Proċedura : 2010/2234(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0082/2011

Testi mressqa :

A7-0082/2011

Dibattiti :

PV 06/06/2011 - 26
CRE 06/06/2011 - 26

Votazzjonijiet :

PV 08/06/2011 - 6.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0263

RAPPORT     
PDF 268kWORD 274k
23.3.2011
PE 452.809v02-00 A7-0082/2011

dwar Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020

(2010/2234(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Nadja Hirsch

Rapporteur għall-opinjoni (*):

Maria Badia i Cutchet, Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (*)
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020

(2010/2234(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu: “Aġenda Soċjali Mġedda”: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21'' (COM(2008)0412),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu: “Impetu ġdid għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020”,

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2009 bit-titolu “Kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel” (COM(2009)0640),

–       wara li kkunsidra t-tmien ħiliet ewlenin spjegati bħala “Qafas Ewropew ta’ Referenza” fir-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(1),

–       wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ April 2008 dwar il-ħolqien ta’ sistema Ewropea ta’ kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ECVET) (COM(2008)0180),

–       wara li kkunsidra l-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin “Edukazzjoni u Taħriġ 2010” u r-rapporti interim konġunti sussegwenti dwar il-progress lejn l-implimentazzjoni tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2009 bit-titolu: “Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni”, (COM(2009)0200),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2010 bit-titolu: “Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni”(2),

–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018),

–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta’ min jitħarreġ, tal-internship u tal-apprendistat(3),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu: Żgħażagħ mobbli - Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0477),

–       wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("ET 2020"),

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2009 dwar il-valutazzjoni tal-qafas attwali għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ u dwar il-perspettivi futuri għall-qafas imġedded (9169/09),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 bit-titolu: “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),

–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda(4),

–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel: L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ 2010(5),

–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar it-tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni — l-implimentazzjoni tal-“Programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010”(6),

–       wara li kkunsidra l-istudju Cedefop ta’ Marzu 2009 dwar il-professjonalizzazzjoni tal-gwida għall-karrieri. Ħiliet tal-professjonist u rotot għall-kwalifiki fl-Ewropa,

–       wara li kkunsidra r-riċerka tas-Cedefop dwar ħiliet għall-futur tal-Ewropa: Antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ ħiliet okkupazzjonali,

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu: “Europa 2020. Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar kompetenzi li jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja u l-inizjattiva “ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda”,

–       wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma mill-persunal tal-Kummissjoni intitolat:“Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET). Sistema għat-trasferiment, l-akkumulazzjoni u l-għarfien tar-riżultati tat-tagħlim fl-Ewropa”; SEC(2006)1431),

–       wara li kkunsidra r-riżultat tad-diskussjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prijoritajiet futuri għal kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (16459/08),

–       wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)(7),

–       wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali(8),

–       wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja(9),

–       wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobilità taż-żgħażagħ(10),

–       wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(11),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2007 intitolata “Qafas koerenti ta’ indikaturi u punti ta’ referenza biex bihom jiġi monitorjat il-progress lejn l-għanijiet ta’ Liżbona fl-edukazzjoni u t-taħriġ” (COM(2007)0061),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2006 bit-titolu:“L-effiċjenza u l-ekwità fis-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ Ewropej” (COM(2006)0481),

–       wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Riċerka “Guiding at-risk youth through learning to work” (Cedefop, il-Lussemburg 2010),

–       wara li kkunsidra n-nota ta’ tagħrif “Jobs in Europe to become more knowledge- and skills-intensive” (Cedefop, Frar 2010),

–       wara li kkunsidra n-nota ta’ tagħrif intitolata ‘Skill mismatch in Europe’ (Cedefop, Ġunju 2010),

–       wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni intitolata “Working and ageing” (Cedefop, il-Lussemburgu, 2010),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw l-edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7- 0082/2010),

A.     billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ issa hija 21%, li huwa d-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad fil-livell tal-UE u hija waħda mill-isfidi l-aktar urġenti fl-Ewropa, u għalhekk hija wieħed mill-għanijiet li qed jiġu segwiti biex l-ammont ta’ studenti li jħallu l-iskola qabel iż-żmien jonqos b’10%; billi għan ieħor huwa li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol b’70% sal-2020; u billi l-edukazzjoni u t-taħriġ huma fatturi ewlenin għas-suċċess fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-abilità li wieħed jieħu deċiżjonijit għall-ħajja, f’sitwazzjoni fejn aktar minn 5.5 miljun żagħżugħ Ewropew huma mingħajr xogħol, huma fir-riskju tal-esklużjoni soċjali u jiffaċċjaw il-faqar u n-nuqqas ta’ opportunità wara li jħallu l-iskola, u bosta żgħażagħ huma mġiegħla jaċċettaw impjiegi prekarji, b’salarji baxxi u kopertura mnaqqsa tas-sigurtà soċjali, ħaġa li teffettwalhom saħħithom u s-sikurezza tagħhom fil-post tax-xogħol,

B.     billi, filwaqt li 58.9% tal-kwalifiki universitarji konferiti fl-Unjoni Ewropea jingħataw lin-nisa, il-figura korrispondenti fil-livell ta’ PhD hija biss 43% u terġa' hija aktar baxxa f'livell ta' professur sħiħ, u billi 15% biss ta' professuri ta' Grad A huma nisa,

C.     billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu: “Impetu ġdid għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020” (COM(2010)0296) naqset milli tqis id-dimensjoni tas-sessi,

D.     billi t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol u minn impjieg għal ieħor hija sfida strutturali għall-ħaddiema madwar l-UE kollha; billi, għalhekk, is-sigurtà tat-tranżizzjoni hija element essenzjali biex timmotiva lill-ħaddiema għal taħriġ barra l-post tax-xogħol; billi l-apprendistati ta’ kwalità għandhom impatt pozittiv mhux ħażin fuq l-aċċess taż-żgħażagħ għal impjieg,

E.     billi l-qgħad kmieni fil-ħajja għandu effetti ħżiena fit-tul, inkluż riskju ogħla ta’ qgħad fil-futur u dħul anqas matul il-ħajja,

F.     billi d-demografija u ħajja itwal huma tali li l-ħajja tax-xogħol, konsegwentement, se tkun itwal u aktar varja, u billi inter alia t-tagħlim tul il-ħajja, l-edukazzjoni, l-ekonomija diġitali ġdida, l-adattament għal teknoloġiji ġodda u l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-UE 2020 huma modi biex jiġu żgurati xogħol u livell ta’ ħajja aħjar,

G.     billi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali mfassla għall-bżonnijiet individwali tal-apprendisti huma ta’ valur deċiżiv, u jżidu l-possibilità għall-individwi li jiffaċċjaw il-pressjoni tal-kompetizzjoni, u jgħollu l-livell tal-ħajja, u jgħinu biex tinkiseb il-koeżjoni soċjoekonomika u integrazzjoni aħjar, b’mod partikolari ta’ gruppi speċifiċi bħall-migranti, il-persuni b’diżabilità, jew l-istudenti li jħallu l-iskola kmieni, u n-nisa vulnerabbli,

H.     billi n-negozji żgħar ħolqu storikament aktar minn 50% tal-impjiegi ġodda fl-Ewropa – impjiegi li huma awtosuffiċjenti u li għandhom effett multiplikatur,

I.      billi r-rwol tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni għandu jkun primarjament biex jgħinu l-ħolqien ta’ ambjent fejn l-intrapriżi jistgħu jagħmlu suċċess, jiżviluppaw u jikbru, u biex jikbru dawn jeħtieġu piż ta’ taxxa mnaqqsa u prevedibbiltà sabiex ikunu jistgħu jippjanaw u jagħmlu investimenti,

J.      billi, minħabba d-differenzi kbar fil-livelli ta’ parteċipazzjoni tal-istudenti fit-taħriġ vokazzjonali fl-Istati Membri, l-iskambji tal-aħjar prattiki huma importanti sabiex jiżdied in-numru u titjieb il-kwalità tal-istudenti li jagħżlu taħriġ tekniku fl-Istati Membri li jmorru ħażin fejn għandhom x’jaqsmu n-numri u l-kwalità tal-istudenti,

1.      Jirrikonoxxi l-importanza li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jiġu modernizzati, minħabba li l-kapital uman huwa kruċjali għas-suċċess tal-Ewropa;

2.      Jirrikonoxxi l-importanza kemm tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kemm inizjali u kontinwi u jsostni li s-suċċess tagħhom jiddependi mill-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tal-atturi kollha involuti fit-tfassil, l-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-istrateġiji għal dan il-fini; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-esperjenzi pożittivi bis-sistema doppja fi ħdan l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) f’pajjiżi eżemplari, fejn is-sistema wasslet għall-integrazzjoni fuq terminu ta’ żmien itwal tal-ħaddiema żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u għal rati ogħla ta’ impjieg għall-ħaddiema żgħażagħ, kif ukoll għal livelli ogħla ta’ kompetenza li mbagħad iżidu l-prospetti tal-impjiegi f’età akbar;

3.      Ifakkar li l-programmi tal-ETV għandhom ikunu estiżi biex jikkonformaw mal-prinċipji tat-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ tal-bidu u dak kontinwu;

4.      Jenfasizza l-importanza li jiġu inkoraġġiti korsijiet regolari għal taħriġ ulterjuri bħala parti mit-tagħlim tul il-ħajja;

5.      Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonkludu l-edukazzjoni bażika b’valutazzjoni tax-“xeħta għal karrieri”;

6.      Iwissi li żgħażagħ Ewropej jistgħu jsiru ġenerazzjoni mitlufa fin-nuqqas ta’ appoġġ prattiku biex isibu xogħol u jkomplu bl-istudji tagħhom, fi żmien meta l-faqar li dejjem sejjer għall-agħar qed iwassal għal żieda fl-assenteiżmu mill-iskola;

7.      Jilqa’ l-miżuri tal-Kummissjoni mmirati sabiex jitneħħew l-ostakli, ikun hemm aktar trasparenza u s-sistemi edukattivi jkunu jistgħu jiġu mqabbla u ċ-ċertifikati tagħhom rikonoxxuti aħjar,

8.      Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja jkunu orjentati aktar mill-qrib lejn il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jippermettu d-dħul u l-mobilità fi ħdanu; jenfasizza, barra minn hekk, il-bżonn ta’ interazzjoni aħjar u akbar bejn id-dinja tal-edukazzjoni, ix-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bħala rabta kruċjali bejn id-dinja tal-edukazzjoni u dik tax-xogħol; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex irawmu l-ħtieġa kontinwa tal-individwi għall-kwalifiki, l-iżvilupp u t-tagħlim tul il-ħajja;

9.      Jirrimarka li l-konnessjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ, partikolarment il-passaġġ mill-edukazzjoni vokazzjonali għall-edukazzjoni ogħla, titlob li l-opportunitajiet għal konnessjonijiet bejn it-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni universitarja jikbru, b’enfasi speċjali fuq l-integrazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmi għall-għoti ta’ informazzjoni dwar il-karrieri, għas-servizzi ta’ gwida u ta’ pariri; fl-istess ħin huwa tal-opinjoni li l-alternanza bejn it-taħriġ u x-xogħol tiżgura li dawk li jirċievu t-taħriġ vokazzjonali jakkwistaw il-ħiliet mitluba mis-suq tax-xogħol;

10.    Jenfasizza l-importanza, fil-livell lokali u reġjonali, ta’ trawwim ta’ sinerġiji effettivi u forom affidabbli ta’ kooperazzjoni bejn l-iskejjel, l-aġenziji tat-taħriġ, iċ-ċentri u l-kumpaniji tar-riċerka, sabiex tingħeleb in-natura ta’ sistemi tal-edukazzjoni li jħarsu ’l ġewwa u n-nuqqas ta’ armonija bejn l-għarfien u l-ħiliet u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, u sabiex tikber il-possibilità li ż-żgħażagħ, b’mod partikolari n-nisa, isiru aktar impjegabbli, b’referenza speċifika għal kwalifiki tal-edukazzjoni vokazzjonali ulterjuri;

11.    Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrendu l-ġestjoni tal-FSE aktar flessibbli meta wieħed iqis in-natura tas-suq tax-xogħol li qed tinbidel;

12.    Jilqa’ l-enfasi akbar fuq approċċ għat-tagħlim orjentat lejn il-ksib ta’ riżultati u l-fatt li l-ħiliet miksuba b’mod informali jew mhux formali għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod aktar wiesa’;

13.    Jenfasizza l-importanza ta’ taħriġ inizjali għall-għalliema, billi l-kwalità tal-għalliema u l-edukaturi hija riflessa fil-kwalità tal-programmi tat-tagħlim u l-edukazzjoni inġenerali;

14.    Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ikomplu jtejbu r-rikonoxximent tat-tagħlim informali u dak mhux formali; jinnota l-aħjar prattiki f’dan il-qasam, speċjalment bil-finanzjament tal-FSE, li jagħti prova li r-rikonoxximent tal-ħiliet, kulfejn dawn jiġu mgħallma, iwasslu għal aktar suċċess fl-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol;

Edukazzjoni vokazzjonali

15.    Jitlob lill-Istati Membri joffru standard tal-edukazzjoni vokazzjonali ta’ kwalità għolja, orjentat lejn it-tagħlim professjonali fil-prattika u l-ħtiġijiet individwali tal-persuni kkonċernati; jemmen, fl-istess ħin, li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità għolja huma fundamentali biex jippermettu lill-Ewropa tistabbilixxi lilha nnifisha bħala soċjetà ta’ għarfien u tikkompeti b’mod effettiv fl-ekonomija globalizzata;

16.    Jinnota li hemm ukoll suq intern fit-taħriġ professjonali, u jistieden lill-Istati Membri biex jistabilixxu aktar ċentri ta’ pariri dwar l-opportunitajiet ta’ taħriġ u l-mobilità professjonali f’pajjiżhom stess u fi Stati Membri oħra;

17.    Hu tal-fehma li, sabiex titwettaq bis-sħiħ l-inizjattiva prinċipali tal-UE 2020 ‘Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi’, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jidħlu għal inizjattiva aktar pragmatika, komprensiva u mifruxa li tkun appoġġjata mill-Istati Membri kollha, li għandhom jiffukaw biex jgħaqqdu l-oqsma tal-edukazzjoni vokazzjonali, il-kwalifiki professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-apprendistat mas-suq tax-xogħol, sabiex jiżguraw li kull Stat Membru jħoss l-għanijiet stipulati fil-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) bħala tiegħu;

18.    Jistieden lill-Istati Membri biex jassiguraw li l-edukazzjonu u t-taħriġ vokazzjonali jkunu mmirati aktar mill-qrib lejn il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

19.    Jitlob biex it-taħriġ permezz ta’ apprendistati jingħata prijorità fuq kull tip ieħor ta’ taħriġ, p.e. t-traineeships; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jippjanaw l-ebda kors universitarju ta’ natura vokazzjonali li ma jkunx akkumpanjat b’kuntratt ta’ apprendistat;

20.    Jistieden lill-Istati Membri biex jiftħu rotot għal studenti b’anqas kapaċità biex jerġgħu lura għall-edukazzjoni ġenerali kemm fil-livell sekondarju kif ukoll dak terzjarju;

21.    Iħeġġeġ lill-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni attiva tas-sħab soċjali, biex jgħinu jimmodernizzaw il-programmi vokazzjonali u n-know-how ipprovdut, billi jfasslu b’mod konġunt il-mudelli vokazzjonali li jkunu jifformaw il-bażi għall-kurrikuli edukattivi u li jkunu jiġġeddu kull sentejn jew tlieta skont l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi f’kull qasam;

22.    Jenfasizza l-bżonn ta’ kompatibilità u sinerġija akbar bejn is-sistemi edukattivi tal-Istati Membri differenti, b’iffukar fuq it-tagħlim tal-lingwi u kurrikuli adattati għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Innovazzjoni; jenfasizza l-bżonn li jitneħħew l-ostakli legali u amministrattivi kollha għall-iżvilupp ta' qafas Ewropew li jiżgura medda wiesgħa ta’ apprendistati ta’ kwalità għolja fl-UE;

23.    Jitlob għal bilanċ akbar fl-għażliet tal-karriera tas-subien u l-bniet, sabiex tiġi evitata s-segregazzjoni tas-swieq tax-xogħol skont is-sess u sabiex wieħed jipprepara aħjar biex jintlaħqu l-miri futuri ta’ ammont akbar ta’ impjiegi u aktar ibbilanċjat madwar l-UE, billi jiġu introdotti inizjattivi li jgħinu lin-nisa jagħżlu karrieri li tradizzjonalment kienu dominati mill-irġiel u viċe versa; jistieden għallhekk lill-Istati Membri joffru standard għoli fil-kwalità ta’ parir b’relazzjoni mal-għażla tal-karriera u biex iġibu bilanċ akbar fl-għażla tal-karriera tas-subien u l-bniet, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-isterjotipi li għadhom jeżistu u li jinfluwenzaw l-għażla tagħhom ta’ orjentament tal-impjieg;

24.    Jinnota li taħriġ vokazzjonali ta’ standard għoli huwa bbażat fuq edukazzjoni ġenerali soda li tkun newtrali fir-rigward tal-ġeneru, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-materjali użati għat-tagħlim ma jkunx fihom mudelli ta’ karrieri li huma speċifiċi għal xi ġeneru partikolari ħalli jiġi żgurat li l-interessi tas-subien u tal-bniet fil-possibilitajiet kollha ta’ karriera jitqajmu sa mill-bidu nett;

25.    Jirrikonoxxi r-rwol sinifikanti li għandhom l-isterjotipi tal-ġeneru fil-prattiki tal-edukazzjoni, u jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġu stabbiliti strateġiji mfassla b’mod li jwasslu sabiex tiġi stabbilita edukazzjoni newtrali fir-rigward tal-ġeneru, li tgħin biex iġġib, pereżempju, aċċess ugwali għan-nisa u l-irġiel għall-ETV u għall-impjiegi;

26.    Jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jipprovdu għall-iffaċilitar tal-kombinazzjoni tal-ETV, it-tagħlim u l-ħajja tal-familja, f'dawk li huma indukrar disponibbli tat-tfal u ħinijiet prattiċi ta’ lezzjonijiet kompatibbli mal-ħinijiet tal-iskola tat-tfal;

27.    Jitlob għall-introduzzjoni ta’ djalogu formali bejn l-atturi, speċjalment l-istituzzjonijiet edukattivi, dawk li jħaddmu, l-impjegati u l-unjins, sabiex ikunu ggarantiti l-kwalità u l-orjentament lejn is-suq tax-xogħol fil-kuntest tat-taħriġ vokazzjonali;

28.    Jitlob li jingħata appoġġ lir-rabtiet transkonfinali u lill-pjattaformi ta’ komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u min jimpjega sabiex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiki;

29.    Jistieden lill-atturi kollha fis-suq tax-xogħol, inklużi dawk mis-setturi professjonali, minn negozju, mill-għaqdiet tal-ħaddiema, mill-ministeri u mis-servizzi ċivili, biex jidħlu fi djalogu soċjali strutturat dwar il-mod kif tista' tiġi ggarantita aħjar l-integrazzjoni professjonali taż-żgħażagħ u jkun promoss it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ formali/informali;

30.    Jilqa’ l-għan tal-Istrateġija UE 2020, fejn is-sistemi tal-edukazzjoni vokazzjonali għandhom jiġu msaħħin, u jistieden lill-Istati Membri biex jorjentaw dawk is-sistemi lejn parteċipazzjoni, umanizzazzjoni tax-xogħol u kwalifiki b’bażi wiesgħa;

31.    Jirrakkomanda li l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorjat jingħataw spinta fil-livelli kollha tal-edukazzjoni inkluż it-taħriġ vokazzjonali, u jiġu rikonoxxuti l-ħiliet akkwistati permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ tagħlim, inkluż dak mhux formali u informali; jirrakkomanda wkoll li jiġu inkuraġġiti proġetti li jsostnu t-tixrid tal-għarfien u l-ħiliet minn ġenerazzjoni għal oħra;

32.    Isostni li edukazzjoni għall-intraprenditorjat għandha tifforma parti importanti mill-ETV, bil-għan li ssir aktar attraenti għall-istudenti kollha u jitħeġġeġ l-intraprenditorjat skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

33.    Ifakkar l-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija tal-Ewropa 2020 aktar kmieni din is-sena, li jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ forza tax-xogħol Ewropea edukata u bi kwalifiki għolja u sabiex jinkiseb tkabbir b’saħħtu u sostenibbli u jintlaħqu l-għanijiet tal-impjiegi stabbiliti fl-Istrateġija; jenfasizza r-rwol importanti li għandhom l-ETV bi prezzijiet xierqa u aċċessibbli fil-proċess ta’ edukazzjoni u titjib fil-ħiliet tal-forza tax-xogħol Ewropea;

34.    Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-proċedura biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet fil-livel lokali, nazzjonali u Ewropej sabiex jinkiseb l-eqreb tqabbil possibbli bejn il-ħiliet offruti u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol;

35.    Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-ħajja tax-xogħol tal-ġejjieni itwal u inqas stabbli permezz tal-għoti ta’ ħiliet li jkunu adattati għad-dinja tax-xogħol;

36.    Jenfasizza l-ħtieġa li l-ETV jipprovdu ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa biex dawn isibu impjiegi ġodda u sostenibbli li se jinħolqu fl-ekonomija sostenibbli tal-ġejjieni;

37.    Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw l-azzjoni biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-iskola għall-ħajja tax-xogħol billi jiġu żviluppati programmi integrati ta’ gwida u konsulenza għall-karrieri;

38.    Jinnota li s-sistema dupliċi (edukazzjoni prattika u skolastika) qed tagħti prova ta’ suċċess f’ċerti Stati Membri grazzi għall-kooperazzjoni tal-kumpaniji u l-interazzjoni tal-inizjattivi fil-provvediment ta’ taħriġ li għandu x’jaqsam ma’ karrieri;

39.    Jistieden lill-intrapriżi biex jagħmlu użu akbar mill-iskemi konġunti ta’ taħriġ sabiex il-miri speċifiċi ta’ taħriġ li qed jintalbu mis-suq tax-xogħol ikunu jistgħu jintlaħqu;

40.    Jistieden lill-Istati Membri, minħabba l-orjentazzjoni lejn ekonomija sostenibbli u tkabbir sostenibbli, biex isaħħu l-istituzzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ladarba dan għandu l-potenzjal li jsir mezz biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali tar-ristrutturar korporattiv għall-ħaddiema, billi tiżdied l-impjegabilità tagħhom;

41.    Jenfasizza l-importanza ta’ mudelli ekonomiċi soċjali u inklużivi għal din il-kultura ġdida ta’ intrapriża, u jindika li huwa kruċjali li l-istituzzjonijiet li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inkluża l-edukazzjoni ogħla, għandhom iħejju lill-istudenti tagħhom b’għarfien dettaljat dwar il-forom kollha tal-intraprenditorjat, inkluż fl-ekonomija soċjali u dik inklużiva, u dwar il-prinċipji ta’ ġestjoni responsabbli u etika;

42.    Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit inventarju ta’ dawk l-oqsma li fihom l-Unjoni Ewropea għandha jew jista’ jkollha vantaġġ komparattiv fid-dinja kollha, u li għalih jistgħu jiġu żviluppati strateġiji għal taħriġ ulterjuri;

Taħriġ Vokazzjonali

43.    Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-ħtieġa dejjem tiżdied għat-taħriġ vokazzjonali ulterjuri u biex jappoġġjaw lill-ħaddiema meta jippjanaw it-taħriġ ulterjuri adattat għalihom permezz ta’ ċentri ta’ konsulenza; jitlob lil dawk li jimpjegaw il-ħaddiema biex jagħtu lill-ħaddiema kollha l-possibilità ta’ taħriġ ulterjuri;

44.    Jirrakkomanda li jiġu provduti inċentivi lil dawk li jħaddmu biex jinkoraġġixxu lill-ħaddiema tagħhom jieħdu sehem fi programmi ta’ taħriġ;

45.    Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw inċentivi għal min iħaddem biex tiġi ffaċilitata l-provvista ta' taħriġ li huwa effettiv mil-lat tal-ispejjeż u flessibbli f'mikroimpriżi u impriżi żgħar, adattat għall-bżonnijiet tan-nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha jagħmlu sforzi determinati biex jiġġieldu kontra l-inugwaljanzi fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa, bil-hsieb li sal-2020 tiġi eliminata d-differenzjali li hemm bhalissa ta’ 18% bbazata fuq il-ġeneru;

46.    Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu, bil-għajnuna tal-Kummissjoni, permezz ta’ programmi universitarji relevanti, mudelli għall-immaniġġjar u sfruttar tar-riżorsi umani bbażati fuq ir-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, fi ħdan il-qafas tat-tagħlim tul il-ħajja, bħala valur miżjud u vantaġġ kompetittiv għal intrapriżi;

47.    Jirrakkomanda li l-awtonomija taċ-ċentri tal-ETV tkun promossa fl-oqsma tal-attivitajiet ta’ ppjanar, iffinanzjar, immaniġġjar u valutazzjoni u li forom aktar dinamiċi ta’ kooperazzjoni jkunu introdotti bejn iċ-ċentri tal-ETV u l-intrapriżi;

48.    Ifakkar li l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa essenzjali għal ġejjieni aħjar għall-Ewropej; huwa tal-opinjoni li l-kompetenzi ewlenin u l-ħiliet ġodda, b’mod partikolari dawk meħtieġa għal xogħlijiet f’setturi ta’ tkabbir strateġiku, jipprovdu lin-nies b’opportunitajiet ġodda u, barra minn hekk, iqiegħdu l-bażi għal żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli fuq perjodu ta’ żmien twil; iqis li huwa importanti, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri u l-atturi kollha involuti jiżguraw li l-ħaddiema jakkwistaw il-kompetenzi bażiċi li għandhom bżonn;

49.    Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti bħall-iskemi ta’ valutazzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, biex tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-ħaddiema biex sistematikament isegwu tagħlim/edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja fuq inizjattiva tagħhom, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lil dawk li jeħtieġu jikonċiljaw il-ħajja tal-familja ma’ dik tax-xogħol, u biex jirrevedu regolarment liema kwalifiki huma meħtieġa għas-suċċess fis-suq tax-xogħol, biex jittejbu l-ħiliet tagħhom u tiġi pprovduta mobilità fl-impjiegi;

50.    Jistieden lill-Istati Membri, bil-ħsieb li l-ħajja tal-familja u l-karrieri jiġu armonizzati bejniethom u n-nisa fiż-żoni rurali jiġu megħjuna, joffru tagħlim ulterjuri fit-teknoloġija tal-kompjuters ħalli l-impjegati femminili jingħataw il-possibilità li jaħdmu mid-dar ukoll;

51.    Iħeġġeġ lill-gvernijiet biex jippromwovu ETV flessibbli, immirati lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tal-organizzazzjonijiet u l-intrapriżi, li jippermettu li t-taħriġ kollu li jkun twettaq ikun ta’ benefiċċju, il-konċiljazzjoni ta’ dak it-taħriġ mal-ħajja privata u mal-attivitajiet professjonali l-oħra, u l-inkoraġġiment tal-mobilità Ewropea, b’enfasi partikolari fuq l-iffaċilitar tal-aċċess għall-ETV għal organizzazzjonijiet fir-riskju ta’ marġinalizzazzjoni, sabiex jittawwal it-taħriġ tagħhom;

52.    Jindika li t-tagħlim tul il-ħajja se jkun kruċjali biex jiġi evitat il-qgħad u jiġu kkunsidrati kif jixraq il-bijografiji tal-impjiegi differenti; iqis, fid-dawl ta’ dan il-għan, li l-ħaddiema jridu jsiru aktar konxji tal-ħtieġa għal taħriġ ulterjuri kontinwu;

53.    Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar il-konsegwenzi tal-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-produttività tal-ħaddiema u għall-kompetittività tal-intrapriżi u l-kwalità tax-xogħol;

54.    Jinnota l-importanza ta’ formazzjoni professjonali għall-persuni fi stadji differenti tal-ħajja, li tkun faċilment aċċessibbli, flessibbli u individwali, u b’hekk tiġi ffaċilitata u mtejba l-parteċipazzjoni professjonali fis-suq tax-xogħol; iqis li t-taħriġ vokazzjonali u edukattiv għandu jkun aċċessibbli, disponibbli u bi prezzijiet raġonevoli fl-stadji kollha tal-ħajja tal-bniedem, independentement mill-istatus tagħhom fis-suq tax-xogħol jew id-dħul tagħhom, u bil-ħsieb mhux biss tal-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, iżda wkoll tal-kontribut għall-evoluzzjoni ta’ professjonijiet eżistenti u l-ħolqien ta’ oħrajn ġodda, ibbażati fuq il-ħtiġijiet attwali tas-soċjetà; iqis, barra minn hekk, li dan għandu jitqies bħala strument importanti biex titwal il-ħajja tax-xogħol tal-individwi;

55.    Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw aċċess ta' kwalità għolja, mifrux sew, flessibbli u bi prezz xieraq għan-nisa għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, flimkien ma' gwida speċifika u għoti ta’ pariri dwar il-karriera dwar il-kwalifiki f’kull tip ta’ professjoni, li huma rilevanti għal nisa minn ambjenti diversi, bil-ħsieb li jiġu integrati b’mod effikaċi f’impjiegi ta’ kwalità tajba b’pagi diċenti, li jipprovdu soluzzjoni għall-bżonnijiet ta' taħriġ multidimensjonali tagħhom, bħalma huma:

· edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali maħsub għal ħtiġiet speċifiċi ħalli jkun sostnut l-iżvilupp tal-karrieri,

· rotot aċċessibbli mit-tagħlim informali għat-tagħlim formali,

· sensibilità għal stili differenti ta’ tagħlim;

· aċċess għal mudelli ta’ rwoli u għal konsulenti esperti u ta’ fiducja (mentors);

· żvilupp ta’ programmi adattati għal arranġamenti ta’ xogħol flessibbli u kuntratti ta’ xogħol part-time;

· għażliet adattati ta' tagħlim bl-internet;

56.    Jinnota li r-rati dejjem jogħlew tal-popolazzjoni li qed tixjieħ fl-Ewropa qed iżidu l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u l-programmi edukattivi u qed jagħmluha neċessarja li jiġi pprovdut appoġġ;

57.    Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata spinta lill-isforzi, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali, biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-SMEs fit-taħriġ professjonali u fit-tagħlim tul il-ħajja u biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema b’ħiliet baxxi, li l-parteċipazzjoni reġistrata tagħhom hija partikolarment baxxa;

58.    Jenfasizza li, bħala parti mill-isforzi biex jinkiseb l-objettiv tal-flessibilità b’sigurtà, huwa urġentement meħtieġ li b’mod effettiv tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema involuti fil-forom flessibbli tal-impjieg fit-taħriġ vokazzjonali; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jieħdu l-inizjattivi relevanti;

59.    Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aktar qawwi minn programmi tat-tagħlim fuq l-internet, biex b’dan il-mod jikkontribwixxu għall-konċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u tax-xogħol fil-familji;

60.    Jenfasizza r-rwol tal-gvernijiet lokali, l-intraprendituri, is-sħubiji u l-istituzzjonijiet edukattivi fil-formazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali skont il-ħtiġijiet attwali tas-suq tax-xogħol;

61.    Huwa tal-opinjoni li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom rwol essenzjali fil-kooperazzjoni maċ-ċentri tal-ETV u d-dinja tan-negozju u biex jgħinu lill-fornituri tal-ETV biex jiżviluppaw ambjent amikevoli li jgħin id-dħul b’suċċess tal-istudenti tal-ETV fis-suq tax-xogħol;

62.    Jitlob li l-kuntratti ta’ apprendistat, filwaqt li jiġi protett l-apprentist u jiġu pprovduti ċerta flessibilità u miżuri flessibbli għall-applikazzjoni tagħhom, jippermettu t-terminazzjoni tal-kuntratt jekk il-persuna kkonċernata tagħti prova li mhix adattata għall-impjieg tagħha jew tkun ħatja ta’ mġiba ħażina serja;

63.    Jistieden lill-Istati Membri, b’konformità mal-objettivi u l-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020, biex itejbu r-rabtiet bejn it-taħriġ vokazzjonali u l-bżonnijiet fis-suq tax-xogħol, pereżempju billi jtejbu s-servizzi ta’ gwida fil-qasam akkademiku u f’dak tal-karrieri u jinkoraġġixxu perjodi ta’ taħriġ u kuntratti ta’ apprendistat għan-nisa, u biex joħolqu opportunitajiet ġodda għal taħriġ, inkluż fl-oqsma xjentifiċi, matematiċi u teknoloġiċi, sabiex tiżdied il-kapaċità tan-nisa li jsibu xogħol f’oqsma tekniċi u xjentifiċi u f'impjiegi mhux tradizzjonali u fis-setturi tal-ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, biex jinħolqu impjiegi b’salarji deċenti;

64.    Jemmen li l-programmi Ewropej eżistenti ta’ taħriġ vokazzjonali huma effettivi u għandhom jingħataw aktar appoġġ fil-futur;

Kwalità u effiċjenza fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

65.    Jitlob lill-Istati Membri joħolqu possibilitajiet aħjar ta’ taħriġ għall-edukaturi u biex jibnu l-bażi għal sħubija fit-tagħlim li sservi ta’ inċentiv, partikolarment fil-livelli reġjonali u lokali, bil-ħsieb li jiġu assigurati s-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, kif ukoll it-trasferiment effiċjenti u b’suċċess tal-għerf;

66.    Jenfasizza li forza tax-xogħol edukata u bi kwalifiki għolja hija waħda mill-istimoli tal-innovazzjoni u tirrappreżenta vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-Unjoni; jenfasizza li edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità għolja jikkontribwixxu fundamentalment għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ħolqien ta’ suq uniku li jiffunzjona, u għandhom jiġu adattati b’mod kostanti għall-bżonnijiet u l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol Ewropew permezz ta’ djalogu intensiv fost il-partijiet interessati kollha;

67.    Jirrimarka li fl-ekonomija diġitali ġdida, il-kreattività u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICTs) qed jibnu kultura ta’ negozju ġdida li tista’ tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambji ta’ prattika tajba fost l-Istati Membri bil-għan li titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u li għalhekk wasal iż-żmien li l-ETV jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-aġenda, speċjalment bil-għan li jiġu ffaċċjati l-isfidi ppreżentati mill-istrateġija 2020, bħalma hija l-mira ewlenija tal-UE ta’ 40% ta’ nies bejn it-30 u l-34 sena li jtemmu l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti;

68.    Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi tal-assigurazzjoni ta’ kwalità fil-livell nazzjonali u jiżviluppaw qafas ta’ kompetenza għall-għalliema u l-edukaturi;

69.    Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni rigward il-bidliet mistennija fis-swieq tax-xogħol fi ħdan l-UE, u lill-Istati Membri biex jinkorporaw din l-informazzjoni fl-istrateġiji u l-programmi edukattivi tagħhom;

70.    Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu sinerġiji fil-livell lokali bejn is-sħab soċjali, l-assoċjazzjonijiet professjonali lokali, l-universitajiet u l-bordijiet maniġerjali tal-iskejjel u unitajiet edukattivi sabiex, permezz ta’ studji xjentifiċi u konsultazzjonijiet sistematiċi, ifasslu pjan fuq perjodu medju għall-bżonnijiet tal-ħiliet futuri u biex jiġi kkalkulat l-għadd ta’ studenti f’kull qasam, li jkabbar l-effettività tat-taħriġ vokazzjonali biex issir tranżizzjoni diretta u sostenibbli għas-suq tax-xogħol;

71.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa u taġġorna b’mod regolari grafika li tagħti stampa reġjun b’reġjun tal-kwalifiki u d-domanda tat-taħriġ;

72.    Jinnota li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma ffokati fuq kompetenzi, li l-promozzjoni tagħhom għandha titrawwem sa mill-bidu nett tal-edukazzjoni tat-tfal; iqis li dan il-proċess irid ikompli flimkien mat-tagħlim tal-prattika vokazzjonali;

73.    Jitlob l-appoġġ fil-livell nazzjonali u Ewropew bil-ħolqien ta’ bażi komuni ta’ azzjoni rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bil-ħsieb li jinkisbu l-miri tal-effiċjenza, il-mobilità tax-xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

74.    Jitlob lill-Istati Membri biex jinvolvu b’mod attiv l-ogħla istituzzjonijiet privati, kif ukoll istituzzjonijiet pubbliċi bħall-universitajiet, fl-aġġornament u l-espansjoni tal-iżvilupp ta’ ħiliet vokazzjonali, b’mod partikolari fix-xogħol relatat mal-matematika, l-informatika, ix-xjenzi u t-teknoloġija;

75.    Jitlob għal inizjattiva speċifika tal-UE biex il-bniet jinġibdu lejn il-professjonijiet “MINT” (matematika, informatika, xjenzi naturali u teknoloġija) u biex jigu miġġielda l-isterjotipi li ghadhom jiddominaw dawn il-professjonijiet; jisħaq fuq il-fatt li l-mezzi tax-xandir u l-edukazzjoni għandhom rwol essenzjali fit-taqbida kontra dawn l-isterjotipi;

76.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu t-traspożizzjoni sħiħa, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE li hija l-bażi tas-suq uniku, billi jappoġġjaw il-programmi ta’ taħriġ li għandhom l-għan li jiżguraw li dawk interessati jiksbu għarfien adegwat tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u tad-drittijiet u r-responsabilitajiet korrispondenti tagħhom;

77.    Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġjaw attivitajiet innovattivi u programmi dottorali u postdottorali li jsostnu l-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli;

Possibilitajiet għal gruppi speċjalizzati ta’ persuni

78.    Jitlob lill-Istati Membri biex fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, jikkunsidraw in-neċessitajiet individwali ta’ persuni bi kwalifiki baxxi, tal-istudenti bi sfond ta’ immigrazzjoni, ta’ nies li jappartjenu lil minoranza etnika, tan-nisa vulnerabbli, ta’ nies qiegħda, tal-persuni b’diżabilità u tal-ommijiet li jrabbu waħedhom; jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikolari lill-minoranza tar-Roma, ladarba l-attendenza fl-iskola u l-integrazzjoni fuq ix-xogħol huma elementi ewlenin biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni soċjali tar-Roma;

79.    Jistieden lill-Istati Membri joħolqu possibilitajiet ta’ tranżizzjoni għaż-żagħżagħ mingħajr kwalifiki jew bi kwalifiki ta’ livell baxx, sabiex jassistuhom fid-dħul tagħhom fid-dinja tax-xogħol, u fejn għandu jkun possibbli wkoll li jkomplu jippromwovu u jirrikonoxxu kwalifiki parzjali; jitlob, meta wieħed iqis in-natura esplożiva tal-problema, li jkun hemm strateġija komprensiva biex jiġi kkumbattut il-qgħad fost iż-żgħażagħ u n-nisa, u biex l-Istati Membri jingħataw għajnuna fil-bini ta’ netwerks fil-post li joħolqu rabta bejn l-iskejjel, l-impriżi, l-għajnuna soċjali u ż-żgħażagħ;

80.    Jinnota l-ostakli għall-integrazzjoni li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiffaċċjaw meta l-kwalifiki tagħhom ma jiġux rikonoxxuti; jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-impatt tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

81.    Jitlob lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jadottaw inizjattivi biex jgħinu b’mod effettiv lill-ħaddiema anzjani fit-tagħlim tul il-ħajja u fit-taħriġ vokazzjonali;

82.    Jara l-opportunità tal-mobilità bħala parti importanti tal-ETV, u konsegwentement jirrakkomanda l-aġġornament tal-programm Leonardo da Vinci;

Flessibilità u mobilità

83.    Jilqa’ l-idea li l-mobilità transkonfinali titqies komponent alternattiv tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-iżvilupp tal-potenzjal tas-suq tax-xogħol transkonfinali għal dawk involuti; dan qed isir bil-Programm Leonardo da Vinci; iħeġġeġ bil-qawwa lill-dawk interessati jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-Programm Leonardo da Vinci u programmi relevanti oħra; jitlob, għalhekk, għal promozzjoni akbar tal-mobilità, sabiex ikun aktar faċli għaż-żgħażagħ biex jakkwistaw l-esperjenza barra l-pajjiż;

84.    Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew jappoġġjaw u jwessgħu l-programmi Ewropej għall-mobilità tal-istudenti, b’mod partikolari l-Programm Leonardo da Vinci, bil-għan li jippromwovu mobilità akbar għall-apprendisti fis-suq uniku;

85.    Jemmen li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom joħolqu l-kondizzjonijiet għall-mobilità tax-xogħol, kemm matul l-istudji tal-bidu kif ukoll fil-qafas tal-proċess tat-tagħlim matul il-ħajja;

86.    Jemmen li l-mobilità transkonfinali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hija importanti daqs il-mobilità fil-qasam tal-edukazzjoni ġenerali, u jemmen li għandu jsir aktar sforz fl-iżvilupp ta’ tali mobilità;

87.    Huwa tal-opinjoni li armonizzazzjoni aħjar bejn is-sistemi edukattivi differenti tal-Istati Membri – li twitti dawn id-differenzi u tiżgura r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati u d-diplomi fost l-Istati Membri – għandha tkun enfasizzata sabiex tiżdied il-kollaborazzjoni transkonfinali u tiġi megħjuna l-mobilità;

88.    Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu t-tagħlim li ma jsirx b'mod formali u t-tagħlim informali u jinkoraġġixxu l-iskambju tal-esperjenza tax-xogħol sabiex jiksbu l-massimu mill-mobilità tax-xogħol u l-iskambju tal-għarfien, sabiex jitħalla marġini akbar għar-rotot individwali tat-tagħlim;

89.    Jinnota li huwa ta’ importanza prinċipali li tkun faċilitata l-mobilità tax-xogħol fis-suq intern; jilqa’ u jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tevalwa mill-ġdid is-sistema attwali għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali; jemmen li valutazzjoni serja tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali fil-forma attwali tagħha għandha tkun inkluża fl-eżerċizzju ta’ rieżami tad-Direttiva mill-Kummissjoni; hu tal-fehma li r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali fl-Istati Membri għandu jibqa’ ta’ prijorità ewlenija għall-Kummissjoni;

90.    Jissuġġerixxi li t-twaqqif ta’ strateġija ġdida għat-tagħlim tal-lingwi biex jittejjeb it-tagħrif ġenerali f'oqsma ta’ ħiliet speċifiċi se jiffaċilita l-mobilità tal-għalliema u tal-istudenti; barra minn hekk, jinnota li l-garanzija ta’ tranżizzjoni bla xkiel minn edukazzjoni vokazzjonali għal edukazzjoni ogħla tgħin biex il-korsijiet tat-taħriġ vokazzjonali jsiru aktar attraenti;

91.    Jistieden lill-Istati Membri, bil-għajnuna tal-Kummissjoni, u b’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, biex jintroduċu sistemi għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki vokazzjonali fi ħdan il-qafas tat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ professjonali;

92.    Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li l-offerta tal-possibilitajiet ta’ taħriġ tkun ifformulata skont moduli; jitlob, madankollu, biex in-natura integrali ta’ kwalifika vokazzjonali wiesgħa tkun preservata bħala prijorità assoluta u li l-moduli singoli jiġu ddefiniti b’mod ċar biex wieħed jieħu ħsieb li dawn ikunu jistgħu jitqabblu;

93.    Jenfasizza r-rwol li għandhom l-għalliema u dawk li jħarrġu lill-oħrajn fit-trawwim tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-ETV u jitlob għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ mobilità bħalma huma l-Programm Leonardo da Vinċi u l-proġett għall-apprendisti, b’azzjonijiet speċifiċi li jindirizzaw lin-nisa, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-akkwiżizzjoni tul il-ħajja kollha tal-ħiliet relevanti bil-ħsieb li jiġu integrati jew integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

94.    Huwa konvint li s-sħubiji indikati fl-Istrateġija Ewropa 2020 fost l-atturi fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jikkostitwixxu rekwiżit għall-effiċjenza u l-importanza tas-suq tax-xogħol, u li dawn għandhom jingħataw sura ta’ kunsilli għall-ħiliet fit-tul immirati lejn is-suq tax-xogħol;

95.    Jistieden lill-Istati Membri biex fil-kuntest tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, jagħmlu enfasi fuq l-akkwiżizzjoni tal-ħiliet fil-lingwi barranin filwaqt li jiffokaw fuq l-intrapriżi żgħar u medji, u b’hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet biex tiżdied il-kompetittività tagħhom bħala parti mis-suq uniku;

96.    Jenfasizza kemm huma ta’ importanza maġġuri l-kisba u t-titjib tal-profiċjenza f’diversi lingwi bhala mezz li bih jissaħħu l-fiduċja li wieħed ikollu fih innifsu, l-adattabilità u l-ħiliet interkulturali;

97.    Jenfasizza li l-opportunità li ż-żgħażagħ iqattgħu perjodu ta’ edukazzjoni jew taħriġ barra l-pajjiż hu essenzjali għall-akkwist ta’ ħiliet ġodda, inkluż ħiliet lingwistiċi, u b’hekk jiżdiedu l-opportunitajiet tagħhom għal integrazzjoni fis-suq tax-xogħol; jilqa' għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżviluppa l-karta ‘Żgħażagħ Mobbli’ li se tgħin liż-żgħażagħ kollha biex imorru jistudjaw fi Stat Membru ieħor, kif ukoll il-ħolqien ta’ self għall-mobilità tal-istudenti Ewropej sabiex aktar Ewropej żgħażagħ, b’mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati, ikollhom l-opportunità li jesperjenzaw perjodu ta’ studju, taħriġ jew xogħol f’pajjiż ieħor;

Il-kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

98.    Jilqa’ l-għodda ta’ referenza komuni tal-Proċess ta’ Kopenħagen (Europass, il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, is-Sistema Ewropea ta’ Kreditu għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u l-Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Assikurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali), u jsostni li permezz ta’ rieda determinata dawn l-għodod għandhom jitpoġġew fil-prattika u jiġu żviluppati ulterjorment;

99.    Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-interazzjoni – u tistabbilixxi sinerġiji aktar mill-qrib – bejn id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, il-Proċess ta’ Bologna dwar l-edukazzjoni ogħla u l-Proċess ta’ Kopenħagen dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, b’użu mtejjeb tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, is-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u l-Ewropass; isostni li l-Istati Membri għandhom iżommu l-kompetenza fl-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tagħhom skont il-kundizzjonijiet kulturali u tas-soċjetà partikolari tagħhom;

100.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja u timplimenta b’mod konsistenti ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità li tagħti spinta fundamentali lill-proċessi tal-innovazzjoni f’termini ta’ azzjoni, effiċjenza u effettività, bħalma huma dawk rakkomandati fin-Netwerk Ewropew tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-ETV (EQAVET), kif ukoll l-istrumenti żviluppati permezz tal-proċess ta’ Kopenħagen, bħall-Ewropass u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (EQF); jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw il-proċeduri għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali barranin sabiex jassiguraw li l-ħiliet fl-impjiegi jistgħu jintwerew mhux biss bis-saħħa ta’ kwalifiki formali, iżda wkoll permezz ta’ perjodi ta’ prova, eżamijiet tat-teorija u tal-prattika, u valutazzjonijiet ta’ esperti;

101.  Huwa tal-opinjoni li l-isfidi ppreżentati mill-proċess ta’ Kopenħagen u l-Istrateġija UE 2020 jitolbu għall-għoti ta’ riżorsi finanzjarji adegwati, fost l-oħrajn permezz tal-Fondi Strutturali, b’mod partikolari l-FSE, u għal involviment aktar sħiħ fil-promozzjoni ta’ ETV bi kwalità għolja permezz ta’ azzjoni konkreta u l-inklużjoni ta’ mudelli u metodi ġodda ta’ taħriġ, bħal li tingħata viżibilità lill-istejjer ta’ suċċess tal-istudenti fis-suq tax-xogħol, li jiġi rreklamat il-prestiġju marbut mal-ETV f’kumpaniji kbar u li jiġu pprovduti informazzjoni u linji gwida aktar kompleti dwar kwistjonijiet tal-ETV qabel it-tlestija tal-iskola obbligatorja; jinnota li t-tħeġġiġ tal-iskambji ta’ esperjenzi rigward programmi ta’ appoġġ u perjodi li jkunu tqattgħu barra mill-pajjiż, bħalma huma l-parteċipazzjoni fil-Programm Leonardo da Vinci, ikunu ta’ valur kbir;

102.  Jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw il-proċeduri għar-rikonoxximent tad-diplomi barranin li jingħataw wara l-konklużjoni tat-tagħlim vokazzjonali, li jagħtu l-possibilità ta’ prova għall-kapaċitajiet professjonali mhux biss permezz taċ-ċertifikati formali, iżda wkoll permezz ta’ provi fuq ix-xogħol, eżamijiet prattiċi u fit-teorija, kif ukoll valutazzjoni minn esperti;

103.  Jitlob għall-promozzjoni ta’ kooperazzjoni transnazzjonali, kemm fost l-Istati Membri tal-UE kif ukoll fost pajjiżi terzi, sabiex jiġu stabbiliti programmi għall-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

104.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta s-sistema ta’ valutazzjoni tal-effikaċja tat-taħriġ sabiex tinkiseb u tinżamm rata għolja tal-impjiegi;

105.  Jistieden lill-Kummissjoni u liċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) jinkludu d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-segwitu għall-Communiqué ta’ Bruges dwar it-titjib tal-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu 2011-2010 speċjalment f’dak li hu aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja kollha ħalli n-nisa u l-irġiel ikollhom opportunitajiet li jitgħallmu fi kwalunkwe stadju tal-ħajja u billi r-rotot li jwasslu għall-edukazzjoni u t-taħriġ isiru aktar miftuħa u flessibbli;

Finanzjament

106.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tadatta l-Fond Soċjali Ewropew, il-programm kollu għat-tagħlim tul il-ħajja kif ukoll Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ b’mod li jkun possibbli li jiġu allokati fondi għal proġetti dwar edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali kif ukoll dwar il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u dwar it-taħriġ ulterjuri ta’ persuni anzjani fl-UE kollha kemm hi, u biex l-aċċess għal dawn il-fondi jiġi ssimplifikat; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja programmi Komunitarji biex jgħinu ż-żgħażagħ jakkwistaw l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenzi li huma jeħtieġu sabiex isibu l-ewwel impjieg tagħhom;

107.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw l-aħjar użu tal-Fondi Strutturali, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew, għall-programmi speċifiċi li jippromwovu tagħlim tul il-ħajja u jimmiraw li jħeġġu aktar nisa jipparteċipaw fis-sistema ETV u jżidu r-rata tal-parteċipazzjoni tagħhom fiha, mhux l-anqas permezz ta’ miżuri ffinanzjati kif jixraq, imfassla speċifikament biex dan il-għan jintlaħaq; jitlob li jiġu żviluppati azzjonijiet speċifiċi fil-proġett pilota Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ sabiex tiġi inkuraġġita l-intraprenditorija fost in-nisa;

108.  Itenni l-kritika tiegħu għat-tnaqqis li għamel il-Kunsill tal-Ministri fil-baġit 2011 rigward il-finanzjament għall-programmi ewlenin tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni (il-Programm tat-“Tagħlim tul il-Ħajja” u l-programm Nies – tnaqqis ta’ EUR 25 miljun u EUR 100 miljun rispettivament); l-Istrateġija ambizzjuża Ewropa 2020 hija għaldaqstant lura sewwa mir-realtà bil-limitazzjonijiet baġitarji;

109.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw bħala opzjoni waħda skema ta’ vouchers biex tiġi żgurata għall-persuni bi dħul baxx il-possibilità li jipparteċipaw fit-taħriġ; jekk ikun meħtieġ, jistieden lill-Istati Membri biex japplikaw għall-finanzjament għal tali skemi ta’ vouchers għat-taħriġ taħt il-FSE;

110.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2010)0166.

2 Testi adottati, P7_TA(2010)0262.

(3)

.

(4)

ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.

(5)

Testi adottati, P7_TA(2010)0164.

(6)

ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 33.

(7)

ĠU C 155, 8.7.2009, p.11.

(8)

ĠU C 155, 8.7.2009, p.1.

(9)

ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(10)

ĠU C 320, 16.12.2008, p. 6.

(11)

ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-possibilità u l-abilità li wieħed jitgħallem u jaħdem f’kuntest internazzjonali huma rekwiżiti importanti għal ħajja tax-xogħol li tkun ta’ suċċess f’ekonomija globalizzata. Teżisti ħtieġa dejjem akbar għal impjegati mobbli, flessibbli u b’esperjenza internazzjonali.

L-Istrateġija Ewropa 2020 telenka l-fatturi ewlenin għal tkabbir intelliġenti (it-tkattir tal-għerf, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni, u l-promozzjoni tas-soċjeta diġitali), it-tkabbir sostenibbli (produzzjoni effiċjenti fir-riżorsi li timxi id f’id maż-żieda fil-kompetittività), u tkabbir inklużiv (rata ta’ impjiegi ogħla, it-taħriġ u t-tneħħija tal-faqar). Li hemm bżonn huwa li fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jittieħdu miżuri konkreti fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex l-istrateġija tingħata l-ħajja.

Minkejja l-effetti drastiċi li l-kriżi ekonomika qed ikollha fuq is-suq tax-xogħol, wieħed jassumi li t-tkabbir tal-impjiegi fl-Ewropa se jirkupra, għall-inqas gradwalment, fl-għaxar snin li ġejjin. Kif juru l-previżjonijiet tas-Cedefop dwar il-provvista ta’ u d-domanda għall-ħiliet fl-Ewropa, l-ammont ta’ postijiet ġodda sas-sena 2020 hu stmat li jkun 80 miljun(1).

Il-previżjonijiet jissuġġerixxu li ż-żieda tad-domanda għall-kompetenzi se tibqa’ kostanti. Il-bidliet industrijali u tekonoloġiċi jġibu magħhom ħtieġa akbar ta’ ħaddiema speċjalizzati f’livell għoli u intermedju, iżda wkoll għad-detriment ta’ dawk bi kwalifiki baxxi.

Proprju fir-rigward taż-żgħażagħ għandhom jittieħdu azzjonijiet b'urġenza: iż-żieda kontinwa ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ hija waħda mill-isfidi l-aktar urġenti fl-Ewropa. Mhux biss li ħafna drabi iktar iż-żgħażagħ ikunu qiegħda milli l-ħaddiema adulti, iżda huma ż-żgħażagħ li spiss jaħdmu f’xogħol li ma jkunx stabbli u f’impjiegi prekarji b’pagi aktar baxxi u anqas sigurtà soċjali. L-Istati Membri għandhom jadottaw strateġiji politiċi aktar immirati, biex jikkumbattu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u fl-istess ħin jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet nazzjonali speċifiċi. L-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija 2020, jiġifieri li tonqos ir-rata ta’ studenti li jħallu l-iskola kmieni b’10% u li 40% taż-żgħażagħ itemmu studju terzjarji, għandhom jiġu indirizzati b’miżuri konkreti, kreattivi u effiċjenti.

L-industriji dejjem jitolbu b’aktar ħeġġa li l-provvista ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali jkunu relatati aktar mill-qrib mal-prattika u li jkunu orjentati b’mod ċar lejn il-ksib ta’ soluzzjonijiet. Dak li huwa importanti għall-industrija huwa dak li l-ħaddiema jġibu magħhom f’kapaċitajiet u kompetenzi fl-ambjent tax-xogħol meta jtemmu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

Hawnhekk huwa neċessarju li t-tagħlim ikun orjentat b’mod ċar lejn il-ksib ta’ riżultati. Anki ż-żewġ inizjattivi tal-Proċess ta’ Kopenħagen, il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u s-Sistema Ewropea ta’ Kreditu għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali se jiddeterminaw sewwa d-direzzjoni tal-politika Ewropea fis-snin li ġejjin; huma diġà qed iservu ta’ impuls għar-riformi tas-sistemi ta’ edukazzjoni f’uħud mill-Istati Membri. Fir-rigward tal-komparabilità tas-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali fl-Istati Membri, il-prijoritajiet għandhom ikunu li jitneħħew l-ostakli u jiżdiedu t-trasparenza u komparabilità bejn is-sistemi ta’ edukazzkoni differenti. L-għanijiet u l-inizjattivi tal-politika edukattiva Ewropea jeħtieġu l-appoġġ tal-atturi kollha fit-taħriġ vokazzjonali. Huma għandhom bżonn ukoll ikunu ttestjati fil-livell prattiku u għandhom ikunu kkonkretizzati f’bosta aspetti.

Peress li t-tibdil demografiku qed iġib miegħu dejjem iktar il-ħtieġa ta’ tagħlim ulterjuri u l-bżonn tat-tagħlim tul il-ħajja, il-ħaddiema għandhom ikunu pprovduti bil-mezzi biex jiddeterminaw huma stess il-ħtiġijiet tagħhom ta' taħriġ ulterjuri u jippjanawh huma stess. Ċentri ta’ taħriġ vokazzjonali newtrali jistgħu jikkompletaw din il-politika.

Barra minn hakk, biex persuni fi stadji differenti tal-ħajja u, ugwalment, gruppi speċifiċi jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-possibilitajiet ta’ finanzjament għandhom jiġu estiżi, issimpifikati u magħmula aktar aċċessibbli, bl-użu ta’ fondi attwalment disponibbli mill-FSE, mill-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja kif ukoll minn Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ.

Il-fondi tal-FSE jistgħu jintużaw ukoll biex jiffinanzaw sistema ta’ vouchers li tgħin lil persuni bi dħul baxx jattendu korsijiet ta’ taħriġ ulterjuri li jtejbu l-possibilitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. B’dan il-mod persuni jistgħu jkunu inkuraġġiti biex jitgħallmu tul ħajjithom. L-istituzzjonijiet li joffru tagħlim vokazzjonali mbagħad jidħlu f’kompetizzjoni bejniethom peress li ċ-ċittadini stess ikunu jistgħu jiddeċiedu liema offerta taqdi l-ħtiġijiet tagħhom bl-aħjar mod.

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet huwa indispensabbli li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jingħataw prijorità politika permanenti minn kulħadd, u dawn jistgħu jiġu tradotti f’realtà biss bil-parteċipazzjoni u l-impenn ta’ dawk kollha interessati. Apparti l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE, dawk involuti fil-livell lokali u reġjonali għandhom jużaw l-influwenza tagħhom biex dan iseħħ.

Irridu niżguraw li l-ħaddiema Ewropej ikunu f’pożizzjoni li jadattaw għall-ħtiġijiet tal-ekonomija. Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom ipoġġu lill-persuni f’qagħda li jikkwalifikaw ruħhom aħjar u b’mod aktar komprensiv. Minflok ma jiġi meqjus biss bħala mezz li jgħin lill-persuni jakkwistaw impjiegi aħjar, l-akkwist ta’ kwalifiki ogħla għandu jagħtihom l-opportunità li jsawru l-postijiet tax-xogħol tal-ġejjieni u b’dan il-mod jagħtu kontribut attiv għal ekonomija innovattiva.

(1)

Cedefop, Skill supply and demand in Europe: medium-term forecast up to 2020, il-Lussemburgu 2010, p. 12.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (*) (28.1.2011)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-Istrateġija Ewropa 2020

(2010/2234(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Maria Badia i Cutchet

(*)       Kumitat assoċjat - Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrimarka li fl-ekonomija diġitali ġdida, il-kreattività u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICTs) qed jibnu kultura ta’ negozju ġdida li tista’ tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambji ta’ prattika tajba fost l-Istati Membri bil-għan li titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u li għalhekk wasal iż-żmien li l-ETV jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-aġenda, speċjalment bil-għan li jiġu ffaċċjati l-isfidi ppreżentati mill-istrateġija 2020, bħal ma hija l-mira ewlenija tal-UE ta’ 40% ta’ nies bejn it-30 u l-34 sena li jtemmu l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti;

2.  Jenfasizza l-importanza ta’ mudelli ekonomiċi soċjali u inklużivi għal din il-kultura ġdida ta’ intrapriża, u jindika li huwa vitali li l-istituzzjonijiet li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inkluża l-edukazzjoni ogħla, għandhom iħejju lill-istudenti tagħhom b’għarfien dettaljat dwar il-forom kollha tal-intraprenditorjat, inkluż fl-ekonomija soċjali u dik inklużiva, u dwar il-prinċipji ta’ ġestjoni responsabbli u etika;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit inventarju ta’ dawk l-oqsma li fihom l-Unjoni Ewropea għandha jew jista’ jkollha vantaġġ komparattiv fid-dinja kollha, u li għalih jistgħu jiġu żviluppati strateġiji għal taħriġ ulterjuri;

4.  Ifakkar li l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa essenzjali għal ġejjieni aħjar għall-Ewropej; huwa tal-opinjoni li l-kompetenzi ewlenin u l-ħiliet ġodda, b’mod partikolari dawk meħtieġa għal xogħlijiet f’setturi ta’ tkabbir strateġiku, jipprovdu lin-nies b’opportunitajiet ġodda u, barra minn hekk, li jqiegħdu l-bażi għal żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli fuq tul ta’ żmien twil; iqis li huwa importanti, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri u l-atturi kollha involuti jiżguraw li l-ħaddiema jakkwistaw il-kompetenzi bażiċi li għandhom bżonn;

5.  Jindika li t-tagħlim tul il-ħajja se jkun kruċjali biex jiġi evitat il-qgħad u jiġu kkunsidrati kif jixraq il-bijografiji tal-impjiegi differenti; fid-dawl ta’ dan il-għan, il-ħaddiema jridu jsiru aktar konxji tal-ħtieġa għal taħriġ ulterjuri kontinwu;

6.  Itenni l-kritika tiegħu għat-tnaqqis li għamel il-Kunsill tal-Ministri fil-baġit 2011 rigward il-finanzjament għall-programmi ewlenin tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni (il-Programm tat-“Tagħlim tul il-Ħajja” u l-programm Nies - tnaqqis ta’ EUR 25 miljun u EUR 100 miljun rispettivament); l-Istrateġija ambizzjuża Ewropa 2020 hija għaldaqstant lura sewwa mir-realtà bil-limitazzjonijiet baġitarji;

7.  Jemmen li l-programmi Ewropej eżistenti ta’ taħriġ vokazzjonali huma effettivi u għandhom jingħataw aktar appoġġ fil-futur;

8.  Jirrakkomanda li jiġu provduti inċentivi lil dawk li jħaddmu biex jinkoraġġixxu lill-ħaddiema tagħhom jieħdu sehem fi programmi ta’ taħriġ;

9.  Jenfasizza l-importanza li jiġu inkoraġġiti korsijiet regolari għal taħriġ ulterjuri bħala parti mit-tagħlim tul il-ħajja;

10. Jirrimarka li l-konnessjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ, partikolarment il-passaġġ mill-edukazzjoni vokazzjonali għall-edukazzjoni ogħla, titlob li l-opportunitajiet għal konnessjonijiet bejn it-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni universitarja jikbru, b’enfasi speċjali fuq l-integrazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmi għall-għoti ta’ informazzjoni dwar il-karrieri, għas-servizzi ta’ gwida u ta’ pariri; fl-istess ħin huwa tal-opinjoni li l-alternanza bejn it-taħriġ u x-xogħol jiżgura li dawk li jirċievu t-taħriġ vokazzjonali jakkwistaw il-ħiliet mitluba mis-suq tax-xogħol;

11. Jenfasizza l-importanza, fil-livell lokali u reġjonali, ta’ trawwim ta’ sinerġiji effettivi u forom affidabbli ta’ koperazzjoni bejn l-iskejjel, l-aġenziji tat-taħriġ, iċ-ċentri u l-kumpaniji tar-riċerka sabiex tingħeleb in-natura b’ħarsa interna tas-sistemi tal-edukazzjoni u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ bejn l-għarfien u l-ħiliet u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u jkabbar il-possibilità li ż-żgħażagħ, b’mod partikolari n-nisa, jsibu x-xogħol, b’referenza speċifika għal kwalifiki tal-edukazzjoni vokazzjonali ulterjuri;

12. Jissuġġerixxi li t-twaqqif ta’ strateġija ġdida tat-tagħlim tal-lingwi, mil-lat ta’ min jitgħallem, biex jittejjeb it-tagħrif ġenerali f'oqsma ta’ ħiliet speċifiċi se jiffaċilita l-mobilità tal-għalliema u tal-istudenti; barra minn hekk, jinnota li l-garanzija ta’ tranżizzjoni bla xkiel minn edukazzjoni vokazzjonali għal edukazzjoni ogħla tgħin biex il-korsijiet tat-taħriġ vokazzjonali jsiru aktar attraenti;

13. Jara l-opportunità tal-mobilità bħala parti importanti tal-ETV u konsegwentement jirrakkomanda l-aġġornament tal-programm Leonardo da Vinci;

14. Jemmen li l-mobilità transkonfinali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hija importanti daqs il-mobilità fil-qasam tal-edukazzjoni ġenerali, u jemmen li għandu jsir aktar sforz fl-iżvilupp ta’ tali mobilità;

15. Jirrakkomanda li l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorjat jingħataw spinta fil-livelli kollha tal-edukazzjoni inkluż it-taħriġ vokazzjonali, u jiġu rikonoxxuti l-ħiliet akkwistati permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ tagħlim, inkluż dak mhux formali u informali; jirrakkomanda wkoll li jitħeġġu proġetti li jsostnu t-tixrid tal-għarfien u l-ħiliet minn ġenerazzjoni għal oħra;

16. Jindika li r-rati dejjem jogħlew tal-popolazzjoni li qed tixjieħ fl-Ewropa qed iżidu l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u l-programmi edukattivi u qed jagħmluha neċessarja li jiġu pprovduti b’appoġġ;

17. Isostni li edukazzjoni għall-intraprenditorjat għandha tifforma parti importanti mill-ETV bil-għan li ssir aktar attraenti għall-istudenti kollha u jitħeġġeġ l-intraprenditorjat skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

18. Jirrikonoxxi r-rwol sinifikanti li għandhom l-isterjotipi tal-ġeneru fil-prattiki tal-edukazzjoni, u jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġu stabbiliti strateġiji maħsuba biex imexxu t-twaqqif ta’ edukazzjoni b’ġeneru newtrali, li tgħin biex iġġib, pereżempju, aċċess ugwali għan-nisa u l-irġiel għall-ETV u għall-impjiegi;

19. Huwa tal-opinjoni li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom rwol essenzjali fil-kooperazzjoni maċ-ċentri tal-ETV u d-dinja tan-negozju u biex jiġu megħjuna l-fornituri tal-ETV biex jiġi żviluppat ambjent amikevoli li jgħin id-dħul b’suċċess tal-istudenti tal-ETV fis-suq tax-xogħol;

20. Jitlob lill-Istati Membri biex joħolqu perkorsi għaż-żgħażagħ bla ebda jew bi kwalifiki edukattivi baxxi sabiex dawn ikunu permessi jidħlu fid-dinja tax-xogħol; jitlob, minħabba n-natura splussiva tal-problema, għal proġett pilota li jikkumbatti l-qgħad fost iż-żgħażagħ u jgħin lill-Istati Membri jistabbilixxu netwerks lokali li jgħaqqdu l-iskejjel, l-industrija, is-servizzi għaż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ;

21. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa u taġġorna b’mod regolari ċart li tagħti stampa ta’ reġjun b’reġjun tal-kwalifiki u d-domanda tat-taħriġ;

22. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja u timplimenta b’mod konsistenti ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità li tagħti spinta fundamentali lill-proċessi tal-innovazzjoni f’termini ta’ azzjoni, effiċjenza u effettività, bħalma huma dawk irrakkomandati fin-Netwerk Ewropew tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-ETV (EQAVET), kif ukoll l-istrumenti żviluppati permezz tal-proċess ta’ Kopenħagen, bħall-Ewropass u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (EQF); jistieden lill-Istati Membri biex jissimplifikaw il-proċeduri għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali barranin sabiex jassiguraw li l-ħiliet fl-impjiegi jistgħu jintwerew mhux biss bis-saħħa ta’ kwalifiki formali, iżda wkoll permezz ta’ perjodi ta’ prova, eżamijiet tat-teorija u tal-prattika, u valutazzjonijiet ta’ esperti;

23. Huwa tal-opinjoni li l-isfidi ppreżentati mill-proċess ta’ Kopenħagen u l-Istrateġija UE 2020 jitolbu għall-għoti ta’ riżorsi finanzjarji adegwati, fost l-oħrajn permezz tal-Fondi Strutturali, b’mod partikolari l-FSE, u għal involviment aktar sħiħ fil-promozzjoni ta’ ETV bi kwalità għolja permezz ta’ azzjoni konkreta u l-inklużjoni ta’ mudelli u metodi ġodda ta’ taħriġ, bħal li tingħata viżibilità lill-istejjer ta’ suċċess tal-istudenti fis-suq tax-xogħol, li jiġi rreklamat il-prestiġju marbut mal-ETV f’kumpaniji kbar u li jiġu pprovduti informazzjoni u linji gwida aktar kompleti dwar kwistjonijiet tal-ETV qabel it-tlestija tal-iskola obbligatorja; jinnota li t-tħeġġiġ tal-iskambji ta’ esperjenzi rigward programmi ta’ appoġġ u perjodi li jkunu tqattgħu barra mill-pajjiż, bħal ma huma l-parteċipazzjoni fil-programm Leonardo da Vinci, ikunu ta’ valur kbir;

24. Jirrakkomanda li l-awtonomija taċ-ċentri tal-ETV tkun promossa fl-oqsma tal-attivitajiet ta’ ppjanar, iffinanzjar, immaniġġjar u valutazzjoni u li forom aktar dinamiċi ta’ kooperazzjoni jkunu introdotti bejn iċ-ċentri tal-ETV u l-intrapriżi;

25. Iħeġġeġ lill-gvernijiet biex jippromwovu ETV flessibbli, immirati lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tal-organizzazzjonijiet u l-intrapriżi, li jippermettu li t-taħriġ kollu li jkun twettaq ikun ta’ benefiċċju, ir-rikonċiljazzjoni ta’ dak it-taħriġ mal-ħajja privata u mal-attivitajiet professjonali l-oħra, u l-inkoraġġiment tal-mobilità Ewropea, b’enfasi partikolari fuq l-iffaċilitar tal-aċċess għall-ETV għal organizzazzjonijiet fir-riskju ta’ marġinalizzazzjoni, sabiex jittawwal it-taħriġ tagħhom;

26. Ifakkar li l-programmi tal-ETV għandhom ikunu estiżi biex jikkonformaw mal-prinċipji tat-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ tal-bidu u dak kontinwu;

27. Huwa tal-opinjoni li armonizzazzjoni aħjar bejn is-sistemi edukattivi differenti tal-Istati Membri - li twitti dawn id-differenzi u tiżgura r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati u d-diplomi fost l-Istati Membri - għandhom ikunu enfasizzati sabiex tiżdied il-kollaborazzjoni transkonfinali u tiġi megħjuna l-mobilità.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

25.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Santiago Fisas Ayxela, Mary Honeyball, Cătălin Sorin Ivan, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Marek Henryk Migalski, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Joanna Senyszyn, Timo Soini, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Corneliu Vadim Tudor, Gianni Vattimo, Marie-Christine Vergiat, Sabine Verheyen, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Nadja Hirsch, Seán Kelly, Iosif Matula, Georgios Papanikolaou, Hella Ranner, Mitro Repo, Olga Sehnalová, Rui Tavares


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (1.3.2011)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-Kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-Istrateġija Ewropa 2020

(2010/2234(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Olga Sehnalová

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Harsien tal-Konsumaturi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li forza tax-xogħol kwalifikata ħafna u mgħallma hija waħda mill-istimoli tal-innovazzjoni u tirrappreżenta vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-Unjoni; jenfasizza li edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità għolja jikkontribwixxu fundamentalment għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ħolqien ta’ suq uniku funzjonali, u għandhom jadattaw b’mod kostanti għall-bżonnijiet u l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol Ewropew permezz ta’ djalogu intensiv fost il-partijiet interessati kollha;

2.  Jemmen li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom joħolqu l-kondizzjonijiet għall-mobilità tax-xogħol, kemm matul l-istudji tal-bidu kif ukoll fil-qafas tal-proċess tat-tagħlim matul il-ħajja;

3.  Hu tal-fehma li, sabiex titwettaq bis-sħiħ l-inizjattiva prinċipali tal-UE 2020 ‘Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi’, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jidħlu għal inizjattiva aktar pragmatika, komprensiva u mifruxa li tkun appoġġjata mill-Istati Membri kollha li għandhom jiffukaw biex jgħaqqdu l-oqsma tal-edukazzjoni vokazzjonali, il-kwalifiki professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-apprendistat mas-suq tax-xogħol sabiex ikun żgurat li kull Stat Membru jħoss l-għanijiet stipulati fil-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) bħala tiegħu;

4.  Jenfasizza l-bżonn għal kompatibilità u sinerġija akbar bejn is-sistemi edukattivi tal-Istati Membri differenti, b’iffukar fuq it-tagħlim tal-lingwi u kurrikuli adattati għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Innovazzjoni; jenfasizza l-bżonn li jitneħħew l-ostakli legali u amministrattivi kollha għall-iżvilupp ta' qafas Ewropew li jiżgura medda wiesgħa ta’ apprendisti ta’ kwalità għolja fl-UE;

5.  Jenfasizza li l-opportunità li ż-żgħażagħ iqattgħu perjodu ta’ edukazzjoni jew taħriġ barra l-pajjiż hu essenzjali għall-akkwist ta’ ħiliet ġodda, inkluż ħiliet lingwistiċi, u b’hekk jiżdiedu l-opportunitajiet tagħhom għal integrazzjoni fis-suq tax-xogħol; jilqa' għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżviluppa l-karta ‘Żgħażagħ Mobbli’ li se tgħin liż-żgħażagħ kollha biex imorru jistudjaw fi Stat Membru ieħor, kif ukoll il-ħolqien ta’ self għall-mobilità tal-istudenti Ewropej sabiex aktar Ewropej żgħażagħ, b’mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati, ikollhom l-opportunità li jesperjenzaw perjodu ta’ studju, taħriġ jew xogħol f’pajjiż ieħor;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-interazzjoni - u tistabbilixxi sinerġiji aktar mill-qrib - bejn id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, il-Proċess ta’ Bologna dwar l-edukazzjoni ogħla u l-Proċess ta’ Kopenħagen dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, b’użu mtejjeb tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, is-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u l-Ewropass; isostni li l-Istati Membri għandhom iżommu l-kompetenza fl-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tagħhom skont il-kundizzjonijiet kulturali u tas-soċjetà partikolari tagħhom;

7.  Jinnota li hi ta’ importanza prinċipali li tkun faċilitata l-mobilità tax-xogħol fis-suq intern; jilqa’ u jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tevalwa mill-ġdid is-sistema attwali għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali; jemmen li valutazzjoni serja tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali fil-forma attwali tagħha għandha tkun inkluża fl-eżerċizzju ta’ rieżami tad-Direttiva mill-Kummissjoni; hu tal-fehma li r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali fl-Istati Membri għandu jibqa’ ta’ prijorità ewlenija għall-Kummissjoni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew biex jappoġġjaw u jwessgħu l-programmi Ewropej għall-mobilità tal-istudenti; b’mod partikolari l-programm Leonardo da Vinci, bil-għan li jippromwovu mobilità akbar għall-apprendisti fis-suq uniku;

9.  Jinnota li hemm ukoll suq intern fit-taħriġ professjonali, u jistieden lill-Istati Membri biex jistabilixxu aktar ċentri ta’ pariri dwar l-opportunitajiet ta’ taħriġ u l-mobilità professjonali f’pajjiżhom stess u fi Stati Membri oħra;

10. Jindika l-ostakli għall-integrazzjoni li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiffaċċjaw meta l-kwalifiki tagħhom ma jiġux rikonoxxuti; jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-impatt tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

11. Jitlob li jingħata appoġġ lir-rabtiet transkonfinali u lill-pjattaformi ta’ komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u l-ħaddiema sabiex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiki;

12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu traspożizzjoni sħiħa, implimentazzjoni u infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE li hija l-bażi tas-suq uniku billi jappoġġjaw il-programmi ta’ taħriġ li għandhom l-għan li jiżguraw li s-settur tal-impriżi, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi jiksbu fehim adegwat tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u tad-drittijiet u r-responsabilitajiet korrispondenti tagħhom.

13. Jistieden lill-atturi kollha fis-suq tax-xogħol, inklużi dawk mis-setturi professjonali, mill-impriżi, mit-trade unions, mill-ministeri u mis-servizzi tal-impjieg pubbliku, biex jidħlu fi djalogu soċjali strutturat dwar il-mod kif tista' tiġi garantita aħjar l-integrazzjoni professjonali taż-żgħażagħ u jkun promoss it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ formali/informali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Philippe Juvin, Eija-Riitta Korhola, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Kyriacos Triantaphyllides, Bernadette Vergnaud

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Cornelis de Jong, Constance Le Grip, Emma McClarkin, Antonyia Parvanova, Konstantinos Poupakis, Olga Sehnalová, Wim van de Camp


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1.2.2011)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-tahrig vokazzjonali biex tigi appoggjata l-Istrategija Ewropa 2020

(2010/2234(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Joanna Senyszyn

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi filwaqt li 58.9% tal-kwalifiki universitarji konferiti fl-Unjoni Ewropea jingħataw lin-nisa, il-figura korrispondenti fil-livell ta’ Ph.D. hija biss 43% u terġa' hija aktar baxxa f'livell ta' professur sħiħ, u billi 15% biss ta' professuri ta' Grad A huma nisa,

B.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni jisimha “Impetu ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020” (COM(2010) 0296) naqset milli tqis id-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi,

1.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi nazzjonali għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) li jinkludu l-perspettiva tas-sessi, jippromwovu l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f’dan il-qasam bħala prijorità għal azzjonijiet u miżuri futuri f'dan il-qasam u jiggarantixxu opportunitajiet indaqs għan-nisa kollha fis-suq tax-xogħol hu x’inhu l-istatus legali, ir-razza, l-età, l-orjentament sesswali, l-oriġini etnika jew ir-reliġjon tagħhom; jenfasizza l-importanza tal-prattiki tat-tagħlim imfassla biex jinkuraġġixxu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jikkumbattu l-isterjotipi prekonċepiti;

2.   Jinnota li taħriġ vokazzjonali ta’ standard għoli huwa bbażat fuq edukazzjoni ġenerali soda li tkun newtrali fir-rigward tal-ġeneru u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-materjali użati għat-tagħlim ma jkunx fihom mudelli ta’ karrieri li huma speċifiċi għal xi ġeneru partikolari ħalli jiġi żgurat li l-interessi tas-subien u tal-bniet fil-possibilitajiet kollha ta’ karriera jitqajmu sa mill-bidu nett;

3.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonkludu l-edukazzjoni bażika b’valutazzjoni tax-'xeħta għal karrieri'.

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jinkorraġixxu l-istabbiliment ta' sħubijiet effettivi bejn il-partijiet interessati fl-edukazzjoni, sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u kooperazzjoni akbar man-negozju sabiex tiġi indirizzata d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f’dik li hi edukazzjoni u r-relevanza tat-taħriġ;

5.   Jistieden lill-Kummissjoni u liċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) jinkludu d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-segwitu għall-Communiqué ta’ Bruges dwar it-titjib tal-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu 2011-2010 speċjalment f’dak li hu aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja kollha ħalli n-nisa u l-irġiel ikollhom opportunitajiet li jitgħallmu fi kwalunkwe stadju tal-ħajja u billi r-rotot li jwasslu għall-edukazzjoni u t-taħriġ isiru aktar miftuħa u flessibbli;

6.   Jinnota li s-sistema dupliċi (edukazzjoni prattika u skolastika) qed toħroġ ta' suċċess f’ċerti Stati Membri grazzi għall-kooperazzjoni tal-kumpaniji u l-interazzjoni tal-inizjattivi fil-provvediment ta’ taħriġ li għandu x’jaqsam ma’ karrieri;

7.   Jistieden lill-Istati Membri - inlinja mal-objettivi u l-inizjattivi li l-aktar jispikkaw tal-Ewropa 2020 - biex itejbu r-rabtiet bejn taħriġ vokazzjonali u l-bżonnijiet fis-suq tax-xogħol, pereżempju billi jtejbu s-servizzi ta’ gwida fil-qasam akkademiku u f’dak tal-karrieri u jinkoraġġixxu perjodi ta’ taħriġ u kuntratti ta’ apprendistat għan-nisa, u biex joħolqu opportunitajiet ġodda għal taħriġ inkluż fl-oqsma xjentifiċi, matematiċi u teknoloġiċi sabiex tiżdied il-kapaċità tan-nisa li jsibu xogħol f’oqsma tekniċi u xjentifiċi u f'impjiegi mhux tradizzjonali u fis-setturi tal-ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju;

8.   Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw aċċess ta' kwalità għolja, mifrux sew, flessibbli u bi prezz xieraq għan-nisa għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, flimkien ma' gwida speċifika u għoti ta’ pariri dwar il-karriera dwar il-kwalifiki f’kull tip ta’ professjoni, li huma rilevanti għal nisa minn ambjenti diversi, bil-ħsieb li jiġu integrati b’mod effikaċi f’impjiegi ta’ kwalità tajba b’pagi diċenti, li jipprovdu soluzzjoni għall-bżonnijiet ta' taħriġ multi-dimensjonali tagħhom, bħalma huma:

- edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali maħsub għal ħtiġiet speċifiċi ħalli jkun sostnut l-iżvilupp tal-karrieri;

- rotot accessibbli mit-tehid tat-taghlim informali ghat-tehid tat-taghlim formali;

- sensibilità ghal stili differenti ta’ taghlim;

- access ghal mudelli ta’ rwoli u ghal konsulenti esperti u ta’ fiducja (mentors);

- żvilupp ta’ programmi adattati ghal arrangamenti ta’ xoghol flessibbli u kuntratti ta’ hin parzjali;

- għażliet adattati ta' tagħlim bl-Internet;

9.   Jistieden lill-Istati Membri, bil-ħsieb li l-ħajja tal-familja u l-karrieri jiġu armonizzati bejniethom u n-nisa fiz-zoni rurali jiġu megħjuna, joffru tagħlim ulterjuri fit-teknoloġija tal-kompjuters ħalli l-impjegati femminili jingħataw il-possibilità li jaħdmu mid-dar ukoll;

10. Jenfasizza kemm huma ta’ importanza magguri l-kisba u t-titjib tal-proficjenza multilingwi bhala mezz li biha jissahhu l-kunfidenza li wiehed ikollu fih innifsu, l-adattabilità u l-hiliet interkulturali;

11. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw l-aħjar użu tal-fondi strutturali, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew, għall-programmi speċifiċi li jippromwovu tagħlim tul il-ħajja u jimmiraw li jħeġġu aktar nisa jipparteċipaw fis-sistema VET u jżidu r-rata tal-parteċipazzjoni tagħhom fiha, mhux l-anqas permezz ta’ miżuri ffinanzjati kif jixraq, imfassla speċifikament biex dan il-għan jintlaħaq; jitlob li jiġu żviluppati azzjonijiet speċifiċi fil-proġett pilota Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ sabiex tiġi inkuraġġuta l-intraprenditorija fost in-nisa;

12. Jenfasizza r-rwol li għandhom l-għalliema u dawk li jħarrġu lill-oħrajn fit-trawwim tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-VET u jitlob għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ mobilità bħalma huma l-programm Leonardo da Vinċi u l-programm għall-apprendisti, b’azzjonijiet speċifiċi li jindirizzaw lin-nisa bil-għan li tiġi ffaċilitata l-akkwiżizzjoni tul il-ħajja kollha tal-ħiliet relevanti bil-ħsieb li jiġu integrati jew integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol

13. Jitlob ghal inizjattiva specifika tal-UE biex il-bniet jingibdu lejn il-professjonijiet MINT (matematika, informatika, xjenzi naturali u teknologija) u biex jigu miggielda l-isterjotipi li ghadhom jiddominaw dawn il-professjonijiet; jisħaq li l-mezzi tax-xandir u l-edukazzjoni għandhom rwol essenzjali fit-taqbida kontra dawn l–isterjotipi;

14. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw inċentivi għal min iħaddem biex tiġi ffaċilitata l-provvista ta' taħriġ li huwa effettiv mil-lat tal-ispejjeż u flessibbli f'mikro-impriżi u impriżi żgħar, adattat għall-bżonnijiet tan-nisa; iheggeg lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha jaghmlu sforzi determinati biex jiggieldu kontra l-inugwaljanzi fil-pagi bejn l-irgiel u n-nisa, bil-hsieb li sal-2020 tigi eliminata d-differenzjali li hemm bhalissa ta’ 18% bbazata fuq il-generu;

15. Jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jipprevedu l-iffaċilitar tal-kumbinazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, it-tagħlim u l-ħajja tal-familja f'dawk li huma indukrar disponibbli tat-tfal, ħinijiet prattiċi ta’ lezzjonijiet li jistgħu jiġu kkumbinati mal-ħinijiet tal-iskola tat-tfal.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Siiri Oviir, Raül Romeva i Rueda, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anne Delvaux, Christa Klaß, Norica Nicolai, Antigoni Papadopoulou, Rovana Plumb, Joanna Senyszyn

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanimir Ilchev


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Mara Bizzotto, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Sven Giegold, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Diana Wallis

Avviż legali - Politika tal-privatezza