Proċedura : 2010/2277(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0071/2011

Testi mressqa :

A7-0071/2011

Dibattiti :

PV 06/04/2011 - 4
PV 06/04/2011 - 6
CRE 06/04/2011 - 4
CRE 06/04/2011 - 6

Votazzjonijiet :

PV 06/04/2011 - 8.20
CRE 06/04/2011 - 8.20
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0146

RAPPORT     
PDF 304kWORD 339k
22.3.2011
PE 456.697v02-00 A7-0071/2011

dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir

(2010/2277(INI))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Cristian Silviu Buşoi

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir

(2010/2277(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Lejn Att dwar is-Suq Uniku: Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma' xulxin" (COM(2010)0608),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Monti tad-9 ta' Mejju 2010 bl-isem "Strateġija ġdida għas-Suq Uniku",

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Ewropa 2020 – strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv'' COM(2010)2020),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ‘Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni" (COM(2010)0546),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea" (COM(2010)0543),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Aġenda Diġitali għall-Ewropa" (COM(2010)0245),

–   wara li kkunsidra dokument bl-isem "Report on Evaluation of SME’s access to public procurement markets in the EU"(2) (Rapport dwar l-Evalwazzjoni tal-aċċess tal-SMEs għas-suq tal-akkwist pubbliku fl-UE),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Dwar in-negozju transkonfinali san-Negozju Elettroniku tal-Konsum fl-UE" (COM(2009)0557),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar" (COM(2008)0400),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa" (COM(2008)0394),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21" (COM(2007)0724) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li akkumpanjaha "The Single Market: review of achievements" (Is-Suq Uniku: ħarsa lejn il-kisbiet) (SEC(2007)1521),,

–   wra li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà: lejn viżjoni soċjali ġdida għall-Ewropa tas-seklu 21" (COM(2007)0726),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni dwar "l-applikazzjoni tal-liġ Komunitarja dwar l-appalti pubbliċi u l-konċessjonijiet lil sħubijiet pubbliċi-privati istituzzjonalizzati (PPPI)" (C(2007)6661),

–   wara li kkunsirda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Wasal iż-żmien li ningranaw. Is-sħubija l-ġdida għat-tkabbir u għall-impjiegi" (COM(2006)0030),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Att dwar is-Suq Uniku tal-10 ta' Diċembru 2010,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-21 ta' Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar żviluppi ġodda fl-akkwisti pubbliċi(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-9 ta' Marzu 2010 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2009 dwar l-akkwist pubbliku prekummerċjali: inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta’ kwalità għolja fl-Ewropa(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Novembru 2006 dwar "Wasal iż-żmien li ningranaw - noħolqu Ewropa ta' imprenditorija u tkabbir",

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-imodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0015),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumiatt għal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0071/2011),

A. billi suq uniku bbażat fuq kompetizzjoni ħielsa u ġusta hu l-għan kruċjali tar-riforma ekonomika tal-UE u jirrappreżenta vantaġġ kompetittiv ewlieni għall-Ewropa fl-ekonomija globali;

B.  billi wieħed mill-vantaġġi l-kbar tas-suq intern kien it-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità u l-armonizzazzjoni tar-regolamenti istituzzjonali, filwaqt li rawwem il-fehim kulturali, l-integrazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u s-solidarjetà Ewropea;

C.  billi huwa importanti li l-kunfidenza fis-Suq Uniku tiżdied fil-livelli kollha u li jitneħħew l-ostakoli eżistenti għall-impriżi li jkunu deħlin fin-negozju; billi l-piżijiet amministrattivi tqal jiskoraġġixxu lill-intraprendituri ġodda,

D. billi huwa importanti li l-Att tas-Suq Uniku ma jikkonsistix minn sensiela ta’ miżuri iżolati minn xulxin, u li l-proposti kollha jingħaqdu flimkien biex jintlaħaq objettiv koerenti,

E.  billi l-impriżi kollha huma milquta mill-frammentazzjoni tas-suq, imma l-SMEs huma partikolarment vulnerabbli għall-problemi li joħorġu minnha,

F.  billi hemm perċezzjoni frekwenti li s-Suq Uniku sal-lum l-aktar li gawdew minnu kienu l-impriżi l-kbar, minkejja li l-SMEs huma l-mutur tat-tkabbir tal-UE,

G. billi n-nuqqas ta’ innovazzjoni fl-UE huwa fattur ewlieni għar-rati baxxi ta’ tkabbir ta’ dawn l-aħħar snin; billi l-innovazzjoni tat-teknoloġiji ħodor jipprovdu opportunità għar-rikonċiljazzjoni tat-tkabbir fit-tul mal-ħarsien ambjentali,

H. billi, biex jintlaħqu l-miri tal-istrateġija UE 2020, jeħtieġ li s-Suq Uniku jipprovdi l-kundizzjonijiet għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv; billi s-Suq Uniku għandu jsir ambjent aħjar għall-innovazzjoni u r-riċerka min-naħa ta' impriżi tal-UE,

I.   billi l-politika ta' kompetizzjoni hija għodda essenzjali biex tiżgura li l-UE jkollha suq intern dinamiku, effiċjenti u innovattiv u biex tkun kompetittiva fix-xena globali,

J.   billi l-kapital ta' riskju huwa għajn importanti ta' finanzjament għal negozji ġodda u innovattivi; billi l-fondi tal-kapital ta' riskju li jkunu jridu jinvestu fi Stati Membri differenti tal-UE jiltaqgħu ma' ostakoli,

K. billi l-iżvilupp u l-użu aktar mifrux tal-ICT min-naħa ta' impriżi tal-UE huma essenzjali għat-tkabbir tagħna fil-ġejjieni,

L.  billi l-kummerċ elettroniku u s-servizzi elettroniċi, inklużi s-servizzi tal-gvern elettroniċi u s-Saħħa elettronika, għadhom sottosviluppati fil-livell tal-UE,

M. billi s-settur postali u l-promozzjoni tal-interoperabbiltà u l-kooperazzjoni fost is-sistemi u s-servizzi postali jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku transkonfinali,

N. billi jeżistu ostakli regolatorji għal-liċenzjar effiċjenti tad-drittijiet tal-awtur li jwasslu għal livell għoli ta’ frammentazzjoni fis-suq tal-prodotti awdjoviżivi, li huwa ta’ dannu għan-negozji tal-UE; billi sew in-negozji kif ukoll il-konsumaturi jgawdu mill-ħolqien ta’ Suq tassew Uniku għall-prodotti awdjoviżivi sakemm id-drittijiet fundamentali tal-utenti tal-internet ikunu rrispettati bis-sħiħ,

O. billi l-falsifikazzjoni u l-piraterija jnaqqsu l-fiduċja tan-negozji fil-kummerċ elettroniku u jagħtu lok għall-frammentazzjoni tar-regoli tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali li toħnoq l-innovazzjoni fis-Suq Uniku,

P.  billi differenzi fid-dispożizzjonijiet fiskali jistgħu iwasslu għal ostakoli sinifikanti għat-tranżazzjonijiet transkonfinali; billi l-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali tat-taxxa kif proposti minn Mario Monti fir-rapport tiegħu jistgħu jġibu valur miżjud prezzjuż lill-intrapriżi u liċ-ċittadini,

Q.  billi l-akkwist pubbliku, li jammonta għal madwar 17% tal-PGD tal-UE, għandu rwol importanti biex jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku; billi l-akkwisti pubbliċi transkonfinali jirrappreżenta sehem żgħir mis-suq sħiħ tal-akkwist pubbliku, minkejja li huma opportunità għall-azjendi tal-UE; billi l-SMEs għad għandhom aċċess limitat għas-swieq tal-akkwist pubbliku,

R.  billi s-servizzi huma settur kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjieg iżda s-Suq Uniku għas-servizzi għadu sottożviluppat b’mod partikolari minħabba lakuni u d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi,

I. Daħla

1.  Jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”; iqis li t-tliet kapitli tal-Komunikazzjoni huma importanti ndaqs u interkonnessi, u għandhom ikunu ttrattati b’approċċ konsistenti mingħajr ma jiġu iżolati minn xulxin il-kwistjonijiet differenti li hemm involuti;

2.  Jenfasizza b’mod partikolari l-impenn tal-Kummissjoni, f’din il-Komunikazzjoni, biex tippromwovi approċċi ġodda lejn żvilupp sostenibbli,

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twettaq verifika finanzjarja tal-prijoritajiet tal-Baġit tal-UE għall-qafas finanzjarju li jmiss u biex jiġu pprijoritizzati proġetti Ewropej ta’ valur miżjud li jistgħu jsaħħu l-kompetittività u l-integrazzjoni tal-UE fl-oqsma tar-riċerka, l-għarfien u l-innovazzjoni;

4.   Jisħaq, b'mod partikoalri fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, fuq l-importanza tas-Suq Uniku għall-kompetittività tal-impriżi tal-UE u għat-tkabbir tal-ekonomiji Ewropej, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw biżżejjed riżorsi biex titjieb l-implimentazzjoni tar-regoli tas-suq uniku, u jilqa’ l-approċċ olistiku li jintuża fil-Komunikazzjoni; jenfasizza n-natura komplementarja tal-miżuri varji li hemm fir-rapport Monti, li l-koerenza tagħhom mhux dejjem hija riflessa b'mod sħiħ fl-Att dwar is-Suq Uniku;

5.  Jistiedenlill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tressaq pakkett ambizzjuż ta’ miżuri appoġġjat minn strateġija ċara u koerenti biex tipptomwovi l-kompetittività tas-suq intern. jistieden lill-Kummissjoni terġa' tingħaqad mal-ispirtu tar-rapport ta' Mario Monti, li kien jippromwovi l-liberalizzazzjoni u l-kompetizzjoni kif ukoll it-titjib tal-konverġenza fiskali u soċjali;

6.  Jenfasizza l-importanza li titjieb il-governanza ekonomika tal-Unjoni Ewropea sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ekonomiċi biex l-impriżi jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ipprovduti mis-suq uniku li jippermettulhom jikbru u jsiru iktar kompetittivi, u jitlob li din ir-rabta ssir espliċita fl-Att dwar is-Suq Uniku; jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attemnta ħafna għall-impatt tad-diverġenza ekonomika dejjem ikbar bejn l-Istati Membri tal-UE fuq il-koeżjoni interna tas-Suq Uniku.

7.   Jenfasizza l-ħtieġa li nadottaw politika industrijali Ewropea bil-għan li ssaħħaħ l-ekonomija reali u tilħaq it-tranżizzjoni għal waħda aktar intelliġenti u sostenibbli;

8.  Jenfasizza li d-dimensjoni esterna tal-istrateġija Ewropea, li tinkludi l-kummerċ internazzjonali wkoll, qed issir dejjem aktar importanti minħabba l-integrazzjoni tas-swieq u, għalhekk, li strateġija esterna adegwata tista’ tkun tassew utli biex tistabbilixxi t-tkabbir sostenibbli, l-impjieg u t-tisħiħ tas-suq uniku għall-impriżi, b’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020; jenfasizza l-ħtieġa li l-politika kummerċjali tal-UE tinbidel fi strument reali għall-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien ta’ iktar impjiegi u impjiegi aħjar; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa politika kummerċjali konsistenti ma' politika industrijali b’saħħitha, li toħloq l-impjiegi;

9.  Josserva li l-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar is-Suq Uniku u l-iżvilupp reġjonali huma komplementari ħafna u jisħaq fuq li l-progress tas-suq intern u l-żvilupp ulterjuri tar-reġjuni tal-Unjoni huma interdependenti, u jwasslu għal Ewropa kkaratterizzata mill-koeżjoni u l-kompetittività; jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li japprofondixxu s-suq uniku;   jenfasizza li l-aċċessibilità reali u effikaċi tas-suq uniku għar-reġjuni kollha tal-UE hija prerekwiżit għall-moviment tal-persuni, il-merkanzija, il-kapital u s-servizzi, u għaldaqstant għal suq uniku b’saħħtu u dinamiku; jinnota, f’dan ir-rigward, r-rwol essenzjali li għandha l-politika reġjonali tal-Unjoni f’termini tal-iżvilupp infrastrutturali u rigward l-iżvilupp ibbilanċjat, ekonomikament u soċjalment koerenti, tar-reġjuni;

II. Valutazzjoni Ġenerali

A. Suq Uniku innovattiv

10. Jistieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija konsistenti u bbilanċjata f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, bl-għan li titħeġġeġ l-innovazzjoni kif ukoll li jiġi appoġġjat in-negozju innovattiv, bħala l-aħjar mod kif tiġi ppremjata l-kreattività, u li jitħarsu d-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali;

11. Jappoġġa bil-qawwa l-ħolqien ta’ privattiv tal-UE li jiffavorixxi l-SMEs u ta’ sistema unifikata tal-litigazzjoni dwar il-privattivi biex is-Suq Uniku jsir minn ta' quddiem fl-innovazzjoni u jagħti spinta lill-kompetittività Ewropea; jenfasizza li t-traduzzjoni tal-privattivi f'bosta ilsna hija piż ta' spejjeż addizzjonali li jtellef l-innovazzjoni fi ħdan is-Suq Uniku, u li mil-aktar fis possibbli għandu jintlaħaq kompromess dwar l-aspetti lingwistiċi;

12. Jappoġġa l-ħolqien ta’ bonds tal-proġetti Ewropej biex jirfdu l-innovazzjoni u l-ħolqien ta' impjiegi fi-tul fis-Suq Uniku u ħalli jiffinanzjaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar ta’ infrastruttura transkonfinali, partikolarment fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, b'appoġġ għat-trasformazjzoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna; jenfasizza l-ħtieġa għal strutturi adegwati tal-ġestjoni tar-riskju u għall-iżvelar sħiħ tal-obbligazzjonijiet potenzjali kollha;

13. Jirrimarka l-importanza ta' suq intern tal-enerġija li jaħdem bis-sħiħ għall-ilħiq ta' aktar awtonomija fil-provvista tal-enerġija; iqis li dan jista' jintlaħaq permezz ta' approċċ li jinvolvi raggruppamenti reġjonali, kif ukoll permezz tad-diversifikazzjoni tar-roto u tas-sorsi tal-enerġija; jenfasizza li l-infrastrutturi tal-Ewropa tal-Lvant għandhom jittejbu ħallu jiġu allinjati ma' dawk tal-Istati membri tal-Punent; jenfasizza li s-suq intern tal-enerġija għandu jikkontribwixxi biex iil-prezzijiet tal-enerġija jżommhom raġonevoli sew għall-konsumaturi kif ukoll għall-impriżi; jemmen li, biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u enerġetiċi tal-UE, jeħtieġ approċċ fiskali ġdid, bl-applikazzjoni ta' rati minimi ta’ dazju fuq l-emissjonijiet tas-CO2 u fuq il-kontenut tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar pjanijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u għal miżuri biex iqawwu l-iffrankar tal-enerġija b'mod sinifikanti; jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni ta' grids intelliġenti kif ukoll tal-enerġiji rinnovabbli u li l-awtoritajiet loakli u rġjoanli jiġu inkoraġġiti jisfruttaw il-potenzjal tal-ICTs fil-pjanijiet tagħhom dwar l-effiċjenza tal-enerġija; jistieden lilll-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar it-tikkettar enerġetiku, l-ekodisinn, it-trasport, il-binjiet u l-infrastrutturi, biex tiżgura u timplimenta approċċ ta' qafas komuni Ewropew;

14. Jilqa’ l-inizjattiva dwar impronta ambjentali tal-prodotti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi malajr sistema ta’ valutazzjoni u tikkettar komuni u reali;

15. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-investiment transkonfinali u tistabbilixxi qafas li jinkoraġġixxi l-investiment effikaċi ta' fondi tal-kapital ta' riskju fis-Suq Intern, jipproteġi l-investituri u jipprovdi inċentivi biex dawn il-fondi jiġu investiti fi proġetti sostenibbli ħalli jint;aħqu l-miri ambizzjużi tal-Istrateġija UE 2020; jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibilità li jinħoloq fond Ewropew tal-kapital ta' riskju li kapaċi jinvesti fil-"prova tal-validità tal-kunċett" f'fażi bikrija u fl-iżvilupp tan-negozju qabel l-investiment kummerċjali; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni annwali tal-bżonnijiet ta’ investiment pubbliku u privat u tal-mod li bih dawn qed jiqdew, jew għandhom jinqdew, fil-qafas tal-proposti tagħha;

16. Jirrikonoxxi l-importanza tal-akkwist pubbliku, speċjalment l-akkwist prekummerċjali, u r-rwol tiegħu biex jistimola l-innovazzjoni fis-Suq Uniku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-akkwisti prekummerċjali biex jagħtu spinta inizjali deċiżiva lis-swieq ġodda tat-teknoloġiji innovattivi u ħodor filwaqt li jtejbu l-kwalità u l-effikaċja tas-servizzi pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkomunikaw aħjar dwar il-possibbiltajiet eżistenti għall-awtoritajiet pubbliċi rigward l-akkwisti prekummerċjali; jitlob lill-Kummissjoni tesplora kif jista’ jiġi ffaċilitat l-akkwist transkonfinali konġunt; jikkundanna n-nuqqas ta’ ċarezza legali dwar l-inklużjoni ta’ konsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwist pubbliku; jitlob lill-Kummissjoni tesplora kif jista’ jiġi ffaċilitat l-akkwist transkonfinali konġunt;

17. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqawwu l-isforzi biex jiġmgħu ir-riżorsi tal-innovazzjoni billi joħolqu raggruppamenti tal-innovazzjoni u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-programmi ta' riċerka tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa tat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka xjentifika u tal-innovazzjoni, kif ukoll il-ħtieġa tal-isfruttament transkonfinali tagħhom;

B. Suq Uniku diġitali

18. Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tirrevedi d-Direttiva dwar il-Firem Elettroniċi biex tipprovdi qafas legali għar-rikonoxximent u l-interoperabilità transkonfinali tas-sistemi ta’ awtentikazzjoni elettronika sikuri; jenfasizza l-ħtieġa ta’ rikonoxximent reċiproku tal-identifikazzjoni elettronika u l-awtentikazzjoni elettronika fl-UE kollha kemm hi u jitlob lill-Kummissjoni tindirizza, f’dan ir-rigward, il-problemi relatati mad-diskriminazzjoni kontra dawk li jirċievu servizzi minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tagħhom;

19. Iqis li l-White Paper dwar il-politika tat-trasport għandha tiffoka fuq proposti li jsaħħu l-modi sostenibbli tat-trasport, inkluża l-intermodalità; jenfasizza l-importanza tal-pakkett propost dwar il-mobilità elettronika bl-għan li jintużaw teknoloġiji ġodda biex jappoġġjaw sistema ta’ transport effiċjenti u sostenibbli, speċjalment permezz tal-użu ta’ biljetti integrati; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw malajr id-Direttiva dwar is-sistemi ta’ transport intelliġenti;

20. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri adegwati ħalli jqawwu l-fiduċja tan-negozji u taċ-ċittadini fil-kummerċ elettroniku, partikolarment billi jiggarantixxu protezzjoni ta’ livell għoli tal-konsumatur f’dan il-qasam; jenfasizza li dan jista' jintlaħaq wara evalwazzjoni komprensiva tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u stima komprensiva tal-impatt fuq l-għażliet kollha ta' politika fil-Green Paper dwar il-Liġi Kuntrattwali Ewropea; jirrimarka li s-semplifikazzjoni tar-reġistrazzjoni transkonfinali tad-domains għan-negozji onlajn, minbarra li ttejjeb is-sistemi tal-pagament onlajn u tiffaċilita l-irkupru transkonfinali tad-djun, tikostitwixxi wkoll miżuri siewja għall-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku fl-UE kolha kemm hi;

21. Jisħaq fuq il-ħtieġa imperattiva li l-politika tal-UE ta' standardizzazzjoni dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) tkun adattata għall-iżviluppi fis-suq u fil-politikim bil-għan li twassal għall-ilħiq tal-objettivi ta' politika Ewropej li jirrikjedu l-interoperabilità;

22. Jenfasizza l-ħtieġa li negħlbu l-ostakoli eżistenti għall-kummerċ elettroniku transkonfinali tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal politika attiva li tippermetti li l-pubbliku u l-kumpaniji jibbenefikaw minn din l-għodda li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom u li tista’ toffrilhom prodotti u servizzi ta’ kwalità bi prezzijiet kompetittivi; jemmen li dan huwa essenzjali fil-klima attwali tal-kriżi ekonomika, u li jkun ta’ għajnuna enormi fl-ikkompletar tas-suq uniku, bħala mezz biex tiġi miġġielda l-inugwaljanza li dejjem qed tiżdied u biex jiġu protetti l-konsumaturi li huma vulnerabbli, jgħixu f’postijiet remoti ħafna jew isofru minn mobilità mnaqqsa, kif ukoll gruppi bi dħul baxx u l-SMEs, li għalihom l-integrazzjoni fid-dinja tal-kummerċ elettroniku hija partikolarment importanti;

23. Jisħaq fuq il-potenzjal tar-reġjuni tal-UE li jaqdu rwol konsiderevoli biex jgħinu fl-isforz tal-Kummissjoni ħalli jinħoloq Suq Uniku diġitali; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li għandha tingħata lill-użu tal-fondi disponibbli għar-reġjuni tal-UE sabiex jingħeleb in-nuqqas ta’ żvilupp tagħhom fl-oqsma tal-kummerċ u s-servizzi elettroniċi, li jistgħu jservu bħala sors siewi għat-tkabbir futur fir-reġjuni;

24. Iqis li l-SMEs għandhom jingħataw is-setgħa biex jagħmlu użu estensiv mill-kummerċ elettroniku fl-Ewropa; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni mhix se tressaq proposta għal sistema Ewropea għar-riżoluzzjoni ta’ tilwin onlajn għal tranżazzjonijiet diġitali qabel l-2012, tnax-il sena wara li l-Parlament kien talab għal tali inizjattiva f’Settembru 2000(7);

25. Iħeġġeġ lill-Istati membri jimplimentaw bis-sħiħ it-Tielet Direttiva Postali (2008/6/KE); jenfasizza l-ħtieġa li niaggarantixxu aċċess universali għal servizzi postali ta' kwalità għolja, nevitaw id-dumping soċjali u nippromwovu l-interoperabilità u l-kooperazzjoi bejn is-sistemi u s-servizzi postali, biex niffaċilitaw id-distribuzzjoni u t-traċċar effiċjenti tal-oġġetti mixtrija onlajn, li jagħtu spinta l-fiduċja tal-konsumaturi fir-rigward tax-xiri transkonfinali;

26. Jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq Suq Uniku għall-prodotti awdjoviżivi onlajn permezz tal-promozzjoni ta' standards miftuħa tal-ICT u l-appoġġ tal-innovazzjoni u l-kreattività permezz tal-ġestjoni elettronika effiċjenti tad-drittijiet tal-awtur, inkluż permezz ta' sistema Pan-Ewropea ta' liċenzjar, bil-għan li jiġi ggarantit l-aċċess usa' u aktar ġust taċ-ċittadini għall-prodotti u s-servizzi kulturali u li jkun żgurat li d-detenturi tad-drittijiet jirċievu rimunerazzjoni adegwata għax-xogħlijiet kreattivi tagħhom u li d-drittijiet fundamentali tal-utenti tal-internet jkunu rrispettati; jenfasizza l-ħtieġa li l-leġilazzjoni onlajn dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali tiġi allinjata mal-leġilazzjoni offlajn eżistenti dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, speċjalment dwar it-trademarks, sabiex il-konsumaturi u n-negozju jrabbu aktar fiduċja fil-kummerċ elettroniku;

27. Jinnota l-ħtieġa li l-ġlieda kontra l-piraterija onlajn tissaħħaħ biex tipproteġi d-drittijiet tal-ħallieqa, filwaqt li jitħarsu d-drittijiet fundamentali tal-konsumaturi; jenfasizza li l-korpi u ċ-ċittadini għandhom ikunu mgħarrfa sewwa dwar il-konsegwenzi tal-falsifikazzjoni u l-piraterija; jilqa’ l-inizjattiva mħabbra mill-Kummissjoni maħsuba biex tiġi miġġielda l-piraterija tat-trademarks u tal-prodotti u, b’mod partikolari, il-proposti leġiżlattivi li għandhom jitressqu fl-2011 li għandhom l-għan li jaġġustaw il-qafas legali għall-isfidi l-ġodda tal-internet u li jsaħħu l-miżuri mill-awtoritajiet doganali f’dan il-qasam; jinnota li f’dan ir-rigward jista’ jkun hemm ukoll sinerġiji bil-pjan ta’ azzjoni li jmiss biex tiżdied is-sorveljanza tas-suq Ewropew;

28. Jissottolinja wkoll li l-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom jiġu żviluppati bħala parti minn approċċ usa’ billi jqisu d-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi u taċ-ċittadini tal-UE, iżda mingħajr ma jinħoloq konflitt mal-politiki interni u esterni l-oħra tal-UE bħall-promozzjoni tas-soċjetà tal-informazzjoni, it-trawwim tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-iżvilupp fil-pajjiżi terzi u l-promozzjoni tad-diversità bijoloġika u kulturali fuq skala internazzjonali;

C. Suq Uniku li jiffavorixxi n-negozju

29. Jenfasizza l-ħtieġa ta' implimentazzjoni u kkompletar effikaċi tal-pakkett ta' sorveljanza finanzjarja biex jinkiseb suq intern sostenibbli; jitlob evalwazzjoni mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li tali implimentazzjoni titwettaq madwar l-UE u tiġi ppublikata tabella ta' korrelazzjoni fuq bażi annwali; għal dak l-għan, jikkunsidra li għandhom jiġu promossi l-aqwa prattiku fost l-entitajiet superviżorji nazzjonali u tal-UE;

30. Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb l-aċċess tal-SMEs għas-swieq tal-kapital billi tkattar l-informazzjoni disponibbli dwar opportunitajiet differenti ta' finanzjament tal-UE, bħalma huma dawk provduti mill-Programm ta' Kompetittività u Innovazzjoni, il-Bank Ewropew tal-Inverstiment jew il-Fond Ewropew tal-Investiment, u billi l-proċeduri tal-finanzjament tagħmilhom aktar faċli, eħfef u anqas burokratiċi; għal dak il-għan jirrakkomanda approċċ wisq aktar olistiku lejn l-għoti tal-finanzjament, b'mod partikoalri bil-għan li tintrifed it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli;

31. Jemmen li l-istruttura pluralistika tas-suq Ewropew tal-attivitajiet bankarji tissodisfa tajjeb il-varjetà ta’ ħtiġijiet finanzjarji tal-SMEs u li d-diversità ta’ mudelli legali u objettivi tan-negozju ittejjeb l-aċċess għall-finanzi;

32. Jenfasizza l-importanza ekonomika tal-SMEs u l-mikroimpriżi fl-ekonomija Ewropea; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jiġi assigurat li l-prinċipju "aħseb l-ewwel fiż-żgħir" promoss mill-'Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' ikun implimentat tajjeb u jappoġġa l-mżuri tal-Kummissjoni biex minn fuq ineħħu l-SMEs il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa; jissuġġerixxi li l-SMEs b’potenzjal ta' tkabbir speċifiku, pagi għoljin u kundizzjonijiet tajba tax-xogħol għandhom jiġu appoġġati u jitlob għal differenzazzjoni fi ħdan l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar biex dan isir konformi ma’ Ewropa 2020;

33. Jirrimarka l-importanza tan-negozji lokali għar-relazzjonijiet soċjali, l-impjiegi u d-dinamiżmu fit-territorji żvantaġġati, b’mod partikolari ż-żoni urbani li jinsabu f’diffikultà jew iż-żoni b’popolazzjoni baxxa; jitlob li jingħatalhom appoġġ sod permezz tal-politika reġjonali tal-Unjoni;

34. Jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-SMEs fejn għandha x’taqsam il-protezzjoni tad-disinjar u l-kitba tal-proposti, inklużi l-assistenza teknika u l-programmi ta’ edukazzjoni adattata;

35. Jitlob li jiġi adottat Statut għal Kumpanija Privata Ewropea biex jiffaċilita t-twaqqif u l-operat transkonfinali tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-Suq Uniku;

36. Jemmen li l-investituri fl-ekwitajiet ikunu aktar inkoraġġiti biex jiffinanzjaw negozji żgħar u dawk żgħar ħafna fil-fażi tal-bidu tagħhom jekk jiġu pprovduti rotot ta’ ħruġ aktar effiċjenti permezz ta’ swieq ta’ stocks ta’ tkabbir nazzjonali jew pan-Ewropej li fil-preżent mhux qed jiffunzjonaw b’mod adegwat;

37. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Pakkett tal-Merkanzija;

38. Jirrimarka l-importanza ta’ reġistri tan-negozji interkonnessi u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas legali ċar li jassigura li l-informazzjoni f’tali reġistri tan-negozju tkun kompleta u korretta;

39. Jirrikonoxxi l-kontibut importanti għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi tas-settur tal-bejgħ bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi fi ħdan l-Att tas-Suq Uniku proposta għal Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-bejgħ bl-imnut li jidentifika u jindirizza l-bosta sfidi li jiffaċċaw il-bejjiegħa bl-imnut u l-fornituri fi ħdan is-Suq Uniku; iqis li l-Pjan ta’ Azzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-konklużjonijiet tax-xogħol li qed isir fil-Parlament dwar “suq tal-bejgħ bl-imnut aktar effiċjenti u aktar ġust”;

40. Jenfasizza l-importanza tat-tneħħija tal-ostakoli mhux meħtieġa ta' natura fiskali, amministrattivi u legali li jfixklu l-attivitajiet transkonfinali; iqis li qafas tal-VAT u obbligi tar-rappurtar tal-VAT aktar ċari għan-negozji huma meħtieġa biex jinkoraġġixxu mudelli ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli, jillimitaw l-ispejjeż ta’ adattament, jikkumbattu l-frodi tal-VAT u jtejbu l-kompetittività tal-azjendi tal-UE;

41. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tippubblika Green Paper dwar governanza korporattiva u biex tniedi konsiltazzjoni pubblika dwar l-informazzjoni fuq aspetti soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem tal-investimenti min-negozji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti konkreti dwar investimenti private sabiex jinħolqu inċentivi effiċjenti għal investimenti fit-tul, sostenibbli u etiċi, biex jiġu kkoordinati aħjar il-politiki fiskali korporattivi u biex tiġi inkoraġġita r-responsabilità korporattiva;

42. Jilqa' r-rieżami tad-Direttiva dwar Taxxa fuq l-Enerġija, bl-għan li jiġu riflessi aħjar l-objettivi tat-tibdil fil-klima, bil-kundizzjoni li l-piż tat-taxxa ma jintefax b'mod mhux mistħoqq fuq il-konsumaturi vulnerabbli;

43. Jilqa’ bil-ħerqa l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal Direttiva li tintroduċi bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva u jenfasizza li din tista' tnaqqas l-evitar u l-evażjoni tat-taxxi u tqawwi t-trasparenza u l-komparabbiltà tar-rati tat-taxxa korporattiva, u b’hekk tnaqqas l-ostakoli għall-attivitajiet transkonfinali;

44. Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel il-proċeduri tal-akkwist pubbliku aktar effikaċi u anqas burokratiċi biex tinkoraġġixxi lil azjendi tal-UE jieħdu sehem fl-akkwist pubbliku transkonfinali; jenfasizza li jeħtieġ li ssir aktar simplifikazzjoni, speċjalment għal awtoritajiet lokali u reġjonali u biex tippermetti lill-SMEs aċċess akbar għall-akkwist pubbliku; iħeġġeġ għalhekk li l-Kummissjoni tipprovdi dejta rigward il-livell ta’ ftuħ fl-akkwist pubbliku u li tiżgura r-reċiproċità ma' pajjiżi industrijalizzati oħra u ma' ekonomiji emerġenti maġġuri; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina sewwa modi ġodda kif ittejjeb l-aċċess għall-intrapriżi Ewropej għas-swieq tal-akkwist pubbliku barra l-UE, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs kemm għall-intrapriżi Ewropej kif ukoll għal dawk barranin li jikkompetu għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;

45. Jipproponi, f’termini aktar ġenerali, li ftehimiet kummerċjali futuri nnegozjati mill-Unjoni għandhom jinkorporaw kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli, imfassal fuq il-prinċipji tas-CSR kif definiti mill-aġġornament tal-2010 tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali.

46. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa koordinazzjoni ikbar bejn il-miżuri marbuta mal-SMEs fil-livell nazzjonali u internazzjonali, u biex tidentifika u tippromwovi l-SMEs li għandhom potenzjal kummerċjali; huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jagħmlu iktar biex jinkoraġġixxu lill-SMEs jużaw l-inizjattivi u l-għodda eżistenti bħall-bażi ta’ dejta bl-aċċess għas-suq u l-uffiċċju tal-informazzjoni tal-esportazzjoni;

47. Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha ttejjeb l-isforzi tagħha biex tiffaċilita l-attivitajiet bankarji transkonfinali, billi tneħħi l-ostakli eżistenti kollha għall-użu ta’ sistemi kompetittivi tal-ikklerjar u tas-saldu u bl-applikazjzoni ta' regoli komuni għall-kummerċ;

48. Iqis li l-Kummissjoni għandha tisponsorja skambju ta’ ħiliet Ewropej fejn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ħiliet disponibbli f’intrapriżi akbar, b’hekk jiġu promossi s-sinerġiji u l-konsulenza esperta;

49. Jitlob li l-Kummissjoni toħroġ proposti biex jiġu riveduti d-Direttivi tal-Kontabilità bil-għan li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda għalja u ineffiċjenti, b’mod partikolari għall-SMEs, ħalli l-kompetittività tagħhom u l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom ikunu jistgħu jiġu sfruttati b’mod aktar effikaċi;

D. Suq Uniku għas-Servizzi

50. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ implimentazzjoni tajba tad-Direttiva dwar is-Servizzi, inkluż l-istabbiliment ta’ Punti ta’ Kuntatt Uniku kompletament operattivi li jippermettu onlajn it-tlestija tal-proċeduri u l-formalitajiet, li jistgħu jraħħasu konsiderevolment l-ispejjeż operazzjonali tal-impriżi u jagħtu spinta lis-servizzi tas-Suq Uniku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien u jieħdu aktar passi fl-iżvilupp tas-Suq Uniku għas-servizzi abbażi ta’ proċess ta’ evalwazzjoni reċiproka; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqiegħed enfasi speċjali fuq l-iżvilupp tas-Suq Uniku għas-servizzi onlajn;

51. Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-settur tas-servizzi tan-negozju u tieħu l-miżuri regolatorji meħtieġa biex tipproteġi n-negozji, speċjalment lill-SMEs, minn prattiki kummerċjali inġusti min-naħa ta’ impriżi akbar fil-katina tal-provvista; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi "prattiki kummerċjali manifestament inġusti" fil-katina tal-provvista, f'konsultazzjoni mal-persuni interessati, u tipproponi azzjoni ulterjuri biex tipprevjeni prattiki kummerċjali inġusti rigward il-kompetizzjoni u l-libertà tal-kuntratti; ifakkar fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar kumpaniji ta' direttorju qarrieqa(8) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni mill-ġdid biex tressaq proposta biex tipprevjeni l-prattiki frodulenti tad-direttorji kummerċjali qarrieqa;

52. Iqis li kwalunkwe proposta leġiżlattiva dwar il-konċessjonijiet ta' servizzi għandha tipprovdi qafas legali li jiżgura t-trasparenza u l-protezzjoni ġudizzjarja effikaċi sew għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet kontraenti fl-UE kollha kemm hi; jitlob li l-Kummissjoni, qabel ma tippropni kwalunkwe leġiżlazzjoni, tipprovdi evidenza li l-prinċipji stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (in-nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta' trattament indaqs, u t-trasparenza) ma jkunux applikati b'mod sodisfaċenti fil-prattika għall-konċessjonijiet ta' servizzi;

53. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi riforma leġiżlattiva tal-qafas tal-istandardizzazzjoni, li tkopri wkoll is-servizzi; jenfasizza li l-istandardizzazzjoni tas-servizzi għandha twassal għall-kompletar tas-suq uniku fejn dan intwera li jkun importanti u, b’mod partikolari, għandha tikkunsidra għalkollox il-ħtiġijiet tal-SMEs; jirrikonoxxi r-rwol tal-istandards tal-prodotti għall-funzjonament tas-suq intern Ewropew u jqis l-istandards bħala għodod essenzjali għall-promozzjoni ta’ prodotti u servizzi sostenibbli u ta' kwalità għolja għall-konsumaturi u l-impriżi; jitlob aktar miżuri li jġibu 'l quddiem it-trasparenza, it-tnaqqis tal-ispejjeż u aktar involviment tal-persuni interessati;

54. Jenfasizza l-importanza, f'ġieħ it-tisħiħ tal-kompetittività reġjonali, ta' "speċjalizzazzjoni intelliġenti" tar-reġjuni; iqis li s-suq uniku tal-UE jista’ jirnexxi fit-totalità tiegħu biss meta jkunu involuti l-atturi kollha u r-reġjuni kollha – inklużi l-SMEs fis-setturi kollha, inkluż is-settur pubbliku, l-ekonomija soċjali u ċ-ċittadini nfushom; iqis ukoll li jeħtieġ li jkunu involuti mhux biss ftit oqsma ta’ teknoloġija avvanzata, iżda r-reġjuni kollha fl-Ewropa u kull Stat Membru, b'kull wieħed jiffoka fuq il-ħilietu (“l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti”) fi ħdan l-Ewropa;

55. Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni esterna tas-suq intern u, b’mod partikolari, il-kooperazzjoni regolatorja mas-sħab kummerċjali prinċipali kemm f’livelli bilaterali jew multilaterali bil-għan li jinġiebu ‘l quddiem il-konverġenza regolatorja, l-ekwivalenza tas-sistemi ta’ pajjiżi terzi u l-adozzjoni usa’ ta’ standards internazzjonali; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni teżamina l-ftehimiet eistenti ma’ partijiet terzi li jestendu l-elementi tas-suq intern lil hinn mill-fruntieri f’dak li jirrigwarda l-effikaċja tagħhom biex tiġi pprovduta ċertezza legali għall-benefiċjarji potenzjali tiegħu;

III. Prijoritajiet Essenzjali

Il-ħolqien ta' Privattiv tal-UE u sistema unifikata ta' litigazzjoni

56. Jenfasizza li l-ħolqien ta’ Privattiv tal-UE u sistema ta’ litigazzjoni unifikata, kif ukoll sistema mtejba għall-ġestjoni tad-dritt tal-awtur, huma indispensabbli biex jirfdu l-innovazzjoni u l-kreattività fi ħdan is-Suq Uniku (proposti 1 u 2 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

L-innovazzjoni fil-finanzjament

57. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu kif jixraq l-importanza tal-innovazzjoni għal tkabbir b’saħħtu u aktar sostenibbli kif ukoll għall-ħolqien tal-impjiegi billi jiżguraw li l-innovazzjoni tkun iffinanzjata sewwa, b'mod partikoalri permezz tal-ħolqien ta’ bonds ta’ proġetti tal-UE, speċjalment fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, li jappoġġaw it-trasfromazzjoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna, kif ukoll permezz ta’ qafas leġiżlattiv biex jinkoraġġixxi li fondi ta’ kapital tar-riskju jinvestu b'mod effikaċi fl-UE kollha kemm hi; jenfasizza li għandhom jingħataw inċentivi għall-investiment fit-tul f'setturi innovattivi u li joħolqu l-impjiegi (proposti 15 u 16 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

Stimolu għall-kummerċ elettroniku

58. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli jtejbu l-fiduċja tan-negozji u tal-konsumaturi fil-tal-kummerċ elettroniku u jistimulaw l-iżvilupp tiegħu fis-Suq Uniku; jenfasizza li l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll id-direttiva qafas dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur huma kruċjali biex dan l-objettiv jintlaħaq (proposti 2, 3 u 5 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

It-titjib tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-Suq Uniku

59. Jenfasizza li jeħtieġ tittieħed aktar azzjoni biex is-Suq Uniku jsir ambjent aħjar għall-SMEs; iqis li tali azzjoni għandha tinkludi t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-swieq tal-kapital, it-tneħħija tal-ostakoli amministrattivi u fiskali għal-attivitajiet transkonfinali tagħhom permezz tal-adozzjoni ta' qafas aktar ċar tal-VAT u bażi komuni u konsolidata tat-taxxa korporattiva, kif ukoll ir-rieżami tal-qafas dwar l-akkwsit pubbliku, b'tali mod li l-proċeduri jsiru aktar flessibbli u anqas burokratiċi (proposti 12, 17, 19 u 20 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

Ir-Razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku

60. Jitlob lill-Kunsill jirrevedi l-leġislazzjoni relatata mal-akkwist pubbliku u ma’ sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat bil-għan li jitrawwem tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fi ħdan is-Suq Uniku u li jiġi stimulat l-akkwist pubbliku transkonfinali; jenfasizza l-ħtieġa ta' qafas aktar ċar, li jipprovdi ċ-ċertezza legali sew għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għal-awtoritajiet kontraenti; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex jużaw l-akkwist pubbliku prekummerċjali sabiex jistimolaw is-suq tat-teknoloġiji innovattivi u ekoloġiċi; jinsisti fuq il-ħtieġa li niżguraw ir-reċiproċità ma' pajjiżi industrijalizzati u ma' ekonomiji maġġuri emerġenti fil-qasam tal-akkwist pubbliku (proposti 17 u 24 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

61. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

Testi adottati, P7_TA(2010)0186.

(2)

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/business-environment/files/smes_access_to_public_procurement_final_report_2010_en.pdf

(3)

Testi adottati, P7_TA(2010)0320.

(4)

Testi adottati, P7_TA(2010)0173.

(5)

ĠU C 349E, 22.10.2010, p.25.

(6)

ĠU C 67E, 18.3.2010, p.10.

(7)

Ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU C 146, 17.5.2001, p.101).

(8)

ĠU C 45E, 23.2.2010, p. 17.


NOTA SPJEGATTIVA

F'Ottubru 2010, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni "Lejn Att dwar is-Suq Uniku", biex tvara s-Suq Uniku mill-ġdid. Fl-ewwel parti ta' din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi għadd ta' azzjonijiet biex jintlaħaq tkabbir qawwi sostenibbli u ġust għall-impriżi.

Illum l-Ewropa saret l-akbar ekonomija fid-dinja. Is-Suq Uniku huwa l-ġebla tax-xewka sew għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi, imma jista' joffri aktar tkabbir u impjiegi, u għadna ma kxifniex il-potenzjal kollu tiegħu. Għandhom jingħataw attenzjoni essenzjali l-SMEs, li għandhom l-ogħla potenzjal għal żvilupp ulterjuri u tkattir tal-impjiegi. Għaldaqstant huwa importanti ħafna li ninkoraġġixxu t-tkabbir sostenibbli.

Is-Suq Uniku nnifsu u l-impriżi li joperaw fi ħdanu huma essenzjali għat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Ewropa fil-ġejjieni. Dan l-abbozz ta' rapport jagħti stampa tal-miżuri prijoritarji li għandhom jittieħdu biex nibnu Suq Uniku aktar b'saħħatu li jaqdi aħjar il-ħtiġijiet tan-negozji tal-UE u li jiġġenera rati ta' tkabbir ogħla minn dari. Il-prijoritajiet tar-Rapporteur jinqasmu f'erba' gruppi, bil-għan li s-Suq Uniku jinbidel f'ambjent innovattiv li jiffavorixxi n-negozju, li jissejjes fuq ekonomija diġitali u li fih effettivament iseħħ il-moviment liberu tas-servizzi.

Suq Uniku tas-servizzi li jaħdem sewwa għandu potenzjal importanti ta' tkabbir, u allura għall-irkupru ekonomiku tagħna. Biss it-tkabbir sostenibbli jista' jagħti garanzija ta' ħolqien ta' impjiegi sostenibbli. Għandhom jittieħdu passi ulterjuri biex jiżguraw implimentazzjoni tajba tad-Direttiva dwar is-Servizzi (b'attenzjoni speċjali għas-servizzi onlajn) u tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professsjonali. Barra minn hekk, l-idea tal-ħolqien ta' biljetti professjonali fl-UE kollha kemm hi, fejn dan ikun f'loku, hija waħda li teħtieġ l-analiżi fid-dawl tal-potenzjal li għandhom biljetti bħal dawn biex itejbu l-moviment liberu taċ-ċittadini u jissimplifikaw il-proċeduri tar-reklutaġġ għan-negozji tal-UE.

Azzjonijiet oħra li għandhom isiru f'dan il-qasam huma l-ħolqien ta' qafas legali adegwat għall-konċessjonijiet tas-servizzi, u l-iżgurar li r-riforma tal-qafas tal-istandardizzar tkopri wkoll is-servizzi.

Biex ittejjeb il-kompetittività tagħha u trawwem it-tkabbir, l-UE għandha bżonn Suq Uniku diġitali. Dan huwa meħtieġ ukoll biex jallinja l-UE ma' pajjiżi oħra fid-dinja li evolvew b'aktar ħeffa minna fid-direzzjoni ta' ekonomija diġitali.

Il-kummerċ elettroniku għandu potenzjal kbir biex ikattar il-kummerċ transkonfinali. Il-Kummissjoni għandha tiċċara ulterjorment il-qafas legali li jiggverna l-kummerċ elettroniku u wkoll telimina dawk id-differenzi fid-didpożizzjonijiet nazzjonali li jfixklu l-kummerċ elettroniku. Għalhekk jeħtiġilna nrawmu l-kummerċ elettroniku u nsaħħu l-fiduċja fih, mhux biss għall-konsumaturi iżda wkoll għan-negozji, li xi drabi jkunu riluttanti jużawh. Għaldaqstant huwa importanti li, fejn dan ikun possibbli, narmonizzaw id-dritt dwar il-kuntratti u niffaċilitaw l-irkupru transkonfinali tad-djun.

Is-servizzi tal-gvern elettroniku għandhom jiġu żviluppati aktar, minħabba li l-impriżi jkunu jistgħu inaqqsu l-ispejjeż operazzjonali tagħhom billi jużaw proċeduri onlajn meta jkolhom bżonn jikkomunikaw mal-awtoritajiet, u dan huwa element importanti fil-kompetittività tagħhom. Għalhekk il-proposta li jiġu żgurati r-rikonoxximent reċiproku tal-identifikazzjoni elettronika u l-awtentikazzjoni elettronika, kif ukoll ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-firem elettroniċi, huma tal-ogħla importanza.

Mis-Suq Uniku għandhom igawdu l-impriżi kollha, imma għandu jsir enfasi speċjali fuq l-SMEs, minħabba li impriżi ta' din il-kategorija jħabbtu wiċċhom ma' saħansitra aktar diffikultajiet biex jisfruttaw għalkollox l-opportunitajiet tas-Suq Uniku. L-SMEs huma l-mutur tat-tkabbir għall-UE, u jipprovdu parti kbira tal-impjiegi tagħna. Madankollu, għandhom problemi sinifikanti biex jestendu l-attivitajiet tagħhom u biex jinnovaw, minħabba d-diffikultà li jsibu biex jiffinanzjaw proġetti bħal dawn. Id-dinamiżmu tagħhom jintlaqat ħażin ukoll mill-piżijiet amministrativi, li jeħtieġ li jitnaqqsu. Jeħtieġ li nindirizzaw id-diffikutà tal-SMEs biex jiffinanzjaw lilhom infushom fis-swieq tal-kapital, u l-Kummissjoni tagħmel sewwa tenfasizzah dan.

L-UE għandha wkoll tieħu miżuri importanti biex ittejjeb il-viżibbiltà tal-SMEs f'għajnejn l-investituri. L-SMEs għandhom ukoll bżonn aċċess aħjar għall-informazzjoni u jeħtiġilna ntejbu l-komunikazzjoni magħhom. L-SMEs għandhom ikunu konxji dwar l-opportunitajiet tas-Suq Uniku, kif ukoll dwar l-istrumenti finanzjarji pprovduti għalihom, b'mod partikolari mill-UE nnifisha. Barra min hekk, l-innovazzjoni għandha tiġi ffaċilitata għall-SMEs, u jkun importanti li tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fi programmi ta' riċerka.

L-appoġġ għall-innovazzjoni huwa meħtieġ mhux biss għall-SMEs, imma għall-impriżi kollha. Għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni li jinħolqu bonds tal-proġetti maħruġa mis-settur privat hija essenzjali biex ikunu jistgħu jiġbru l-finanzjament meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proċeduri li jkunu stabbiliti għall-użu ta' dawn l-istrumenti finanzjarji ġodda jkunu jgħoddu wkoll għall-SMEs.

Barra minn hekk, biex ittejjeb il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-impriżi Ewropej, l-UE għandha bżonn qafas regolatroju effiċjenti rigward il-kapital ta' riskju, li huwa wieħed mis-sorsi maġġuri tal-finanzjament għal negozji innovattivi sart-up li se jiġġeneraw valur miżjud għoli. Għalhekk huwa kruċjali li jinħoloq qafas regolatroju biex il-fondi tal-kapital ta' riskju ikunu jistgħu jinvestu fi kwalunkwe Stat Membru. L-UE mhijiex se tkun tista' tiffoka fuq setturi innovattivi jekk ma jittiħdux passi ulterjuri biex jiżguraw li s-Suq Uniku jaħdem ukoll għas-suq tal-kapital ta' riskju.

Ir-rapport jindirizza wkoll l-akkwist transkonfinali, li huwa ta' interess kbir sew għall-azjendi tal-UE kif ukoll għall-awtoritajiet pubbliċi. L-akkwist pubbliku jirrappreżenta 17% tal-PDG tal-UE, fuq provvisti, xogħlijiet u servizzi kull sena. F'dan iż-żmien ta' diffikultajiet finanzjarji, huwa kruċjali li niżguraw li dan il-flus jintuża bl-akbar kosteffiċjenza possibbli.

L-Istati Membri tal-UE għandhom jiffokaw fuq l-inkoraġġiment ta' akkwist pubbliku ta' prodotti u servizzi innovattivi u ħodor. L-akkwisti pubbliċi transkonfinali rrappreżentaw biss madwar 1.5% tal-kuntratti pubbliċi kollha mogħtija fl-2009. Minkejja l-kisbiet sinifikanti kollha fis-Suq Uniku, għad hemm potenzjal biex inżidu l-akkwist elettroniku u l-użu tal-Internet biex ix-xiri transkonfinali jirnexxi aktar. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-akkwisti prekummerċjali u għall-akkwisti konġunti.

Is-sehem tal-SMEs fl-akkwisti pubbliċi 'l fuq mill-valur ta' limitu huwa 18% anqas mill-piż komprensiv tagħhom fl-ekonomija. L-impriżi żgħar ħafna u żgħar għadhom lura sew meta mqabbla mar-rwol tagħhom fl-ekonomija reali. Aċċess aħjar għall-informazzjoni u l-għalbien tal-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji limitati jistgħu jqawwu konsiderevolment l-effikaċja tal-iskambju tal-informazzjoni bejn dawk inkarigati mill-akkwisti pubbliċi u l-fornituri potenzjali.

Fl-aħħar nett, il-miżuri fiskali huma ta' importanza kbira wkoll. Il-koordinament tal-politiki fiskali u l-introduzzjoni ta' bażi tat-taxxa komuni u konsolidata jagħmel mis-Suq Uniku ambjent aħjar tan-negozju għall-impriżi Ewropej. Il-vantaġġ ikun li l-azjendi tal-UE jingħataw aktar trasparenza, u l-paragun bejn rati differenti tat-taxxa korporattiva applikati mill-Istati Membri jsir aktar faċli.

Min-naħa l-oħra, dan mhuwiex l-uniku ostakolu biex l-impriżi jkunu jistgħu joperaw b'mod transkonfinali. Ir-Rapporteur jappoġġa l-istabbiliment ta' strateġija ġdida tal-VAT li tiċċara u tadatta l-qafas għar-realtajiet il-ġodda tal-ekonomiji Ewropej, b'benefiċċji għall-kompetittività tan-negozji tal-UE. Għandhom tingħata attenzjoni speċifika wkoll ir-regoli dwar l-obbligi ta' rappurtar, minħabba li spiss huma piż sinifikanti għan-negozji u ostakolu għall-operazzjonijiet transkonfinali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (3.3.2011)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir

(2010/2277(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Josefa Andrés Barea

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li d-dimensjoni esterna tal-istrateġija Ewropea, li tinkludi l-kummerċ internazzjonali wkoll, qed issir dejjem aktar importanti minħabba l-integrazzjoni tas-swieq u, għalhekk, li strateġija esterna adegwata tista’ tkun tassew utli biex tistabbilixxi t-tkabbir sostenibbli, l-impjieg u t-tisħiħ tas-suq uniku għall-impriżi, b’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza bejn il-politiki interni u esterni tal-Unjoni u l-objettivi ġenerali tagħha; isostni li l-għanijiet tal-politika interna jeħtieġ li jkunu l-bażi għal għanijiet tal-politika kummerċjali esterna; iħeġġeġ li tali koerenza tinkiseb fil-kuntest ta’ organizzazzjonijiet multilaterali u ftehimiet kummerċjali bilaterali permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibilità (VIS) ex ante u ta’ evalwazzjonijiet perjodiċi ex post, l-inklużjoni fil-ftehimiet ta’ klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà soċjali u ambjentali u l-infurzar tagħhom, flimkien ma' sanzjonijiet f’każ ta’ ksur; jenfasizza li l-ftehimiet kummerċjali internazzjonali għandu jkollhom ukoll l-għan tal-armonizzazzjoni tar-regoli u l-istandards, partikolarment għall-SMEs;

3.  Huwa tal-fehma li t-tisħiħ tas-suq intern Ewropew jeħtieġ pass ’il quddiem fir-rigward tal-impożizzjoni tal-istandards minimi, u kooperazzjoni mill-qrib fir-rigward tat-tassazzjoni tal-korporazzjonijiet ibbażati fl-UE u l-operazzjonijiet tagħhom fil-pajjiżi sħab kummerċjali;

4.  Itenni l-fatt li l-konformità ma’ standards għoljin Ewropew u internazzjonali hija kruċjali biex jinkisbu l-progress soċjali, il-ħarsien tal-konsumatur u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli kif ukoll li, biex l-kumpaniji tal-UE jkunu jistgħu jikkompetu internazzjonalment b’kundizzjonijiet indaqs, is-sħab kummerċjali tal-UE għandhom jirrispettaw ir-regoli u jinfurzawhom, billi n-nonkonformità hija ksur tal-obbligi internazzjonali li jxekkel sew il-funzjonament tas-suq uniku;

5.  Huwa mħasseb dwar l-impatt possibbli fuq is-swieq tax-xogħol Ewropej tal-ftehimiet kummerċjali li saru skont il-GATS Modalità 4; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tniedi valutazzjoni tal-impatt qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe ftehim kummerċjali, bl-involviment tas-sħab soċjali fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-politika kummerċjali tal-UE tinbidel fi strument reali għall-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien ta’ iktar impjiegi u impjiegi aħjar; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa politika kummerċjali konsistenti ma' politika industrijali b’saħħitha, li toħloq l-impjiegi;

7.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPRs) jiġi miġġieled bil-mezzi legali kollha disponibbli biex jiġu promossi l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-UE, billi l-protezzjoni internazzjonali tal-IPRs, speċjalment tat-trademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, hija vitali mhux biss fir-rigward tal-promozzjoni tal-innovazzjoni iżda anke għall-protezzjoni tal-impjiegi taċ-ċittadini tal-UE f'ħafna setturi ta' attività tal-UE li huma f'riskju minħabba ksur u falsifikazzjoni tal-IPRs; jitlob għal approċċi innovattivi biex jiġu żgurati d-drittijiet tal-awtur fl-era diġitali li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, il-privatezza u n-newtralità tal-internet;

8.  Jissottolinja wkoll li l-protezzjoni u l-infurzar tal-IPRs għandhom jiġu żviluppati bħala parti minn approċċ usa’ billi jqisu d-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi u taċ-ċittadini tal-UE, iżda mingħajr ma jinħoloq konflitt mal-politiki interni u esterni l-oħra tal-UE bħall-promozzjoni tas-soċjetà tal-informazzjoni, it-trawwim tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-iżvilupp fil-pajjiżi terzi u l-promozzjoni tad-diversità bijoloġika u kulturali fuq skala internazzjonali;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta strateġija konsistenti u bbilanċjata f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, bl-għan li titħeġġeġ l-innovazzjoni kif ukoll li jiġi appoġġjat in-negozju innovattiv, bħala l-aħjar mod kif tiġi ppremjata l-kreattività, u li jitħarsu d-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali;

10. Iqis li huwa importanti li fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku ma' pajjiżi industrijalizzati u ekonomiji emerġenti ewlenin, jiġu żgurati s-simetrija u t-trasparenza, b'mod partikolari għall-SMEs, filwaqt li jitħarsu bis-sħiħ il-ħtieġa ta' trattament speċjali u differenzjat għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u l-multifunzjonalità tal-politiki tal-akkwist, kif ukoll is-sigurtà u l-prevedibbiltà fir-rigward tal-investiment; jenfasizza li l-proċess ta' integrazzjoni tas-swieq dinjija jagħti xi vantaġġi, iżda huwa konxju mill-fatt li f'ċerti każijiet il-kumpaniji internazzjonali kisru d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol u għamlu l-ħsara lill-ambjent; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kumpaniji għandhom id-dmirijiet, u jitlob li fil-ftehimiet kummerċjali tiddaħħal klawżola dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji (CSR);

11. Huwa tal-fehma wkoll li l-politika ta’ investiment futura tal-UE għandha tippromwovi l-investimenti li huma sostenibbli, jirrispettaw id-dritt tal-gvernijiet għar-regolamentazzjoni favur l-interess pubbliku u jinkoraġġixxu kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol fl-intrapriżi li lejhom huma mmirati dawk l-investimenti;

12. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa koordinazzjoni ikbar bejn il-miżuri marbuta mal-SMEs fil-livell nazzjonali u internazzjonali, u biex tidentifika u tippromwovi l-SMEs li għandhom potenzjal kummerċjali; huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jagħmlu iktar biex jinkoraġġixxu lill-SMEs jużaw l-inizjattivi u l-għodda eżistenti bħall-bażi ta’ dejta bl-aċċess għas-suq u l-uffiċċju tal-informazzjoni tal-esportazzjoni;

13. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li, fir-rigward tat-trasport ta’ persuni u prodotti nnegozjati fis-suq intern u ma’ pajjiżi ġirien, l-enfasi titqiegħed b'mod qawwi fuq in-netwerks tat-trasportazzjoni ferrovjarja;

14. Jinnota li l-korporazzjonijiet multinazzjonali u s-sussidjarji tagħhom huma atturi ewlenin fil-globalizzazzjoni ekonomika u fil-kummerċ internazzjonali, u li l-Inizjattiva "Global Compact" ta' 10 prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti titlob lill-korporazzjonijiet multinazzjonali jħaddnu, jappoġġjaw u jwaqqfu, fl-isfera tal-influwenza tagħhom, sett ta’ valuri prinċipali fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards tax-xogħol, l-ambjent u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinnota wkoll li n-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fi kwalunkwe pajjiż terz li fih topera kumpanija tal-UE ta’ kwalunkwe daqs, jikkostitwixxi ksur jew reat kriminali li jkun ta' dannu għall-ħaddiema fil-pajjiż terz inkwistjoni, u li jekk dan in-nuqqas ta’ konformità huwa persistenti u ma jiġix ikkastigat, jista’ jwassal għall-firxa ta' standards ambjentali, fiskali u tax-xogħol inqas stretti, u b’hekk ikollu impatt negattiv anke fuq il-ħaddiema fl-UE; jemmen bil-qawwa li d-Direttiva dwar l-Impjieg ta' Ħaddiema m’għandhiex toħloq żewġ klassijiet ta' drittijiet taċ-ċittadini f’kumpanija waħda jew f’post wieħed;

15. Jipproponi, f’termini iktar ġenerali, li ftehimiet kummerċjali futuri nnegozjati mill-Unjoni għandhom jinkorporaw kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli, imfassal fuq il-prinċipji tas-CSR kif definiti mill-aġġornament tal-2010 tal-Linji Gwida tal-OKŻE għall-Intrapriżi Multinazzjonali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

3.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Metin Kazak, David Martin, Vital Moreira, Cristiana Muscardini, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Keith Taylor, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Elisabeth Köstinger, Georgios Papastamkos, Carl Schlyter, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Derk Jan Eppink, Eider Gardiazábal Rubial, Kartika Tamara Liotard


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (16.2.2011)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir

(2010/2277(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Diogo Feio

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi Suq Uniku integrat li jiffunzjona tajjeb u li għandu l-għan li jippromwovi l-moviment ħieles ta' servizzi, inklużi soluzzjonijiet ta' kummerċ elettroniku u tagħlim elettroniku, huwa kruċjali għan-negozji – speċjalment l-SMEs – u l-konsumaturi u konsegwentement għall-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir tal-UE f'dinja globalizzata, u huwa kruċjali għaċ-ċittadini fl-UE minħabba li jikkontribwixxi biex jiġi pprovdut aċċess aħjar għas-servizzi u l-prodotti bażiċi,

B.  billi t-tnaqqis tal-piż amministrattiv, l-użu tal-amministrazzjoni elettronika u r-rispett tal-istrateġija għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-UE huma kruċjali sabiex in-negozji, b'mod partikolari l-SMEs bħala l-mutur ewlieni tat-tkabbir tal-UE, jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-Suq Uniku, jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u jallokaw fondi għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ il-liġijiet u n-normi soċjali u ambjentali kif ukoll jiżguraw livelli għoljin ta' protezzjoni tal-konsumatur u jikkontribwixxu għal distribuzzjoni xierqa tal-ġid,

C. billi l-objettivi tal-Istrateġija UE 2020 u l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għandhom jiġu integrati b'mod sħiħ fil-politiki kollha tas-suq uniku u jkunu l-bażi tagħhom,

D. billi l-politika ta' kompetizzjoni hija għodda essenzjali biex l-UE jkun jista' jkollha suq intern dinamiku, effiċjenti u innovattiv u biex tkun kompetittiva fuq ix-xena globali,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tingħaqad mal-ispirtu tar-rapport ta' Mario Monti, li kien jippromwovi l-liberalizzazzjoni u l-kompetizzjoni kif ukoll it-titjib tal-konverġenza fiskali u soċjali;

2.  Jenfasizza n-natura komplementarja tal-miżuri varji li hemm fir-rapport Monti, li l-koerenza tagħhom mhux dejjem hija riflessa b'mod sħiħ fl-Att dwar is-Suq Uniku;

3.  Jnfasizza li l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri hija kruċjali biex jingħelbu l-ostakli attwali fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew;

4.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Att dwar is-Suq Uniku, il-bilanċ bejn l-objettivi ekonomiċi, soċjali u finanzjarji, u b'mod partikolari l-allinjament tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar mal-istrateġija UE 2020;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari fir-rigward tal-bżonnijiet tal-SMEs li huma l-fornituri ewlenin tal-impjiegi fl-Unojoni Ewropea, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-liġijiet u n-normi soċjali u ambjentali kif ukoll il-livelli għoljin ta' protezzjoni tal-konsumatur, billi:

     (a) tiffaċilita l-aċċess għas-swieq ta' kapital sabiex l-SMEs ikunu jistgħu jinvestu fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u jistimulaw l-esportazzjonijiet Ewropej,

     (b) tissimplifika, l-obbligi ta' rappurtar finanzjarju tal-SMEs u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, u

     (c) tqis b'mod speċifiku d-dipendenza tal-SMEs fuq il-kumpaniji l-kbar li jissubkuntrattawhom u tevalwa l-każ għal kwalunkwe azzjoni speċifika biex tiġi riflessa l-konsegwenza ta' dik id-dipendenza;

6.  Jenfasizza l-importanza li titjieb il-governanza ekonomika tal-Unjoni Ewropea sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ekonomiċi biex l-intrapriżi jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ipprovduti mis-suq uniku li jippermettulhom jikbru u jsiru iktar kompetittivi, u jitlob li din ir-rabta ssir espliċita fl-Att dwar is-Suq Uniku;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' implimentazzjoni u kkompletar effikaċi tal-pakkett ta' sorveljanza finanzjarja biex jinkiseb suq intern sostenibbli; jitlob evalwazzjoni mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li tali implimentazzjoni titwettaq madwar l-UE u tiġi ppublikata tabella ta' korrelazzjoni fuq bażi annwali; għal dak l-għan, jikkunsidra li għandhom jiġu promossi l-aqwa prattiku fost l-entitajiet superviżorji nazzjonali u tal-UE;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-programm tagħha inizjattivi ta' servizzi finanzjarji ewlenin (eż. iż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA) u ċertezza legali ikbar b'rabta mal-holdings ta' titoli) li huma ta' rilevanza għolja għas-suq uniku;

9.  Jenfasizza li politika ta' kompetizzjoni tal-UE bbażata fuq il-prinċipji tas-swieq miftuħa u kundizzjonijiet ekwi fis-setturi kollha hija s-sinsla għas-suċċess tas-Suq Uniku u prekundizzjoni għall-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u bbażati fuq l-għarfien;

10. Jiddeplora n-nuqqas ta' miżuri konkreti rigward l-applikazzjoni effikaċi tar-regoli ta' kompetizzjoni b'mod partikolari rigward il-kontroll tal-akkwiżizzjonijiet, u jistieden lill-Kummissjoni:

     (a) tintegra l-għodod u l-politika ta' koeżjoni fl-istrateġija tas-Suq Uniku tagħha filwaqt li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs,

     (b) ittejjeb l-evalwazzjoni tas-setturi fejn jiġu osservati nuqqasijiet ta' kompetizzjoni inerenti, bħall-enerġija,

     (c) tivvaluta l-impatt tal-għajnuna statali u l-miżuri strutturali fuq il-kompetizzjoni fil-kuntest tal-kriżi finanjzjarja, u

     (d) tkompli tivvaluta, u fejn ikun xieraq, tissimplifika jew tirrevedi, ir-regolament dwar l-għajnuniet statali bħala kumpens għal servizzi ta' interess ġenerali;

11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu favur statut għal kumpanija privata Ewropea;

12. Jenfasizza l-importanza li jitneħħew l-ostakli fiskali għall-attivitajiet transkonfinali, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tas-sovranità tal-Istati Membri fi kwistjonijiet relatati mat-taxxa; jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni aħjar tal-politika tat-taxxa nazzjonali mill-Istati Membri bl-għan li jkomplu jitnaqqsu l-ostakli u x-xkiel fiskali fis-suq intern, tiġi evitata t-tassazzjoni doppja u tiġi missielta l-kompetizzjoni fiskali; jitlob l-introduzzjoni ta' bażi komuni kkonsolidata għat-taxxa korporattiva u rieżami tal-proposta għal sistema ta' tassazzjoni simplifikata għall-SMEs li jkunu attivi fis-suq uniku b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà;

13. Jilqa' strateġija ġdida tal-VAT li tipprijoritizza l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u li jkollha l-għan li żżid it-tkabbir u tnaqqas il-piż minn fuq in-negozji, kif talab il-Parlament Ewropew;

14. Jilqa' r-rieżami tad-Direttiva dwar Taxxa fuq l-Enerġija, bl-għan li jiġu riflessi aħjar l-objettivi tat-tibdil fil-klima, bil-kundizzjoni li l-piż tat-taxxa ma jintefax b'mod mhux mistħoqq fuq il-konsumaturi vulnerabbli;

15. Jilqa' r-referenza għall-bonds tal-proġetti u jħeġġeġ l-użu tal-baġit tal-UE biex jiżdied il-kreditu mogħti mill-BEI fi sħubija mas-setturi bankarji u privati, u l-ħolqien ta' skema ta' bond ta' proġetti biex jiġu ffinanzjati proġetti Ewropej li jkollhom l-għan li jsaħħu l-irkupru sostenibbli tat-tkabbir u tal-impjiegi, inklużi l-proġetti ta' infrastrutturi tas-servizzi pubbliċi fit-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni;

16. Jinnota li l-għoti ta' opinjoni dwar prijoritajiet ta' politika ma jippreġudikax il-pożizzjoni tal-Parlament fir-rigward ta' miżuri speċifiċi li tiddependi, fost affarijiet oħrajn, fuq il-valutazzjoni tal-impatt għall-kull proposta, b'konformità mal-prinċipji ta' Regolamentazzjoni Aħjar, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-liġijiet u n-normi soċjali u ambjentali kif ukoll il-livelli għoljin ta' protezzjoni tal-konsumatur;

17. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni mill-qrib fir-rigward tal-impatt fuq il-koeżjoni interna tas-Suq Uniku tad-diverġenza ekonomika dejjem ikbar bejn l-Istati Membri tal-UE.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

14.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Elisa Ferreira, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Hans-Peter Martin, Íñigo Méndez de Vigo, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Elena Băsescu, Arturs Krišjānis Kariņš, Sirpa Pietikäinen, Andreas Schwab, Catherine Stihler


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (16.2.2011)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir

(2010/2277(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Raffaele Baldassarre

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li s-suq uniku bbażat fuq kompetizzjoni ħielsa u ġusta hu l-għan kruċjali tar-riforma ekonomika tal-UE u jirrappreżenta vantaġġ kompetittiv ewlieni għall-Ewropa fl-ekonomija globali;

2.  Jemmen li s-Suq Uniku jista’ u għandu jitnieda mill-ġdid u jiġi kkumpletat sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020, biex ikun hemm iktar tkabbir għan-negozji, inklużi l-impriżi tal-ekonomija soċjali (kooperattivi, assoċjazzjonijiet, soċjetajiet mutwi u fundazzjonijiet), u iktar impjiegi aħjar, kif ukoll protezzjoni adegwata tad-drittijiet tal-ħaddiema Ewropej u tal-konsumaturi fl-UE; jenfasizza f’dan ir-rigward li l-proposti kollha li jinsabu fl-Att dwar is-Suq Uniku jeħtieġu evalwazzjoni adegwata tal-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tagħhom; iqis li biex jinkisbu l-benefiċċji kollha mill-ikkumpletar tas-Suq Uniku, il-moviment liberu tal-ħaddiema, tal-kapital u tas-servizzi għandu jiġi infurzar bis-sħiħ u appoġġat kemm fil-livell tl-UE kif ukoll fl-Istati Membri;

3.  Jenfasizza li l-impjiegi jiddependu mhux l-inqas fuq il-protezzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; għalhekk jilqa' l-avviż mill-Kummissjoni li se tagħmel proposti leġiżlattivi biex tindirizza l-isfidi ġodda kkawżati mill-piraterija fuq l-Internet u biex ittejjeb l-attivitajiet tad-dwana f'dan il-qasam;

4.  Jenfasizza li l-bilanċ tal-proposti jeħtieġ approċċ settorjali tal-orjentazzjonijiet proposti: l-enerġija, it-trasport, l-innovazzjoni teknoloġika, iċ-ċertezza legali għall-impriżi u l-ħaddiema eċċ. u konsultazzjonijiet organizzati f'kull wieħed minn dawn is-setturi;

5.  Iqis li l-proċess tal-ħolqien ta' suq uniku tal-enerġija m'għandux jiffoka biss fuq it-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji iżda wkoll fuq li l-prezzijiet tal-enerġija jibqgħu aċċessibbli kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji;

6.  Iqis li impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) huma l-bażi tal-ekonomija Ewropea u huma dawk li jagħtu l-iktar spinta sostenibbli u ta’ kwalità, lill-ħolqien tal-impjiegi, lill-impjieg, lit-tkabbir ekonomiku u lill-koeżjoni soċjali fl-Ewropa; jenfasizza li għandhom isiru iktar sforzi biex jitjieb l-aċċess tas-SME għas-Suq Uniku u l-parteċipazzjoni tagħhom fih, ukoll permezz tat-tneħħija tal-ostakoli kollha għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku kif identifikat fl-‘Aġenda Diġitali 2010’, u għandu jkun hemm iktar appoġġ għall-iżvilupp tad-disponibilità tal-broadband, kif ukoll applikazzjoni usa’ tal-ICT; iqis li t-tagħlim tal-lingwi għandu jkun promoss permezz tat-tagħlim matul il-ħajja (taħriġ vokazzjonali), l-aktar għall-impjegati tal-SMEs, bħala mezz ta' tisħiħ tal-aċċess tal-SMEs għas-suq uniku;

7.  Jirrimarka li waħda mill-problemi ewlenin għall-SMEs fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika hija rappreżentata mill-aċċess tagħhom għall-finanzi; iqis, madankollu, li l-bżonnijiet ta’ finanzjament tal-SMEs jistgħu jinqdew aħjar bl-appoġġ imtejjeb mill-banek pubbliċi aktar milli mis-swieq tal-istokks u mill-fondi ta' kapital ta’ riskju kif propost mill-Kummissjoni; jenfasizza li l-approċċ tal-Kummissjoni se jwassal biex l-SMEs isiru aktar vulnerabbli għall-volatilità tas-suq finanzjarju u għall-istrateġiji ta’ żarmar tal-assi, li jipperikolaw l-istabbilità tal-SMEs u l-istabbiltà tal-impjiegi;

8.  Jenfasizza li l-prinċipju ‘aħseb żgħir l-ewwel’ għadu ma ġiex implimentat biex jitneħħew l-ostakoli li jiffaċċjaw l-SMEs; jitlob għal politika differenzjata għall-SMEs; jissuġġerixxi li l-SMEs b’potenzjal ta' tkabbir speċifiku, pagi għoljin u kundizzjonijiet tajba tax-xogħol għandhom jiġu appoġġati u jitlob għal differenzazzjoni fi ħdan l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar biex dan isir konformi ma’ Ewropa 2020;

9.  Jilqa’ r-rieżami tar-Raba’ u s-Seba’ Direttivi biex jiġu ulterjorment simplifikati, b’livell komuni mal-Unjoni Ewropea kollha, l-obbligi ta’ rappurtaġġ finanzjarju u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, speċjalment għall-SME, biex jitħeġġeġ żvilupp ulterjuri tas-suq uniku u jingħata kontribut għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda; jitlob li t-tnaqqis tal-piż amministrattiv ma għandux inaqqas il-protezzjoni tal-ħaddiema, jiġifieri billi jitnaqqsu l-obbligi tas-saħħa u tas-sigurtà; jenfasizza li trasparenza qawwija u rekwiżiti ta’ żvelar suffiċjenti għandhom jiġu rrispettati, sabiex jiġu mħarsa l-kredituri;

10. Itenni l-bżonn li jinħoloq ambjent regolatorju iktar favur l-SMEs billi ssir evalwazzjoni preċiża tal-impatt ta’ kwalunkwe miżura regolatorja jew leġiżlattiva ġdida fuq l-SMEs bl-għan li titnaqqas il-burokrazija żejda, tissaħħaħ il-kompetittività u jiġu promossi impjiegi ta' kwalità; jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar is-saħħa u s-sikurezza għall-ħaddiema; jitlob ukoll li jkun hemm tisħiħ aħjar kif ukoll rwol u rieda politika akbar min-naħa tal-Istati Membri biex jittejjeb is-suq uniku;

11. Jenfasizza l-importanza ta' komunikazzjoni aħjar u estensjoni tas-sistema ta' informazzjoni tas-suq intern peress li hija essenzjali biex l-SMEs jingħataw informazzjoni ċara dwar is-suq intern;

12. Huwa favur ħafna l-proposta għal bonds ta' proġetti tal-UE biex jiffinanzjaw proġetti Ewropej u jqis li din hija kompitu urġenti għall-Ewropa fir-rigward tal-investimenti strateġiċi u l-ħolqien tal-impjiegi; huwa tal-fehma li l-proġetti Ewropej komuni ffinanzjati kif xieraq jistgħu jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-UE, jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku u joħolqu l-impjiegi; jitlob li l-proġetti jintgħażlu skont it-potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi tagħhom wara valutazzjoni ta' impatt obbligatorja;

13. Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni annwali tal-bżonnijiet ta’ investiment pubbliku u privat u kif dawn qed jiġu, jew għandhom, jintlaħqu fil-qafas tal-proposta tagħha Nru 16;

14. Jenfasizza l-importanza li jintużaw regoli ta' akkwist pubbliku li jsostnu l-impjiegi, il-progress soċjali u l-iżvilupp sostenibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-aċċess għall-akkwist pubbliku għall-SMEs, l-impriżi tal-ekonomija soċjali u l-Kummerċ Ġust;

15. Jenfasizza l-importanza li l-akkwist pubbliku prekummerċjali jintuża aħjar bħala appoġġ għall-innovazzjoni, li hija kundizzjoni essenzjali għal tkabbir sostenibbli, għall-impjieg u għall-progress soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi biex tqis dan fil-proposta Nru 17 tagħha u biex tikkunsidra mezzi biex tiftaħ u tiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku, inklużi s-SMEs tal-ekonomija soċjali, kemm fl-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi aktar l-użu ta' klawsoli soċjali u ambjentali fil-kuntratti ta’ akkwist pubbliku, meta dan ikun possibbli;

16. Jilqa', minbarra l-proposti Nru 19 u Nru 20 dwar kwistjonijiet fiskali, l-implimentazzjoni tal-proposti ta’ Mario Monti għat-twaqqif ta' Grupp ta' Politika Fiskali, li jgħaqqad flimkien rappreżentanti mill-Istati Membri;

17. Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tippubblika strateġija dwar il-VAT; jemmen li koordinazzjoni fiskali aħjar bejn l-Istati Membri hija meħtieġa biex jiġu evitati l-kompetizzjoni fiskali inġusta u d-distorsjonijiet tas-suq; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tipproponi direttiva li tintroduċi bażi fiskali korporattiva komuni u konsolidata (CCCTB); jemmen li s-CCCTB se tagħti spinta speċjalment lill-kompetittività tal-SMEs billi tnaqqas il-piżijiet li jirriżultaw mill-kumplessità amministrattiva u billi jingħelbu l-ostakli fiskali għat-tkabbir dovuti għall-frammentazzjoni, u b’hekk jinkiseb impatt potenzjalment pożittiv fuq il-finanzi pubbliċi u l-impjieg;

18. Huwa mħasseb dwar id-distorsjoni maħluqa fis-suq intern konsegwenza tal-livelli differenti ta' frodi fiskali fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taġixxi b'mod deċisiv sabiex toħloq reġim ta' inċentivi u sanzjonijiet kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħruġ ta’ kapital illeċitu, inklużi inizjattivi kontra l-kenn fiskali, li jfixklu l-ekonomija Ewropea; f’dan ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni żżid mal-proposta Nru.19 tagħha valutazzjoni ta' impatt li tevalwa l-problemi differenti kkawżati mill-evażjoni fiskali u l-ekonomija s-sewda fl-Istati Membri kollha;

19. Jenfasizza l-importanza li jitneħħew l-ostakoli leġiżlattivi għall-attivitajiet transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni toħloq "kundizzjonijiet ugwali" għall-forom kollha ta' impriżi fis-Suq Uniku billi tieħu l-passi meħtieġa biex tintroduċi proposti għal statuti Ewropej għal assoċjazzjonijiet, soċjetajiet reċiproċi u fondazzjonijet, tipproponi studju ta' fattibilità u valutazzjoni tal-impatt għall-istatuti għall-assoċjazzjonijiet u għas-soċjetajiet reċiproċi u tlesti fiż-żmien opportun il-valutazzjoni tal-impatt għall-istatut għall-fondazzjonijiet;

20.      Jappoġġa bil-qawwa l-isforzi biex jissoktaw in-negozjati dwar il-kummerċ internazzjonali bil-għan li jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ biex jinkiseb aċċess aħjar għall-kumpaniji Ewropej għas-swieq ta’ pajjiżi terzi, partikolarment fil-qasam tal-akkwist pubbliku; itenni f’dan ir-rigward l-importanza li jiġu inklużi standards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi, biex fejn applikabbli, tiġi promossa r-responsabilità soċjali korporattiva fil-kuntest ta’ dawn in-negozjati; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva tal-istandards tal-ILO u l-Aġenda dwar Xogħol Diċenti u l-Kodiċi ta' Kondotta tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

14.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

8

15

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Mara Bizzotto, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Françoise Castex, Jelko Kacin, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Emilie Turunen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (1.3.2011)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir

(2010/2277(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Francesco De Angelis

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-istandards tal-prodotti għall-funzjonament tas-suq intern Ewropew u jqis l-istandards bħala għodda essenzjali għall-promozzjoni ta’ prodotti u servizzi sostenibbli u ta' kwalità għolja għall-konsumaturi u l-impriżi; jilqa’ l-proposta għar-riforma tas-Sistema Ewropea ta' Standardizzazzjoni u jitlob għal miżuri li jippromwovu t-trasparenza, it-tnaqqis fl-ispejjeż u t-titjib fl-involviment tal-partijiet interessati;

2.  Jinnota li, bil-għan li jkun żgurat il-funzjonament effiċjenti tas-suq uniku, il-proċess ta’ valutazzjoni reċiproka tad-Direttiva dwar is-Servizzi jista’ jittejjeb aktar, b’mod partikolari permezz ta’ kondiviżjoni pronta tad-dejta; jitlob li jkun hemm valutazzjoni tal-impatt tad-direttiva fuq il-kwalità tas-servizzi u l-valutazzjoni tal-ispazju għal manuvra li d-direttiva tħalli lill-awtoritajiet pubbliċi jintroduċu r-rekwiżiti ta’ interess pubbliku għall-fornituri tas-servizzi; jemmen li l-piżijiet burokratiċi mhux neċessarji li hemm bħalissa f’livell nazzjonali, reġjonali, u lokali, jipprevjenu l-implimentazzjoni tar-regoli ġenerali għall-Istati Membri kollha;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu d-diversità tal-mudelli tan-negozju fl-Ewropa meta jfasslu l-leġiżlazzjoni; jenfasizza b’mod partikolari l-importanza tan-negozji tal-ekonomija soċjali, li l-mudell tagħhom mhuwiex ibbażat fuq il-kobor jew fuq żona ta’ attività, iżda pjuttost fuq ir-rispett għall-valuri komuni, kif rifless fl-involviment tas-sħab soċjali, il-primat tal-individwu u l-objettivi soċjali fuq il-kapital, is-salvagwardja u l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ solidarjetà u responsabilità, ir-rikonċiljazzjoni tal-interessi tal-utenti mal-interess ġenerali, is-sħubija volontarja u miftuħa u l-mobilizzazzjoni tal-parti l-kbira tal-eċċessi fil-persegwiment tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli u l-forniment ta’ servizzi lill-membri, filwaqt li kull azzjoni tqis l-interess ġenerali;

4.  Jisħaq dwar l-imperattiv li tkun addottata politika ta' standardizzazzjoni tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) tal-UE għall-iżviluppi fis-suq u fil-politiki li twassal għall-kisba tal-objettivi tal-politiki Ewropej li jirrikjedu l-interoperabilità; iqis li l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku fis-suq intern għandu jiffoka primarjament fuq il-problemi ta’ natura legali li jħabbtu wiċċhom magħhom kemm in-negozji kemm il-konsumaturi, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-kummerċ bejn il-fruntieri u fl-istess waqt ikun iggarantit livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur; jenfasizza li għandhom jitqiesu partikolarment il-ħtiġiet ta’ impriżi żgħar u medji, li ma jkunux prinċipalment impenjati fil-kummerċ fuq l-Internet;

5.  Itenni li l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni fi ħdan is-suq intern jelimina r-rekwiżit impost fuq nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor biex jipprovdu dokumenti oriġinali, kopji ċċertifikati, ċertifikat tan-nazzjonalità jew traduzzjonijiet uffiċjali ta’ dokumenti sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn servizz jew minn termini jew prezzijiet iktar vantaġġjużi;

6.  Huwa tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha żżid l-isforzi tagħha fis-setturi tal-klima u l-enerġija sabiex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ suq tal-enerġija li jopera bis-sħiħ filwaqt li jintlaqgħu sfidi futuri tal-enerġija; jemmen li, biex jinkisbu l-objettivi klimatiċi u enerġetiċi tal-UE, huwa meħtieġ approċċ ġdid, f’termini ta’ applikazzjoni ta’ rati minimi adegwati ta’ dazju fuq l-emissjonijiet tas-CO2 u fuq il-kontenut tal-enerġija u tal-evitar ta' sovrappożizzjonijiet mal-kwoti tal-kummerċ fil-kwoti; jenfasizza l-importanza li jkunu inkuraġġiti l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jisfruttaw it-teknoloġiji tal-informazzjni u l-komunikazzjoni fl-effiċjenza enerġetika tagħhom u jemmen li din l-applikazzjoni żżid b’mod sinifikattiv l-opportunitajiet ta’ kummerċ fil-livell lokali u reġjonali;

7.  Jindika l-ħtieġa ta' aktar pjanijiet u miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija ħalli jiżdied b'mod sinifikattiv l-iffrankar enerġetiku, u jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar it-tikkettar tal-enerġija, l-ekodisinn, it-trasporti, il-binjiet u l-infrastrutturi, ħalli jkun żgurat u implimentat approċċ ta’ qafas komuni Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni biex b’mod simili tadotta approċċ ambizzjuż fl-Istrateġija għall-Effiċjenza fl-Enerġija li jmiss fir-rigward tal-objettivi, il-politiki u l-istrumenti tagħha; jenfasizza li l-infrastruttura tal-Lvant tal-Ewropa għandha tittejjeb b’konformità mal-infrastruttura tal-Istati Membri Ewropej l-oħrajn;

8.  Jilqa’ l-proposta li jiġi rieżaminat l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar ħalli jkun marbut mill-qrib mal-Istrateġija Ewropa 2020 u jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq ir-rwol kruċjali tal-SMEs u l-mikro-negozji fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni taċċelera l-konnessjonijiet tal-broadband b'veloċità għolja fir-reġjuni tal-UE biex tiżgura parteċipazzjoni massima tal-SMEs f’suq intern kulma jmur aktar diġitalizzat; jitlob li jkun hemm sistema tal-UE ta’ privattivi li tkun faċli li tintuża mill-SMEs, tkun orjentata lejn il-kwalità u tkun flessibli u li tinkoraġġixxi l-innovazzjoni teknoloġika u li jfiġġu mudelli ġodda ta’ negozju; jilqa’ l-proposta li jiġi adottat pjan ta’ azzjoni għall-aċċess tal-SMEs għas-swieq tal-kapital, bħalma huma l-Eurobonds, u jitlob għall-promozzjoni ta’ mekkaniżmi innovattivi ta’ finanzjament immirati lejn SMEs innovattivi; jilqa’ l-pjanijiet tal-Kummissjoni għall-immodernizzar tas-sistema tal-UE tat-taxxa fuq il-valur miżjud, billi tingaħta attenzjoni partikolari lis-semplifikazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw lill-SMEs u r-riduzzjoni tal-kostijiet tal-ottemperanza; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-proposti tal-Grupp ta’ Livell Għoli għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi;

9.  Jafferma mill-ġdid li d-dritt li wieħed jeżerċita professjoni fi Stat Membru ieħor huwa wieħed mil-libertajiet fundamentali garantit mit-Trattat u kundizzjoni neċessarja għal ekonomija tas-suq soċjali b’kompetizzjoni qawwija, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli kollha eżistenti għall-moviment ħieles tal-ħaddiema;

10. Jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tikseb awtonomija isħaħ fil-fornitura enerġetika; jemmen li approċċ ta’ raggruppament reġjonali fil-kuntest tas-suq intern tal-enerġija għandu jiffaċilita din l-awtonomija, kif wieħed jistenna li tagħmel id-diversifikazzjoni tar-rotot enerġetiċi fil-pajjiżi Ewropej; barra minhekk, jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb l-integrazzjoni tal-enerġiji rinnovabbli u jisħaq dwar il-ħtiega li l-ismart grids ikunu aktar effiċcjenti; huwa wkoll tal-fehma li l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni għandha ssir aktar effiċjenti u trasparenti;

11. Jisħaq dwar il-ħtieġa għal kordinament u armonizzazzjoni isħaħ fl-użu tar-Radio Spectrum Ewropew u jittama li l-iSpectrum jintuża b’mod aktar effettiv sabiex jonqsu l-prezzijiet għall-utenti finali;

12. Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ id-djalogu mas-soċjetà ċivili billi jsiru konsultazzjonijiet; jinnota. madankollu, li bosta mill-istrumenti meħtieġa huma disponibbli diġà, peress li dan huwa pass li l-Kummissjoni impenjat ruħha għalih ftit żmien ilu, fil-qafas tal-Linji Gwida tal-Evalwazzjoni tal-Impatt, bil-ħsieb li jkunu previsti b’aktar preċiżjoni l-effetti tal-proposti leġiżlattivi minn diversi perspettivi; jenfasizza għal darb’oħra kemm huwa importanti li l-istituzzjonijiet tal-UE jikkonsultaw il-partijiet interessati, sabiex minn naħa waħda jintuża l-għarfien speċjalizzat tagħhom u min-naħa l-oħra tkun iggarantita t-trasparenza tal-attivitijiet tagħhom filwaqt li jiġi aċċertat li l-pubbliku jaċċettahom;

13. Jilqa’ l-inizjattiva dwar impronta ambjentali tal-prodotti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi malajr sistema ta’ valutazzjoni u tikkettar komuni u reali;

14. Jirrikonoxxi li l-akkwist pubbliku huwa strument b’saħħtu biex is-swieq jiġu diretti lejn prodotti u servizzi sostenibbli u biex tiġi stimolata l-innovazzjoni; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi u tissimplifika r-regoli tal-akkwist pubbliku u jenfasizza li dan il-proċess ma għandux ipoġġi taħt theddida, iżda pjuttost għandha ssaħħaħ, il-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi li jinkludu kriterji ta’ interess ġenerali, bħall-kriterji ambjentali u soċjali fis-sejħiet għall-offerti tagħhom.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Robert Goebbels, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Romana Jordan Cizelj, Arturs Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Philippe Lamberts, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Herbert Reul, Paul Rübig, Amalia Sartori, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonio Cancian, Francesco De Angelis, Françoise Grossetête, Jolanta Emilia Hibner, Ivailo Kalfin, Mario Pirillo, Catherine Trautmann

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Niccolò Rinaldi


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (2.3.2011)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar Suq uniku għall-impriżi u t-tkabbir

(2010/2277(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Sophie Auconie

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Suq uniku għall-impriżi u t-tkabbir

1.  Josserva li l-politiki tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-suq uniku u l-iżvilupp reġjonali huma kumplimentari ħafna u jenfasizza li l-progress tas-suq intern u l-iżvilupp ulterjuri tar-reġjuni tal-Unjoni huma interdipendenti, li jikkontribwixxu għal Ewropa ta’ koeżjoni u ta’ kompetittività; jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li japprofondixxu s-suq uniku;

2.  Jisħaq li f’dinja globalizzata, is-suq uniku għandu jiżgura l-aħjar ambjent kummerċjali possibbli għall-impriżi, u għandu jikkunsidra n-natura speċifika u d-diversità tal-SMEs sabiex jinkoraġġixxi l-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-intraprenditorjat, id-dinjità tal-immaġni tal-intraprenditur u l-appoġġ għall-kariga ta’ intraprenditur u għal dawk li jaħdmu għal rashom fir-reġjuni kollha tal-UE, inklużi ż-żoni rurali; jilqa’, għaldaqstant, l-evalwazzjoni ppjanata tal-‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ u t-tisħiħ tal-prinċipju ‘Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir’; jenfasizza r-rwol li l-politika reġjonali jista' jkollha fl-integrazzjoni ulterjuri tas-Suq Uniku u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-fondi tal-UE, speċjalment għall-SMEs billi dawn huma l-komponent l-aktar flessibbli tal-ekonomija tal-Ewropa; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tan-negozji lokali għar-relazzjonijiet soċjali, l-impjiegi u d-dinamiżmu fiż-żoni żvantaġġati, b’mod partikolari ż-żoni urbani li jinsabu f’diffikultà jew iż-żoni b’popolazzjoni baxxa; jitlob li jingħatalhom appoġġ xieraq permezz tal-politika reġjonali tal-Unjoni;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itemmu d-dewmien u n-nuqqasijiet fit-traspożizzjoni tad-direttivi tas-suq uniku, sabiex tiġi їgurata kompetizzjoni mhux mgħawġa;

4.  Jinnota l-fatt li s-suq uniku tal-privattivi għadu inkomplet; iħeġġeġ il-promozzjoni ta’ privattiva tal-Unjoni Ewropea li tista’ ssaħħaħ l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-kompetittività u b’hekk tagħti ċans lill-kumpaniji Ewropej biex jibbenefikaw bis-sħiħ mis-Suq Uniku tal-UE;

5.  Jenfasizza li l-aċċessibilità reali u effikaċi tas-suq uniku għar-reġjuni kollha tal-UE hija prerekwiżit għall-moviment liberu tal-persuni, il-prodotti, il-kapital u s-servizzi, u għaldaqstant għal suq uniku b’saħħtu u dinamiku; jinnota, f’dan ir-rigward, ir-rwol importanti li għandha l-politika reġjonali tal-Unjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp ta' infrastruttura u fir-rigward ta' żvilupp koerenti ekonomikament u soċjalment u bbilanċjat tar-reġjuni; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex fl-2011 tiġi adottata reviżjoni tal-linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, kif ukoll proposta dwar qafas globali għall-finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport; jirrakkomanda approċċ reġjonali fl-użu tal-Fondi Strutturali, sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-infrastruttura transkonfinali tal-enerġija, tat-trasport, tal-komunikazzjoni, tas-saħħa u l-ambjent, tar-riċerka u l-edukazzjoni, sabiex jiġi żgurat aċċess għal kulħadd għas-servizzi essenzjali u jiġi garantit funzjonament armonjuż tas-suq intern; jitlob li jiġu żviluppati sorsi innovattivi ta’ finanzjament (bħalma huma s-sħubiji pubbliċi-privati, il-bonds tal-proġetti u l-ħlasijiet tal-utent), filwaqt li fl-istess ħin tiġi rispettata bis-sħiħ il-ħtieġa ta’ livell għoli ta’ kwalità u aċċess universali għas-servizzi ta’ interess ġenerali, bħala strumenti prinċipali li jiffavorixxu t-twettiq tal-proġetti; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' firxa ta’ sħubiji pubbliċi-privati, kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex flimkien jindirizzaw il-kumplessità tar-regoli li jirregolaw il-proġetti li jiġġeneraw dħul;

6.  Jenfasizza l-importanza tar-reġjuni u tal-implimentazzjoni tal-politika reġjonali għas-suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għat-tisħiħ tas-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi korrelazzjoni reali bejn l-Att tas-Suq Uniku u l-UE 2020; jinnota, f’dan ir-rigward, li l-finanzjament strutturali tal-UE għandu jiġi allokat b’mod flessibbli, dinamiku, u li jħares ’il quddiem sabiex, fost l-oħrajn, ikomplu jittaffew l-effetti negattivi fuq reġjuni tal-UE li jistgħu jkollhom il-ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali u sabiex dawn ikunu ppreparati għat-tibdil soċjoekonomiku meħtieġ fil-qafas ta’ strateġija bbażata fuq bilanċ bejn il-fatturi kundizzjonanti u l-potenzjalitajiet, flimkien ma’ flessibilità fir-rigward tal-istrumenti u l-politiki settorjali; jitlob li jkun hemm aktar politiki reġjonali ta’ użu faċli u l-akbar trasparenza possibbli u biex ikun hemm ukoll regoli aktar stretti kontra l-‘fund-shopping’, li permezz tiegħu xi impriżi jistgħu jagħmlu użu ħażin mill-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni u integrazzjoni aktar profonda tar-regoli tal-Fondi Strutturali, filwaqt li jiġi evitat li proġett jinqasam f’partijiet differenti biex japplika għal fondi differenti; jirrakkomanda li l-attenzjoni ċentrali ma tingħatax biss fuq ir-regolarità tal-infiq iżda wkoll fuq il-kwalità tal-interventi, u li għandu jkun hemm biżżejjed riżorsi biex l-għajnuna tkun tista’ ssir possibbli mil-lat maniġerjali;

7.  Jenfasizza li r-reġjuni li jinstabu fil-fruntieri interni tas-suq uniku huma l-ewwel li jesperjenzjaw il-konsegwenzi tat-tneħħija ta’ dawn il-fruntieri; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra t-tħassib rigward ‘l-effett tal-limitu minimu’ bejn ir-reġjuni tal-fruntiera li jgawdu minn livelli ta' żvilupp komparabbli iżda li jirċievu livelli ferm differenti ta' appoġġ finanzjarju taħt il-politika reġjonali tal-Unjoni; jitlob li jkun hemm dibattitu dwar soluzzjonijiet li jpattu għal dawn l-effetti mhux mixtieqa;

8.  Jenfasizza, fl-interess li tingħata spinta lill-kompetittivitŕ reġjonali, l-importanza tal- “ispeċjalizzazzjoni intelliġenti” tar-reġjuni; is-suq uniku tal-UE jista’ biss jirnexxi fit-totalità tiegħu meta l-atturi kollha u r-reġjuni kollha – inklużi l-SMEs fis-setturi kollha, inkluż is-settur pubbliku, l-ekonomija soċjali u ċ-ċittadini nfushom – ikunu involuti; mhux biss ftit oqsma ta’ teknoloġija avvanzata, iżda r-reġjuni kollha fl-Ewropa u kull Stat Membru għandhom ikunu involuti, billi kull wieħed jiffoka fuq il-ħiliet tiegħu nnifsu (“l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti”) fi ħdan l-Ewropa;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara ‘l-kondizzjonalità makroekonomika’ msemmija fid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-politika reġjonali tal-Unjoni, li, jekk ma tiġix implimentata kif xieraq, tista’ twassal għall-impożizzjoni sanzjonijiet ta’ ħsara u inutli fuq benefiċjarji potenzjali taħt il-politika reġjonali, jiġifieri, l-impriżi u ċ-ċittadini tal-UE;

10. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina r-regoli dwar l-akkwist pubbliku bil-għan li dawn jinġiebu f’konformità mal-għanijiet u l-politiki tal-UE, li l-proċeduri jsiru aktar sempliċi, b’mod partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali ż-żgħar, u li l-SMEs jingħataw aċċess aħjar għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;

11. Jisħaq li s-servizzi huma sors uniku ta’ żvilupp għas-suq uniku; jenfasizza li d-Direttiva tas-Servizzi hija pass importanti lejn suq uniku veru għas-servizzi, u li l-proċess ta’ traspożizzjoni għandu jsir mill-aktar fis possibbli u b’mod trasparenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-Istati Membri kollha li qed jesperjenzaw problemi jew dewmien biex jimplimentawha; jenfasizza, partikularment, il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm aċċess ekwitabbli mil-lat soċjali u reġjonali għas-servizzi ta’ interess ġenerali billi jiġu sfruttati bis-sħiħ il-possibilitajiet offruti mit-Trattat ta’ Lisbona, filwaqt li jitqiesu kif xieraq s-sussidjarjetà u d-dritt għall-awtogovernanza tal-awtoritajiet reġjonali u lokali;

12. Jenfasizza li s-suq uniku jeħtieġ politika reġjonali li tkun iffinanzjata adegwatament għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2013 u li l-baġit tagħha m’għandu għall-ebda raġuni jkun anqas minn dak tal-perjodu attwali 2007-2013;

13. Jenfasizza l-potenzjal tar-reġjuni tal-UE li jaqdu r-rwol importanti tagħhom li jgħinu fl-isforz tal-Kummissjoni biex jinħoloq Suq Uniku diġitali; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li għandha tingħata lill-użu tal-fondi disponibbli għar-reġjuni tal-UE sabiex jingħeleb in-nuqqas ta’ żvilupp tagħhom fl-oqsma tal-kummerċ u s-servizzi elettroniċi, li jistgħu jservu bħala sors siewi għat-tkabbir futur fir-reġjuni;

Suq Uniku għall-Ewropej

14. Huwa tal-opinjoni li l-kooperazzjoni territorjali (inkluż ir-Raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) u l-istrateġiji makroreġjonali) tagħti kontribut deċiżiv għat-tneħħija ta’ fruntieri interni viżibbli u inviżibbli fis-suq uniku u biex dak is-suq jiġi żviluppat aktar, fost affarijiet oħra, billi jintuża l-potenzjal sħiħ tar-raggruppamenti transkonfinali kompetittivi; jinsisti fuq l-importanza tal-konsolidament ta' dan l-Objettiv rigward il-politika ta' koeżjoni, u jitlob, f'dan ir-rigward, sabiex il-baġit ta’ wara l-2013 għall-kooperazzjoni territorjali jiżdied sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni fuq ħafna livelli bejn il-fruntieri nazzjonali, biex jiġi żviluppat l-iżvilupp koeżiv tar-reġjuni transkonfinali u, b'mod aktar ġenerali, biex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tal-kooperazzjoni territorjali; iħeġġeġ is-simplifikazzjoni tal-aċċess għall-fondi Ewropej fil-qafas tal-kooperazzjoni territorjali sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni permezz, fost l-oħrajn, tal-atturi privati;

15. Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi kkunsidrata, fil-qafas tal-politiki integrati tal-UE, is-sitwazzjoni tar-reġjuni b’karatteristiċi territorjali speċifiċi, partikolarment ir-reġjuni periferiċi kif definit fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex dawk ir-reġjuni u l-impriżi, il-forza tax-xogħol u ċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jidħlu verament fis-suq intern tal-UE biex tassew ikunu jistgħu igawdu l-benefiċċji tiegħu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issegwi u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawn ir-reġjuni; ifakkar fil-ħtieġa li jitwaqqaf Pjan ta’ Viċinat Kbir Ewropew, imsemmi mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha COM(2004)0343 flimkien mal-integrazzjoni fis-suq uniku; jitlob fl-aħħar nett li l-proposti tal-kapitolu “Insaħħu s-solidarjetа fis-suq uniku” jiġu elaborati u jissaħħu u, b’mod partikolari, li jiġi kkunsidrat l-impatt tas-suq uniku fir-reġjuni l-iktar żvantaġġati sabiex jiġu antiċipati u appoġġjati l-isforzi ta’ adattament ta’ dawn ir-reġjuni;

16. Jilqa’ l-ħolqien propost għal Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej u josserva l-wegħda tal-Kummissjoni biex sal-aħħar tal-2011 tippreżenta regolament; jitlob li jinħoloq Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej sabiex jiġu ffaċilitati inizjattivi bejn il-fruntieri u sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ċittadinanza tal-UE lil hinn mill-fruntieri;

Governanza u sħubija fis-suq uniku

17. Japprezza l-approċċ tal-Kummissjoni għal governanza f'diversi livelli u l-isforzi akbar tagħha biex tinkludi l-pubbliku ġenerali fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni; jenfasizza li dan l-approċċ għandu jkun applikat kif xieraq fil-politiki kollha ta’ kompetenza kondiviża tal-Unjoni, inkluża l-politika ta’ koeżjoni; ifakkar li dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ġenwina fit-teħid tad-deċiżjonijiet minn parteċipanti politiċi u ekonomiċi reġjonali u lokali; jenfasizza li f’dawn il-konsultazzjonijiet għandu jitqies sew l-irwol partikolari l-ġdid tal-gvernijiet lokali u reġjonali peress li huma li jimplimentaw ir-regoli tal-UE; jinsisti fuq il-ħtieġa li jkun hemm aktar involviment min-naħa tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-bini tas-suq uniku, f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u s-sħubija, fl-istadji kollha tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jipproponi, sabiex jiġi enfasizzat dan l-approċċ deċentralizzat, t-twaqqif ta’ ‘Patt Territorjali tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali dwar l-Istrateġija tal-Ewropa 2020’ f’kull Stat Membru biex tinħoloq żieda qawwija fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2020 tal-UE; iqis fl-aħħar nett li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiġu involuti fl-iżvilupp u t-tkabbir tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern wara evalwazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċji u l-problemi li tali tkabbir tas-sistema jista' jikkawża;

18. Japprezza r-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-involviment tal-atturi lokali u reġjonali fid-dibattitu dwar l-Att dwar is-Suq Uniku; jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tinvolvi lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, u taħdem magħhom mill-qrib biex jiġu mmonitorjati kontinwament il-potenzjal u l-konsegwenzi attwali għar-reġjuni tat-tisħiħ tas-suq uniku; jilqa’, għaldaqstant, l-idea ta’ forum ta’ suq uniku.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Jean-Paul Besset, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Karin Kadenbach, Andrey Kovatchev, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Patrice Tirolien, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanimir Ilchev


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (1.3.2011)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir

(2010/2277(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Piotr Borys

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Minħabba li l-Kunsill naqas li jasal għal deċiżjoni unanima dwar l-arranġament tat-traduzzjoni għall-privattivi tal-UE, jilqa' b’sodisfazzjon it-talba magħmula minn diversi Stati Membri għall-awtorizzazzjoni għal kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni unitarja tal-privattivi, li jippermetti lill-Istati Membri parteċipanti jistabbilixxu privattiva li tkun valida fil-pajjiżi kollha li qed jipparteċipaw; jistieden lill-Istati Membri kollha jingħaqdu fil-kooperazzjoni msaħħa; iħeġġeġ adozzjoni u implimentazzjoni ta’ malajr biex tiġi appoġġata l-innovazzjoni u tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea fuq skala globali;

2.  Jenfasizza t-talbiet li saru fir-rapport Mario Monti u fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzar tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (rapport Louis Grech), għal approċċ aktar ħolistiku lejn is-suq intern, f’dawk li huma kemm strateġija u kemm perċezzjoni, bil-ħsieb li nagħmluh aktar effettiv u terġa’ tinkiseb il-fiduċja tal-pubbliku; jissottolinja l-importanza tal-inizjattiva ta' proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-‘Att tas-Suq Uniku’ biex is-suq intern jissaħħaħ u jiġi aġġornat, jitkompla għalkollox is-suq intern diġitali u jiġu indirizzati u megħluba l-ostakli li fadal;

3. Jaqbel mal-lista ta’ miżuri identifikati mill-Kummissjoni biex jippromwovu u jipproteġu l-kreattività, u jistieden lill-Kummissjoni ma tkomplix ittawwal iżjed biex tippreżenta l-proposti għal miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi f’dan il-qasam, bil-għajnuna ta' valutazzjoni tal-impatt iddettaljat, b’mod partikolari d-direttiva ta’ qafas dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-dritt tal-awtur u tax-xogħlijiet orfni; hu tal-fehma li r-reviżjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni tat-"trademarks" tal-UE għandha tiġi inkluża f’dik il-lista;

4. Jenfasizza l-ħtieġa li l-qafas leġiżlattiv tal-UE fil-qasam tad-dritt tal-awtur jiġi adattat għall-ubikwità tad-dinja tal-Internet, filwaqt li jiġu żgurati l-protezzjoni tad-dritt tal-awtur, iċ-ċertezza legali u r-remunerazzjoni ġusta tad-detenturi tad-drittijiet kemm għall-użu mhux fuq l-Internet u kemm għall-użu fuq l-Internet; jirrimarka li proċess ta' liċenzjar aktar effiċjenti u li jkun jiswa inqas flus permezz ta' pjattaformi teknoloġiċi interoperabbli huwa kwistjoni ewlenija għall-ħolqien ta’ suq diġitali uniku;

5.  Jinnnota li wieħed mill-vantaġġi l-kbar tas-suq intern kien it-tneħħija tal-ostakli għall-mobilità u l-armonizzazzjoni tar-regolamenti istituzzjonali, filwaqt li rawwem il-fehim kulturali, l-integrazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u s-solidarjetà Ewropea;

6.  Jitlob li l-Kummissjoni toħroġ proposti biex jiġu riveduti d-Direttivi tal-Kontabilità bil-għan li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda għalja u ineffiċjenti, b’mod partikolari għall-SMEs, ħalli l-kompetittività tagħhom u l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom ikunu jistgħu jiġu sfruttati b’mod aktar effikaċi;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li r-reġistri tan-negozji tas-27 Stat Membru jiġu interkonnessi permezz ta’ punt ta’ aċċess uniku u li d-data kkonċernata tkun affidabbli, miżmuma aġġornata u pprovduta f’format standard u bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Jinnota li trasparenza akbar fis-suq intern tista' twassal għal aktar investiment transkonfinali; jinsab konvint li jinħtieġ aċċess itjeb u eħfef għall-informazzjoni biex jiġu mgħejuna l-intrapriżi żgħar u medji, li huma element ewlieni fis-sinsla tal-ekonomija Ewropea u l-mutur ewlieni biex jinħolqu l-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali fl-Ewropa, peress li jgħin biex jitħaffu l-piżijiet amministrattivi ta' intrapriżi bħal dawn;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi neċessarji biex tintroduċi proposti għal statuti Ewropej għall-assoċjazzjonijiet, is-soċjetajiet mutwi u l-fondazzjonijiet, tipproponi studju tal-fattibilità u valutazzjoni tal-impatt għall-istatut għall-fondazzjonijiet meta jasal il-waqt;

9.  Iwissi kontra n-nozzjoni li l-ekonomija Ewropea tista' b'xi mod tiżviluppa u tikber mingħajr kummerċ ħieles u ġust ma' għadd kbir kemm jista' jkun ta’ pajjiżi oħra fid-dinja, inklużi s-sieħba ewlenija tagħna fil-kummerċ, l-Istati Uniti tal-Amerika, u l-ekonomiji emerġenti bħalma huma ċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil; iqis li l-Unjoni Ewropea għandha toqgħod ukoll fuq is-saħħiet tagħha stess billi tutilizza aħjar is-suq intern tagħha, iktar u iktar minħabba li l-volum il-kbir tat-tkabbir tagħha huwa marbut ukoll mad-domanda domestika;

10. Jirrimarka li suq uniku mġedded għandu jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nies li għandhom diżabbiltà u juża l-potenzjal tagħhom biex jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tieħu iktar azzjonijiet biex taġevola l-aċċess tagħhom għas-suq kemm bħala impjegati u kemm bħala konsumaturi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Sajjad Karim, Eva Lichtenberger, Toine Manders


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

13

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Kurt Lechner, Hans-Peter Mayer, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Eva-Britt Svensson, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Canfin, Ashley Fox, María Irigoyen Pérez, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Konstantinos Poupakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Ivo Strejček

Avviż legali - Politika tal-privatezza