm PROGRESS, il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm tas-Saħħa Pubblika, il-programmi speċifiċi dwar it-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni u d-dwar ix-xjenzi soċjoekonomiċi u x-xjenzi umani fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar ‘It-tixjiħ xieraq fis-soċjetà tal-informatika’, il-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL) għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni bi proġetti pilota effettivi dwar l-ICT għat-Tixjiħ Xieraq u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-mobbiltà urbana. Il-kofinanzjament mill-Unjoni għall-attivitajiet tas-Sena Ewropea se jsir skont il-prijoritajiet u r-regoli li japplikaw, fuq bażi annwali jew multiannwali, għal programmi u linji baġitarji awtonomi eżistenti fil-qasam tax-xogħol, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs. Fejn ikun il-każ, il-programmi u l-politiki f’oqsma oħrajn, bħal dak tal-edukazzjoni u l-kultura, is-saħħa, ir-riċerka, is-soċjetà tal-informatika, il-politika reġjonali u dik tat-trasport, jistgħu jsostnu s-Sena Ewropea. |
(15) It-tixjiħ attiv ukoll jinsab fil-mira ta’ bosta programmi tal-Unjoni bħalma hu l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm PROGRESS, il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u, b’mod partikolari, il-programm Grundtvig, il-Programm tal-Azzjoni Komunitarja fil-Qasam tas-Saħħa 2008-2013, il-programmi speċifiċi dwar it-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni u d-dwar ix-xjenzi soċjoekonomiċi u x-xjenzi umani fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar ‘It-tixjiħ xieraq fis-soċjetà tal-informatika’, il-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL) għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni bi proġetti pilota effettivi dwar l-ICT għat-Tixjiħ Xieraq, l-Azzjoni Preparatorja CALYPSO dwar it-Turiżmu Soċjali, u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-mobbiltà urbana. Huwa għalhekk possibbli li s-Sena Ewropea tapprofitta minn dawn il-programmi, fi ħdan il-marġini eżistenti li jipprovdu għall-prijoritajiet ta’ fondi fuq bażi annwali jew multiannwali. |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Premessa 15 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ta' medda differenti ta' organizzazzjonijiet, il-proċeduri ssimplifikati għandhom ikun disponibbli għal avvenimenti u ħidmiet ta' skala iżgħar. |
Emenda 24 Proposta għal deċiżjoni Premessa 15 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15b) Minħabba li numru ta' netwerks relevanti fil-livell tal-Unjoni jista' jkun li qed jaffaċċjaw issikkar fil-baġits li jistgħu jillimitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fis-Sena Ewropea, dan għandu jittieħed inkonsiderazzjoni jekk kemm-il darba jkun hemm aktar flus disponibbli fil-livell ta' Unjoni. |
Emenda 25 Proposta għal deċiżjoni Premessa 15 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15c) Is-sinerġiji bejn is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010), is-Sena Ewropea tal-Volontarjat (2011) u s-Sena Ewropea dwar Tixjiħ Attiv (2012) għandhom ikunu promossi |
Emenda 26 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Is-sena 2012 se tkun iddedikata bħala s-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (minn hawn 'il quddiem ‘Is-Sena Ewropea’). |
Is-sena 2012 se tkun iddedikata bħala ‘s-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet’, bis-subintestatura ‘Iż-żamma tal-vitalità u r-rispett għad-dinjità ta’ kulħadd (minn hawn 'il quddiem ‘Is-Sena Ewropea’). |
Emenda 27 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-proposta ġenerali tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv għandha sservi ta’ inkoraġġiment u ta’ sostenn għall-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom biex jippromwovu tixjiħ attiv u biex jagħmlu iktar biex jimmobilizzaw il-potenzjal tal-popolazzjoni ta’ dawk lejn tmiem il-ħamsin jew iktar, li qed tikber malajr, u b’hekk tinżamm is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. It-tixjiħ attiv ifisser li jinħolqu opportunitajiet u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar biex il-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fis-suq tax-xogħol filwaqt li tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali billi tinġieb 'il quddiem il-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà u jiġi inkoraġġit it-tixjiħ f’saħħtu. Abbażi ta’ dan, l-għanijiet għandhom ikunu: |
Il-proposta ġenerali tas-Sena Ewropea għandha sservi ta’ faċilitazzjoni tal-ħolqien ta’ kultura ta’ tixjiħ attiv sostenibbli fl-Ewropa abbażi ta’ soċjetà għall-etajiet kollha u tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. |
|
F'dan il-qafas, is-Sena Ewropea għandha tkun ta’ inkoraġġiment u ta’ sostenn għall-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, l-imsieħba soċjali, negozji u s-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom, inklużi organizzazzjonijiet reliġjużi u assoċjazzjonijiet attivi fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, biex jippromwovu tixjiħ attiv u biex jagħmlu iktar biex jimmobilizzaw il-potenzjal tal-popolazzjoni ta’ dawk lejn tmiem il-ħamsin jew iktar, li qed tikber malajr, u b’hekk tinżamm il-vitalità tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien, tissaħħaħ il-parteċipazzjoni soċjali tagħhom, tiġi promossa l-idea pożittiva ta’ persuni mdaħħlin fl-età fis-soċjetà, tinħoloq soċjetà għall-etajiet kollha mingħajr ostakoli u jitrawmu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet. Sabiex dan isir, huwa essenzjali li s-Sena Ewropea tappoġġa u tapprofitta minn inizjattivi li jqisu l-bżonnijiet speċifiċi tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien inklużi dawk fil-livell lokali u reġjonali. |
|
It-tixjiħ attiv huwa l-proċess li fih ikunu ottimizzati l-opportunitajiet għas-saħħa, il-parteċipazzjoni u s-sikurezza biex tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja hekk kif in-nies jixjieħu. Jippermetti li n-nies jirrealizzaw il-potenzjal tagħhom għall-benessri matul ħajjithom u jipparteċipaw fis-soċjetà skont bżonnijiethom, xewqathom u l-kapaċitajiet tagħhom, waqt li jipprovdilhom ħarsien, sikurezza u kura adegwati meta jkollhom bżonn l-għajnuna. It-tixjiħ attiv ifisser li jinħolqu possibbiltajiet ta’ edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja aħjar u opportunitajiet u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar adattati għal kull età biex il-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jkun appoġġjat ir-rwol ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien fis-soċjetà, attivitajiet tal-ħajja familjari u dawk volontarji, il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni skont l-età u l-preġudizzju u l-eliminazzjoni ta’ stereotipi negattivi, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, billi jiġi inkoraġġit it-tixjiħ f’saħħtu bid-dinjità u l-faċilitazzjoni ta’ dan permezz ta' miżuri preventivi u aċċess għal servizzi soċjali u tas-saħħa ta' kwalità. |
|
Fuq din il-bażi, l-għanijiet tas-Sena Ewropea għandhom ikunu: |
Emenda 28 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) li titqajjem kuxjenza ġenerali dwar il-valur tat-tixjiħ attiv sabiex ikun enfasizzat il-kontribut utli li jagħmlu l-persuni mdaħħlin fiż-żmien lis-soċjetà u lill-ekonomija, li jiġi promoss it-tixjiħ attiv u li jsir aktar biex ikun immobilizzat il-potenzjal tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien; |
(1) li titqajjem kuxjenza ġenerali dwar il-valur tat-tixjiħ attiv, u sabiex jitqiegħed f’punt ogħla fl-aġenda tal-partijiet interessati fil-livelli kollha, sabiex ikun enfasizzat il-kontribut utli li jagħmlu l-persuni mdaħħlin fiż-żmien lis-soċjetà, lill-ħajja tal-familja u lill-ekonomija, li jiġi promoss it-tixjiħ attiv u f’saħħtu u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, biż-żamma tal-vitalità u r-rispett għad-dinjità tal-persuni kollha, li jkun miġġieled it-tixjiħ u l-istereotipi negattivi dwar ix-xjuħija, li jitneħħew l-ostakoli u tiġi rikonoxxuta d-diversità fi ħdan il-gruppi tal-età kollha, u li jsir aktar biex ikun immobilizzat il-potenzjal tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien minkejja l-oriġini etnika jew kulturali tagħhom, b’attenzjoni speċjali għall-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, l-attivitajiet volontarji u tagħlim tul il-ħajja, il-protezzjoni ta’ dawk li jkunu attivi, it-tqajjim tal-kuxjenza dwar il-kontribut ta’ valur li jsir minn membri tal-persunal imdaħħlin fiż-żmien, u l-ġlieda kontra l-età, partikolarment tan-nisa; |
Emenda 29 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) li jiġi stimulat dibattitu u jiġi żviluppat tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati fil-livelli kollha sabiex jiġu promossi l-politiki dwar it-tixjiħ attiv, tiġi identifikata u mifruxa prattika tajba u li jkunu inkoraġġiti l-koperazzjoni u s-sinerġiji; |
(2) li jiġi stimulat dibattitu, għall-iskambju ta’ informazzjoni u li jiġi żviluppat tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati, inkluż is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiġu promossi l-politiki dwar it-tixjiħ attiv, biex jiġu promossi sistemi ta’ pensjonijiet sostenibbli u sikuri fl-Ewropa, jiġu rikonoxxuti l-isfidi, tiġi identifikata u mifruxa prattika tajba u li jkunu inkoraġġiti l-kooperazzjoni u s-sinerġiji |
Emenda 30 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) li jiġi offrut qafas għall-impenn u għall-azzjoni konkreta li jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati fil-livelli kollha biex jiżviluppaw politiki permezz ta' attivitajiet speċifiċi u biex jimpenjaw ruħhom li jilħqu għanijiet marbuta mat-tixjiħ attiv. |
(3) li jiġi offrut qafas għall-impenn u għall-azzjoni konkreta li jippermetti lill-Unjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati fil-livelli kollha, bl-involviment qawwi tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u n-negozji u b’enfasi partikolari fuq il-promozzjoni tal-istrateġiji ta’ informazzjoni, biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi, politiki u strateġiji għal terminu ta’ żmien twil permezz ta' attivitajiet speċifiċi u biex jimpenjaw ruħhom li jilħqu għanijiet marbuta mat-tixjiħ attiv u s-solidarjetà interġenerazzjonali;. |
Emenda 31 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) li jitqajjem l-apprezzament ta’, u jkun hemm rikonoxximent ġenerali aħjar għal u appoġġ għall-kontribuzzjoni ta' persuni mdaħħla fiż-żmien fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa, b'rikonoxximent partikolari tal-esperjenza tagħhom kif ukoll bħala valur miżjud b'mod espliċitu għall-ekonomija u s-soċjetà; |
Emenda 32 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) li jiġu promossi attivitajiet li jistimulaw l-iżvilupp ta’ strateġiji tal-ġestjoni tal-età komprensivi marbuta mal-impjieg u x-xogħol, attivitajiet li jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ politiki konsistenti favur il-familji li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq ix-xejriet demografiċi, attivitajiet li jenfasizzaw l-importanza tal-prevenzjoni ta’ problemi tas-saħħa u stil ta’ ħajja b’saħħtu, b’enfasi partikolari fuq disturbi tas-saħħa relatati mal-età, u attivitajiet li jsaħħu r-rispett għad-dinjità tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien, is-saħħa tagħhom inkluż l-aċċess għal kura tas-saħħa, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-awtonomija tagħhom; |
Emenda 33 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 3 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3c) biex ikunu jew introdotti l-politiki fiskali strutturali jew inkella jissaħħew favur l-organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ, biex huma jkunu jistgħu jippjanaw u jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'appoġġ tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien u tal-partijiet żvantaġġati tal-popolazzjoni b'mod kontinwu u mhux biss okkażjonalment. |
Emenda 34 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– konferenzi, avvenimenti u inizjattivi li jippromwovu d-dibattitu, iqajmu kuxjenza u jaġevolaw it-tfassil ta’ impenji speċifiċi; |
– onferenzi, avvenimenti u inizjattivi, bil-parteċipazzjoni attiva tas-sħab soċjali, in-negozji, inklużi l-SMEs, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet reliġjużi li jippromwovu d-dibattitu, iqajmu kuxjenza u jaġevolaw it-tfassil ta’ impenji speċifiċi li jikkontribwixxu għal impatti sostnuti u dejjiema fuq inizjattivi futuri u attivitajiet fil-qasam tat-tixjiħ attiv; |
Emenda 35 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– kampanji promozzjonali, edukattivi u ta' informazzjoni; |
– kampanji promozzjonali, edukattivi u ta' informazzjoni, ta’ taħriġ u ta’ monitoraġġ li jkunu adattati għal ċirkustanzi nazzjonali, reġjonali jew lokali kif ukoll għal gruppi mmirati u li jużaw in-netwerks soċjali u tal-multimidja; |
Emenda 36 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– l-iskambju tal-informazzjoni u tal-prassi t-tajba; |
– l-iskambju tal-informazzjoni, l-esperjenza u tal-prassi t-tajba, inkluż permezz tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (MMK), netwerks ta’ kuntatti maħluqa mill-partijiet li jipparteċipaw fl-ilħiq tal-għanijiet tas-Sena Ewropea u bejn r-rappreżentanti lokali bir-responsabbiltajiet marbuta mat-tixjiħ attiv u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet; |
Emenda 37 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– riċerka u stħarriġ fuq l-iskala tal-Unjoni u dik nazzjonali, u t-tixrid tar-riżultati. |
– riċerka u stħarriġ fuq l-iskala tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali, u t-tixrid tar-riżultati, b'enfasi fuq l-impatt ekonomiku u soċjali tal-politiki tat-tixjiħ attiv u dawk favur it-tixjiħ attiv. |
Emenda 38 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata attenzjoni partikolari, fuq bażi orizzontali, lill-kura tas-saħħa preventiva orjentata lejn it-tixjiħ f’saħħtu u l-involviment tal-ġenerazzjonijiet kollha fit-tfittxija ta’ objettivi tas-Sena Ewropea, partikolarment permezz tat-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni ta’ persuni li qed jixjieħu u dawk żgħar fl-età f'inizjattivi komuni filwaqt li jiġu enfasizzati l-fatturi tipiċi tagħhom u l-opportunitajiet offruti mill-iskambju interġenerazzjonali. Metodi tal-involviment ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien għandhom ikunu analizzati u konsolidati sabiex tiġi żviluppata l-aqwa prattika abbażi tal-evidenza. |
Emenda 39 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu aktar opportunitajiet għal dawk li jagħtu sehem fl-appoġġ ta’ persuni avvanzati fl-età u li jieħdu sehem fi programmi ta’ ġbir ta’ fondi, b’hekk jinvestu l-entużjażmu u l-esperjenza tagħhom għal użu pożittiv. |
Emenda 40 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu l-integrazzjoni tas-sessi fl-organizzazzjoni tas-Sena Ewropea. |
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jkunu integrati l-ispeċifitajiet tas-sitwazzjoni tan-nisa u l-irġiel u l-ħtieġa li jkunu involuti l-ġenerazzjonijiet kollha fl-organizzazzjoni tas-Sena Ewropea, u għandhom ifittxu li jiżvilppaw approċċ inklużiv għall-ġenerazzjonijiet kollha, filwaqt li jirrikonoxxu d-diversità tagħhom. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lll-inklużjoni ta’ persuni b;diżabilitajiet, kif ukoll il-ġlieda ta' kull forma ta' diskriminazzjoni li huma suġġetti għaliha persuni mdaħħlin fiż-żmien. |
Emenda 41 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-Kummissjoni għandha tqis il-potenzjal ta' attivitajiet transkonfinali fil-livell reġjonali jew lokali biex jintlaħqu l-objettivi stipulati f'Artikolu 2. |
Emenda 42 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3b. L-inizjattivi li ttieħdu fid-dawl tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv se jkollhom approċċ deċentralizzat u se jiżguraw sjieda fuq ħafna livelli. |
Ġustifikazzjoni | |
Se tkun importanti li atturi reġjonali u lokali fl-Istati Membri jkunu involuti fit-twettiq tal-azzjonijiet speċifiċi. Sjieda fuq ħafna livelli għandha tiżgura l-involviment qawwi tal-partijiet interessati rilevanti kollha u barra minn hekk għandhom joħolqu bażi li fuqha jistgħu jitweqqu sforzi u inizjattivi li jdumu jservu fit-tul. | |
Emenda 43 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw ukoll li l-attivitajiet nazzjonali jkunu kkoordinati b’mod xieraq. |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dik il-ħatra. |
|
2. Sat-30 ta’ Settembru 2011, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-programm ta’ ħidma tiegħu, li għandu jinkludi d-dettalji dwar l-attivitajiet nazzjonali ppjanati skont is-Sena Ewropea. |
|
3. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaħdmu independentement, mingħajr riflessjoni tal-opinjonijiet tal-gvernijiet biss u għandhom jaraw ukoll li l-attivitajiet nazzjonali jiġu implimentati skont l-objettivi mniżżla fl-Artikolu 2 u jkunu kkoordinati b’mod xieraq u li l-partijiet interessati, inkluż is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu involuti bis-sħiħ fit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. |
Emenda 44 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a Pajjiżi parteċipanti |
|
Il-parteċipazzjoni fis-Sena Ewropea għandha tkun miftuħa għal: |
|
(a) Stati Membri; |
|
(b) pajjiżi kandidati; u |
|
(c) Stati tal-EFTA li huma partijiet għall-Ftehim EEA. |
Emenda 45 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 - paragrafu -1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha timplimenta s-Sena Ewropea fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali sabiex ikun hemm koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni kif ukoll skambju tal-informazzjoni, inkluż permezz ta’ impenji li jkunu saru u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri. |
Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali sabiex ikun hemm koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni kif ukoll skambju tal-informazzjoni u għarfien, inkluż permezz ta’ impenji li jkunu saru u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri. |
Emenda 47 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
l-kummissjoni għandha tiffaċilita u tappoġġa l-attivitajiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż billi tipproponi, fejn xieraq, toroq u għodod ġodda biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politiki. Il-Kummissjoni għandha, għal skop ta' evalwazzjoni, tħeġġeġ l-uffiċċji nazzjonali tal-istatisika biex joqogħdu aktar attenti lejn il-valutazzjoni tal-attivitajiet maħruġa f'Artikolu 3(1) li seħħew 'il ġewwa mit-territorju tagħhom matul is-Sena Ewropea, partikolarment billi jitqies l-appoġġ pubbliku. |
Emenda 48 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
It-tema tas-Sena Ewropea għandha tkun ta' prijorità fl-attivitjiet tal-komunikazzjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-Istati Membri u fil-programmi ta' ħidma ta' netwerks ewlenin fil-livell Ewropew li huma relevanti li jibbenefikaw mill-appoġġ għall-ispejjeż kurrenti tagħhom mill-baġit tal-Unjoni. |
Emenda 49 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5a |
|
L-appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju |
|
1. L-attivitajiet fil-livell tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1), jistgħu jwasslu għal kuntratt ta’ akkwist pubbliku ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. Fejn ikun il-każ, il-programmi u l-politiki f’oqsma li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tat-tixjiħ attiv, bħall-impjiegi, l-affarijiet soċjali u opportunitajiet indaqs, l-edukazzjoni u l-kultura, is-saħħa, ir-riċerka, is-soċjetà tal-informatika, il-politika reġjonali u dik tat-trasport, jistgħu jappoġġaw lis-Sena Ewropea skont ir-regoli li japplikaw u fi ħdan il-marġini eżistenti għall-istabbiliment tal-prijoritajiet. |
|
3. Appoġġ mhux finanzjarju jista’ jingħata mill-Unjoni għal inizjattivi li jittieħdu minn organizzazzjonijiet pubbliċi u privati skont l-Artikolu 3(2). |
Emenda 50 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5b Il-baġit |
|
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni fil-livell tal-Unjoni, partikolarment l-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2012 huwa ta’ tal-inqas EUR 6 000 000, li EUR 2 000 000 minnhom għandhom jinżammu għall-użu fil-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2011. |
|
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. |
Emenda 51 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 6a Il-kooperazzjoni internazzjonali |
|
Għall-finijiet tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera mal-entitajiet kkonċernati ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, sabiex iżżid l-effikaċja tal-Unjoni u tiżgura l-viżibilità tal-isforzi tagħha. |
Emenda 52 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni kumplessiva tal-azzjonijiet previsti minn din id-Deċiżjoni. |
1. Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni kumplessiva tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni u l-Istati Membri previsti minn din id-Deċiżjoni, bħala bażi għal politiki, miżuri u azzjonijiet tal-UE futuri f’dan il-qasam. |
|
2. Ir-rapport għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar kif is-sessi u d-diżabilità ddaħħlu fl-attivitajiet tas-Sena Ewropea u kif s-Sena Ewropea kkontribwixxiet għall-iżvilupp ta’ kultura ta’ tixjiħ attiv sostenibbli madwar l-Ewropa. |
- [1] Għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
It-tixjiħ tal-popolazzjoni huwa waħda mill-isfidi l-iktar importanti tal-UE iżda fl-istess ħin waħda mill-ikbar opportunitajiet.
Iż-żieda fil-medja tat-tul tal-ħajja marbuta mat-tixjiħ ċertament hija kisba soċjali straordinarja u suċċess għal żminijietna. Illum il-ġurnata l-Ewropej qed jgħixu ħajja itwal u iktar b'saħħitha minn qatt qabel li hu żvilupp pożittiv u ta’ inkorraġġiment. Madankollu, dan is-suċċess jikkonfronta wkoll is-soċjetà Ewropea ma’ għadd ta’ sfidi, partikolarment fil-qasam tal-impjieg u l-protezzjoni soċjali. Biex jintwera dan, il-previżjonijiet demografiċi tal-Eurostat jipprevedu tnaqqis ta’ madwar 6.8% (20.8 miljun) tal-persuni tal-età li jaħdmu fl-2030. Għalhekk, żewġ persuni biss fl-età tax-xogħol (15-64), se jkollhom persuna rtirata tiddependi fuqhom (ikbar minn 65 sena), meta mqabbel mal-proporzjon ta’ erba’ għal kull persuna llum. Għalhekk l-UE se tara żieda f’daqqa fis-sehem ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien u nuqqas kbir fis-sehem tal-popolazzjoni iżgħar minn 50 sena, li għalhekk jista’ jwassal għal żieda fil-pressjoni tal-baġits pubbliċi u s-sistemi tal-pensjonijiet, kif ukoll fl-għajnuna soċjali u ta’ kura għal persuni mdaħħlin fiż-żmien. Barra minn hekk, il-età kbira hija ta’ sikwit assoċjata mal-mard u d-dipendenza, u l-persuni f’età avvanzata jistgħu jħossuhom esklużi mix-xogħol kif ukoll mill-ħajja tal-familja u dik tas-soċjetà.
Għal dawn ir-raġunijiet, it-tixjiħ tal-popolazzjoni jista' jitqies bħala sfida kbira, jekk mhux periklu, jew jista’ joffri opportunitajiet ġodda għas-soċjetà Ewropea, skont kemm inkunu ppreparati sew għalih. Biex tinkiseb din l-isfida huwa importanti li jiġi żgurat li l-parti tal-popolazzjoni li għandha ħamsin sena jew aktar tkun tista' tibqa' iktar fis-suq tax-xogħol, tibqa' tipparteċipa b'mod attiv fis-soċjetà u b'saħħitha u indipendenti fit-tul kemm jista’ jkun. Għalhekk din hija sfida li s-soċjetà Ewropea għandha tipprepara galiha u jekk tkun ippreparata sew, u minn qabel sew, tista’ ssir opportunità sabiex l-Ewropa timxi ‘l quddiem iktar malajr u b’koeżjoni soċjali ikbar fost il-ġenerazzjonijiet.
Il-gvernijiet u l-politiki pubbliċi għandhom jirreaġixxu għall-isfida f’għadd ta’ oqsma, partikolarment billi jistabbilixxu kundizzjonijiet ta’ qafas biex jindirizzaw il-konsegwenzi ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ. Barra minn hekk, is-settur privat, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, kif ukoll iċ-ċittadini individwali għandhom jagħtu l-kontribut rispettiva tagħhom. Il-partijiet interessati kollha huma fatturi ewlenin fil-provvediment ta’ soluzzjonijiet għall-isfida tas-soċjetà li qed tixjieħ tal-Ewropa.
B’reazzjoni għall-isfida fil-livell tal-UE, fis-6 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal deċiżjoni fejn stabilliet is-sena 2012 bħala s-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv. L-inizjattiva proposta tħeġġeġ u tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili biex jippromwovu t-tixjiħ attiv u biex jagħmlu iżjed biex jiġi mmobilizzat il-potenzjal tal-parti tal-popolazzjoni ta’ ħamsin sena jew aktar, li dejjem qed tixjiħ b’rata iktar mgħaġġla. Is-Sena Ewropea għandha, għalhekk, isserva bħala qafas biex titqajjem kuxjenza, biex tiġi identifikata u mxerrda prattika tajba u, fuq kollox, biex tħeġġeġ lil min ifassal il-politika u lill-partijiet interessati fil-liveli kollha biex jippromwovu t-tixjiħ attiv.
Ir-Rapporteur tagħkom jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni u l-approċċ ġenerali tagħha. Din is-Sena Ewropea tista’ u għandha toffri opportunità tajba biex issir riflessjoni fuq il-fenomenu demografiku li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-UE u l-Istati Membri. Iżda għandha wkol twitti t-triq biex isiru impenji sodi favur il-promozzjoni tat-tixjiħ attiv fil-livelli kollha. Għandhom isiru sforzi biex jiġu kkonsolidati r-riżultati tas-Sena Ewropea fil-qafas tal-programmi u l-politiki speċifiċi fl-oqsma ta’ politika rilevanti, biex b’hekk tingħata spinta għall-prattiki permanenti.
Barra minn hekk, ir-Rapporteur iqis li l-proposta għas-Sena Ewropea jeħtieġ li tiġi emendata sabiex jitqiesu l-kwistjonijiet speċifiċi li ġejjin:
1. Soċjetà li tagħti valur lit-tixjiħ attiv għandha tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu t-tixjiħ attiv iżda fl-istess ħin li jagħtu lok għal tixjiħ b’vitalità u rispett tad-dinjità tal-persuni kollha. Barra minn hekk, it-tixjiħ attiv jista’ jirnexxi biss f’soċjetà mibnija fuq is-solidarjetà u kooperazzoni fost il-ġenerazzjonijiet.
Skont id-definizzjoni tal-WHO, it-tixjiħ attiv jinkludi l-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għall-anzjani sabiex ikomplu jaħdmu, jibqgħu f’saħħithom għal aktar tul ta’ żmien u jikkontribwixxu b’modi differenti lejn is-soċjetà, pereżempju permezz tal-volontarjat. Konsegwentement, is-soċjetà u l-ekonomija għandhom jgħinu lin-nies biex iżommu l-benessri fiżiku, soċjali u spiritwali tagħhom f’età avvanzata. Għaldaqstant hemm bżonn ta’ approċċ olistiku biex jiġi promoss it-tixjiħ attiv li għandu jinkludi aspetti ta’ saħħa, vitalità u dinjità, jekk nixtiequ nagħmluha possibbli li l-anzjani jkomplu jkunu parteċipanti attivi fis-soċjetà u jibqgħu indipendenti għall-aktar tul ta’ żmien possibbli.
Barra minn hekk, sabiex jiġi promoss it-tixjiħ attiv huwa ta’ importanza kruċjali li tissaħħaħ is-solidarjetà u l-kooperazzjoni fost il-ġenerazzjonijiet. Din hi idea kondiviża u promoss minn għadd ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw l-interessi ta’ gruppi ta’ etajiet differenti, partikolarment l-AGE u l-Pjattaforma Ewropea taż-Żgħażagħ. Barra minn hekk, il-Jum Ewropew għas-Solidarjetà Interġenerazzjonali tiġi ċċelebrata kull sena fid-29 ta’ April bl-istess għan. Minkejja dan, is-solidarjetà fost iż-żgħażagħ, il-persuni attivi u l-anzjani għandhiex tiġi indirizzata biss minn perspettiva finanzjarja. Għall–kuntrarju, wieħed għandu jħares lejha f’kuntest iktar wiesa’, li jinkludi l-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproċi bejn il-ġenerazzjonijiet sabiex kull wieħed minnhom ikun jista’ jsib postu fis-soċjetà u biex kollha kemm huma jikkontribwixxu għas-soċjetà Ewropea bl-aqwa kapaċitajiet tagħhom. Is-soċjetá tal-Ewropa għandha ssir soċjetà għall-etajiet kollha.
Għalhekk, ir-Rapporteur tagħkom jipproponi li s-Sena Ewropea 2012 tiġi stabbilita bħala “Is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv - il-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, iż-żamma tal-vitalità u r-rispett għad-dinjità ta’ kulħadd” u li t-tliet pilastri – il-vitalità, id-dinjità u s-solidarjetà fost il-ġenerazzjonijiet – jingħataw viżibilità fl-objettivi u l-attivitajiet tas-Sena Ewropea.
2. Is-Sena Ewropea 2012 għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ kultura ta’ tixjiħ attiv fl-Ewropa bħala sett ta’ attitudni, valuri, għanijiet u prattiki komuni għall-Ewropej kollha.
It-tixjiħ attiv għandu jsir parti integrali tal-mudell soċjali Ewropew u tal-ekonomija tas-suq soċjali. Jeħtieġ li ssir parti fundamentali tal-‘istil ta’ ħajja Ewropea’, ibbażata fuq tliet pilastri: il-vitalità, id-dinjità u s-solidarjetà fost il-ġenerazzjonijiet. Sabiex jinkiseb dan, is-Sena Ewropea għandha tikkontribwixxi għat-tibdil tal-mentalità u l-iżvilupp tas-sjieda u għal appoġġ dejjiemi favur it-tixjiħ attiv fost il-ġenerazzjonijiet kollha, inkluża l-parti tal-popolazzjoni ta' ħamsin sena jew aktar. Is-Sena Ewropea għandha tgħin ukoll biex tippromwovi l-mod kif il-pubbliku b’mod ġenerali jħares lejn l-anzjani u lejn il-kontribut li jistgħu joffru. Għandha tikkontribwixxi biex jinbidel il-mod kif is-soċjetà tagħna hija organizzata u biex jerġgħu jiġu stabbiliti r-relazzjonijiet soċjali u r-rabtiet bejn u fost il-ġenerazzjonijiet differenti.
Ir-Rapporteur tagħkom għalhekk jissuġġerixxi li l-iskop ġenerali tas-Sena Ewropea jiġi stabbilit b’tali mod sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ kultura ta’ tixjiħ attiv sostenibbli fl-Ewropa.
3. Il-kisba tal-għanijiet tal-politika ġenerali matul is-Sena Ewropea tirrikjedi l-involviment u l-appoġġ tal-partijiet interessati rilevanti kollha iżda wkoll ammon minimu ta’ riżorsi baġitarji.
Is-Sena Ewropea għandha tagħmel possibbli, u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni u l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali. Ir-rwol tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huwa kruċjali f’dan ir-rigward. Fost dawn tal-aħħar, għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-rigward tal-knejjes u d-diversi assoċjazzjonijiet li jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali.
Minħabba li bosta mill-programmi ta’ finanzjament tal-UE li jeżistu f’oqsma differenti huma rilevanti għat-tixjiħ attiv, dawn għandhom il-possibbiltá li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea. L-inkorraġġiment ta’ kontribut bħal dan huwa mixtieq ukoll minħabba l-fatt li l-appoġġ ta’ politika għat-tixjiħ attiv huwa meħtieġ f’firxa ta’ oqsma differenti. Madankollu, il-kontribut reali minn dawn il-programmi mhux se jkun ċar sal-aħħar nett tas-Sena Ewropea. Barra minn hekk, huwa ta' importanza kruċjali li l-UE tagħmel l-almu tagħha biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż bil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-esperjenzi. Għalhekk, jeħtieġ li jitwarrbu ċerti ammonti ta’ fondi għall-attivitajiet fil-livell tal-UE li jkunu speċifiċi għas-Sena Ewropea, bħalma huma l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-konferenzi, l-analiżi u l-istudji fil-livell tal-UE.
Sabiex tiġi appoġġata s-sostenibilità tas-Sena Ewropea, ir-Rapporteur tagħkom għalhekk iħeġġeġ sabiex tiġi stabbilita linja ta' finanzjament speċifika għas-Sena Ewropea 2012.
L-UE u l-Istati Membri tagħha diġà għamlu ħafna fil-passat biex iżidu l-medja tat-tul tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. Il-prosperità ekonomika, is-sigurtá soċjali u l-garanzija ta’ paċi żguraw iż-żieda fil-kwalità tal-ħajja. Fl-istess ħin, tfaċċaw sfidi ġodda li rridu nindirizzaw. Il-fatt li ngħixu f’kultura ta’ tixjiħ attiv jista’ jkun ta’ għajnuna f’dan ir-rigward, partikolarment jekk it-tixjiħ attiv jiġi żviluppat b'mod olistiku, inklużi l-prevenzjoni u l-promozzjoni tar-rispett għar-riżorsi u t-talenti li jistgħu joffru l-ġenerazzjonijiet ta’ kull età għall-ekonomija u għas-soċjetà.
Is-Sena Ewropea 2012 għandha għalhekk tkun pass importanti ħafna għal dawn l-iżviluppi fl-Ewropa, minħabba li tqiegħed lin-nies fil-qalba tal-politika, is-soċjetà u l-ekonomija u tittrasforma lis-soċjetà tal-Ewropa f’soċjetà għal kull età.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS DWAR IL-KOMPATIBILITÁ FINIANZJARJA
9.2.2011
Is-Sa Pervenche BERÈS
President tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
PARLAMENT EWROPEW
rue Wiertz
B - 1047 BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-abbozz ta’ rapport Kastler dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill rigward is-Sena Ewropea tat-Tixjiħ Attiv (COM(2010)0462 – C7-0253/2010 – 2010/0242(COD))
Għażiża Sa Berès,
F’ittra tat-13.01.2011 irreferejt għall-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 38(2), rigward l-analiżi tal-kompatibilità finanzjarja tal-modifiki proposti fl-abbozz ta’ rapport ta’ hawn fuq.
B’deċiżjoni tal-koordinaturi tas-26 ta’ Jannar, il-Kumitat għall-Baġits, skont l-Artikolu 38(3), qies il-kwistjoni ta’ hawn fuq fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Frar.
Fl-istadju li jinsab fih bħalissa, il-kumitat iddeċieda b’mod unanimu favur il-kompatibilità tal-emendi finanzjarji inklużi fl-abbozz ta’ rapport ta’ hawn fuq, bl-għan li jiddaħħal ammont ta’ EUR 4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-2012 għall-attivitajiet fil-livell tal-UE fil-qafas tas-Sena Ewropea 2012.
Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq il-valutazzjoni attwali tal-marġini disponibbli taħt l-intestatura 1a għas-sena finanzjarja 2012 wara li ġiet ipprovduta l-informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fil-Programm Finanzjarju tagħha ppubblikat fil-31 ta’ Jannar.
Madankollu għandu jitqies li l-finanzjament addizzjonali propju, jekk ikun hemm, li għandu jiġi allokat għas-Sena Ewropea 2012 jiddependi mill-marġini reali disponibbli fl-abbozz ta' baġit 2012 li hu mistenni f'April 2011 u fuq kollox mir-riżultat tan-negozjati bejn iż-żewġ partijiet tal-awtorità baġitarja, li se jsiru fit-tieni simestru ta’ din is-sena.
Dejjem tiegħek,
(sgd) Alain Lamassoure
President tal-Kumitat għall-Baġits
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (27.1.2011)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012)
(COM(2010)0462 – C7‑0253/2010 – 2010/0242(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Lambert van Nistelrooij
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kummissjoni pproponiet li tagħmel l-2012 is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv. Il-proposta ġenerali tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv għandha sservi ta’ inkoraġġiment u ta’ sostenn għall-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom biex jippromwovu tixjiħ attiv u biex jagħmlu iktar biex jimmobilizzaw il-potenzjal tal-popolazzjoni ta’ dawk lejn tmiem il-ħamsin jew iktar, li qed tikber malajr, u b’hekk tinżamm is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. It-tixjiħ attiv ifisser li jinħolqu opportunitajiet u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar biex il-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fis-suq tax-xogħol filwaqt li tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali billi tinġieb 'il quddiem il-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà u jiġi inkoraġġit it-tixjiħ f’saħħtu.
L-Artikolu 2 tal-Proposta għal Deċiżjoni jistabbilixxi għadd ta' objettivi. Il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu dawn l-objettivi huma mfissra fl-Artikolu 3 u jinkludu l-inizjattivi li jridu jiġu organizzati u mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri.
Għalhekk, l-emendi li qiegħed jipproponi l-Kumitat REGI huma maħsuba biex
- Jiżguraw li t-tixjiħ attiv jitpoġġa fis-sod fuq l-aġenda tal-politika;
- Iżidu subtitolu mal-isem tas-Sena Ewropea - Il-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet - li permezz tiegħu tingħata attenzjoni kbira għar-raġuni għalfejn is-soċjetajiet għandhom jippromwovu t-tixjiħ attiv.
- Jenfasizzaw ir-rwol ewlieni li s-Sena Ewropea tista' twettaq billi ssostni u tillieva proġetti u inizjattivi reġjonali u lokali li permezz tagħhom persuni mdaħħlin fiż-żmien jistgħu jikkontribwixxu għall-komunità tagħhom, u jibbenefikaw minn protezzjoni, sigurtà u kura tas-saħħa adegwati;
- Jiżguraw li tiżdied il-kuxjenza ġenerali fi bliet u reġjuni tal-Istati Membri;
- Jiżguraw li l-inizjattivi li jittieħdu fid-dawl tas-sena Ewropea għal tixjiħ attiv ikollhom approċċ deċentralizzat u, kif enfasizzat fil-Patt Territorjali tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali dwar l-Istrateġija tal-Ewropa għall-2020, ikunu bbażati fuq sjieda fuq ħafna livelli;
- Jipprovdu għal koordinazzjoni, koerenza u effettività preċiżi permezz tat-tfassil ta' gwida strateġika dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti li jinbdew fid-dawl tas-Sena Ewropea.
- Iqajmu l-kuxjena dwar l-importanza tal-iżvilupp tat-teknoloġiji ICT, li jistgħu effettivament jagħtu rispons għall-isfidi ta' soċjetà li qed tixjieħ.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Skont l-Artikolu 156 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinament tal-azzjoni tagħhom fil-qasam tal-politika soċjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Addizzjoni mal-qafas istituzzjonali l-ġdid previst fit-Trattat dwar il-Funzjonament dwar l-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi li ċerti reġjuni tal-Unjoni ibatu minn żbilanċi demografiċi severi u permanenti, li jistgħu jkunu ta' ħsara għal-livell tagħhom ta' żvilupp u jeżiġu attenzjoni partikolari biex jinkiseb l-objettiv ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu L-Artikolu 174 tat-TFUE jirrikonoxxi li ċerti reġjuni tal-Unjoni Ewropea jiffaċċaw diffikultajiet li jirriżultaw mill-karatteristiċi demografiċi tagħhom, bħaż-żoni b'densità baxxa tal-popolazzjoni, u li din is-sitwazzjoni teżiġi attenzjoni partikolari tal-politiki Ewropej. | |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Il-parti tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea magħmula minn persuni li qegħdin joqorbu s-sittin sena u iktar se tiżdied b'rata ħafna aktar mgħaġġla minn qatt qabel. L-akbar żieda mistennija tiġri matul il-perjodu 2015-35 meta l-popolazzjoni ta' dawk fl-età ta' 60 sena u aktar se tkun qed tiżdied b'żewġ miljun persuna fis-sena. Din iż-żieda hija pożittiva ħafna peress li hija konsegwenza loġika tat-titjib fil-kura tas-saħħa u fil-kwalità tal-għajxien. Madanakollu, minħabba r-realtà tat-tibdil demografiku, l-Unjoni qiegħda tħabbat wiċċha ma' għadd ta' sfidi bħal popolazzjoni li qiegħda tiċkien f'ċerti bliet u reġjuni, inkluż attraenza li qed tonqos ta' dawn il-bliet u r-reġjuni, livell għoli ta' pressjoni marbut ma' fondi għal pensjonijiet, u problemi dwar il-manteniment tas-sostenibbiltà tal-provvediment finanzjarju għall-kura tas-saħħa u għas-servizzi pubbliċi . |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Fil-Komunikazzjoni tagħha ‘Ewropa 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv’, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-Unjoni Ewropea li tippromwovi popolazzjoni li tixjieħ b’mod f'saħħtu u attiv fl-interessi tal-koeżjoni soċjali u produttività ogħla. Fiha pproponiet l-inizjattiva ewlenija ‘Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda’ li skontha l-Istati Membri għandhom primarjament jippromwovu l-politiki ta’ tixjiħ attiv, kif ukoll inizjattiva ewlenija oħra dwar 'Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar’. Biex jinkisbu dawn l-għanijiet ta’ politika tenħtieġ azzjoni mil-livelli kollha ta’ gvern u bosta partijiet interessati mhux governattivi; fil-livell tal-Unjoni dawn imbagħad jistgħu jkunu sostnuti bl-attivitajiet tas-Sena Ewropea li jimmiraw li jkabbru l-kuxjenza u li jippromwovu l-iskambju ta’ prassi tajba. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw li l-azzjoni nazzjonali tkun waħda koordinata u li tkun konsistenti mal-għanijiet ġenerali tas-Sena Ewropea. Hija ppjanata wkoll il-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet u partijiet interessati oħrajn. |
(10) Fil-Komunikazzjoni tagħha ‘Ewropa 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv’, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-Unjoni Ewropea li tippromwovi popolazzjoni li tixjieħ b’mod f'saħħtu u attiv fl-interessi tal-koeżjoni soċjali u produttività ogħla. Fiha pproponiet l-inizjattiva ewlenija ‘Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda’ li skontha l-Istati Membri għandhom primarjament jippromwovu l-politiki ta’ tixjiħ attiv, kif ukoll inizjattiva ewlenija oħra dwar 'Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar’. Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi ta' politika tinħtieġ strateġija bbażata fuq sjieda fuq ħafna livelli, li permezz tagħha jinħolqu involviment u azzjoni aktar b'saħħithom mill-awtoritajiet reġjonali u lokali kollha kif ukoll minn diversi partijiet interessati mhux tal-gvern. fil-livell tal-Unjoni dawn l-atturi mbagħad jistgħu jkunu sostnuti fil-livell tal-Unjoni, b' attivitajiet tas-Sena Ewropea mmirati biex iqajmu l-kuxjenza, irawwmu l-iskambju tal-prattika tajba u joħolqu s-sinerġiji. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw li l-azzjonijiet nazzjonali kemm fl-livell ċentrali kif ukoll f'dak deċentralizzat ikunu koordinati u konsistenti mal-għanijiet ġenerali tas-Sena Ewropea. Hija ppjanata wkoll il-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet u partijiet interessati oħrajn. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tkun promossa popolazzjoni f'saħħitha u attiva fl-interessi tal-koeżjoni soċjali u produttività ogħla, fil-mira tal-Istrateġija tal-Ewropa għall-2020, huwa kruċjali li jkun hemm impenn mal-awtoritajiet reġjonali u lokali. It-teħid ta' azzjonijiet u l-ħolqien ta' inizjattivi permezz ta' strateġija ta' sjieda fuq ħafna livelli jiżguraw l-impenn tagħhom. Barra minn hekk, permezz ta' impenn attiv min-naħa tal-gvern fl-livelli ċentrali u mhux ċentralizzati u ta' koordinazzjoni preċiża tal-attivitajiet tas-Sena Ewropea, jistgħu jinħolqu sinerġiji ġodda. | |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, l-ewwel inizjattiva ewlenija tal-UE2020 adottata fid-19 ta’Mejju 2010, il-Kummissjoni għafset fuq l-importanza tal-ICT għal tixjiħ xieraq, u b’mod partikolari pproponiet ir-rinfurzar tal-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL). L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa rrakkomandat ukoll li tittieħed azzjoni kkoordinata biex jikbru l-kompetenzi diġitali tal-Ewropej kollha, inkluż il-persuni mdaħħlin fiż-żmien, grupp li huwa rrappreżentat bil-kbir fost dawk il-150 miljun ċittadin, jew madwar 30% tat-total, ta’ dawk li qatt ma użaw l-internet. |
(13) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, l-ewwel inizjattiva ewlenija tal-UE2020 adottata fid-19 ta’Mejju 2010, il-Kummissjoni għafset fuq l-importanza tal-ICT għal tixjiħ xieraq, u b’mod partikolari pproponiet ir-rinfurzar tal-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL). L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa rrakkomandat ukoll li tittieħed azzjoni kkoordinata biex jikbru l-kompetenzi diġitali tal-Ewropej kollha, inkluż il-persuni mdaħħlin fiż-żmien, grupp li huwa rrappreżentat bil-kbir fost dawk il-150 miljun ċittadin, jew madwar 30% tat-total, ta’ dawk li qatt ma użaw l-internet. Għas-snin li ġejjin għandhom isiru investimenti b'mod partikolari fl-infrastrutturi, sabiex l-opportunitajiet offruti mill-istrateġija diġitali jkunu jistgħu jiġu sfruttati fiż-żona fejn hemm l-iktar bżonn tagħhom, eż. fil-forma ta' servizzi elettroniċi tas-saħħa. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Fil-kuntest ta' "Ewropa 2020", il-Kummissjoni pproponiet li tniedi proġett pilota dwar it-tixjiħ attiv u f'saħħtu mill-bidu tal-2011 fi ħdan il-qafas tal-Unjoni ta' Innovazzjoni. Dak il-proġett pilota, li huwa l-ewwel sħubija fil-qasam tal-innovazzjoni, jinkludi wkoll l-innovazzjoni soċjali, u jipprova jippromwovi kwalità aħjar tal-ħajja, jevita l-mard, itejjeb in-netwerks soċjali fi ħdan is-setturi pubbliċi u fost l-imsieħba soċjali, jippromwovi l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda sabiexx tiġi appoġġata l-kwalità tal-ħajja, ikun possibbli għaċ-ċittadini li jgħixu indipendentment u jgawdu saħħa tajba għal żmien itwal u li jiżdied bi 2 in-numru medju ta' snin ta' saħħa tajba fil-ħajja sal-2020. Barra minn hekk, il-proġett ifittex li jtejjeb is-sostenibbiltà u l-effiċenza tas-sistemi soċjali u tal-kura tas-saħħa Ewropej u l-ħolqien ta' suq globali u tal-Unjoni għal applikazzjonijiet u servizzi tal-ICT innovattivi. Dan jagħti lin-negozji tal-Unjoni opportunitajiet ġodda, u b'hekk itejjeb il-kompetittività tal-Unjoni u jwassal għal tkabbir fl-impjiegi fir-reġjuni tal-Ewropa. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew għall-Investiment tad-9 ta' Novembru 2010 bl-isem 'Konklużjonijiet tal-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta' koeżjoni1, jirrikonoxxi l-bżonn tal-Unjoni Ewropea li tiżviluppa politika ta' koeżjoni li tkun tista' tħabbat wiċċha mal-isfidi soċjali bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni u talloka ammont xieraq ta' riżorsi sabiex jinkiseb dawn l-objettivi. |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) It-tixjiħ attiv jinsab fil-mira ta’ bosta programmi tal-Unjoni bħalma hu l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm PROGRESS, il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm tas-Saħħa Pubblika, il-programmi speċifiċi dwar it-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni u d-dwar ix-xjenzi soċjoekonomiċi u x-xjenzi umani fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar ‘It-tixjiħ xieraq fis-soċjetà tal-informatika’, il-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL) għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni bi proġetti pilota effettivi dwar l-ICT għat-Tixjiħ Xieraq u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-mobbiltà urbana. Il-kofinanzjament mill-Unjoni għall-attivitajiet tas-Sena Ewropea se jsir skont il-prijoritajiet u r-regoli li japplikaw, fuq bażi annwali jew multiannwali, għal programmi u linji baġitarji awtonomi eżistenti fil-qasam tax-xogħol, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs. Fejn ikun il-każ, il-programmi u l-politiki f’oqsma oħrajn, bħal dak tal-edukazzjoni u l-kultura, is-saħħa, ir-riċerka, is-soċjetà tal-informatika, il-politika reġjonali u dik tat-trasport, jistgħu jsostnu s-Sena Ewropea. |
(15) It-tixjiħ attiv jinsab fil-mira ta’ bosta programmi tal-Unjoni bħalma hu l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm PROGRESS, il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm tas-Saħħa Pubblika, il-programmi speċifiċi dwar it-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni u d-dwar ix-xjenzi soċjoekonomiċi u x-xjenzi umani fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar ‘It-tixjiħ xieraq fis-soċjetà tal-informatika’, il-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL) għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni bi proġetti pilota effettivi dwar l-ICT għat-Tixjiħ Xieraq, l-Azzjoni Preparatorja CALYPSO dwar it-Turiżmu Soċjali u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-mobbiltà urbana. Il-kofinanzjament mill-Unjoni għall-attivitajiet tas-Sena Ewropea se jsir skont il-prijoritajiet u r-regoli li japplikaw, fuq bażi annwali jew multiannwali, għal programmi u linji baġitarji awtonomi eżistenti fil-qasam tax-xogħol, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs. Fejn ikun il-każ, il-programmi u l-politiki f’oqsma oħra, bħal dak tal-edukazzjoni u l-kultura, is-saħħa, ir-riċerka, is-soċjetà tal-informatika, il-politika reġjonali u dik tat-trasport, jistgħu jsostnu s-Sena Ewropea, b'mod partikolari fejn huma meħtieġa sabiex jkun indirizzat tħassib dwar l-inklużjoni soċjali, il-kundizzjonijiet ta' benesseri baxx jew il-faqar. B'hekk, b'mod transversali, is-Sena Ewropea se tkun ukoll l-okkażjoni biex tinġibed l-attenzjoni tal-opinjoni pubblika u biex il-partijiet ikkonċernati jiġu mobilizzati jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali, il-prekarjetà u l-faqar fost il-persuni mdaħħlin fiż-żmien, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, li hija inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija UE 2020. Il-finanzjament tal-Unjoni sabiex jingħelbu l-isfidi preżentati mit-tixjiħ m'għandhomx ikunu ristretti biss għas-Sena Ewropea. L-isfidi demografiċi għandhom jitqiesu b'mod kostanti fil-politika tal-Unjoni. |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-għanijiet tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv proposta ma jistgħux jintlaħqu għal kollox fil-livell tal-Istati Membri minħabba l-bżonn ta' skambju transnazzjonali u tixrid ta’ informazzjoni madwar l-Unjoni kollha ta’ prassi tajba, u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala tal-azzjoni proposta, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(16) L-objettivi tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv ma jistgħux jinkisbu bis-sħiħ fl-livell tal-Istati Membri minħabba l-ħtieġa għal skambju transnazzjonali tal-informazzjoni u t-tixrid mal-Unjoni kollha ta' prattiki tajbin. Għandu jkun rikonoxxut li l-bliet, ir-reġjuni u l-Istati Membri għandhom rwol ċentrali fit-twettiq ta' dawk l-azzjonijiet speċifiċi, speċjalment meta r-responsabilitajiet jinkludu l-integrazzjoni soċjali ta' dawk li jkunu f'diffikultà u d-disponibilità ta' appoġġ għall-persuni mdaħħlin fl-età. Barra minn hekk għandu jiġi rikonoxxut li, mingħajr ħsara għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u minħabba l-iskala tal-azzjonijiet proposti, dawk l-objettivi jistgħu jintlaħqu aħjar meta l-inizjattiva tittieħed fil-livell tal-Unjoni. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi. |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Il-problema tat-tixjiħ tal-popolazzjoni spiss tkun marbuta mal-karatteristiċi taż-żoni rurali, imma madankollu mhix esklussivament tagħhom biss, għax din il-kwistjoni hija marbuta wkoll mal-kundizzjonijiet li hemm fl-inħawi urbani u mar-rwol tal-bliet fl-integrazzjoni u l-formazzjoni tal-popolazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tixjiħ tal-popolazzjoni attiva hija realtà li għandha tiġi analizzata mhux biss mill-perspettiva tal-kawżi u tal-effetti fiż-żoni rurali, imma wkoll fiż-żoni urbani, sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-integrazzjoni tal-ġenerazzjonijiet ikbar fl-età. | |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16b) It-tixjiħ attiv jeħtieġ solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet li tmur lil hinn mill-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, permezz tal-ħolqien ta' possibilitajiet aħjar u iktar numerużi tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema mdaħħlin fl-età, u għandu l-għan ukoll li jintegrahom bis-sħiħ fis-soċjetà, billi jiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali permezz tat-tqajjim ta' kuxjenza dwar l-awtonomija tagħhom u dwar il-kwalità tal-ħajja tagħhom, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet bħat-turiżmu u x-xogħol volontarju. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tfittxija ta' soluzzjonijiet għas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet biex ikun żgurat tixjiħ attiv ma tikkonsistix biss mill-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol imma wkoll mill-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, permezz tat-taħriġ u t-tħajjir li dak li jkun jipparteċipa fl-attivitajiet ċiviċi jew ta' gost. | |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Is-sena 2012 se tkun iddedikata bħala s-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (minn hawn 'il quddiem ‘Is-Sena Ewropea’). |
Is-sena 2012 se tkun iddedikata bħala s-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà Bejn il-Ġenerazzjonijiet (minn hawn 'il quddiem ‘Is-Sena Ewropea’).
|
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – parti introdotturja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-proposta ġenerali tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv għandha sservi ta’ inkoraġġiment u ta’ sostenn għall-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom biex jippromwovu tixjiħ attiv u biex jagħmlu iktar biex jimmobilizzaw il-potenzjal tal-popolazzjoni ta’ dawk lejn tmiem il-ħamsin jew iktar, li qed tikber malajr, u b’hekk tinżamm is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. It-tixjiħ attiv ifisser li jinħolqu opportunitajiet u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar biex il-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fis-suq tax-xogħol filwaqt li tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali billi tinġieb 'il quddiem il-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà u jiġi inkoraġġit it-tixjiħ f’saħħtu. Abbażi ta’ dan, l-għanijiet għandhom ikunu: |
Il-proposta ġenerali tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv għandha sservi ta’ inkoraġġiment u ta’ sostenn għall-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom biex jippromwovu tixjiħ attiv u biex jagħmlu iktar, permezz ta' miżuri konkreti, biex jimmobilizzaw il-potenzjal tal-popolazzjoni ta’ dawk lejn tmiem il-ħamsin jew iktar u biex dan jirriżulta fl-inklużjoni aħjar tagħha fis-soċjetà, fid-dawl tar-rwol ekonomiku, soċjali u kulturali li dawn jista' jkollhom biex tinżamm is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. Sabiex dan isir, huwa essenzjali li s-Sena Ewropea ssostni u tillieva proġetti u inizjattivi lokali u reġjonali li jqisu l-bżonnijiet speċifiċi tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien u li jagħmluha possibbli li l-membri ta' soċjetà li qed tixjieħ jikkontribwixxu kemm jista' jkun għall-komunità tagħhom u jħallu l-persuni l-aktar imdaħħlin fiż-żmien ta' dik is-soċjetà li qed tixjieħ jibbenefikaw minn protezzjoni xierqa, sigurtà u l-adattament xieraq tal-ambjent tal-għajxien tagħhom u jkollhom aċċess għas-servizzi pubbliċi u għal kura ta' kwalità. Barra minn hekk, huwa l-kompitu tal-Istati Membri u tal-bliet u r-reġjuni tagħhom li jipprevedu qafas li fih il-partijiet interessati mis-settur pubbliku u privat jistgħu jikkooperaw sew flimkien biex jiksbu dawn l-objettivi komuni. It-tixjiħ attiv ifisser li jinħolqu opportunitajiet u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar biex il-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fis-suq tax-xogħol u f'attivitajiet ta' volontarjat, filwaqt li tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali billi tinġieb 'il quddiem il-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà u jiġi inkoraġġit it-tixjiħ f’saħħtu. Abbażi ta’ dan, l-għanijiet għandhom ikunu: |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
li titqajjem kuxjenza ġenerali dwar il-valur tat-tixjiħ attiv sabiex ikun enfasizzat il-kontribut utli li jagħmlu l-persuni mdaħħlin fiż-żmien lis-soċjetà u lill-ekonomija, li jiġi promoss it-tixjiħ attiv u li jsir aktar biex ikun immobilizzat il-potenzjal tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien; |
li titqajjem kuxjenza ġenerali fil-livelli amministrattivi kollha tal-Istati Membri, tal-bliet u tar-reġjuni dwar il-valur tat-tixjiħ attiv sabiex ikun enfasizzat il-kontribut utli li jagħmlu l-persuni mdaħħlin fiż-żmien lis-soċjetà u lill-ekonomija permezz tat-trażmissjoni tal-għarfien u tal-kompetenzi tagħhom, li jiġi promoss it-tixjiħ attiv, li jsir aktar biex ikun immobilizzat il-potenzjal tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien, biex it-tixjiħ attiv jitpoġġa fl-għoli fl-aġenda tal-politika tal-partijiet interessati fl-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u tiġi promossa s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet; |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
li jiġi stimulat dibattitu u jiġi żviluppat tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati fil-livelli kollha sabiex jiġu promossi l-politiki dwar it-tixjiħ attiv, tiġi identifikata u mifruxa prattika tajba u li jkunu inkoraġġiti l-koperazzjoni u s-sinerġiji; |
li jiġu stimulati dibattitu, jiġi inkoraġġut l-appoġġ u jiġi żviluppat tagħlim reċiproku bejn l-atturi pubbliċi u privati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u s-soċjetà ċivili, sabiex jiġu promossi l-politiki dwar it-tixjiħ attiv b’mod aktar effikaċi u b'iktar suċċess, jiġu identifikati u mifruxa prattiki tajbin u li jkunu inkoraġġiti l-kooperazzjoni u s-sinerġiji; |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
li jiġi offrut qafas għall-impenn u għall-azzjoni konkreta li jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati fil-livelli kollha biex jiżviluppaw politiki permezz ta' attivitajiet speċifiċi u biex jimpenjaw ruħhom li jilħqu għanijiet marbuta mat-tixjiħ attiv. |
li jiġi offrut qafas għal impenn u azzjoni konkreta, bħat-trawwim ta' ambjent li jkun ta' benefiċċju għall-innovazzjoni fit-teknoloġiji fil-qasam tal-ICT li joffru rispons għall-isfidi marbutin ma' soċjetà li qed tixjieħ, li permezz tiegħu l-atturi fis-settur pubbliku u privat fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, ikunu jistgħu jiżviluppaw politiki permezz ta' attivitajiet speċifiċi u jimpenjaw ruħhom li jilħqu objettivi speċifiċi marbuta mat-tixjiħ attiv billi jiżviluppaw strateġiji fit-tul. |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– l-iskambju tal-informazzjoni u tal-prassi t-tajba; |
– l-iskambju tal-informazzjoni u tal-prattiki tajbin, b'mod partikolari bejn ir-rappreżentanti lokali responsabbli għall-kompetenzi dwar it-tixjiħ attiv u dwar is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet; |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– riċerka u stħarriġ fuq l-iskala tal-Unjoni u dik nazzjonali, u t-tixrid tar-riżultati. |
– riċerka u stħarriġ fuq l-iskala tal-Unjoni, dik nazzjonali jew reġjonali/tal-awtorità lokali, u t-tixrid tar-riżultati. |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – punt 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. L-inizjattivi li ttieħdu fid-dawl tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv se jkollhom approċċ deċentralizzat u se jiżguraw sjieda fuq ħafna livelli. |
Ġustifikazzjoni | |
Se tkun importanti li atturi reġjonali u lokali fl-Istati Membri jkunu involuti fit-twettiq tal-azzjonijiet speċifiċi. Sjieda fuq ħafna livelli għandha tiżgura l-involviment qawwi tal-partijiet interessati rilevanti kollha u barra minn hekk għandhom joħolqu bażi li fuqha jistgħu jitweqqu sforzi u inizjattivi li jdumu jservu fit-tul. | |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw ukoll li l-attivitajiet nazzjonali jkunu kkoordinati b’mod xieraq. |
Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw ukoll li l-attivitajiet nazzjonali jkunu kkoordinati b’mod xieraq u li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu involuti fil-ħolqien u fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tas-Sena Ewropea fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Barra minn hekk, permezz tat-tfassil ta' gwida strateġika dwar l-implementazzjoni tad-diversi proġetti fil-pajjiżi tagħhom, il-koordinatur nazzjonali għandu joħloq qafas biex ikunu jistgħu jiġu sorveljati b'mod ċar, l-azzjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet u l-partijiet interessati fil-livell reġjonali u lokali, sabiex jitrawwem il-ħolqien ta' sinerġiji u biex jiġu żgurati l-effettività u l-koerenza tal-isforzi li jsiru kif ukoll biex jiġu evitati l-inkonsistenzi jew id-duplikazzjoni. |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni — flimkien mal-Istati Membri — għandha tiżgura li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti ma’ kull skema jew inizjattiva tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali li tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea. |
Il-Kummissjoni — flimkien mal-Istati Membri — għandha tiżgura li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti ma’ kull skema jew inizjattiva tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali li tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea, kif ukoll mal-proġetti mħejjija fil-qafas tas-snin Ewropej ta' qabel, b'mod partikolari s-Sena Ewropea tal-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) u s-Sena Ewropea tal-Volontarjat (2011). |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tkun żgurata viżibilità aħjar għall-inizjattivi mwettqa fil-qafas tas-"snin Ewropej" u jitjiebu l-effikaċità u r-riżultati tagħhom, jeħtieġ li jiġu promossi l-kontinwità u l-koerenza bjen l-inizjattivi futuri u dawk li twettqu fis-snin preċedenti, b'kunsiderazzjoni tal-punti komuni u tar-relazzjonijiet li jeżistu bejn it-temi rispettivi tagħhom. | |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 6a Il-kooperazzjoni internazzjonali |
|
Għall-finijiet tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera mal-organi kkonċernati ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, sabiex tiżgura l-viżibilità tal-isforzi tal-Unjoni u tkabbar l-effikaċità tagħhom. |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 6b Il-baġit |
|
1. Il-baġit addizzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2012 huwa EUR 8 000 000. |
|
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. |
PROĊEDURA
Titolu |
Is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) |
||||||
Referenzi |
COM(2010)0462 – C7-0253/2010 – 2010/0242(COD) |
||||||
Kumitat responsabbli |
EMPL |
||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 9.9.2010 |
|
|
|
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Lambert van Nistelrooij 27.9.2010 |
|
|
||||
Eżami fil-kumitat |
30.11.2010 |
|
|
|
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Sophie Auconie, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, Zuzana Brzobohatá, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Ian Hudghton, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Michael Theurer, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Karin Kadenbach, Andrey Kovatchev, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Elisabeth Schroedter |
||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edvard Kožušník, Norica Nicolai, Jan Zahradil |
||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (27.1.2011)
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjalidwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012)
(COM(2010)0462 – C7-0253/2010 – 2010/0242(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Hannu Takkula
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sfond
Mill-bidu tas-snin tmenin is-Snin Ewropej, li jiffukaw fuq temi speċifiċi, senajiġu organizzati kważi kull fil-livell tal-UE. L-objettiv huwa li titqajjem kuxjenza pubblika, u li tinġibed l-attenzjoni tal-gvernijiet nazzjonali dwar kwistjonijiet importanti li l-pajjiżi tal-UE jixtiequ jenfasizzaw b’mod kollettiv. Pereżempju, l-2010 hija s-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, filwaqt li l-2011 se tkun is-Sena (Ewropea) għall-Volontarjat. L-għażla tas-snin tematiċi ssir minn qabel sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kampanji u tiġi mwettqa l-ħidma preparattiva.
Il-proposta attwali għas-Sena Ewropea 2012 hija t-Tixjiħ Attiv. Din it-tema għandha sservi bħala qafas għat-tqajjim ta’ kuxjenza, sabiex jiġu identifikati u mxerda l-prattiki tajba u sabiex jiġu mħeġġa mhux biss dawk li jfasslu l-politiki iżda wkoll il-partijiet interessati fil-livelli kollha sabiex tiġi promossa l-idea ta' ħidma kif ukoll ta' azzjoni fost il-ġenerazzjoni Ewropea “li qed tixjieħ".
Hekk kif ġara fis-Snin Ewropej preċedenti, il-miżuri proposti se jinkludu informazzjoni u kampanji promozzjonali, avvenimenti u inizjattivi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jitwasslu l-messaġġi ewlenin u tinxtered l-informazzjoni dwar eżempji ta’ prattiki tajba. Barra minn dan, il-Kummissjoni tispera li tinkoraġġixxi l-pajjiżi kollha tal-UE sabiex jikkommettu ruħhom għal azzjoni(azzjonijiet) speċifiċi u miri fil-ġirja lejn l-2012 sabiex jiġu ppreżentati kisbiet tanġibli fl-aħħar tas-sena 2012 stess.
Il-Kummissjoni qalet li mhux qed tfittex finanzjament speċifiku għas-sena kkonċernata iżda tissuġġerixxi, f’konformità mas-snin preċedenti, li l-iffinanzjar għall-kampanji relatati max-Xjuħija Attiva (eċċ.) jiġu mogħtija mid-diversi programmi tal-Komunità u baġits amministrattivi eżistenti. Filwaqt li dan l-approċċ ta’ iffinanzjar huwa b’xi mod sensibbli minħabba l-istat tal-ekonomija, ir-Rapporteur irid jenfasizza n-natura problematika tal-kwistjoni partikularment fir-rigward tal-linji tal-baġit li reċentement affaċjaw qtuħ u li huma diġà mpenjati li jiffinanzjaw proġetti u programmi fuq perjodu twil taż-żmien (pereżempju programmi ta’ Tagħlim Matul il-Ħajja).
Osservazzjonijiet
Ir-Rapporteur jirrikonoxxi li l-UE tinsab fi proċess ta’ tixjiħ sinifikanti tal-popolazzjoni. Is-sejbiet tar-riċerka jissuġġerixxi li mill-2012, il-popolazzjoni Ewropea bl-età tax-xogħol se tibda tonqos, filwaqt li l-popolazzjoni li taqbeż is-60 sena se tkompli tiżdied b’madwar żewġ miljun ruħ fis-sena. L-akbar żieda mistennija li sseħħ matul il-perjodu bejn l-2015 - 2035 meta jkunu waslu biex jirtiraw l-hekk imsejħa l-ġenerazzjoni tal-baby-boom.
It-tixjieħ tal-popolazzjoni saret waħda mill-akbar sfidi tagħna. It-tixjieħ tal-popolazzjoni se jwassal għal żieda fid-domandi ekonomiċi u soċjali fl-Ewropa, iżda b'mod ugwali anke f'ħafna aktar partijiet fid-dinja. Filwaqt li jiġu kkunsidrati dawn id-diversi sfidi, għandna nirrikonoxxu wkoll li persuni anzjani huma prezzjuża, ta’ spiss huma sors injorat li għandu kontribut importanti fis-soċjetajiet tagħna. Għaldaqstant għandha nipprovaw nużaw aħjar il-kontribut potenzjali li persuni mdaħħlin fl-età jistgħu jagħtu lis-soċjetà.
Ir-Rapporteur irid jagħti attenzjoni speċjali lill-kelma attiv. Huwa enfasizza li attiv tirreferi mhux biss għall-abilità li wieħed ikun attiv fiżikament jew għall-abilità li wieħed jipparteċipa għal aktar fit-tul fil-forza tax-xogħol, iżda attiv tirreferi ugwalment għall-parteċipazzoni kontikwa u attiva tal-persuna fil-kwistjonijiet soċjali, ekonomiċi, kulturali u ċivili.
Ir-Rapporteur jirrikonoxxi li t-tixjiħ tal-popolazzjoni tqajjem ħafna kwistjonijiet fundamentali għal min ifassal il-politika; xi wħud minn dawn il-kwistjonijiet jinkludu partikularment:
1. Hekk kif il-persuni qed jgħixu aktar snin, kif tista’ titjieb il-kwalità tal-ħajja fl-età avvanzjata?
2. Kif nistgħu ngħinu l-persuni jibqgħu attivi meta jibdew jixjieħu?
3. Kif se nkunu żguri li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tikkunsidra b’mod attiv il-ġenerazzjoni li qed tixjieħ?
4. Kif jista’ jiġi bbilanċjat bl-aħjar mod ir-rwol tal-familja u tal-istat f’dak li jikkonċerna l-kura ta’ persuni li għandhom bżonn l-għajnuna huma u jikbru fl-età?
Tixjiħ attiv, skont id-definizzjoni, jinkludi l-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għall-anzjani sabiex ikomplu jaħdmu, jibqgħu f’saħħithom għal aktar tul ta’ żmien u jikkontribwixxu b’modi differenti lejn is-soċjetà. Il-volontarjat, pereżempju, jeħtieġ li jiġi appoġġjat permezz ta’ firxa wiesgħa fil-livelli kollha tal-governanza. Għaldaqstant, huwa naturali li s-Sena għall-Volontarjat tippreċedi s-Sena għat-Tixjieħ Attiv. Madankollu, hekk kif irrikonoxxa qabel il-Parlament, is-Snin Ewropej ma għandhomx isiru sempliċement eżerċizzji tar-relazzjonijiet pubbliċi, u għandhom isiru sforzi sabiex jiġu kkonsolidati l-objettivi u r-riżultati fil-kuntest ta' politiki speċifiki, programmi u inizjattivi oħra f'kull qasam, filwaqt li fl-istess ħin tiġi pprovduta spinta għal azzjonijiet u politiki ġodda.
Tixjieħ attiv għandu jiġi indirizzat fuq fronti differenti, mhux anqas fuq il-post tax-xogħol, fejn hemm il-ħtieġa ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim kontinwu għall-impjegati avvanzjati fl-età, sabiex jiġi żgurat li l-persuni jibqgħu attivi. Barra minn dan, persuni avvanzjati fl-età għandhom bżonn taħriġ fit-teknoloġiji l-ġodda. Wieħed għandu jiftakar li t-tagħlim bejn il-ġenerazzjonijiet jista’ jgħaqqad u jtejjeb l-esperjezi tat-tagħlim u jgħin fit-trażmissjoni ta' valuri kulturali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Il-proporzjon dejjem akbar ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien fl-Ewropa jagħmilha dejjem aktar importanti li jiġi promoss it-tixjiħ f’saħħtu. Dan jista’ jikkontribwixxi biex tikber il-parteċipazzjoni tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien fis-suq tax-xogħol, biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom bħala individwi u biex jitrażżan il-piż fuq is-sistemi tas-saħħa u tal-kura soċjali. |
(5) Il-proporzjon dejjem akbar ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien fl-Ewropa jagħmilha dejjem aktar importanti li jiġi mħeġġeġ it-tixjiħ f’saħħtu permezz tal-promozzjoni ta’ attivitajiet kulturali (inkluż l-isports), li jikkontribwixxi b’mod pożittiv għas-saħħa kemm mentali kif ukoll fiżika. Dan jista’ jikkontribwixxi biex tikber il-parteċipazzjoni tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien fis-suq tax-xogħol, biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom bħala individwi u biex jitrażżan il-piż fuq is-sistemi tas-saħħa u tal-kura soċjali. Bil-għan li jinkiseb dan, għandhom jiġu promossi attivitajiet sportivi u programmi biex wieħed jibqa’ f’saħħtu fost il-persuni mdaħħla fiż-żmien li għalihom, f’dan ir-rigward, għandu jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-faċilitajiet sportivi pubbliċi. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Fit-22 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar ‘Opportunitajiet u sfidi tal-bidla demografika fl-Ewropa: il-kontribut ta' persuni aktar avvanzati fl-età għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali’, li enfasizzat il-ħtieġa li jikbru l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni attiva min-naħa ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien, l-opportunitajiet ekonomiji ġodda (“l-ekonomija tal-fidda") iġġenerati mit-talba dejjem tikber min-naħa tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien għal ċerti prodotti u servizzi, kif ukoll l-importanza ta’ immaġni pubblika pożittiva tal-persuni f’età aktar avvanzata. |
(7) Fit-22 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar ‘Opportunitajiet u sfidi tal-bidla demografika fl-Ewropa: il-kontribut ta' persuni aktar avvanzati fl-età għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali’, li enfasizzat il-ħtieġa li jikbru l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni attiva min-naħa ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien, inkluż f’forma ta’ xogħol volontarju, l-opportunitajiet ekonomiji ġodda (“l-ekonomija tal-fidda") iġġenerati mit-talba dejjem tikber min-naħa tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien għal ċerti prodotti u servizzi, kif ukoll l-importanza ta’ immaġni pubblika pożittiva tal-persuni f’età aktar avvanzata. Fil-kuntest tal-politiki tat-tkabbir, tal-viċinat u tal-iżvilupp, servizz ta’ persuni esperti rtirati, li diġà jeżisti f’diversi pajjiżi, jista’ jirriżulta ferm utli. Il-ħidma volontarja ta’ valur ta’ persuni mdaħħla fl-età huwa eżempju eċċellenti ta’ kontribuzzjoni essenzjali li l-popolazzjoni li qed tixjieħ toffri lis-soċjetà u lill-ekonomija, u din għandha tkompli tiġi mħeġġa fil-ġejjieni. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Fit-8 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet dwar 'Opportunitajiet Indaqs għan-nisa u l-irġiel: tixjiħ attiv u dinjituż’, li jirrikonoxxu li fl-UE l-irġiel u n-nisa f’età aktar avvanzata għandhom quddiem wiċċhom sfidi serji filwaqt li jippruvaw jgħixu ħajja attiva u jixjieħu b’dinjità, u jipproponu għadd ta’ miżuri għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. |
(8) Fit-8 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet dwar 'Opportunitajiet Indaqs għan-nisa u l-irġiel: tixjiħ attiv u dinjituż’, li jirrikonoxxu li fl-UE l-irġiel u n-nisa f’età aktar avvanzata għandhom quddiem wiċċhom sfidi serji filwaqt li jippruvaw jgħixu ħajja attiva u jixjieħu b’dinjità, u jipproponu għadd ta’ miżuri għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. Il-miżuri ppjanati għall-persuni mdaħħla fiż-żmien għandhom jinkludu attivitajiet kulturali u attivitajiet li jippromwovu l-benesseri ġenerali, bil-għan li l-persuni mdaħħla fiż-żmien jiġu protetti mill-esklużjoni soċjali u mis-solitudni permezz tal-integrazzjoni u l-involviment tagħhom. |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Fil-Komunikazzjoni tagħha ‘Ewropa 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv’, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-Unjoni Ewropea li tippromwovi popolazzjoni li tixjieħ b’mod f'saħħtu u attiv fl-interessi tal-koeżjoni soċjali u produttività ogħla. Fiha pproponiet l-inizjattiva ewlenija ‘Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda’ li skontha l-Istati Membri għandhom primarjament jippromwovu l-politiki ta’ tixjiħ attiv, kif ukoll inizjattiva ewlenija oħra dwar 'Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar’. Biex jinkisbu dawn l-għanijiet ta’ politika tenħtieġ azzjoni mil-livelli kollha ta’ gvern u bosta partijiet interessati mhux governattivi; fil-livell tal-Unjoni dawn imbagħad jistgħu jkunu sostnuti bl-attivitajiet tas-Sena Ewropea li jimmiraw li jkabbru l-kuxjenza u li jippromwovu l-iskambju ta’ prassi tajba. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw li l-azzjoni nazzjonali tkun waħda koordinata u li tkun konsistenti mal-għanijiet ġenerali tas-Sena Ewropea. Hija ppjanata wkoll il-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet u partijiet interessati oħrajn. |
(10) Fil-Komunikazzjoni tagħha ‘Ewropa 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv’, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-Unjoni Ewropea li tippromwovi popolazzjoni li tixjieħ b’mod f'saħħtu u attiv fl-interessi tal-koeżjoni soċjali u produttività ogħla. Fiha pproponiet l-inizjattiva ewlenija ‘Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda’ li skontha l-Istati Membri għandhom primarjament jippromwovu l-politiki ta’ tixjiħ attiv, kif ukoll inizjattiva ewlenija oħra dwar 'Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar’. Għandhom jintużaw teknoloġiji ġodda biex jiġu promossi skemi edukattivi bl-għan li jiżdied l-għarfien tal-persuni anzjani u biex huma jiksbu għarfien tekniku. Biex jinkisbu dawn l-għanijiet ta’ politika tenħtieġ azzjoni mil-livelli kollha ta’ gvern u bosta partijiet interessati mhux governattivi; fil-livell tal-Unjoni dawn imbagħad jistgħu jkunu sostnuti bl-attivitajiet tas-Sena Ewropea li jimmiraw li jkabbru l-kuxjenza u li jippromwovu l-iskambju ta’ prassi tajba. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw li l-azzjoni nazzjonali tkun waħda koordinata u li tkun konsistenti mal-għanijiet ġenerali tas-Sena Ewropea. Hija ppjanata wkoll il-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet u partijiet interessati oħrajn. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, l-ewwel inizjattiva ewlenija tal-UE2020 adottata fid-19 ta’Mejju 2010, il-Kummissjoni għafset fuq l-importanza tal-ICT għal tixjiħ xieraq, u b’mod partikolari pproponiet ir-rinfurzar tal-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL). L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa rrakkomandat ukoll li tittieħed azzjoni kkoordinata biex jikbru l-kompetenzi diġitali tal-Ewropej kollha, inkluż il-persuni mdaħħlin fiż-żmien, grupp li huwa rrappreżentat bil-kbir fost dawk il-150 miljun ċittadin, jew madwar 30% tat-total, ta’ dawk li qatt ma użaw l-internet. |
(13) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, l-ewwel inizjattiva ewlenija tal-UE2020 adottata fid-19 ta’Mejju 2010, il-Kummissjoni għafset fuq l-importanza tal-ICT għal tixjiħ xieraq, u b’mod partikolari pproponiet ir-rinfurzar tal-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL). L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa rrakkomandat ukoll li tittieħed azzjoni kkoordinata biex jikbru l-kompetenzi diġitali tal-Ewropej kollha, inkluż il-persuni mdaħħlin fiż-żmien, grupp li huwa rrappreżentat bil-kbir fost dawk il-150 miljun ċittadin, jew madwar 30% tat-total, ta’ dawk li qatt ma użaw l-internet. Il-faċilità fl-aċċess u l-għoti ta’ taħriġ fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda se jkomplu jtejbu l-opportunitajiet tal-persuni imdaħħlin fl-età sabiex jibbenefikaw minn taħriġ matul il-ħajja u jikkontribwixxu wkoll għat-tneħħija ta' ostakli fit-taħriġ matul il-ħajja relatati mad-distanza u d-diżabilitajiet. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) It-tixjiħ attiv jinsab fil-mira ta’ bosta programmi tal-Unjoni bħalma hu l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm PROGRESS, il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm tas-Saħħa Pubblika, il-programmi speċifiċi dwar it-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni u d-dwar ix-xjenzi soċjoekonomiċi u x-xjenzi umani fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar ‘It-tixjiħ xieraq fis-soċjetà tal-informatika’, il-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL) għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni bi proġetti pilota effettivi dwar l-ICT għat-Tixjiħ Xieraq u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-mobbiltà urbana. Il-kofinanzjament mill-Unjoni għall-attivitajiet tas-Sena Ewropea se jsir skont il-prijoritajiet u r-regoli li japplikaw, fuq bażi annwali jew multiannwali, għal programmi u linji baġitarji awtonomi eżistenti fil-qasam tax-xogħol, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs. Fejn ikun il-każ, il-programmi u l-politiki f’oqsma oħrajn, bħal dak tal-edukazzjoni u l-kultura, is-saħħa, ir-riċerka, is-soċjetà tal-informatika, il-politika reġjonali u dik tat-trasport, jistgħu jsostnu s-Sena Ewropea. |
(15) It-tixjiħ attiv jinsab fil-mira ta’ bosta programmi tal-Unjoni bħalma hu l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm PROGRESS, il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm tas-Saħħa Pubblika, il-programmi speċifiċi dwar it-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni u d-dwar ix-xjenzi soċjoekonomiċi u x-xjenzi umani fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar ‘It-tixjiħ xieraq fis-soċjetà tal-informatika’, il-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL) għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni bi proġetti pilota effettivi dwar l-ICT għat-Tixjiħ Xieraq, l-Azzjoni Preparatorja CALYPSO dwar it-Turiżmu Soċjali, u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-mobbiltà urbana. Il-kofinanzjament mill-Unjoni għall-attivitajiet tas-Sena Ewropea se jsir skont il-prijoritajiet u r-regoli li japplikaw, fuq bażi annwali jew multiannwali, għal programmi u linji baġitarji awtonomi eżistenti fil-qasam tax-xogħol, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs. Fejn ikun il-każ, il-programmi u l-politiki f’oqsma oħrajn, bħal dak tal-edukazzjoni u l-kultura, is-saħħa, ir-riċerka, is-soċjetà tal-informatika, il-politika reġjonali u dik tat-trasport, jistgħu jsostnu s-Sena Ewropea. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-proposta ġenerali tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv għandha sservi ta’ inkoraġġiment u ta’ sostenn għall-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom biex jippromwovu tixjiħ attiv u biex jagħmlu iktar biex jimmobilizzaw il-potenzjal tal-popolazzjoni ta’ dawk lejn tmiem il-ħamsin jew iktar, li qed tikber malajr, u b’hekk tinżamm is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. It-tixjiħ attiv ifisser li jinħolqu opportunitajiet u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar biex il-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fis-suq tax-xogħol filwaqt li tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali billi tinġieb 'il quddiem il-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà u jiġi inkoraġġit it-tixjiħ f’saħħtu. Abbażi ta’ dan, l-għanijiet għandhom ikunu: |
Il-proposta ġenerali tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv għandha sservi ta’ inkoraġġiment u ta’ sostenn għall-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom biex jippromwovu tixjiħ attiv u biex jagħmlu iktar biex jimmobilizzaw il-potenzjal tal-popolazzjoni ta’ dawk lejn tmiem il-ħamsin jew iktar, li qed tikber malajr, u dan bl-għan li tin¿amm is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, li tiġi valorizzata l-immaġni tal-persuni mdaħħla fiż-żmien bħala komponent naturali u indipendenti tas-soċjetà, u li jiġi enfasizzat il-kontribut, għas-soċjetà kollha kemm hi, tal-esperjenza inestimabbli miksuba mill-persuni mdaħħla fiż-żmien tul ħajjithom kollha. It-tixjiħ attiv ifisser li jinħolqu opportunitajiet u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar kemm għal xogħol bi ħlas u dak mingħajr ħlas biex il-ħaddiema mdaħħlin fiż-żmien ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fis-suq tax-xogħol u billi l-esperjenza miksuba f’kummerċi tradizzjoni tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra filwaqt li tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali billi tinġieb 'il quddiem il-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà u jiġi inkoraġġit it-tixjiħ f’saħħtu permezz tal-promozzjoni ta' attivitajiet kulturali (inkluż l-isports). Abbażi ta’ dan, l-għanijiet għandhom ikunu: |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) li titqajjem kuxjenza ġenerali dwar il-valur tat-tixjiħ attiv sabiex ikun enfasizzat il-kontribut utli li jagħmlu l-persuni mdaħħlin fiż-żmien lis-soċjetà u lill-ekonomija, li jiġi promoss it-tixjiħ attiv u li jsir aktar biex ikun immobilizzat il-potenzjal tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien; |
(1) li titqajjem kuxjenza ġenerali fost il-popolazzjoni dwar il-valur tat-tixjiħ attiv u biex jiġu miġġielda l-istereotipi negattivi dwar l-età avvanzata sabiex ikun enfasizzat il-kontribut utli li jagħmlu l-persuni mdaħħlin fiż-żmien lis-soċjetà u lill-ekonomija, li jiġi promoss it-tixjiħ attiv u li jsir aktar biex ikun immobilizzat il-potenzjal tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien billi jiġu enfasizzati l-istrateġiji ta’ tagħlim matul il-ħajja, inklużi dawk relatati mal-użu tat-teknoloġiji l-ġodda; |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) li jiġi stimulat dibattitu u jiġi żviluppat tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati fil-livelli kollha sabiex jiġu promossi l-politiki dwar it-tixjiħ attiv, tiġi identifikata u mifruxa prattika tajba u li jkunu inkoraġġiti l-koperazzjoni u s-sinerġiji; |
(2) li jiġi stimulat dibattitu, isir skambju ta’ informazzjoni u biex jiġi żviluppat tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati fil-livelli kollha sabiex jiġu promossi l-politiki dwar it-tixjiħ attiv, tiġi identifikata u mifruxa prattika tajba u li jkunu inkoraġġiti l-koperazzjoni u s-sinerġiji; |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) li jiġi offrut qafas għall-impenn u għall-azzjoni konkreta li jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati fil-livelli kollha biex jiżviluppaw politiki permezz ta' attivitajiet speċifiċi u biex jimpenjaw ruħhom li jilħqu għanijiet marbuta mat-tixjiħ attiv. |
(3) li jiġi offrut qafas għall-impenn u għall-azzjoni konkreta li jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati fil-livelli kollha biex jiżviluppaw politiki permezz ta’ attivitajiet speċifiċi u konkreti biex jimpenjaw ruħhom li jilħqu għanijiet marbuta mat-tixjiħ attiv billi jitfasslu strateġiji fuq perjodu twil ta’ żmien, tiġi vvalutata l-effikaċja tal-qafas tal-attivitajiet speċifiċi u tal-għanijiet preċiżi b’mod regolari, |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri iħeġġu gruppi ta’ kull età jinteraġixxu u jikkoperaw flimkien u joħolqu relazzjoni kolleġġjali bejn il-ġenerazzjonijiet kollha, b’hekk tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u l-isfruttament. |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– kampanji promozzjonali, edukattivi u ta' informazzjoni; |
– kampanji promozzjonali, edukattivi u ta' informazzjoni, li jinkludu l-użu ta' midja ġdida u l-internet; |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– l-iskambju tal-informazzjoni u tal-prassi t-tajba; |
– l-iskambju tal-informazzjoni, l-esperjenza u tal-prassi t-tajba permezz ta’ koordinaturi nazzjonali u ta’ netwerks ta’ kuntatti maħluqa mill-partijiet li jipparteċipaw fl-ilħiq tal-għanijiet tas-Sena Ewropea; |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu aktar opportunitajiet għal dawk li jagħtu sehem fl-appoġġ ta’ persuni avvanzati fl-età u jieħdu sehem fi programmi ta’ ġbir ta’ fondi, b’hekk jinvestu l-entużjażmu u l-esperjenza tagħhom għal użu pożittiv. |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu l-integrazzjoni tas-sessi fl-organizzazzjoni tas-Sena Ewropea. |
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu l-integrazzjoni tas-sessi u ta’ dawk b’diżabilità fl-organizzazzjoni tas-Sena Ewropea. |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw ukoll li l-attivitajiet nazzjonali jkunu kkoordinati b’mod xieraq. |
Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw ukoll li l-attivitajiet nazzjonali jkunu kkoordinati b’mod xieraq u li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu involuti fil-ħolqien u fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tas-Sena Ewropea fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali u reġjonali involuti fil-qasam tat-tixjiħ attiv. L-esperjenza, l-għarfien espert u r-riżorsi tagħhom huma mezzi importanti għat-twettiq tal-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk huma għandhom jiġu involuti u inklużi mill-bidu sal-aħħar fl-attivitajiet kollha tas-Sena Ewropea, fil-livelli kollha. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali sabiex ikun hemm koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni kif ukoll skambju tal-informazzjoni, inkluż permezz ta’ impenji li jkunu saru u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri. |
Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali sabiex ikun hemm koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni kif ukoll skambju tal-informazzjoni u għarfien, inkluż permezz ta’ impenji li jkunu saru u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri. |
PROĊEDURA
Titolu |
Is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0462 – C7-0253/2010 – 2010/0242(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
EMPL |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CULT 9.9.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni: Data tal-ħatra |
Hannu Takkula 19.10.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
18.11.2010 |
2.12.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
25.1.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Badia i Cutchet, Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Santiago Fisas Ayxela, Mary Honeyball, Cătălin Sorin Ivan, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Marek Henryk Migalski, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Joanna Senyszyn, Timo Soini, Hannu Takkula, László Tőkés, Corneliu Vadim Tudor, Gianni Vattimo, Marie-Christine Vergiat, Sabine Verheyen, Milan Zver |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivo Belet, Nadja Hirsch, Seán Kelly, Iosif Matula, Georgios Papanikolaou, Hella Ranner, Mitro Repo, Olga Sehnalová, Rui Tavares |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0462 – C7-0253/2010 – 2010/0242(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
6.9.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 9.9.2010 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 9.9.2010 |
CULT 9.9.2010 |
LIBE 9.9.2010 |
FEMM 9.9.2010 |
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
LIBE 30.11.2010 |
FEMM 28.9.2010 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Martin Kastler 22.9.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
9.11.2010 |
1.2.2011 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
16.3.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Sven Giegold, Sergio Gutiérrez Prieto, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivo Strejček |
|||||||
Data tat-tressiq |
18.3.2011 |
|||||||