RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/68/KE rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà

29.3.2011 - (COM(2010)0362 – C7‑0171/2010 – 2010/0195(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Sirpa Pietikäinen


Proċedura : 2010/0195(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0080/2011
Testi mressqa :
A7-0080/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/68/KE rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà

(COM(2010)0362 – C7‑0171/2010 – 2010/0195(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0362),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0171/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' Diċembru 2010[1],         

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0080/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Id-Direttiva 97/68/KE9 tikkonċerna emissjonijiet tal-egżost minn magni installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq. Bħalissa l-limiti ta' emissjonijiet applikabbli fl-approvazzjoni tat-tip tal-maġġoranza tal-magni tal-tkebbis bil-kompressjoni skont l-Istadju IIIA jridu jinbidlu b'limiti aktar stretti skont l-Istadju IIIB. Dawk il-limiti japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għal dawk il-magni u mill-1 ta’ Jannar 2011 fir-rigward tal-introduzzjoni fis-suq.

(1) Id-Direttiva 97/68/KE9 tikkonċerna emissjonijiet tal-egżost u limiti ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja minn magni installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq waqt li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Bħalissa l-limiti ta' emissjonijiet applikabbli fl-approvazzjoni tat-tip tal-maġġoranza tal-magni tal-tkebbis bil-kompressjoni skont l-Istadju IIIA jridu jinbidlu b'limiti aktar stretti skont l-Istadju IIIB. Dawk il-limiti japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għal dawk il-magni u mill-1 ta’ Jannar 2011 fir-rigward tal-introduzzjoni fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/68/KE, li għandha l-għan tal-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-istandards tal-emissjoni u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għal magni li se jkunu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq u għandha tikkontribwixxi għal funzjoni tas-suq intern mingħajr xkiel, waqt li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ir-reviżjoni tad-Direttiva 97/68/KE qed titħejja bħalissa mill-Kummissjoni, b’konformità mar-rakkomandazzjonjiet speċifkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva riveduta hija konformi mal-istandards tal-UE għal kwalità tal-arja tajba, u fid-dawl tal-esperjenzi, tas-sejbiet xjentifiċi u tat-teknoloġiji disponibbli, il-Kummissjoni għandha, fir-reviżjoni li ġejja tad-Direttiva 97/68/KE, suġġetti għall-valutazzjoni tal-impatt:

 

- tipproponi l-istabbiliment ta’ stadju ġdid għall-emissjonijiet – l-Istadju V – li għandu jinġab f’konformità mar-rekwiżiti Euro VI għall-vetturi heavy duty;

 

- tindroduċi rekwiżiti ġodda għat-tnaqqis tal-materja partikulata, b’mod partikolari limitu għall-għadd ta’ partiċelli (PN) li japplika għall-kategoriji kollha ta’ magni sabiex ikun żgurat tnaqqis effettiv tal-partiċelli fini ħafna;

 

- tiddefinixxi approċċ komprensiv għall-promozzjoni tad-dispożizzjonijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ul-promozzjoni tal-modifika tas-sistemi għat-trattament ta’ wara fil-flotta eżistenti tal-NRMM fuq il-bażi ta’ diskussjonijiet, dwar rekwiżiti armonizzati għat-tagħmir modifikat għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet li attwalment jinsabu taħt l-awspiċji tan-NU/KEE. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħmlu miżuri, skont l-aktar żviluppi reċenti tat-teknoloġija, għall-użu ta’ dawk il-magni qabel l-istabbiliment ta’ dan l-approċċ komprensiv għar-raġuni tas-sikurezza tal-ħaddiema u f’żoni sensittivi fejn qed jinqabżu l-limiti ta’ emissjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa¹, sakemm dawn il-miżuri jkunu bi qbil mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, mhux diskriminatorji, u mmirati sew.

 

- tintroduċi metodu li jipprevedi l-ittestjar perjodiku ta’ tagħmir mobbli u vetturi biex jiġi stabbilit jekk l-imġiba tal-emissjonijiet tagħhom tikkonformax mal-valuri mogħtija fil-ħin tar-reġistrazzjoni;

 

- tfittex il-possibbiltà li tarmonizza l-istandards speċifiċi tal-emissjonijiet għall-ferroviji mal-istandards EPA tal-Amerika ta' Fuq biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' magni bi prezzijiet raġonevoli li jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati.

 

____________________

1 ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.

Emenda  3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) It-tranżizzjoni għall-Istadju IIIB tinvolvi bidla fit-teknoloġija li teħtieġ spejjeż sinifikattivi tal-implimentazzjoni għat-tfassil mill-ġdid tal-magni u għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi avvanzati. It-tranżizzjoni sseħħ fl-istess ħin meta l-industrija tiffaċċja diffikultajiet ekonomiċi severi.

(2) It-tranżizzjoni għall-Istadju IIIB tinvolvi bidla fit-teknoloġija li teħtieġ spejjeż sinifikattivi tal-implimentazzjoni għat-tfassil mill-ġdid tal-magni u għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi avvanzati. Il-manufatturi żgħar u ta' daqs medju jafu jkollhom diffikultà jġarrbu dawn l-ispejjeż, minħabba li għandhom spejjeż ta' konformità relattivament ogħla.

 

L-ebda kriżi finanzjarja u ekonomika ma tista’ sservi ta’ ġustifikazzjoni għat-tbenġil tal-istandards ambjentali. L-investimenti fit-teknoloġiji li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent huma importanti għall-promozzjoni ta’ tkabbir futur, l-impjiegi u s-sikurezza tas-saħħa.

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Matul it-tranżizzjoni mill-Istadju IIIA sal-Istadju IIIB, il-perċentwali tan-numru ta' magni użati għall-applikazzjoni barra mill-propulsjoni ta’ vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà, għandha tiżdied mill-20 % għall-50 % tal-bejgħ annwali tal-manifatturi tat-tagħmir b'magni f'dik il-kategorija. In-numru massimu ta' magni li jistgħu jkunu introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà għandu jkun addatta kif xieraq.

(5) Matul l-Istadju IIIB, il-perċentwali tan-numru ta magni użati għall-applikazzjoni barra mill-propulsjoni ta’ vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji, lokomottivi u braken tal-kanali interni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà għandha tiżdied mill-20 % għat-30% tal-kwantità annwali tat-tagħmir bmagni introdott fis-suq mill-manifattur fdik il-kategorija.

 

Alternattiva mhux obbligatorja biex jitqiegħed numru fiss ta' magni fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà għandha tkun disponibbli. Dak in-numru fiss ta’ magni m’għandux jaqbeż il-valuri tas-sezzjoni 1.2.2. tal-Anness XIII.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-regoli applikabbli għall-iskema tal-flessibbiltà għandhom ikunu addattati biex jestendu l-applikazzjoni ta' dik l-iskema f'magni għall-użu propulsjoni ta’ vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi.

(6) Ir-regoli applikabbli għall-iskema tal-flessibbiltà għandhom ikunu addattati biex jestendu l-applikazzjoni ta dik l-iskema fmagni għall-użu propulsjoni ta’ lokomottivi għal perjodu ta’ żmien strettament limitat.

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) It-titjib tal-kwalità tal-arja huwa bżonn urġenti f’ħafna Stati Membri li jitlob azzjoni aktar deċiżiva f’xi wħud minnhom sabiex jinġabu konformi mad-Direttiva 2008/50/KE. It-trattament tal-emissjonijiet fis-sors stess huwa essenzjonali għall-ilħuq ta’ dawn il-miri, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-settur tal-NRMM;

Emenda  7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-intrapriżi li joperaw magni li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva għandhom jibbenefikaw minn programmi Ewropej ta’ appoġġ finanzjarju jew minn programmi rispettivi ta’ appoġġ ipprovduti mill-Istati Membri. Għandha titqies il-ħtieġa li l-benefiċjarji ta’ dawn il-programmi japplikaw l-aħjar teknoloġiji disponibbli tal-fergħat tagħhom. Għandhom jiġu appoġġati biss dawk l-impriżi li jagħmlu użu mit-teknoloġiji bl-aħjar standards ta' emissjonijiet.

Emenda  8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-miżuri previsti fid-Direttiva jirriflettu diffikultà ffaċċjata mis-settur tal-manifattura. Għalhekk għandhom ikunu ristretti għat-tranżizzjoni mill-Istadju IIIA għall-Istadju IIIB u jiskadu sal-31 ta' Diċembru 2013 l-aktar tard.

(7) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva jirriflettu diffikultà ffaċċjata mis-settur tal-manifattura, li tirriżulta fl-ebda adattament permanenti, u b’hekk, dawn għandhom ikunu ristretti għall-perjodu ta’ żmien tal-Istadju IIIB jew għal 3 snin fejn ma jeżisti l-ebda Stadju sussegwenti.

Emenda  9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 97/68/KE

Artikolu 2 – inċiż ġdid

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Fl-Artikolu 2, l-inċiż li ġej huwa miżjud:

 

– sistema ta’ trattament posterjuri tal-emissjonijiet tal-egżost għat-tnaqqis tal-partiċelli għandha tfisser tagħmir u sistemi ta’ filtri li jaqbdu mill-inqas 90% tal-partiċelli u jissodisfaw kriterju kwantitattiv ta’ 1012 kWh,

Ġustifikazzjoni

Fid-Direttiva 97/68/KE l-apparat ta’ trattament posterjuri tal-emissjonijiet tal-egżost għat-tnaqqis tal-partiċelli mhux qed jiġi ddefinit preċiżament skont l-aktar żviluppi teknoloġiċi reċenti. Ilhom snin, però, huma obbligatorji għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema (obbligu assolut ta’ minimizzazzjoni tal-emissjonijiet karċinoġeniċi tad-diżil) sistemi li jiffiltraw il-partiċelli tad-diżil emessi mill-magni (tal-bini) fil-minjieri ta’ taħt l-art. In-nuqqas ta’ definizzjoni ċara skont il-liġi tal-UE jwassal għal diffikultajiet fl-interpretazzjoni mill-awtoritajiet u l-manifatturi.

Emenda  10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 97/68/KE

Artikolu 4 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Magni tat-tkebbis bil-kompressjoni għall-użu apparti milli tal-propulsjoni tal-braken tal-kanali interni jistgħu jitqiegħdu fis-suq permezz ta' skema flessibbli skont il-proċedura msemmija fl-Anness XIII b'żieda mal-paragrafi minn 1 sa 5.

(6) Magni tat-tkebbis bil-kompressjoni għall-użu apparti milli tal-propulsjoni tal-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u tal-braken tal-kanali interni jistgħu jitqiegħdu fis-suq permezz ta' skema flessibbli skont il-proċedura msemmija fl-Anness XIII b'żieda mal-paragrafi minn 1 sa 5.

Ġustifikazzjoni

Diġà jeżistu vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u jikkonformaw mal-Istadju IIIB, u nstabu soluzzjonijiet għall-magni. Il-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji fil-parti l-kbira tagħhom “jissellfu” magni minn vetturi ta’ strapazz, li għalihom jeżistu soluzzjonijiet IIIB. Għaldaqstant, ikun xieraq li l-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji jitħallew barra mill-iskema tal-flessibbiltà kif stipulata fid-Direttiva 2004/26/KE.

Emenda  11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid)

Id-Direttiva 97/68/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Fil-paragrafu 1a, it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

 

(-ab) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

 

"1b. Magna ta' sostituzzjoni li għandha tiġi installata fil-vagun tal-ferrovija jew lokomottivi oriġinarjament mgħammra b'magna li ma tilħaqx il-limiti tal-Istadju III A jew li tilħaq biss il-limiti tal-Istadju III A, għandha, bħala minimu, tkun konformi mal-valuri tal-limiti ddefiniti fl-Istadju III A, fejn:

 

i) l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Istadju IIIB toħloq diffikultajiet tekniċi importanti rigward il-wisa’, it-tagħbija fuq il-fus, id-disinn tal-bodi/xasi jew is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-magna/magni għall-operat multiplu u, b’konsegwenza ta’ dan, tikkomprometti l-vijablità ekonomika tal-proġett; jew

 

ii) ma hemm l-ebda magna tal-Istadju III B li tista’ tiġi installata f’tali vettura li timxi fuq linji tal-ferroviji jew lokomottiva disponibbli;

 

Għal dawn il-magni ma japplikawx il-punti (3g), (3i) u (4a) tal-Artikolu 9.

 

1c. Il-Paragrafu 1b għandu japplika għal 5 snin mid-data meta l-Istadju IIIB jsir applikabbli.

 

1d. Fil-każ tal-magni mqiegħda fis-suq skont il-paragrafi 1a u 1b, il-kliem ‘MAGNA TA’ SKAMBJU’ għandu jidher f’tikketta imwaħħla mal-magna jew jiddaħħal fil-manwal tas-sid.

 

1e. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-iżvilupp ta’ lokomottivi konformi mal-limiti tal-Istadju III B.”

Emenda  12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt -a c (ġdid)

Direttiva 97/68/KE

Artikolu 10 - paragrafi 1d u e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ac) Il-paragrafi li ġejjin huma inseriti:

 

"1d. B’deroga, l-Stati Membri jistgħu jappruvaw il-produzzjoni u l-armar ta’ magni ta’ skambju mhux konformi mar-rekwiżiti tal-Istadju IIIA fil-każijiet li ġejjin:

 

(i) għat-tiġdid jew it-titjib ta’ magna li timxi fuq linji tal-ferroviji, trainset jew lokomottiva eżistenti meta l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Istadju IIIA toħloq diffikultajiet tekniċi importanti rigward il-wisa’, it-tagħbija fuq il-fus, id-disinn tal-bodi/xasi jew is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-magna/magni għall-operat multiplu u, b’konsegwenza ta’ dan, tikkomprometti l-vijablità ekonomika tal-proġett; bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni tkun akkumpanjata minn stima tal-impatt li tipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti għad-deroga u tipprova li l-livelli ġenerali tal-emissjonijiet meta mqabbla mal-magni oriġinali se jitjiebu.

 

(ii) fejn wara inċident b’magna li timxi fuq linji tal-ferroviji, trainset jew lokomottiva jew difett diżastruż tal-magna/magni tagħha, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Istadju IIIA toħloq diffikultajiet tekniċi importanti u, b’konsegwenza ta’ dan, tikkomprometti t-tiswija ekonomikament vijabbli tal-vettura, it-trainset jew il-lokomottiva li tkun ġarrbet il-ħsara. Għall-magni koperti minn dan il-paragrafu ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 (3g), (3i) u (4a). Meta tingħata deroga, l-Istat Membru li jagħtiha għandu, fi żmien sitt xhur, jipprovdi kemm lill-Kummissjoni u kemm lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn dokument maħruġ kemm f’għamla ta’ karta u kemm f’format elettroniku bid-dettalji li ġejjin:

 

— in-numru ta’ referenza uniku tad-deroga kif jidher fit-tikketta mwaħħla ma’ kull magna li għaliha tirreferi,

 

— in-natura tad-deroga, inkluża d-deskrizzjoni tal-livelli ta' emissjoni meta mqabbel mal-limiti tal-Istadju IIIA u dettalji tad-dispożizzjonijiet alternattivi li se jiġu applikati,

 

— ġustifikazzjoni dettaljata għall-għoti tad-deroga, inklużi d-diffikultajiet tekniċi ewlenin, bil-konsegwenzi ambjentali u ekonomiċi, u deskrizzjoni tal-isforzi li saru fid-disinn sabiex ikun simili għar-rekwiżiti tal-Istadju III A, u jekk ikun hemm il-ħtieġa, evoluzzjoni probabbli tal-flotta u miżuri operattivi,

 

— l-għadd ta’ magni suġġetti għad-deroga, — id-dettalji tal-manifattur u tat-tipi u n-numri tas-serje tal-magni suġġetti għad-deroga,

 

— id-dettalji tas-serje ta’ vetturi tal-ferrovija li fihom se jiġu integrati l-magni flimkien maż-żoni tal-operat tagħhom,

 

— kwalunkwe informazzjoni oħra utli biex tiġġustifika t-talba għal deroga

 

1e. Fil-każ tal-magni mqiegħda fis-suq skont il-punti 1a, 1b u 1c, il-kliem ‘MAGNA TA’ SKAMBJU’ għandu jidher f’tikketta imwaħħla mal-magna jew jiddaħħal fil-manwal tas-sid.”

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-ispazju disponibbli fil-maġġoranza tal-vetturi aktar antiki mhuwiex biżżejjed biex jinkludi magni konformi ma’ Stadju III B tal-istess forza, il-possibbiltà tas-sostituzzjoni ta’ magni ta’ qabel l-Istadju III A u l-Istadju III A li ġew installati f’vetturi antiki li kellhom magni konformi ma’ Stadju III A se tippermetti l-industrija sabiex timxi 'l quddiem lejn l-istandards tal-emissjonijiet aktar nodfa tal-Istadju III A. Fi ftit każijiet, id-derogi għall-installazzjoni ta' magni tal-Istadju IIIA se tkun meħtieġa wkoll minħabba l-limiti tal-wisa' bejn il-binarji, it-tagħbija fuq il-fus u d-disinn tal-vetturi. L-industrija taqbel li kwalunkwe tali deroga għandha ssir taħt kontrolli u limiti rigorużi ħafna u b'ġustifikazzjonijiet dettaljati.

Emenda  13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt a

Id-Direttiva 97/68/KE

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-magni, kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness I taħt A(i), A(ii), A(iv) u A(v), skont l-iskema tal-flessibbiltà bi qbil mad-dispożizzjonijiet fl-Anness XIII.

(7) L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-magni, kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness I taħt A(i), A(ii) u A(v), skont l-iskema tal-flessibbiltà bi qbil mad-dispożizzjonijiet fl-Anness XIII.

 

Il-magni jistgħu jitqiegħdu fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà mid-data meta l-Istadju IIIB isir applikabbli sa tmiem dak l-istadju, għal mhux aktar però minn tliet snin mill-bidu ta’ dak l-Istadju.

Emenda  14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 97/68/KE

Artikolu 10 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

imħassar

‘(8) L-iskema tal-flessibbiltà, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1.2 tal-Anness XIII, għandha tapplika biss għat-tranżizzjoni mill-Istadju IIIA għall-Istadju IIIB u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.’

 

Emenda  15

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Id-Direttiva 97/68/KE

Anness XIII ­– sezzjoni 1 – punt 1.1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.1. Bl-eċċezzjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-Istadju IIIA u l-Istadju IIIB, OEM li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà għandhom jitolbu permess minn kwalunkwe awtorità biex jixtri mill-fornituri tal-magni tiegħu, il-kwantitajiet tal-magni fit-Taqsimiet 1.1.1. u 1.1.2., li ma jikkonformawx mill-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet kurrenti iżda approvati sal-istadju preċedenti l-aktar qrib tal-limiti tal-emissjonijiet.

1.1. OEM li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà, bl-eċċezzjoni tal-magni għall-propulsjoni tal-lokomottivi u l-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji, għandhom jitolbu permess minn kwalunkwe awtorità biex il-manifatturi tal-magni tal-OEM iqiegħdu fis-suq magni intiżi għall-użu esklussiv tal-OEM. Bl-eċċezzjoni tal-Istadju IIIB, il-kwantitajiet tal-magni m’għandhomx jaqbżu dawk deskritti fit-Taqsimiet 1.1.1. u 1.1.2. li ma jikkonformawx mill-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet kurrenti iżda approvati sal-istadju preċedenti l-aktar qrib tal-limiti tal-emissjonijiet.

Emenda  16

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Id-Direttiva 97/68/KE

Anness XIII ­– sezzjoni 1 – punt 1.1.1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.1.1.  In-numru ta' magni introdotti fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà għandu, f'kull kategorija tal-magni, ma jaqbiżx l-20 % tal-bejgħ annwali tal-OEM tat-tagħmir b'magni f'dik il-kategorija ta' magni (ikkalkulati bħala medja tal-bejgħ tal-aħħar snin fis-suq tal-UE). Fejn OEM ikun daħħal tagħmir fis-suq tal-UE għal perjodu ta' inqas minn ħames snin il-medja li se tkun ikkalkulata tkun ibbażata fuq il-perjodu li fih l-OEM daħħal it-tagħmir fis-suq fl-UE.

In-numru ta magni introdotti fis-suq skont l-iskema ta flessibbiltà għandu, fkull kategorija tal-magni, ma jaqbiżx l-20 % tal-kwantità annwali tal-OEM tat-tagħmir bmagni mqiegħed fis-suq fdik il-kategorija ta magni (ikkalkulata bħala medja tal-aħħar ħames snin fis-suq tal-UE). Fejn OEM ikun daħħal tagħmir fis-suq tal-UE għal perjodu ta' inqas minn ħames snin il-medja għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi tal-perjodu li fih l-OEM ikun daħħal it-tagħmir fis-suq fl-UE.

Emenda  17

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Id-Direttiva 97/68/KE

Anness XIII ­– sezzjoni 1 – punt 1.1.2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bħala alternattiva ta' għażla għat-Taqsima 1.1.1 u bl-eċċezzjoni ta' magni għall-użu fil-propulsjoni ta' vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi, l-OEM jista' jitlob permess għall-fornituri tiegħu tal-magni biex jintroduċu fis-suq numru fiss ta' magni skont l-iskema tal-flessibbiltà. In-numru ta' magni f'kull kategorija ta' magni ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

1.1.2. Bħala alternattiva ta għażla għat-Taqsima 1.1.1 u bl-eċċezzjoni ta magni għall-użu fil-propulsjoni ta vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi, l-OEM jista jitlob permess għall-manifatturi tal-magni tal-OEM biex jintroduċu fis-suq numru fiss ta magni għall-użu esklussiv tal-OEM. In-numru ta' magni f'kull kategorija ta' magni ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Emenda  18

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Id-Direttiva 97/68/KE

Anness XIII – punt 1.2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2 Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-Istadju IIIA u l-Istadju IIIB, bl-eċċezzjoni ta' magni għall-użu fil-propulsjoni ta' vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi, l-OEM li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà għandu jitlob permess minn kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni biex jixtri mill-fornituri tal-magni tiegħu, il-kwantitajiet tal-magni fit-Taqsimiet 1.2.1. u 1.2.2., li ma jikkonformawx mill-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet kurrenti iżda approvati sal-istadju preċedenti l-aktar qrib tal-limiti tal-emissjonijiet.

1.2 B’deroga mill-punt 1.1., matul l-Istadju IIIB, iżda għal mhux aktar minn tliet snin mill-bidu tiegħu, bl-eċċezzjoni ta magni għall-użu fil-propulsjoni ta vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi, l-OEM li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà għandu jitlob permess minn kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni biex il-manifatturi tal-magni tiegħu jqiegħdu fis-suq magni intiżi għall-użu esklussiv tiegħu. Il-kwantitajiet tal-magni li ma jikkonformawx mill-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet kurrenti iżda approvati sal-istadju preċedenti l-aktar qrib tal-limiti tal-emissjonijiet m’għandhomx jaqbżu dawk deskritti f’Taqsimijiet 1.2.1. u 1.2.2.

Emenda  19

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Id-Direttiva 97/68/KE

Anness XIII – punt 1.2.1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2.1.  In-numru ta' magni introdotti fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà għandu, f'kull kategorija tal-magni, ma jaqbiżx il-50 % tal-bejgħ annwali tal-OEM tat-tagħmir b'magni f'dik il-kategorija ta' magni (ikkalkulati bħala medja tal-bejgħ tal-aħħar snin fis-suq tal-UE). Fejn OEM ikun daħħal tagħmir fis-suq tal-UE għal perjodu ta' inqas minn ħames snin il-medja li se tkun ikkalkulata tkun ibbażata fuq il-perjodu li fih l-OEM daħħal it-tagħmir fis-suq fl-UE.

1.2.1. In-numru ta magni introdotti fis-suq skont l-iskema ta flessibbiltà għandu, fkull kategorija tal-magni, ma jaqbiżx l-20 % tal-kwantità annwali tal-OEM tat-tagħmir bmagni mqiegħed fis-suq fdik il-kategorija ta magni (ikkalkulata bħala medja tal-aħħar ħames snin fis-suq tal-UE). F’każ li OEM ikun daħħal tagħmir fis-suq tal-UE għal perjodu ta' inqas minn ħames snin il-medja għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi tal-perjodu li fih l-OEM ikun daħħal it-tagħmir fis-suq fl-UE.

Emenda  20

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Id-Direttiva 97/68/KE

Anness XIII – punt 1.2.2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

1.2.2.  Bħala għażla alternattiva għat-Taqsima 1.2.1., l-OEM jista' jitlob permess għall-fornituri tal-magni tiegħu biex jintroduċu fis-suq numru fiss skont l-iskema ta' flessibbiltà. In-numru ta' magni f'kull kategorija ta' magni ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

1.2.2. Bħala għażla alternattiva għat-Taqsima 1.2.1., l-OEM jista jitlob permess għall-manifatturi tal-magni tiegħu biex jintroduċu fis-suq numru fiss għall-użu esklussiv tiegħu. In-numru ta' magni f'kull kategorija ta' magni ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Emenda  21

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Id-Direttiva 1997/68/KE

Anness XIII – punt 1.3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.3 Fir-rigward tal-magni għall-użu fil-propulsjoni ta' vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji, l-iskema tal-flessibbiltà kif definita fit-Taqsima 1.1.1. għandha tapplika mill-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-Istadju IIIA u l-Istadju IIIB.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Diġà jeżistu vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u jikkonformaw mal-Istadju IIIB, u nstabu soluzzjonijiet għall-magni. Il-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji fil-parti l-kbira tagħhom “jissellfu” magni minn vetturi ta’ strapazz, li għalihom jeżistu soluzzjonijiet IIIB. B’hekk, il-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji għandhom jitħallew barra mill-iskema tal-flessibbiltà, kif ġie leġiżlat fid-Direttiva 2004/26/KE.

Emenda  22

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Id-Direttiva 97/68/KE

Anness XIII – punt 1.4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.4      Fir-rigward tal-magni għall-użu fil-propulsjoni ta' lokomottivi, matul il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-Istadju IIIA u l-Istadju IIIB l-OEM jista' jitlob permess għall-fornituri tal-magni tiegħu biex jintroduċu fis-suq massimu ta' 12-il magna għall-użu tal-propulsjoni tal-lokomottivi skont l-iskema ta' flessibbiltà.

Fir-rigward tal-magni għall-użu fil-propulsjoni ta' lokomottivi, matul il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-Istadju IIIA u l-Istadju IIIB l-OEM jista' jitlob permess għall-fornituri tal-magni tiegħu biex jintroduċu fis-suq massimu ta' 20 magna għall-użu tal-propulsjoni tal-lokomottivi skont l-iskema ta' flessibbiltà. L-OEM jista’ wkoll jitlob permess għall-fornituri tal-magni tiegħu biex jintroduċu fis-suq ammont addizzjonali ta’ mhux aktar minn 10 magni bil-għan li jiġu installati f’lokomottivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ wisa’ tal-istruttura kif stabbiliti fl-istandard GERT 8073, numru 2, speċifikati fir-Regoli Tekniċi Nazzjonali nnotifikati b’konformità mal-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema tal-linji ferrovjarji fil-Komunità¹.

 

Din il-flessibbiltà għandha tapplika biss meta jkun hemm bażi teknika għaliex ma tkunx tista’ tikkonforma mal-limiti tal-Istadju III B.

 

____________________

1 ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

Emenda  23

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Id-Direttiva 97/68/KE

Anness XIII – sezzjoni 1 – punt 1.5. – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.5. L-OEM għandu jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu lill-awtorità tal-approvazzjoni l-informazzjoni li ġejja:

1.5. L-OEM għandu jinkludi fl-applikazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Anness

Id-Direttiva 97/68/KE

Anness XIII ­– sezzjoni 1 – punt 1.7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.7. L-OEM għandu jipprovdi lil kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fl-Istati Membri li tagħmel talba, b’kull informazzjoni li dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun teħtieġ sabiex tikkonferma li kwalunkwe magna meqjusa li hija, jew li hija ttikkettjata li hija, bħala li tpoġġiet fis-suq skont skema ta’ flessibbiltà tkun iddikjarata jew ttikkettjata b’dan il-mod b’mod xieraq.

1.7. L-OEM għandu jipprovdi lil kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fl-Istati Membri li tagħmel talba, b’kull informazzjoni li dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun teħtieġ sabiex tivverifika u tikkonferma li kwalunkwe magna meqjusa li hija, jew li hija ttikkettjata li hija, bħala li tpoġġiet fis-suq skont skema ta’ flessibbiltà tkun iddikjarata jew ttikkettjata b’dan il-mod b’mod xieraq.

  • [1]  ĠU C... Għadha mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

L-emissjonijiet tal-egżost massimi tal-ossidu tal-karbonju (CO), l-idrokarburi (HC), l-ossidji tan-nitroġenu (NOx) u l-partikolati (PM) minn magni tad-diżil installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq huma rregolati fid-Direttiva 97/68/KE. Ir-reviżjoni 2004 tad-Direttiva (2004/26/KE) introduċiet il-limiti ta' emissjonijiet attwali tal-IIIA, u waqqfet il-valuri tal-iskadenzi u tal-limiti għall-istadju li ġej tal-IIIB. L-applikazzjoni ta’ dawn il-limiti aktar riġidi se tibda b’mod progressiv minn Jannar 2011 'il quddiem, skont il-kategorija tas-saħħa tal-magna. Makkinarju kopert mid-direttiva jinkludi tipi varji ta’ makkinarju bbażat fuq l-art intenzjonat għal per eżempju l-kostruzzjoni, il-forestrija u l-agrikoltura. Id-direttiva tapplika wkoll għal-lokomottivi, il-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u braken tal-kanali interni.

Id-direttiva tkopri varjetà kbira ta’ produtturi tal-makkinarju (bejn wieħed u ieħor 1500 kumpanija), li ħafna minnhom ma jipproduċux il-magni użati f’dawn l-inġenji. Il-magni huma prodotti minn ftit kumpaniji kbar biss.

Id-Direttiva 2004 introduċiet ukoll l-hekk imsejħa l-iskema tal-flessibbiltà biex tiffaċilita t-tranżizzjoni bejn l-istadji differenti għall-produtturi. L-iskema tal-flessibbiltà tippermetti lill-produtturi li jintroduċi fis-suq, matul il-perjodu bejn iż-żewġ stadji suċċessivi tal-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet tal-egżost, numru limitat ta' inġenji li jkunu ffittjati b'magni li jibqgħu jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost tal-istadju preċedenti. Il-limitu huwa jew 20% tal-bejgħ annwali tal-produttur – dan jiġi kkalkulat fuq il-medja ta’ 5 snin tal-bejgħ globali tal-produttur – jew numru fiss ta’ inġenji. L-għażla ta’ numru fiss ġiet iddisinnjata għal produtturi iżgħar. L-iskema tal-flessibilità tkopri l-makkinarju agrikolu, tal-forestrija u tal-kostruzzjoni, filwaqt li l-lokomottivi, il-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u l-braken tal-kanali interni mhumi8ex inklużi fl-iskema.

Id-direttiva NRMM tifforma parti importanti mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, u l-kontribut tagħha biex tilħaq b’mod speċjali t-tnaqqis tal-emissjonijiet immirati huwa konsiderevoli. L-emissjonijiet PM u NOx jiffurmaw it-tniġġis tal-arja ewlieni mis-settur. L-emissjonijiet tal-PM stmati mill-NRMM fl-UE27 huma ta’ 7% (meta mqabbla mat-13% mit-trasport tat-toroq); u mill-emissjonijiet kollha tan-NOx fl-UE27, 16% huma prodotti mis-settur NRMM (meta mqabbla mal-42% mis-settur tat-toroq).

Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta attwali mill-Kummissjoni tfittex li tkabbar l-iskema tal-flessibilità.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid il-persentaġġ mill-20% attwali għal 50%. Anki n-numri fissi huma mmodifikati kif inhu xieraq.

It-tieni nett, il-Kummissjoni qed tipproponi li tinkludi l-magni użati għall-propulsjoni ta’ vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi fl-iskema tal-flessibilità. Għal-lokomottivi – minħabba n-numru relattivament żgħir tas-suq ­– il-Kummissjoni tipproponi li tkun permessa l-flessibilità għal 12-il lokomottiv. Għal vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji, il-proposta hija li tiġi permessa flessibilità ta’ 20%.

Dawn il-miżuri ta’ flessibilità miżjuda huma proposti li jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni għall-proposta hija bbażata fil-parti l-kbira tagħha fuq il-kriżi ekonomika. Mill-ħarifa 2008 'il quddiem, ħafna mill-industrija bbażata fuq l-UE li tipproduċi makkinarju mobbli mhux tat-triq ġiet affettwata mill-kriżi, u speċjalment is-setturi tal-kostruzzjoni u tal-agrikoltura soffrew minn tnaqqis kbir fil-bejgħ. Il-Kummissjoni targumenta li l-ispejjeż tal-konformità meħtieġa biex jilħqu l-istadju l-ġdid IIIB huma għoljin wisq għal industrija milquta sew mill-kriżi.

Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll in-nuqqas ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu konformi l-magni IIIB bħala ġustifikazzjoni għal flessibilità miżjuda għax il-produtturi ma jistgħux jibdew jiddisinnjaw mill-ġdid il-figura tal-inġenju qabel ma’ jkollhom il-magna li tkun konformi. Il-Kummissjoni tqis dan bħala l-akbar raġuni għad-diffikultajiet li jaffaċċjaw il-produtturi tal-lokomottivi biex jikkonformaw.

Il-Kummissjoni qed tersaq ’il quddiem tard ħafna b’din il-proposta, bl-ewwel stadju tal-limiti tal-emissjonijiet li jiġi applikat sa minn Jannar 2011 'il quddiem.

Billi l-Kummissjoni qed tipprepara wkoll reviżjoni tad-Direttiva 97/68/KE sħiħa, ir-rapporteur tagħkom jipproponi li titressaq din ir-reviżjoni u ma jsirx qbil dwar leġiżlazzjoni frammentarja li tkun ta’ dannu.

Il-proposta tar-rapporteur

Ir-rapporteur iqis li hemm problemi numrużi eżistenti bil-proposta tal-Kummissjoni. L-akbar kwistjoni hija tal-prinċipju, għax il-proposta tirriskja b’mod serju li twaqqaf preċedent perikoluż biex tiddgħajjef il-leġiżlazzjoni ambjentali bbażata fuq indikazzjonijiet ekonomiċi ġeneriċi.

Jekk din il-proposta tiġi adottata, anki l-prinċipju għat-tħeġġiġ tal-konformità u l-premju għall-ewwel utenti jiġi miksur. Id-direttiva daħlet fis-seħħ fl-2004, li tagħti lill-industrija biżżejjed żmien biex timxi fid-direzzjoni stipulata fiha. Il-kumpaniji li ma kkonformawx ma’ dan il-perjodu ta’żmien m’għandhomx jiġu ppremjati għan-nuqqas ta’ azzjoni; lanqas m’għandhom jiġu kkastigati l-kumpaniji li għamlu xogħlhom li jaġixxu fil-ħin.

Għalkemm hija proposta relattivament limitata, id-direzzjoni stipulata fiha rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali li kien hemm qbil dwarha hija serjament diskutibbli. Il-leġiżlazzjoni għandha tipprovdi ċertezza għall-industrija li jkun hemm kundizzjonijiet ugwali fil-livelli u l-atturi kollha li jobdu r-regoli - prinċipju miksur minn din il-proposta.

Is-saħħa u l-ambjent

Il-limiti tal-emissjonijiet stipulati fid-Direttiva huma għall-PM madwar 90% u għall-NOx madwar 30% anqas fl-istadju IIIB milli fl-istadju IIIA. Il-Kummissjoni tikkalkula fl-evalwazzjoni ta’ impatt tagħha li, billi jitqies li l-produtturi kollha se jużaw il-persentaġġ sħiħ tal-flessibilità fl-ewwel sena, jekk il-flessibilità tiżdied minn 20% għal 50%, l-emissjonijiet se jiżdiedu għall-ewwel sena b’madwar 0.3%.

Din l-istima madankollu ma tqisx l-impatt fuq tul ta’ żmien twil tad-deċiżjoni. It-tul medju tal-ħajja tal-makkinarju msemmi huwa relattivament twil: għall-magni ta’ kostruzzjoni dan huwa madwar 16-il sena jew 10.000 siegħa[1], u għal-lokomottivi anki itwal. B’hekk, l-effetti dannużi ta’ flessibilità miżjuda se jkomplu possibilment għal deċennji.

Ta’ min wieħed iqis li numru kbir ta’ stati membri għandhom id-diffikultajiet biex jikkonformaw mad-direttivi li jwaqqfu standards għall-kwalità tal-arja, b’mod partikolari d-direttivi tal-Kwalità tal-Arja u tal-Limiti tal-Emissjonijiet Nazzjonali. Per eżempju, il-previżjonijiet tal-IIASA għar-rapport NEC iqisu li s-sehem tal-NRMM tal-emissjonijiet globali tan-NOx jafu jogħlew sa 20% sal-2020. It-trattament tal-emissjonijiet fis-sors huwa ta’ importanza kbira biex jintlaħqu standards tal-kwalità tal-arja, u li jirtabu r-rekwiżiti għal wieħed mill-aktar sorsi importanti m’għandux jiġi trattat b’mod ħafif.

Barra minn hekk, l-istima globali ma tqisx l-effett lokali tal-emissjonijiet imsemmija. Ħafna drabi, l-NRMM jaħdmu f’ambjenti urbani jew semi-urbani, u qrib il-ħaddiema. L-istudji juru li meta dawn l-emissjonijiet ta’ dannu jinqatgħu, isir ħafna tfaddil fl-ispejjeż tas-saħħa, ħaġa li hemm bżonn titqies meta jiġu kkalkulati l-ispejjeż tal-miżuri bħal dawk proposti hawnhekk.

Fil-kalkolu tat-tfaddil possibbli mill-flessibilità miżjuda, il-Kummissjoni ma tqisx din ir-relazzjoni kumplessa bejn is-saħħa, l-ambjent u standards tal-emissjonijiet aktar riġidi. Fejn l-industrija taf tgawdi mill-qligħ ekonomiku, l-ispejjeż esterni qegħdin fil-fatt jintefgħu fuq is-soċjetà fl-intier tagħha.

F’dan ir-rigward, il-każ tas-settur tal-kostruzzjoni huwa illustrattiv: kuljum ħafna mijiet ta’ eluf ta’ ħaddiema fl-UE huma esposti għal emissjonijiet fis-siti tal-bini. Huwa interessanti li joħroġ studju dwar il-konsegwenzi dwar is-sistemi tas-saħħa tagħhom u tagħna.

Stimi ekonomiċi

Il-kriżi ekonomika hija realtà, imma hemm diġà sinjali ta’ rkupru. Hekk kif il-bejgħ qed jirpilja, il-kunċett fundamentali għall-proposta tal-Kummissjoni qed tonqos. Għal ftit mill-akbar produtturi, li d-data hija aktar disponibbli għalihom, il-bejgħ jidher li huwa inqas meta mqabbel mas-snin li jistgħu jissejħu speċita splużjoni ekonomika għall-industrija – in-numri attwali tal-bejgħ huma madankollu mhux ħafna inqas meta mqabbla mas-snin ta’ qabel l-isplużjoni ekonomika. Kollox ma’ kollox, billi l-leġiżlazzjoni u l-valuri tal-limitu għall-istadju l-ġdid IIIB ilhom imwaqqfin sa mill-2004, segwiti minn numru ta’ snin b’saħħithom għall-industrija, min isostni li qed jonqsu r-riżorsi għall-iżvilupp qed jitlef mill-importanza tiegħu.

Ta’ min jiġi nnotat li l-Kummissjoni ma tistax tippreżenta xi stimi tal-proporzjon tal-industrija li għaddej minn diffikultajiet biex jikkonforma.

Meta titkabbar l-istampa, hemm ukoll kumpaniji li qed jitilfu mill-flessibilità miżjuda li għandhom jitqiesu wkoll: fl-Ewropa hemm ħafna kumpaniji kbar u iżgħar li jipproduċu sistemi ta’ wara t-trattament u filters tal-partiċelli. Għal dawn il-kumpaniji, il-leġiżlazzjoni li twaqqaf standards tal-emissjonijiet aktar riġidi hija biss ta’ benefiċċju.

Ir-rapporteur tagħkom jixtieq jikkuntesta wkoll l-idea tal-Kummissjoni li l-produtturi jkunu qed jitilfu mill-kompetittività tagħhom jekk ikollhom bżonn jikkonformaw ma’ leġiżlazzjoni ambjentali aktar riġida. Innovazzjonijiet ħodor u teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi jistgħu jikbru biss bl-għajnuna ta’ qafas leġiżlattiv li joffri appoġġ. Biex jintlaħqu l-miri tal-UE2020 u biex ikun permess li jkun hemm ċaqliq fid-direzzjoni ta' soċjetà b'karbonju baxx, iridu jittieħdu l-passi ’l quddiem u mhux lura.

Madankollu, billi s-sitwazzjoni tista’ tkun speċjalment diffiċli għall-produtturi ta’ daqs żgħir u medju li għalihom l-ispejjeż tal-konformità huma relattivament ogħla, ir-rapporteur jissuġġerixxi li tikber il-flessibilità speċifika għall-SME, jiġifieri jiżdiedu n-numri fissi mniżżla fit-tabella tal-Artikolu 1.2.2. tal-Anness XIII kif ġie suġġerit mill-Kummissjoni.

Dan għandu jippermetti lill-SME li jnaqqsu l-isforzi massimi tal-R&D u spejjeż oħrajn għad-disinnjar mill-ġdid filwaqt li tiġi offruta l-possibilità li dawn l-ispejjeż jiġu applikati fuq perjodu ta’ żmien estiż.

Fil-każ tal-lokomottivi, ir-rapporteur jirrikonoxxi d-diffikultajiet tas-settur li jrid jikkonforma għax vera numru limitat biss ta’ produtturi joffri lokomottivi konformi mal-IIIB, u billi hemm diffikultajiet serji biex jiġu ffittjati b’mod retroattiv magni tal-IIIB ġodda u akbar fl-istrutturi ta’ lokomottivi eqdem. Madankollu, billi s-suq huwa relattivament limitat, għax diġà jeżistu soluzzjonijiet konformi mal-IIIB u billi t-tifsira tal-flessibilità hija li tingħata biss possibilità limitata li jintużaw il-magni mill-istadju bikri, ir-rapporteur jissuġġerixxi li jiżdied in-numru ta’ lokomottivi għal 20.

Flimkien ma’ dan, billi l-progress f’soluzzjonijiet konformi mal-IIIB li qed jiżviluppaw jidher li sar partikolarment bil-mod għal-lokomottivi, ir-rapporteur jidhirlu li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lil dan is-settur, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi.

Barra minn hekk, billi se tasal ir-reviżjoni tad-Direttiva 97/68/KE , ir-rapporteur qed jissuġġerixxi lill-Kummissjoni li tieħu approċċ li jħares 'il quddiem lejn l-istadji l-ġodda possibbli għal-lokomottivi, u li jsir sforz miftiehem biex ir-rekwiżiti jkunu jaqblu mal-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti korrispondenti.

  • [1]  http://ec.europa.eu/enterprise/newsroom/cf/_getdocument.cfm?doc_id=5017

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (26.1.2011)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà
(COM(2010)0362 – C7‑0171/2010 – 2010/0195(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Olga Sehnalová

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sinteżi tal-proposta tal-Kummissjoni

Id-Direttiva 97/68/KE (makkinarju mobbli mhux tat-triq) tirregolamenta l-limitu massimu tal-emissjonijiet tal-egżost tal-ossidu tal-karbonju (CO), l-idrokarburi (HC), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx) partikolati (PM) minn magni tad-diżil installati f'makkinarju tal-bini, l-agrikoltura u l-forestrija, vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u lokomottivi, braken tal-kanali interni, magni b'veloċità kostanti u magni żgħar tal-petrol użati f'tipi differenti ta' makkinarju.

Bħalissa l-valuri tal-limitu (Stadju III A) se jiġu sostitwiti b'limiti aktar stretti tal-Istadju III B progressivament mill-1 ta' Jannar 2011. Il-perjodu tal-approvazzoni tat-tip għal dawn il-magni beda mill-1 ta' Jannar 2010. Hija affettwata diversità kbira tal-produzzjoni tal-makkinarju (madwar 1 500 kumpanija fl-UE).

Skema ta' flessibbiltà

Id-Direttiva 2004/26/KE introduċiet l-hekk imsejħa l-iskema tal-flessibbiltà biex tiffaċilita t-tranżizzjoni bejn l-istadji differenti ta' emissjonijiet. L-iskema tal-flessibbiltà tippermetti lill-Manifatturi ta' Apparat Oriġinali (OEM) li jintroduċi fis-suq, matul il-perjodu bejn iż-żewġ stadji suċċessivi tal-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet tal-egżost, numru limitat ta' makkinarji mobbli mhux tat-triq li jkunu ffittjati b'magni li jibqgħu jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost tal-istadju preċedenti. L-iskema tal-flessibbiltà tapplika għal magni tat-tkebbis bil-kompressjoni (diżil) użati fil-bini, il-makkinarju agrikolu u forestali, is-settijiet tal-ġeneratur u l-pompi li jużaw il-magni ta' veloċità kostanti, iżda mhux il-lokomottivi, il-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u l-braken tal-kanali interni. Tippermetti lill-OEM li jew jintroduċi fis-suq (1) għal kull kategorija ta' magna ta' qawwa numru limitat ta' magni li ma jaqbiżx l-20 % tal-bejgħ annwali tal-OEM tal-makkinarju jew (2) numru fiss ta' magni. It-tieni għażla hija intiża għal intrapriżi iżgħar li jipproduċu volumi iżgħar ta' magni.

Aspetti ekonomiċi u kompetittività

L-ispejjeż ta' konformità li jridu jlaħħqu magħhom il-manifatturi mal-limiti l-ġodda ta' emissjonijiet huma sinifikattivi. Dawn l-ispejjeż jinkludu, pereżempju, l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp, l-ispejjeż tat-tfassil mill-ġdid tat-tagħmir, wara l-ispejjeż tal-għodda ta' trattament, l-ispejjeż tad-dokumentazzjoni u l-ittikkettjar, eċċ. Barra minn hekk, l-industrija tal-UE li tipproduċi makkinarju mobbli mhux tat-triq intlaqtet ħażin u mingħajr ma kien mistenni mill-krizi finanzjarja u ekonomika, partikolarment it-tagħmir tal-bini u l-makkinarju tal-agrikoltura kienu affettwati bil-qawwa. It-tnaqqis konsiderevoli fil-bejgħ (ta' 42 % fl-2009)) ikkawża tnaqqis kbir fid-dħul u fil-kapital disponibbli biex jiffinanzjaw ir-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija neċessarji għall-makkinarju b'magni konformi mal-Istadju III B fil-kategoriji kollha ta' qawwa u l-applikazzjonijiet fil-limiti taż-żmien fid-Direttiva 97/68/KE. Dawn iċ-ċirkostanzi qegħdin b'mod partikolari jolqtu lill-intrapriżi iżgħar ta' OEM.

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u mal-lokomottivi l-Kummissjoni kkonkludiet, wara konsultazzjonijiet ma' esperti, li wħud mill-manifatturi ta' magni għamlu progress biex żviluppaw magni konformi mat-III B għal-lokomottivi filwaqt l-OEMs mhux se jkunu kompletament lesti biex jintroduċu l-lokomottivi konformi mat-IIIB fis-suq sal-1 ta' Jannar 2012 kif previst fid-Direttiva 97/68/KE. Id-direttiva ma fihiex dispożizzjonijiet għal Stadju III B għal braken tal-kanali interni, għaldaqstant m'hemmx bżonn li jiġihom applikat ir-reġim tal-flessibbiltà.

Fuq livell dinji, l-UE, l-Istati Uniti, l-Kanada u sa ċertu punt il-Ġappun biss għandhom ambizzjonijiet simili fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet minn magni għas-settur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq. Apparti mill-UE, il-miżuri ta' flessibbiltà ddaħħlu wkoll fl-Istati Uniti u fil-Kanada u huwa preżunt li jipprovdu aktar flessibbiltà għall-manifatturi meta mqabbla mas-sistema attwalment fis-seħħ fl-UE.

F'żoni ġeografiċi importanti oħra, bħaċ-Ċina, l-Indja, ir-Russja jew l-Amerika Latina, dawn ir-rekwiżiti ma jeżistux. B'riżultat ta' dan, il-produtturi tal-UE ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq għandhom jissieltu ma' kompetizzjoni inġusta tal-produtturi minn pajjiżi terzi billi l-miżuri ta' kontroll għall-importazzjoni ta' makkinarju fl-Unjoni Ewropea mhumiex effiċjenti.

Aspetti ambjentali

Is-sustanzi ewlenin li jniġġsu l-arja mis-settur għat-tniġġis tal-arja kumplessiv huma rappreżentati mill-partikolati u mill-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu. Skont l-istima tal-impatt tal-Kummissjoni, l-emissjonijiet stmati ta' PM10 mis-settur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq għall-UE27 huma 7 % meta mqabbla ma' 13 % mit-trasport tat-triq. F'termini ta' emissjonijiet ta' NOx, is-settur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq huwa responsabbli minn 16 % tal-emissjonijiet NOx kollha fl-UE27 filwaqt li s-settur tat-triq jikkontribwixxi għal 42 % tal-emissjonijiet ta' NOx.

L-emissjonijiet mill-magni tat-tkebbis bil-kompressjoni (diżil) tal-makkinarju mobbli kumplessiv mhux tat-triq fl-ewwel sena se jiżdiedu taħt il-flessibbiltà proposta ta' 50 % b'0.3 % meta mqabbla mal-skema attwali ta' 20 %. Ta' min jinnota li l-emenda tipprevedi biss perjodu itwal ta' introduzzjoni progressiva għal-limiti stretti l-ġodda fir-rigward tal-emissjonijiet. Il-livell ta' dawn il-limiti jibqa' invarjat. Fl-aħħar nett, għandu jitqies li l-emissjonijiet naqsu minħabba tnaqqis konsiderevoli fil-bejgħ ikkawżat mill-kriżi ekonomika.

Għaldaqstant il-Kummissjoni tipproponi:

1)  Żieda fil-perċentwali tan-numru ta' magni użati għall-applikazzjoni f'makkinarju bbażat fuq l-art, introdott fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà f'kull kategorija ta' magna minn 20 % sa 50 % tal-bejgħ annwali tal-OEMs tat-tagħmir u adattament tan-numru massimu ta' magni li jistgħu jkunu introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà bħala għażla alternattiva, fil-perjodu bejn l-Istadju III A tal-emissjonijiet sal-Istadju III B tal-emissjonijiet.

2)  Inklużjoni ta' magni użati għall-produzzjoni ta' vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji u ta' lokomottivi fl-iskema ta' flessibbiltà

3)  Dawn il-miżuri għandhom jispiċċaw fil-31 ta' Diċembru 2013.

L-opinjoni tar-rapporteur

Ir-Rapporteur tqis li huwa neċessarju li jiġu salvagwardati kemm l-iżvilupp kif ukoll il-kompetittività tal-industrija fuq naħa u l-ħarsien tal-ambjent min-naħa l-oħra. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur temmen li l-emenda proposta għad-Direttiva 97/68/KE hija proposta bbilanċjata bil-għan li ttaffi, sal-aħjar punt possibbli, l-impatti tal-kriżi ekonomika attwali għall-manifatturi ta' magni u ta' makkinarju biex jinżammu l-kompetittività u l-impjiegi u fl-istess waqt jiġu kemm jista' jkun limitati l-impatti ambjentali negattivi li jinbtu minn sostituzzjoni aktar tard ta' numru definit ta' magni eżistenti li għadhom ma jikkonformawx mal-limitu ta' emissjonijiet aktar strett il-ġdid.

Kontemporanjament, ir-Rapporteur tixtieq tiġbed l-attenzjoni lejn il-kwistjoni tal-kompetizzjoni ġusta fis-suq dinji u l-projbizzjoni ta' importazzjonijiet ta' makkinarju mhux ekoloġiku fl-UE. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tkun mistiedna tipprovdi informazzjoni dwar il-mod kif tippjana li tiggarantixxi li l-produtturi mhux tal-UE jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar l-emissjonijiet minn magni fis-settur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-miżuri previsti fid-Direttiva jirriflettu diffikultà ffaċċjata mis-settur tal-manifattura. Għalhekk għandhom ikunu ristretti għat-tranżizzjoni mill-Istadju IIIA għall-Istadju IIIB u jiskadu sal-31 ta' Diċembru 2013 l-aktar tard.

(7) Il-miżuri previsti fid-Direttiva jirriflettu diffikultà ffaċċjata mis-settur tal-manifattura. Għalhekk għandhom ikunu ristretti għat-tranżizzjoni mill-Istadju IIIA għall-Istadju IIIB u jiskadu sal-31 ta' Diċembru 2013 l-aktar tard. Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċjali tan-netwerk tar-Renju Unit kif ukoll il-ħin u l-ispejjeż addizzjonali għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet għall-Istadju IIIB, id-data ta' skadenza għar-Renju Unit għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2015.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti tad-Direttiva, hekk kif hija abbozzata attwalment, ma tikkunsidrax la r-restrizzjonijiet imposti mill-ispeċifiċitajiet tal-kejl u l-piż tan-netwerk ferrovjarju jew ir-restrizzjonijiet imposti mis-suq żgħir u speċjalizzat li jeżisti għal dawn it-tipi ta' magni. Dan jista' jwassal għar-riskju tat-tnaqqis fit-tagħbija ferrovjarja u l-prevenzjoni ta' azzjoni ta' trasferiment mit-triq għall-ferrovija, waħda mill-prijoritajiet tal-politika tat-trasport tal-UE.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt -a a (ġdid)

Direttiva 97/68/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) F'paragrafu 1a, it-tieni subparagrafu jitħassar.

Emenda  3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt -a a (ġdid)

Direttiva 97/68/KE

Artikolu 10 – paragrafi 1 b, 1 c u 1 d (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ab) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

 

"1b. Magna ta' sostituzzjoni li għandha tiġi installata fil-vagun tal-ferrovija, trainset jew lokomottivi oriġinarjament mgħammra b'magna li ma tilħaqx il-limiti tal-Istadju III A jew li tilħaq biss il-limiti tal-Istadju III A, bħala minimu, tkun konformi mal-valuri tal-limiti ddefiniti fl-Istadju III A. Għal tali magni, l-Artikolu 9 (3g), (3i) u (4a) ma għandhomx japplikaw.

 

1c. Permezz ta' deroga, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-produzzjoni u l-muntaġġ tal-magni ta' sostituzzjoni li mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta' Stadju III A, f'dawn il-każijiet:

 

i) għat-tiġdid jew l-aġġornament tal-vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji, trejn jew lokomottiva, meta l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ Stadju III A jżid id-diffikultajiet tekniċi importanti f'termini ta' wisa' bejn il-binarji, tagħbija fuq il-fus, id-disinn tal-bodi/xażì jew is-sistemi ta’ kontroll tal-magna/i għall-operazzjonijiet multipli u, bħala konsegwenza, tiġi kompromessa l-vijabilità ekinomika tal-proġett;

 

ii) fejn, b'segwitu għall-inċident ta' vetturi li jimxu fuq linji tal-ferroviji, trejn jew lokomottiva jew ħsara katastrofika tal-magna/i tagħha, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Istadju III A jwasslu għal diffikultajiet tekniċi importanti u, bħala konsegwenza, tiġi kompromessa t-tiswija effettiva tal-vettura li timxi fuq linji tal-ferroviji, tat-trejn jew tal-lokomottiva bil-ħsara;

 

Għat-tali magni, l-Artikolu 9 (3g), (3i) u (4a) ma għandhomx japplikaw.

 

Fejn tingħata deroga, l-Istat Membru li jingħata d-deroga għandu, fi żmien sitt xhur, jipprovdi kemm lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra b'dokument, kemm fil-format tal-karta kif ukoll f'dak elettroniku, li jistabbilixxi:

 

— in-numru ta' referenza uniku tad-deroga hekk kif jidher fuq it-tabella mwaħħla ma kull magna li għaliha jirreferi,

 

— in-natura tad-deroga, inkluża d-deskrizzjoni tal-livelli ta' emissjoni meta mqabbel mal-limiti tal-Istadju IIIA u dettalji tad-dispożizzjonijiet alternattivi li se jiġu applikati,

 

– ġustifikazzjoni dettaljata għall-għoti tad-deroga, inklużi d-diffikultajiet tekniċi ewlenin, bil-konsegwenzi ambjentali u ekonomiċi, u deskrizzjoni tal-isforzi li saru fid-disinn sabiex ikun simili għar-rekwiżiti tal-Istadju III A, u jekk ikun hemm il-ħtieġa, evoluzzjoni probabbli tal-flotta u miżuri operattivi,

 

— in-numru ta' magni suġġetti għad-deroga,

 

— informazzjoni dwar il-manifattur u dwar it-tipi u n-numri tas-serje tal-magni suġġetti għad-deroga,

 

— informazzjoni tas-serje ta' vetturi tal-ferrovija li magħhom se jitwaħħlu l-magni flimkien maż-żoni operattivi tagħhom,

 

— kwalunkwe informazzjoni oħra li tgħin tiġġustifika t-talba għal deroga

 

1d. Għall-magni li ħarġu fis-suq skont il-paragrafi 1a u 1b u 1c, it-test 'MAGNA TA' SOSTITUZZJONI' għandu jitwaħħal ma' tabella fuq il-magna jew imdaħħal fil-manwal tal-użu."

Ġustifikazzjoni

"Minħabba li l-ispazju disponibbli fil-maġġoranza tal-vetturi aktar antiki mhuwiex biżżejjed biex jinkludi magni konformi ma' Stadju III B tal-istess forza, il-possibbiltà tas-sostituzzjoni ta' magni ta' qabel l-Istadju III A u l-Istadju III A li ġew installati f'vetturi antiki li kellhom magni konformi ma' Stadju III A se tippermetti l-industrija sabiex timxi 'l quddiem lejn l-istandards tal-emissjonijiet aktar nodfa tal-Istadju III A. Fi ftit każijiet, id-derogi għall-installazzjoni ta' magni tal-Istadju IIIA se tkun meħtieġa wkoll minħabba l-limiti tal-wisa' bejn il-binarji, it-tagħbija fuq il-fus u d-disinn tal-vetturi. L-industrija taqbel li kwalunkwe tali deroga għandha ssir taħt kontrolli u limiti rigorużi ħafna u b'ġustifikazzjonijiet dettaljati."

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 97/68/KE

Artikolu 10 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-iskema tal-flessibbiltà, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1.2 tal-Anness XIII, għandha tapplika biss għat-tranżizzjoni mill-Istadju IIIA għall-Istadju IIIB u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013."

(8) L-iskema tal-flessibbiltà, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1.2 tal-Anness XIII, għandha tapplika biss għat-tranżizzjoni mill-Istadju IIIA għall-Istadju IIIB u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013." Permezz ta' deroga, għal-lokomottivi li huma kapaċi joperaw fuq il-ferroviji tan-Netwerk tar-Renju Unit, l-iskema ta' flessibbiltà għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti tad-Direttiva, hekk kif hija abbozzata attwalment, ma tikkunsidrax la r-restrizzjonijiet imposti mill-ispeċifiċitajiet tal-kejl u l-piż tan-netwerk ferrovjarju jew ir-restrizzjonijiet imposti mis-suq żgħir u speċjalizzat li jeżisti għal dawn it-tipi ta' magni. Dan jista' jwassal għar-riskju tat-tnaqqis fit-tagħbija ferrovjarja u l-prevenzjoni ta' azzjoni ta' trasferiment mit-triq għall-ferrovija, waħda mill-prijoritajiet tal-politika tat-trasport tal-UE.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Direttiva 97/68/KE

Anness XIII – taqsima 1 – punt 1.1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.1. Bl-eċċezzjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-Istadju IIIA u l-Istadju IIIB, OEM li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà għandhom jitolbu permess minn kwalunkwe awtorità biex jixtri mill-fornituri tal-magni tiegħu, il-kwantitajiet tal-magni fit-Taqsimiet 1.1.1. u 1.1.2., li ma jikkonformawx mill-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet kurrenti iżda approvati sal-istadju preċedenti l-aktar qrib tal-limiti tal-emissjonijiet.

1.1. Bl-eċċezzjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-Istadju IIIA u l-Istadju IIIB, OEM li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà għandu jitlob, u jirċievi mingħajr dewmien mhux meħtieġ, permess minn kwalunkwe awtorità biex jixtri mill-fornituri tal-magni tiegħu, il-kwantitajiet tal-magni fit-Taqsimiet 1.1.1. u 1.1.2., li ma jikkonformawx mill-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet kurrenti iżda approvati sal-istadju preċedenti l-aktar qrib tal-limiti tal-emissjonijiet.

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness

Direttiva 97/68/KE

Anness XIII – taqsima 1 – punt 1.4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-magni għall-użu fil-propulsjoni ta' lokomottivi, matul il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-Istadju IIIA u l-Istadju IIIB l-OEM jista' jitlob permess għall-fornituri tal-magni tiegħu biex jintroduċu fis-suq massimu ta' 12-il magna għall-użu tal-propulsjoni tal-lokomottivi skont l-iskema ta' flessibbiltà.

Fir-rigward tal-magni għall-użu fil-propulsjoni ta' lokomottivi, matul il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-Istadju IIIA u l-Istadju IIIB l-OEM jista' jitlob permess għall-fornituri tal-magni tiegħu biex jintroduċu fis-suq massimu ta' 40 magna għall-użu tal-propulsjoni tal-lokomottivi skont l-iskema ta' flessibbiltà.

Ġustifikazzjoni

Il-manifatturi tal-lokomottivi la jiddisinjaw u lanqas jibnu huma stess magni diżil iżda jixtruhom mill-fornituri. Madankollu l-fornituri attwalment ma joffrux għat-tipi kollha ta' lokomottivi magni konformi mal-Istadju IIIB. Il-magni konformi mal-Istadju IIIB jibdew isiru disponibbli biss għall-ogħla segment ta' qawwa. Madankollu, l-ebda magna mhija fis-suq għall-varji tipi ta' lokomottivi, u l-informazzjoni għadha insuffiċjenti għall-manifatturi tal-lokomottivi biex ikunu jistgħu jadattaw id-disinn tagħhom għall-magni potenzjalment ġodda. Din is-sitwazzjoni se tippersisti sal-2012 u wara. Jekk ma jkunx hawn dawn il-magni, il-manifatturi ma jistgħux joffru lokomottivi u dan jaf ikollu konsegwenzi negattivi għall-ftuħ tas-suq ferrovjarju, is-sostituzzjoni tal-vetturi ferrovjarji u jista' jissarraf f'bidla modali mill-ferrovija għat-triq. Fil-kundizzjonijiet tal-proposta attwali, l-indisponibbiltà ta' magni se twassal għal tħarbit tal-fluss tal-ordnijiet u jqiegħed f'riskju l-vijabbiltà ekonomika ta' dawn il-manifatturi ta' daqs medju li diġà ntlaqtu severament mill-kriżi ekonomika. Il-produzzjoni annwali tipika ta' wieħed minn dawn il-manifatturi tkun tvarja minn 50 sa 100 lokomottiva. Dawn il-lokomottivi jinbiegħu lil suq frammentat ferm filwaqt li jissodisfaw ħafna esiġenzi u talbiet differenti. B'total ta' erbgħin lokomottiva fl-iskema ta' flessibbiltà, għall-perjodu ta' tranżizzjoni ta' sentejn (2012-2013) il-manifatturi se jkun forsi jistgħu jkomplu l-produzzjoni tal-firxa varja ta' lokomottivi tagħhom u jissodisfaw d-domanda tas-suq. In-numru 40 kien oriġinarjament propost mir-rappreżentanti Franċiżi u Britanniċi fil-grupp ta' esperti (GEME) li jgħin lill-Kummissjoni.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 97/68/KE

Anness XIII – taqsima 1 – punt 1.7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.7. L-OEM għandu jipprovdi lil kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fl-Istati Membri li tagħmel talba, b'kull informazzjoni li dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun teħtieġ sabiex tikkonferma li kwalunkwe magna meqjusa li hija, jew li hija ttikkettjata li hija, bħala li tpoġġiet fis-suq skont skema ta' flessibbiltà tkun iddikjarata jew ttikkettjata b’dan il-mod b'mod xieraq.

1.7. L-OEM għandu jipprovdi lil kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fl-Istati Membri li tagħmel talba, b'kull informazzjoni li dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun teħtieġ sabiex tivverifika u tikkonferma li kwalunkwe magna meqjusa li hija, jew li hija ttikkettjata li hija, bħala li tpoġġiet fis-suq skont skema ta' flessibbiltà tkun iddikjarata jew ttikkettjata b'dan il-mod b’mod xieraq.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà

Referenzi

COM(2010)0362 – C7-0171/2010 – 2010/0195(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.9.2010

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Olga Sehnalová

2.9.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

9.11.2010

24.1.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

25.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Ville Itälä, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hella Ranner, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Spyros Danellis, Anne E. Jensen, Petra Kammerevert, Guido Milana, Dominique Riquet, Janusz Władysław Zemke

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà

Referenzi

COM(2010)0362 – C7-0171/2010 – 2010/0195(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.7.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

7.9.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.9.2010

TRAN

7.9.2010

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

29.9.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sirpa Pietikäinen

9.9.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2011

17.2.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Julie Girling, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

João Ferreira, Jutta Haug, Miroslav Mikolášik, Bill Newton Dunn, Bart Staes, Eleni Theocharous, Thomas Ulmer, Marita Ulvskog, Anna Záborská

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Francesco Enrico Speroni

Data tat-tressiq

23.3.2011