RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-ambitu tar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro

22.3.2011 - (17787/2010 – C7‑0025/2010 – 2010/0206(APP)) - ***

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Sophie Auconie

Proċedura : 2010/0206(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0077/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-ambitu tar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro

(17787/2010 – C7‑0025/2010 – 2010/0206(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill (17787/2010),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0025/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0077/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Għan tal-proposta għal regolament:

L-għan ta' dan ir-regolament jikkonsisti fl-estensjoni tal-ambitu tal-Proposta għal Regolament fuq it-trasportazzjoni transkonfinali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro (proposta prinċipali) għat-territorju tal-Istati Membri li ser jintroduċu l-euro, peress li ġeneralment ikun hemm bżonn ikbar għal trasportazzjoni tal-euro fi flus kontanti fil-perjodu qabel il-bidla għal din il-munita.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur, li teżerċita wkoll il-funzjoni ta' rapporteur għall-proposta prinċipali, tilqa' b'mod favorevoli din l-estensjoni tal-ambitu. Hija tenfasizza li l-bażi legali hija dik tal-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jfisser li l-Parlament Ewropew għandu biss setgħa ta' approvazzjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Íñigo Méndez de Vigo, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Marianne Thyssen, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Elena Băsescu, Saïd El Khadraoui, Danuta Jazłowiecka, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Sirpa Pietikäinen, Catherine Stihler