Proċedura : 2010/0229(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0068/2011

Testi mressqa :

A7-0068/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 06/04/2011 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0133

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 161kWORD 66k
18.3.2011
PE 452.791v02-00 A7-0068/2011

dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra

(13762/2010 – C7‑0372/2010 – 2010/0229(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Gianluca Susta

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra

(13762/2010 – C7‑0372/2010 – 2010/0229(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (13762/2010),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (13975/2010),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0372/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0068/2011),

1.  Jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.


NOTA SPJEGATTIVA

S'issa, it-tilwim li ħareġ mill-Ftehimiet Ewro-Mediterranji kien jiddependi għal kollox fuq l-approċċi diplomatiċi għal riżoluzzjoni. Fil-prattika, dan mhuwiex effiċjenti u wassal għal sitwazzjonijiet fejn it-tilwim baqa’ ma ssolviex għax seta’ jiġi mblukkat minn partijiet “imwegga’”.

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati mas-sħab tagħha mill-Mediterran fl-2006 bil-għan li jiġi nnegozjat Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim xieraq. Ġie inizjalat abbozz ta’ ftehim mal-Eġittu waqt il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-UE u l-Eġittu li ltaqa’ fil-Lussemburgu fis-27 ta’ April 2010.

Il-ħolqien ta’ mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim standard huwa milqugħ għax għandu jipprovdi proċeduri ta’ rimedju effiċjenti u effettivi li jitwettqu f’termini ta’ skadenzi stretti. Ir-Rapporteur jemmen li dan it-titjib għall-Ftehimiet tal-Kummerċ Ħieles tal-Euromed jista’ jikkontribwixxi favur stabilità ekonomika u politika f’dan ir-reġjun ewlieni bil-għan li jiġi kkonsolidat xatt wieħed ta’ paċi, żvilupp, ġustizzja, ugwaljanza, libertà, pluralità, demokrazija u rispett.

Barra minn hekk, l-applikazzjoni xierqa ta’ tali mekkaniżmu jista’ jżid is-sigurtà u l-prevedibilità tar-relazzjonijiet tal-kummerċ bilaterali tagħna u jista’ jirrappreżenta pass ulterjuri lejn it-twaqqif u l-funzjonament xieraq taż-Żona tal-Kummerċ Ħieles tal-Euromed.

Il-mekkaniżmu propost huwa mmudellat fuq il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim tal-aktar ftehimiet reċenti konklużi mill-Unjoni Ewropea u fuq il-Fehim tas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO. Ir-Rapporteur jaqbel li l-ftehimiet tal-kummerċ bilaterali għandhom dejjem ikunu għal kollox kompatibbli mas-sistema tal-kummerċ multilaterali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha bżonn tiżgura li l-implimentazzjoni tkun effettiva u tintuża b’mod de facto.

Fid-dawl ta’ hawn fuq, ir-Rapporteur jipproponi li l-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-ftehim. Tilwim pendenti għandu effett negattiv fuq il-komunità tan-negozju kif ukoll fuq il-konsumaturi aħħarija maż-żewġt ixtut tal-Mediterran. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-Investiment Dirett Barrani sar parti mill-Politika tal-Kummerċ tal-UE, u għalhekk parti mill-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Fi żmien fejn l-Investiment Dirett Barrani għandu rwol importanti fil-benesseri ekonomika tal-pajjiżi u r-reġjuni, ir-Rapporteur jittama li mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim effettiv u li jaħdem sew għandu jservi wkoll biex isolvi t-tilwim f’din iż-żona.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Christofer Fjellner, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Cristiana Muscardini, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Syed Kamall, Miloslav Ransdorf, Jarosław Leszek Wałęsa

Avviż legali - Politika tal-privatezza