RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

28.3.2011 - (COM(2009)0554 – C7‑0248/2009 – 2009/0165(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Sylvie Guillaume
(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2009/0165(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0085/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

(COM(2009)0554 – C7‑0248/2009 – 2009/0165(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 63, l-ewwel inċiż, punti 1(d) u 2(a), tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0248/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu ‘Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u l-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[1],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar il-futur tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil[2],

–   wara li kkunsidra l-ittra tat-2 ta’ Frar 2010 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont it-termini tal-Artikolu 87(3) tar-Regola ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2011),

A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Ir-riżorsi tal-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil għandhom ikunu mobilizzati sabiex jipprovdu appoġġ adegwat lill-isforzi tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti fit-tieni fażi tas-Sistema Ewropea Komuni ta' Ażil, b'mod partikolari lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjonijiet partikolari u sproporzjonati fuq is-sistemi ta' ażil tagħhom, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(8) Jeħtieġ li r-riżorsi tal-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil jiġu mobilizzati, inter alia, sabiex jipprovdu appoġġ adegwat lill-isforzi tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti fit-tieni fażi tas-Sistema Ewropea Komuni ta' Ażil, b'mod partikolari lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjonijiet partikolari u sproporzjonati fuq is-sistemi ta' ażil tagħhom, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Jeħtieġ li fl-Istati Membri li jaċċettaw għadd sproporzjonatament kbir ta' applikazzjonijiet għall-ażil meta mqabbel mal-kobor tal-popolazzjoni tagħhom, l-appoġġ finanzjarju u l-appoġġ amministrattiv/tekniku jiġu mobilizzati minnufih skont il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil rispettivament sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1,18, 19, 21, 24 u 47 tal-Karta u għandha tiġi implimentata kif xieraq.

(13) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 18, 19, 21, 24 u 47 tal-Karta u għandha tiġi implimentata kif xieraq.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-Istati Membri huma obbligati jirrispettaw għalkollox il-prinċipju ta' non-refoulement u tad-dritt għall-ażil, li jinkludi l-aċċess għal proċedura ta' ażil għal kwalunkwe persuna li trid titlob l-ażil u li tkun fil-ġurisdizzjoni tagħhom, fosthom dawk taħt il-kontroll effettiv ta' korp tal-Unjoni jew ta' korp ta' Stat Membru.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Huwa essenzjali li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall- protezzjoni internazzjonali  jittieħdu abbażi tal-fatti u, fl-istadju ta' prim'istanza, minn awtoritajiet li l-persunal tagħhom ikollu l-informazzjoni adegwata jew jirċievi t-taħriġ meħtieġ fil-qasam ta' kwistjonijiet ta' ażil u ta' rifuġjati.

(15) Huwa essenzjali li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall- protezzjoni internazzjonali  jittieħdu abbażi tal-fatti u, fl-istadju ta' prim'istanza, minn awtoritajiet li l-persunal tagħhom ikollu l-informazzjoni adegwata u jirċievi t-taħriġ meħtieġ fil-qasam ta' kwistjonijiet ta' ażil u ta' rifuġjati.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fl-interess li jiġu rikonoxxuti korrettament dawk il-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew bħala persuni eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja , kull applikant għandu jkollu aċċess effettiv għall-proċeduri, għall-opportunità li jikkopera u jikkomunika sewwa mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jippreżenta l-fatti relevanti tal-każ tiegħu u għal garanziji proċedurali suffiċjenti sabiex isegwi l-każ tiegħu matul l-istadji kollha tal-proċedura. Barra minn hekk, il-proċedura li fiha tiġi eżaminata applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  għandha normalment tagħti lil applikant għall-inqas id-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru sa meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, aċċess għas-servizzi ta' interpretu sabiex ikun jista' jippreżenta l-każ tiegħu jekk jiġi intervistat mill-awtoritajiet, l-opportunità li jikkomunika ma' rappreżentant tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u ma' organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri jew konsulenza lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali  , id-dritt ta' notifika adegwata ta' deċiżjoni, il-motivazzjoni ta' dik id-deċiżjoni fil-fatt jew fid-dritt, l-opportunità li jikkonsulta ma' konsulent legali jew konsulent ieħor, u d-dritt li jiġi nfurmat dwar il-pożizzjoni legali tiegħu f'mumenti deċiżivi matul il-proċedura, f'ilsien li raġonevolment ikun mistenni jifhem u, fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, id-dritt għall-soluzzjoni effettiva quddiem qorti jew tribunal  .

(18) Fl-interess li jiġu rikonoxxuti korrettament dawk il-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew bħala persuni eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja , kull applikant għandu jkollu aċċess effettiv għall-proċeduri, għall-opportunità li jikkopera u jikkomunika sewwa mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jippreżenta l-fatti relevanti tal-każ tiegħu u għal garanziji proċedurali effikaċi sabiex isegwi l-każ tiegħu matul l-istadji kollha tal-proċedura. Barra minn hekk, il-proċedura li fiha tiġi eżaminata applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  għandha normalment tagħti lil applikant għall-inqas id-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru sa meta tittieħed deċiżjoni finali mill-awtorità determinanti u, f'każ ta' deċiżjoni negattiva, iż-żmien meħtieġ biex jintalab rimedju ġudizzjarju, u għat-tul ta' żmien li qorti jew tribunal kompetenti jawtorizzaw dan, aċċess għas-servizzi ta' interpretu sabiex ikun jista' jippreżenta l-każ tiegħu jekk jiġi intervistat mill-awtoritajiet, l-opportunità li jikkomunika ma' rappreżentant tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u ma' organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri jew konsulenza lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali  , id-dritt ta' notifika adegwata ta' deċiżjoni, il-motivazzjoni ta' dik id-deċiżjoni fil-fatt jew fid-dritt, l-opportunità li jikkonsulta ma' konsulent legali jew konsulent ieħor, u d-dritt li jiġi nfurmat dwar il-pożizzjoni legali tiegħu f'mumenti deċiżivi matul il-proċedura, f'ilsien li jifhem jew li jista' raġonevolment ikun mistenni jifhem u, fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, id-dritt għall-soluzzjoni effettiva quddiem qorti jew tribunal  .

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Bl-għan li jiżguraw aċċesss effettiv għall-proċedura ta' eżaminazzjoni, l-uffiċjali li jkollhom l-ewwel kuntatt ma' persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jwettqu sorveljanza tal-fruntieri tal-art jew tal-baħar jew li jwettqu kontrolli fil-fruntieri, għandhom jirċievu istruzzjonijiet u t-taħriġ meħtieġa dwar kif jirrikonoxxu u jitrattaw talbiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom ikunu kapaċi jipprovdu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li huma preżenti fit-territorju, inkluż fil-fruntieri, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta' tranżitu tal-Istati Membri, u li jixtiequ jitolbu protezzjoni internazzjonali, bl-informazzjoni kollha relevanti dwar fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jkunu ppreżentati. Fejn dawk il-persuni jkunu preżenti fl-ilmijiet territorjali ta' Stat Membru, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-art u jkollhom l-applikazzjonijiet tagħhom eżaminati skont din id-Direttiva.

(19) Bl-għan li jiżguraw aċċesss effettiv għall-proċedura ta' eżami, l-uffiċjali li jkollhom l-ewwel kuntatt ma' persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jwettqu sorveljanza tal-fruntieri tal-art jew tal-baħar jew li jwettqu kontrolli fil-fruntieri, għandhom jirċievu istruzzjonijiet u t-taħriġ meħtieġa dwar kif jirrikonoxxu, jirreġistraw u jressqu lill-awtorità determinanti kompetenti talbiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom ikunu kapaċi jipprovdu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li huma preżenti fit-territorju, inkluż fil-fruntieri, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta' tranżitu tal-Istati Membri, u li jixtiequ jitolbu protezzjoni internazzjonali, bl-informazzjoni kollha relevanti dwar fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jkunu ppreżentati. Fejn dawk il-persuni jkunu preżenti fl-ilmijiet territorjali ta' Stat Membru, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-art u jkollhom l-applikazzjonijiet tagħhom eżaminati skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-espressjoni 'jittrattaw talbiet għall-protezzjoni internazzjonali' hija estremament vaga. Għandu jkun speċifikat li l-awtoritajiet għajr l-awtorità determinanti huma kompetenti biss biex jirreġistraw l-applikazzjonijiet u jressquhom lill-awtorità determinanti biex jiġu eżaminati.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Barra minn hekk, garanziji proċedurali speċjali għall-applikanti vulnerabbli, bħal pereżempju minuri, minuri mhux akkumpanjati, persuni li kienu soġġetti għall-tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza jew persuni b'diżabbiltà, għandhom ikunu stabbiliti sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u jkunu ppreżentati l-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

(20) Barra minn hekk, garanziji proċedurali speċjali għall-applikanti vulnerabbli, bħal pereżempju minuri, minuri mhux akkumpanjati, nisa tqal, persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza, bħall-vjolenza abbażi tas-sess u prassi tradizzjonali ta' ħsara, jew persuni b'diżabbiltà, għandhom ikunu stabbiliti sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u jkunu ppreżentati l-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza sustantiva bejn l-applikanti nisa u rġiel, il-proċeduri tal-eżaminazzjoni għandhom ikunu skont is-sess. B'mod partikolari, l-intervisti personali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmilha possibbli kemm għall-applikanti nisa kif ukoll għall-irġiel biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-passat tagħhom f'każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq is-sess. Il-kumplessità tat-talbiet relatati mas-sess għandhom ikunu kkunsidrati sew fi proċeduri bbażati fuq il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu, il-kunċett tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu jew il-kunċett tal-applikazzjonijiet sussegwenti.

(22) Bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza sustantiva bejn l-applikanti nisa u rġiel, il-proċeduri tal-eżami għandhom ikunu skont is-sess. B'mod partikolari, l-intervisti personali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmilha possibbli kemm għall-applikanti nisa kif ukoll għall-irġiel biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-passat tagħhom f'każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq is-sess ma' intervistatur tal-istess sess jekk jintalab hekk, li jkollu taħriġ speċjali dwar il-kwistjoni ta' intervisti rigward persekuzzjoni bbażata fuq is-sess. Il-kumplessità tat-talbiet relatati mas-sess għandhom ikunu kkunsidrati sew fi proċeduri bbażati fuq il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu, il-kunċett tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu jew il-kunċett tal-applikazzjonijiet sussegwenti.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-proċeduri għall-eżaminazzjoni tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet kompetenti sabiex iwettqu eżaminazzjoni bir-reqqa tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

(24) Il-proċeduri għall-eżami tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet determinanti sabiex iwettqu eżami bir-reqqa tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha abbażi tas-sustanza, jiġifieri jivvalutaw jekk l-applikant ikkonċernat jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali  skont  Direttiva […/../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] ħlief fejn din id-Direttiva tkun tipprovdi mod ieħor, partikolarment meta wieħed ikun jista' raġonevolment jassumi li pajjiż ieħor ikun sejjer jagħmel l-eżaminazzjoni jew jipprovdi protezzjoni suffiċjenti. B'mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jivvalutaw is-sustanza ta' applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  fejn pajjiż ta' ażil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta' rifuġjat jew inkella protezzjoni suffiċjenti u l-applikant jiġi ammess mill-ġdid f'dan il-pajjiż.

(30) L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha abbażi tas-sustanza, jiġifieri jivvalutaw jekk l-applikant ikkonċernat jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali  skont  Direttiva […/../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] ħlief fejn din id-Direttiva tkun tipprovdi mod ieħor, partikolarment meta wieħed ikun jista' jiżgura li pajjiż ieħor ikun sejjer jagħmel l-eżami jew jipprovdi protezzjoni effikaċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jivvalutaw is-sustanza ta' applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  fejn pajjiż ta' ażil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta' rifuġjat jew inkella protezzjoni aċċessibbli u effikaċi u l-applikant jiġi ammess mill-ġdid f'dan il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jimxu b'dan il-mod biss f'każijiet meta l-applikant inkwistjoni ma jkunx fil-periklu fil-pajjiż terz konċernat.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem "protezzjoni suffiċjenti" mhux definit b'mod ċar fil-proposta. Il-protezzjoni li għandu jgawdi minnha min jagħmel it-talba jekk jintbagħat f'pajjiż ieħor għandha tkun effikaċi u, fil-prattika, aċċessibbli.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Barra minn hekk, fir-rigward ta' ċerti pajjiżi terzi Ewropej, li josservaw standards partikolarment għoljin fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tal-protezzjoni ta' rifuġjati, l-Istati Membri għandhom jiġu eżentati milli jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-ażil jew milli jagħmlu eżami sħiħ tagħhom fir-rigward ta' applikanti li jidħlu fit-territorju tagħhom minn tali pajjiżi terzi Ewropej.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' "pajjiżi terzi Ewropej bla periklu" mhuwiex aċċettabbli hekk kif inhu. Dan il-kunċett mhuwa akkumpanjat bl-ebda garanzija u lanqas minn prinċipju minimu billi kemm l-aċċess għat-territorju kif ukoll l-aċċess għall-proċedura ta' ażil jistgħu jiġu rifjutati. Barra minn hekk, studji reċenti wrew li attwalment l-ebda Stat Membru ma juża dan il-kunċett fil-prattika.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "applikant" jew "applikant għall-protezzjoni internazzjonali" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li fir-rigward tagħha deċizjoni finali tkun għadha ma tteħditx;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "applikant bi bżonnijiet speċjali" tfisser applikant li minħabba età, sess, diżabbiltà, problemi ta' saħħa mentali jew konsegwenzi ta' tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali għandu bżonn garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u jirrispetta l-obbligi skont din id-Direttiva;

(d) "applikant bi bżonnijiet speċjali" tfisser applikant li minħabba età, sess, orjentament sesswali, identità sesswali, diżabbiltà, mard fiżiku jew mentali jew konsegwenzi ta' tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali għandu bżonn garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u jirrispetta l-obbligi skont din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza bl-istess mod għall-każijiet marbuta mal-orjentament sesswali u mal-identità sesswali biex dawn l-applikanti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-garanziji partikolari fejn ikun xieraq.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt p a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pa) “membri tal-familja” tfisser il-membri tal-familja tal-applikant imsemmija fil-punti (i) sa (v) li huma preżenti fl-istess Stat Membru inrelazzjoni mal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

 

(i) ir-raġel/il-mara tal-applikant jew il-partner mhux miżżewweġ tiegħu jew tagħha f'relazzjoni stabbli, fejn il-leġiżlazzjoni jew prassi tal-Istat Membru kkonċernat tittratta lill-koppji mhux miżżewġa b'mod komparabbli ma' koppji miżżewġa taħt il-liġi tiegħu dwar persuni barranin;

 

(ii) it-tfal minuri ta' koppji imsemmijin fil-punt (i) hawn fuq jew tal-applikant, fuq kondizzjoni li mhumiex miżżewġa u mingħajr ma jittieħed każ ta' jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali;

 

(iii) it-tfal minuri miżżewġa tal-koppja li jirreferi għalihom il-punt (i) ta' hawn fuq jew tal-applikant, mingħajr ma jittieħed każ ta’ jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali; fejn hu għall-aħjar interessi tagħhom li jirrisjedu mal-applikant;

 

(iv) il-missier, l-omm jew il-gwardjan tal-applikant, meta l-applikant hu minuri u mhux miżżewweġ, jew meta l-applikant hu minuri u miżżewweġ, iżda hu għall-aħjar interessi tiegħu/tagħha li jirrisjedi ma’ missieru/ha, ommu/ha jew il-gwardjan tiegħu/tagħha;

 

(v) ħut minuri mhux miżżewġa tal-applikant, meta l-applikant hu minorenni u mhux miżżewweġ, jew meta l-applikant jew ħutu/ha huma minuri u miżżewġa iżda hu għall-aħjar interessi għal wieħed jew iktar minnhom li jirrisjedu flimkien.

Ġustifikazzjoni

Il-"membri tal-familja" mhumiex definiti fl-Artikolu 2 iddedikat għad-definizzjonijiet, iżda minkejja dan it-test rivedut jirreferi għalihom diversi drabi. Għalhekk huwa vitali li tiddaħħal definizzjoni u, fl-interess tal-armonizzazzjoni, li jintużaw id-definizzjonijiet li jinsabu fil-proposti li jemendaw id-Direttivi dwar l-akkoljenza u l-kwalifika u r-Regolament ta' Dublin. Filwaqt li jsir dan, madankollu, huwa meħtieġ li tiġi mmodifikata din id-definizzjoni, peress li r-rispett tal-għaqda tal-familja m'għandux jiddependi minn jekk il-familja kinitx teżisti jew le qabel il-ħrib mill-pajjiż tal-oriġini.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt p b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pb) “fatti u ċirkustanzi ġodda” tfisser fatti li jappoġġjaw is-sustanza tat-talba, li jistgħu jikkontribwixxu għal rieżami ta' deċiżjoni preċedenti.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) l-applikanti bi bżonnijiet speċjali, kif definiti fl-Artikolu 2(d);

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sess, trawma u sensibilizzazzjoni dwar l-età;

(b) sess, orjentament sesswali, trawma u sensibilizzazzjoni dwar l-età, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-minuri mhux akkumpanjati;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn awtorità  tiġi  nominati skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta' dik l-awtorità  ikollu l-għarfien adegwat jew jirċievi t-taħriġ meħtieġ sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu meta jimplementa din id-Direttiva.

4. Fejn awtorità  tiġi  nominati skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta' dik l-awtorità  ikollu l-għarfien adegwat u jirċievi t-taħriġ meħtieġ sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu meta jimplementa din id-Direttiva.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna li tixtieq tapplika għall-protezzjoni internazzjonali għandha opportunità effettiva biex tippreżenta applikazzjoni ma' awtorità kompetenti malajr kemm jista' jkun.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna li tixtieq tapplika għall-protezzjoni internazzjonali għandha opportunità effettiva biex tippreżenta applikazzjoni ma' awtorità kompetenti malajr kemm jista' jkun. Meta l-applikanti ma jkunux jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom personalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentant legali jkun jista' jippreżenta l-applikazzjoni tagħhom f'isimhom.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li r-rappreżentanti legali jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjoni f'isem l-applikanti li ma jkunux jistgħu jagħmlu dan huma stess (minħabba raġunijiet mediċi, pereżempju).

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minuri għandu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew f'ismu, jew permezz tal-ġenituri jew membri oħra tal-familji adulti.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minur għandu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew f'ismu – jekk skont il-liġi nazzjonali jitqies bħala kapaċi li jressaq proċedimenti – jew permezz tar-rappreżentant legali tiegħu jew ta' rappreżentant awtorizzat ta' dan tal-aħħar. Fil-każijiet l-oħra kollha għandu japplika l-Artikolu 6(6).

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-każijiet li fihom il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  tkun ikkunsidrata wkoll bħala preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  għal kwalunkwe minuri mhux miżżewweġ.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kliem mhux ċar ta' din l-emenda jidher li huwa bil-kontra tal-Artikolu 9(7)(c) rivedut, li jippermetti lil kwalunkwe minuri, kemm jekk miżżewweġ kif ukoll jekk mhux, li jressaq applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'ismu stess, jew permezz tal-ġenituri tiegħu jew ta' membri adulti oħra tal-familja. Xejn ma jippermetti li jiġi ġustifikat li minuri miżżewġin ma jibbenefikawx b'mod ugwali minn din il-garanzija proċedurali. Iż-żwieġ m'għandu l-ebda konnessjoni mal-livell ta' maurità jew ta' awtonomija tal-minuri.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera, puliżija u awtoritajiet tal-immigrazzjoni, u persunal ta' faċilitajiet ta' detenzjoni ikollhom istruzzjonijiet u jirċievu t-taħriġ meħtieġ għat-trattar tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali Jekk dawn l-awtoritajiet huma nnominati bħala awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1, l-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-obbligu tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni. F'każijiet oħra, l-istruzzjonijiet għandhom jeħtieġu li l-applikazzjoni tintbagħat lill-awtorità kompetenti għal din ir-reġistrazzjoni flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera, puliżija u awtoritajiet tal-immigrazzjoni, u persunal ta' faċilitajiet ta' detenzjoni jkollhom istruzzjonijiet u jirċievu t-taħriġ meħtieġ biex jirrikonoxxu, jirreġistraw u jressqu l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali Jekk dawn l-awtoritajiet huma nnominati bħala awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1, l-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-obbligu tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni. F'każijiet oħra, l-istruzzjonijiet għandhom jeħtieġu li l-applikazzjoni tintbagħat lill-awtorità kompetenti għal din ir-reġistrazzjoni flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kliem "għat-trattar tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali" jista' jwassal għal konfużjoni, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-awtoritajiet li ma jkunux responsabbli għad-determinazzjoni għandhom biss il-kompetenza li jirreġistraw it-talba u li jittrażmettuha lill-awtorità responsabbli għad-determinazzjoni, li tinkariga ruħha li teżaminaha.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri u konsulenza lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jkollhom aċċess għall-punti ta' qsim bejn il-fruntieri, inkluż iż-żoni ta' transitu, u faċilitajiet ta' detenzjoni soġġetti għall-ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza u/jew rappreżentanza legali lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jkollhom aċċess malajr għall-punti ta' qsim bejn il-fruntieri, inklużi ż-żoni ta' transitu, u faċilitajiet ta' detenzjoni.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-regoli li jkopru l-preżenza ta' dawn l-organizzazzjonijiet f'oqsma li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli li jkopru l-preżenza ta' dawn l-organizzazzjonijiet f'oqsma li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu, sakemm ma jillimitawx l-aċċess tal-applikanti għall-pariri u l-konsulenza.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-applikanti għandhom jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru, għall-fini tal-proċedura biss, sa meta l-awtorità determinanti tkun ħadet id-deċiżjoni skond il-proċeduri fl-istadju ta' prim'istanza stabbiliti fil-Kapitolu III. Dan id-dritt li jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru m'għandux jikkostitwixxi intitolament għall-permess ta' residenza.

1. L-applikanti għandhom jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru, għall-fini tal-proċedura biss, sa meta l-awtorità determinanti tkun ħadet id-deċiżjoni finali, anke f'każijiet meta applikant jappella, u għall-perjodu ta' żmien li qorti jew tribunal kompetenti jawtorizzaw dan. Dan id-dritt li jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru m'għandux jikkostitwixxi intitolament għall-permess ta' residenza.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Stat Membru jista' jestradixxi applikant f'pajjiż terz skont il-paragrafu 2 biss meta l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li deċiżjoni ta' estradizzjoni mhux se tirriżulta f'refoulement diretta jew indiretta fi vjolazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Istat Membru.

3. Stat Membru jista' jestradixxi applikant f'pajjiż terz skont il-paragrafu 2 biss meta deċiżjoni ta' estradizzjoni mhux se tirriżulta f'refoulement diretta jew indiretta fi vjolazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Istat Membru jew ma tesponix lill-applikant għal trattament inuman jew degradanti meta jasal fil-pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Garanziji diplomatiċi mhumiex biżżejjed biex ikun żgurat li s-sitwazzjoni fil-prattika tkun sikura għall-applikant. L-involviment tal-UNHCR u tal-EASO f'dan il-proċess jirrimedja s-sitwazzjoni.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tiġi miksuba informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħall-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR), u l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil  rigward is-sitwazzjoni ġenerali li teżisti fil-pajjiżi ta' origini tal-applikanti u, fejn meħtieġ, f'pajjiżi li għaddew minnhom, u li tali informazzjoni issir disponibbli għall-persunal responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet u mit-teħid ta' deċiżjonijiet u, fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra din l-informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni, lill-applikant u lill-konsulent legali tiegħu  ;

(b) tiġi miksuba informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħall-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR), l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil, u organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li teżisti fil-pajjiżi ta' origini tal-applikanti u, fejn meħtieġ, f'pajjiżi li għaddew minnhom, u li tali informazzjoni ssir disponibbli għall-persunal responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet u mit-teħid ta' deċiżjonijiet u, fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra din l-informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni, lill-applikant u lill-konsulent legali tiegħu  ;

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet ikollu l-konoxxenza tal-istandards relevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-ażil u dwar ir-rifuġjati;

(c) il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet ikollu l-konoxxenza tal-istandards relevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-ażil u dwar ir-rifuġjati kif ukoll tal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u jkun lesta l-programmi ta' taħriġ inizjali u ta' segwitu msemmija fl-Artikolu 4(1);

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet jingħataw istruzzjonijiet u għandhom l-possibbiltà li jitolbu parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, dwar it-tfal jew is-sess.

(d) il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet jingħata istruzzjonijiet u jkollu l-possibbiltà li jitlob parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, reliġjużi, dwar it-tfal, is-sess jew l-orjentament sesswali.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-applikant u l-konsulent legali tiegħu jkollhom aċċess għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fil-punt (d).

Ġustifikazzjoni

Fl-applikazzjoni tar-rispett tal-prinċipju tal-ugwaljanza tal-mezzi u tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, il-proposta tal-Kummissjoni għal tfassil mill-ġdid tipprevedi fl-Artikolu 9(3)(b) li l-applikant u l-konsulent legali tiegħu jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini. Barra minn hekk, għall-benefiċċju tal-koerenza u tal-preċiżjoni, huwa meħtieġ li tiżdied din il-possibilità anke fir-rigward tal-aċċess tal-applikant u tal-konsulent legali tiegħu għal informazzjoni dwar l-opinjoni tal-esperti li tkun ikkonsultat l-awtorità determinanti.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, fejn applikazzjoni tiġi miċħuda, fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat u/jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja  ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt jiġu ddikjarati fid-deċiżjoni u tiġi mogħtija bil-miktub informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, fejn applikazzjoni tiġi miċħuda jew aċċettata, fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat u/jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja, ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt jiġu ddikjarati b'mod ċar fid-deċiżjoni u tiġi mogħtija bil-miktub informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva meta tinħareġ id-deċiżjoni u ffirmata mir-riċevitur kif jirċeviha.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda ta' din ir-referenza tiżgura li l-applikant jirċievi l-informazzjoni malajr biex b'hekk ikun jista' jikkonforma ma' kull rekwiżit ta' żmien għal azzjoni ammnistrattiva ulterjuri.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jipprovdu bil-miktub informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva flimkien ma' deċiżjoni fejn l-applikant ikun ingħata din l-informazzjoni fi stadju aktar kmieni bil-miktub jew b'mezz elettroniku aċċessibbli għall-applikant.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li l-applikanti jiġu infurmati dwar il-possibilitajiet ta' appell kontra deċiżjoni negattiva huwa garanzija proċedurali fundamentali, li ma tistax tkun soġġetta għal restrizzjoni bħal din. Huwa diffiċli fil-fatt li jiġi żgurat li l-possibilitajiet ta' appell komunikati b'mod elettroniku jkunu verament aċċessibbli għall-applikanti.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-paragrafu 3 m'għandux japplika għall-każijiet fejn l-iżvelar ta' ċirkustanzi partikolari ta' persuna lill-membri tal-familja tagħha tistà tipperikola l-interessi ta' dik il-persuna, inkluż każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq sess u/jew età. F'każijiet bħal dawn, deċiżjoni separata għandha tinħareġ lill-persuna kkonċernata.

4. Il-paragrafu 3 m'għandux japplika għall-każijiet fejn l-iżvelar ta' ċirkustanzi partikolari ta' persuna lill-membri tal-familja tagħha tistà tipperikola l-interessi ta' dik il-persuna, inklużi każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq sess, orjentament sesswali, identità sesswali u/jew età. F'każijiet bħal dawn, deċiżjoni separata għandha tinħareġ lill-persuna kkonċernata.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għandhom jiġu informati f'ilsien li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu tal-proċedura li jkollha tiġi segwita u tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura u l-konsegwenzi eventwali f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tagħhom u ta' nuqqas ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet. Għandhom jiġu informati dwar il-perjodu ta' żmien, kif ukoll dwar il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, sabiex jissodisfaw l-obbligu tal-preżentazzjoni tal-elementi imsemmija fl-Artikolu 4 tad-KEDirettiva […./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. Din l-informazzjoni għandha tingħatalhom fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'din id-Direttiva u jikkonformaw mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 12;

(a) għandhom jiġu informati f'ilsien li jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu bil-proċedura li jkollha tiġi segwita u bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura u l-konsegwenzi eventwali f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tagħhom u ta' nuqqas ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet. Għandhom jiġu informati dwar il-perjodu ta' żmien, kif ukoll dwar il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, sabiex jissodisfaw l-obbligu tal-preżentazzjoni tal-elementi msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva […./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika ]. Din l-informazzjoni għandha tingħatalhom fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'din id-Direttiva u jikkonformaw mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 12;

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li din l-informazzjoni tkun komunikata f'lingwa li l-applikanti jifhmu sabiex, ladarba l-proċedura tkun inbdiet, jingħataw opportunità adegwata u reali li jifhmu malajr kemm jista' jkun il-proċedura li għandha tiġi segwita u d-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) għandhom jiġu infurmati dwar ir-riżultat tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti f'ilsien li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu meta ma jkunux assistiti jew rappreżentati minn konsulent legali jew konsulent ieħor. L-informazzjoni provduta għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2).

1.  (e) għandhom jiġu infurmati dwar ir-riżultat tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti f'ilsien li jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu meta ma jkunux assistiti jew rappreżentati minn konsulent legali jew konsulent ieħor . L-informazzjoni provduta għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2).

 

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal rimedju effikaċi, huwa indispensabbli li l-applikanti jiġu infurmati f'lingwa li jifhmu dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet fir-rigward tagħhom u li jkollhom l-informazzjoni meħtieġa biex jifformulaw appell ippreżentat b'mod validu.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti bl-għan li jistabbilixxu l-identità tagħhom u elementi oħra li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva […./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. L-Istati Membri jistgħu jimponu lill-applikant obbligi oħra  biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti sa fejn dawn l-obbligi huma meħtieġa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni.

1. L-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu meħtieġa jgħinu, sal-punt li jistgħu meta jitqiesu l-kapaċitajiet fiżiċi u psikoloġiċi tagħhom, fil-kjarifika tas-sitwazzjoni u jiżvelaw lill-awtoritajiet kompetenti l-identità u n-nazzjonalità tagħhom u elementi oħra li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva […./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. Jekk ma jkollhomx passaport validu jew dokument minflok il-passaport, l-applikanti għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw biex jinkiseb dokument tal-identità. Sakemm l-applikanti jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru taħt protezzjoni internazzjonali matul il-kunsiderazzjoni tal-applikazzjoni, m'għandhomx ikunu meħtieġa jkollhom kuntatt mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom jekk ikun hemm raġuni għalfejn wieħed jibża' li tkun se sseħħ persekuzzjoni mill-Istat. L-Istati Membri jistgħu jimponu lill-applikant obbligi oħra  biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti sa fejn dawn l-obbligi huma meħtieġa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfittxu l-applikant u l-affarijiet li jġorr miegħu, sakemm it-tfittxija titwettaq minn persuna tal-istess sess ;

(d) l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfittxu l-applikant u l-affarijiet li jġorr miegħu, sakemm it-tfittxija titwettaq minn persuna tal-istess sess li tkun sensittiva għall-età u għall-kultura tal-applikant u tkun tirrispetta għalkollox il-prinċipju tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u mentali;

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta' intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali  ma' persuna li tkun, taħt il-liġi nazzjonali, kompetenti sabiex tmexxi tali intervista. L-intervisti dwar is-sustanza tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha titwettaq mill-persunal tal-awtorità determinanti.

1. Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta' intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali b'lingwa li jifhem ma' persuna li tkun, taħt il-liġi nazzjonali, kompetenti sabiex tmexxi tali intervista. L-intervisti dwar l-ammissibilità ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u dwar is-sustanza tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu mill-persunal tal-awtorità determinanti.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-konsegwenzi gravi possibbli ta' deċiżjoni ta' inammissibbiltà, l-intervista personali dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni għandha ssir mill-awtorità determinanti li, bi qbil mal-Artikolu 4 tal-proposta tal-Kummissjoni, għandu jkollha t-taħriġ meħtieġ biex tapplika kunċetti kumplessi bħal dawk tal-pajjiż terz bla periklu u tal-ewwel pajjiż tal-ażil.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali dawk il-każijiet li fihom minuri għandu jingħata l-opportunità ta' intervista personali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali dawk il-każijiet li fihom minuri għandu jingħata l-opportunità ta' intervista personali, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi u l-bżonnijiet speċjali tat-tifel jew tifla.

Ġustifikazzjoni

Biex jingħata aktar piż lill-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-liġi nazzjonali tagħhom id-dritt tat-tfal kollha li jinstemgħu, bil-fehim li l-intervista kkonċernata tkun fl-aħjar interessi tat-tifel jew tifla u ssir minn persunal li jkollu l-għarfien xieraq meħtieġ rigward il-bżonnijiet speċjali tal-minuri (ara wkoll l-Artikolu 21(3)(b)).

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-awtorità kompetenti tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minnħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. F'dubju, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta espert mediku biex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni hijiex temporanja jew permanenti,

(b) l-awtorità determinanti tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minnħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. F'dubju, l-awtorità determinanti għandha tikkonsulta espert mediku biex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni hijiex temporanja jew permanenti.

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza għall-awtorità determinanti ssaħħaħ il-koerenza tal-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-affermazzjoni tal-prinċipju ta' awtorità waħda u unika responsabbli għad-determinazzjoni.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-Istat Membru ma jipprovdix l-opportunità għal intervista personali lill-applikant skont il-punt (b), jew fejn applikabbli, lid-dipendenti, għandu jsir dak li jkun raġonevolment possibbli sabiex l-applikant jew id-dipendenti ikunu jistgħu jippreżentaw aktar informazzjoni.

Fejn l-awtorità determinanti ma tipprovdix l-opportunità għal intervista personali lill-applikant skont il-punt (b), jew fejn applikabbli, lid-dipendenti, l-awtorità determinanti għandha tippermetti lill-applikant jew id-dipendenti jitolbu data ġdida għall-intervista personali u jippreżentaw aktar informazzjoni.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. In-nuqqas ta' intervista personali skont dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  .

imħassar

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista tkun kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali, sess  jew il-vulnerabbiltà tal-applikant;

(a) jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista tkun kwalifikata, imħarrġa u kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali, sess, orjentament sesswali, identità sesswali  jew il-vulnerabbiltà tal-applikant;

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jagħżlu interpretu kompetenti li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista. Mhuwiex meħtieġ li l-komunikazzjoni ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar. Kull meta jkun possibbli, l-Istati membri għandhom jipprovdu interpretu tal-istess sess jekk l-applikant jitlob dan;

(c) jagħżlu interpretu kompetenti li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista u li jkun marbut b'kodiċi ta' kondotta li jiddefinixxi d-drittijiet u d-dmirijiet tal-interpretu. Mhuwiex meħtieġ li l-komunikazzjoni ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar. Kull meta jkun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu interpretu tal-istess sess jekk l-applikant jitlob dan;

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tan-nuqqasijiet li dehru dan l-aħħar fir-rigward tal-kwalifiki tal-interpreti, huwa essenzjali li jiġi previst fil-livell nazzjonali kodiċi ta' kondotta għall-interpreti. Dan il-kodiċi ta' kondotta jippermetti li l-applikanti jiġu offruti opportunità adegwata u reali li jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni u jiggarantixxi fehim u kollaborazzjoni aħjar bejn l-interpreti u l-persunal inkarigat mill-ġestjoni tal-intervisti. L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO) ikun jista' barra minn hekk jikkontribwixxi għad-definizzjoni ta' kodiċi ta' kondotta għall-interpreti.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) jiżguraw li l-intervisti mal-minuri isiru b'mod li jifmuhom it-tfal.

(e) jiżguraw li l-intervisti mal-minuri jsiru b'mod li jifhmuhom it-tfal u minn persuna bl-għarfien neċessarju tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet tal-minuri.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-arranġamenti relevanti sabiex tiżgura li l-kompetenza medika imparzjali u kkwalifikata ssir disponibbli għall-għan ta' eżaminazzjoni medika li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 2.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-arranġamenti relevanti sabiex jiżguraw li l-kompetenza medika imparzjali u kkwalifikata ssir disponibbli għall-għan tal-eżami mediku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 2 u li jintgħażel l-inqas eżami mediku invażiv meta l-applikant ikun minuri.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt għal għajnuna legali u rappreżentanza

Dritt għal konsulenza dwar l-aspetti proċedurali u legali u għal għajnuna u rappreżentanza legali

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jipprovdu assistenza legali bla ħlas fil-proċeduri skont il-Kapitolu III. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, id-dispożizzjoni tal-informazzjoni dwar il-proċedura lill-applikant fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu u l-ispjegazzjonijiet tar-raġunijiet fil-fatt u fid-dritt fil-każ ta' deċiżjoni negattiva;

(a) jipprovdu konsulenza bla ħlas dwar aspetti proċedurali u legali fil-proċeduri skont il-Kapitolu III. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, l-għoti tal-informazzjoni dwar il-proċedura lill-applikant fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu, il-preparazzjoni tad-dokumenti proċedurali meħtieġa, inkluż waqt l-intervista personali, u l-ispjegazzjonijiet tar-raġunijiet fil-fatt u fid-dritt fil-każ ta' deċiżjoni negattiva. Din il-konsulenza tista' tingħata minn entità mhux governattiva jew minn professjonisti kwalifikati.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jipprovdu assistenza legali jew rappreżentanza bla ħlas fil-proċeduri skont il-Kapitolu V. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, il-preparazzjoni tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-seduta quddiem qorti jew tribunal tal-prim istanza f'isem l-applikant.

(b) jipprovdu assistenza legali u rappreżentanza bla ħlas fil-proċeduri skont il-Kapitolu V. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, il-preparazzjoni tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-seduta quddiem qorti jew tribunal tal-prim istanza f'isem l-applikant.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) biss lil konsulenti legali jew konsulenti oħra speċifikament nominati mil-liġi nazzjonali sabiex jgħinu u/jew jirrappreżentaw applikanti għall-protezzjoni internazzjonali

(b) biss għas-servizzi pprovduti minn konsulenti legali jew konsulenti oħra speċifikament nominati mil-liġi nazzjonali sabiex jgħinu u/jew jirrappreżentaw applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika meħtieġa meta titqies il-formulazzjoni ħażina inizjali.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu disponibbli bla ħlas biss l-assistenza legali lill-applikanti sakemm assistenza bħal din tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza legali mogħtija skont dan il-paragrafu mhijiex arbitrarjament ristretta.

Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu disponibbli bla ħlas biss l-assistenza legali lill-applikanti sakemm assistenza bħal din tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza legali mogħtija skont dan il-paragrafu ma tkunx arbitrarjament ristretta. L-Istati Membri jistgħu jagħtu assistenza u/jew rappreżentanza legali bħal din biss jekk ikun hemm prospettiva suffiċjenti ta' suċċess skont kif ivvalutata mill-qorti.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jippermettu organizzazzjonijiet mhux governamentali biex tipprovdi assistenza legali u/jew rappreżentazzjoni bla ħlas għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fi proċeduri pprovduti fil-Kapitolu III u/jew Kapitolu V.

5. L-Istati Membri għandhom jippermettu u jiffaċilitaw organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jipprovdu assistenza legali u/jew rappreżentanza bla ħlas għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fi proċeduri pprovduti fil-Kapitolu III u/jew Kapitolu V.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikant li jġib miegħu għall-intervista personali konsulent legali jew konsulent ieħor, ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali.

3. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikant li jġib miegħu għall-intervista personali konsulent legali jew konsulent ieħor, ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali, jew espert kwalifikat.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Bi qbil mal-Artikolu 21 tad-Direttiva […/…/UE] [li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil] (id-Direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza), l-Istati Membri għandhom jipprevedu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom proċeduri li jippermettu li jiġi vverifikat, minn meta tiġi ddepożitata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jekk l-applikant għandux bżonnijiet partikolari, kif ukoll li tiġi indikata n-natura ta' dawn il-bżonnijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-garanziji speċjali introdotti mill-proposta tal-Kummissjoni għal applikanti bi bżonnijiet speċjali ma jistgħux jiġu implimentati b'mod effikaċi sakemm ma jiġix stabbilit mekkaniżmu biex dawn l-applikanti jkunu jistgħu jiġu identifikati b'mod sistematiku.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'każijiet fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra li applikant kien soġġett għall-tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali kif deskritt fl-Artikolu 21 tad-Direttiva […/…/KE] [li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' persuni li jfittxu l-ażil (Id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza], l-applikant għandu jingħata biżejjed żmien u appoġġ relevanti biex jipprepara għall-intervista personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni tiegħu.

2. F'każijiet fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra li applikant kien soġġett għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali kif deskritt fl-Artikolu 21 tad-Direttiva […/…/KE] [li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' persuni li jfittxu l-ażil (Id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza], l-applikant għandu jingħata biżżejjed żmien u appoġġ relevanti biex jipprepara għall-intervista personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-applikanti li ma semmewx immedjatament l-orjentament sesswali tagħhom.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Bi qbil mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18, l-applikanti li jkollhom bżonnijiet speċjali għandhom jingħataw assistenza legali bla ħlas fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi tal-garanziji msaħħa previsti fl-Artikolu 20.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jieħdu mizuri mill-aktar fis possibbli sabiex jiżguraw li l-minuri mhux akkumpanjat ikun rappreżentat u assistit minn rappreżentant fir-rigward tal-preżentazzjoni u  l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun imparzjali u jkollu l-kompetenza meħtieġa fil-qasam tal-kura tat-tfal. Dan ir-rappreżentant jista' jkun ukoll ir-rappreżentant li ssir referenza għalih id-Direttiva […/…/KE]17 [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza];

(a) jieħdu mizuri immedjatament sabiex jiżguraw li l-minuri mhux akkumpanjat ikun rappreżentat u assistit minn rappreżentant fir-rigward tal-preżentazzjoni u  l-eżami tal-applikazzjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun imparzjali u jkollu l-kompetenza meħtieġa fil-qasam tal-kura tat-tfal. Dan ir-rappreżentant jista' jkun ukoll ir-rappreżentant li ssir referenza għalih fid-Direttiva […/…/KE]17 [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza];

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiżguraw li r-rappreżentant jingħata l-opportunità li jinforma lill-minuri mhux akkumpanjat dwar is-sinifikat u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tal-intervista personali u, fejn ikun kunsiljabbli, kif jipprepara ruħu għall-intervista personali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentant u/jew konsulent legali jew konsulent ieħor ammess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali huma preżenti f'dik l-intervista u jkollhom opportunità  li jsaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti, fi ħdan il-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista.

(b) jiżguraw li r-rappreżentant jingħata l-opportunità li jinforma lill-minuri mhux akkumpanjat dwar is-sinifikat u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tal-intervista personali u, fejn ikun kunsiljabbli, kif jipprepara ruħu għall-intervista personali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li  rappreżentant u/jew konsulent legali jew konsulent ieħor ammess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali jew professjonist ikkwalifikat ieħor ikunu preżenti f'dik l-intervista u jkollhom opportunità  li jsaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti, fi ħdan il-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu ma jaħtrux rappreżentant fejn il-minuri mhux akkumpanjat:

imħassar

a) probabbilment jilħaq l-età maġġuri qabel ma tiġi meħuda deċiżjoni fl-istadju ta' prim'istanza; or

 

b) ikun miżżewweġ jew kien miżżewweġ.

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 21(2)(a) għandu jitħassar biex l-Istati Membri ma jkollhomx it-tentazzjoni li jdewmu t-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ewwel istanza, meta dak li hu meħtieġ huwa approċċ ġeneruż – u mhux diskriminatorju – fir-rigward tal-minuri li jilħqu l-età tal-maturità matul il-proċedura. Dan japplika wkoll fir-rigward tal-Artikolu 21(2)(b). F'ċerti pajjiżi, l-età ta' meta wieħed ikun jista' jiżżewweġ taf tkun baxxa ħafna, iżda ma jkollhiex relazzjoni mal-livell ta' maturità jew awtonomija tal-minuri kkonċernat.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jekk minuri mhux akkumpanjat ikollu intervista personali rigward l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 13, 14 u 15 dik l-intervista personali titmexxa minn persuna li jkollha l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali ta' persuni minuri;

(a) jekk minuri mhux akkumpanjat ikollu intervista personali rigward l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 13, 14 u 15 dik l-intervista personali titmexxa minn persuna li jkollha l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet ta' persuni minuri;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jkun uffiċjal li jkollu l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali ta' persuni minuri li jipprepara d-deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar l-applikazzjoni ta' minuri mhux akkumpanjat.

(b) ikun uffiċjal li jkollu l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet ta' persuni minuri li jipprepara d-deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar l-applikazzjoni ta' minuri mhux akkumpanjat.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18, il-minuri mhux akkumpanjati għandhom jingħataw assistenza legali bla ħlas fir-rigward tal-proċeduri kollha provduti f'din id-Direttiva.

4. Soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18, il-minuri mhux akkumpanjati flimkien mar-rappreżentant maħtur tagħhom, fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva, għandhom jingħataw konsulenza legali bla ħlas fir-rigward tal-aspetti proċedurali u legali u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jużaw eżaminazzjonijiet mediċi biex jiddeterminaw l-età tal-minuri mhux akkumpanjati fi ħdan il-qafas ta' eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, fejn wara l-istqarrijiet ġenerali tiegħu jew evidenza relevanti oħra, l-Istati Membri għad għandhom dubji dwar l-età tiegħu.

5. L-Istati Membri jistgħu jużaw eżamijiet mediċi biex jiddeterminaw l-età tal-minuri mhux akkumpanjati fi ħdan il-qafas tal-eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, fejn wara l-istqarrijiet ġenerali tiegħu jew evidenza relevanti oħra, l-Istati Membri għad għandhom dubji dwar l-età tiegħu . F'każ li jippersistu dubji wara l-eżami mediku, kull deċiżjoni għandha dejjem tittieħed għall-ġid tal-minuri mhux akkumpanjat.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull eżaminazzjoni medika għandha titwettaq fir-rispett sħiħ tad-dinjità tal-individwu, b'għażla tal-eżamijiet l-inqas invażivi.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

Aġġustament lingwistiku fil-verżjoni Ġermaniża, li jġibha eqreb il-verżjoni Ingliża ("less invasive").

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull eżaminazzjoni medika għandha titwettaq fir-rispett sħiħ tad-dinjità tal-individwu, b'għażla tal-eżamijiet l-inqas invażivi.

Kull eżami mediku għandu jitwettaq fir-rispett sħiħ tad-dinjità tal-individwu, b'għażla tal-eżamijiet l-aktar affidabbli u l-inqas invażivi u jsir minn esperti mediċi kwalifikati u imparzjali.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-minuri mhux akkumpanjati jiġu informati qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, u f'ilsien li huma jifhmu, bil-possibbiltà li l-età tagħhom tiġi determinata permezz ta' eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżaminazzjoni u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll dwar il-konsegwenzi ta' rifjut min-naħa tal-minuri mhux akkumpanjat milli joqgħod għal eżami mediku;

(a) il-minuri mhux akkumpanjati jiġu informati qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, u f'ilsien li huma jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jifhmu, bil-possibbiltà li l-età tagħhom tiġi determinata permezz ta' eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll dwar il-konsegwenzi ta' rifjut min-naħa tal-minuri mhux akkumpanjat milli joqgħod għal eżami mediku;

Ġustifikazzjoni

Minħabba raġunijiet prattiċi u fid-dawl tad-diffikultà ta' prova tal-għarfien lingwistiku, il-formulazzjoni tad-Direttiva attwali hija preferibbli.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) id-deċiżjoni li tiġi miċħuda applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn minuri mhux akkumpanjat li jkun irrifjuta li joqgħod għal eżami mediku ma għandhiex tkun ibbażata biss fuq dak ir-rifjut.

(c) id-deċiżjoni li tiġi miċħuda applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn minuri mhux akkumpanjat li jkun irrifjuta li joqgħod għal eżami mediku ma għandhiex tkun ibbażata fuq dak ir-rifjut.

Ġustifikazzjoni

Ir-rifjut ta' minuri mhux akkumpanjat li joqgħod għal eżami mediku jista' jiġi ġġustifikat b'bosta raġunijiet li ma jkollhomx rabta mal-età tiegħu jew mal-mottivi tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

Detenzjoni ta' minuri

Id-detenzjoni ta' minuri għandha tkun strettament projbita fiċ-ċirkostanzi kollha.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Safejn l-Istati Membri jipprovdu għall-possibbiltà tal-irtirar espliċitu tal-applikazzjoni taħt il-liġi nazzjonali, meta applikant b'mod espliċitu jirtira l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni li jew twaqqaf l-eżami jew tiċħad l-applikazzjoni.

1. Safejn l-Istati Membri jipprovdu għall-possibbiltà tal-irtirar espliċitu tal-applikazzjoni taħt il-liġi nazzjonali, meta applikant b'mod espliċitu jirtira l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni li twaqqaf l-eżami u tispjega lill-applikant il-konsegwenzi tal-irtirar.

Ġustifikazzjoni

Irtirar espliċitu tal-applikazzjoni għandu jwassal għat-twaqqif tal-proċedura u mhux għar-rifjut tal-applikazzjoni. M'għandhiex tittieħed deċiżjoni ta' rifjut ħlief wara eżami tal-mertu tal-applikazzjoni.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant li jerġa' jirrapporta lill-awtorità kompetenti wara li tittieħed deċiżjoni ta' twaqqif kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikollu d-dritt li jitlob li jerġa' jinfetaħ il-każ tiegħu.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant li jerġa' jirrapporta lill-awtorità kompetenti wara li tittieħed deċiżjoni ta' twaqqif kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikollu d-dritt li jitlob li jerġa' jinfetaħ il-każ tiegħu. Matul proċedura tal-ażil tista' tiġi ppreżentata talba waħda biss biex jerġa' jinfetaħ il-każ.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni jew dannu serju b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati direttament bil-fatt li saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li jhedded l-integrità fiżika tal-applikant u tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż tal-oriġini.

(b) jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni jew dannu serju b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati bil-fatt li saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li jhedded l-integrità fiżika tal-applikant u tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż tal-oriġini.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tal-konsistenza mar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-istess artikolu.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-konsegwenzi tan-nuqqas li tiġi adottata deċiżjoni fil-limiti ta' żmien provduti fil-paragrafu 3 għandha tkun iddeterminata skont il-liġi nazzjonali.

Fi tmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, f'każ ta' nuqqas li tiġi adottata deċiżjoni, l-oneru tal-prova biex jiġi kkontestat l-għoti tal-protezzjoni lil applikant għandu jkun fuq l-awtorità determinanti.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi evitat li jkun hemm differenzi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni, li jmorru kontra l-objettiv tal-armonizzazzjoni tas-sistema Ewropea komuni tal-ażil, għandhom jiġu ddeterminati l-konsegwenzi tan-nuqqas li tiġi adottata deċiżjoni fil-limiti ta' żmien previsti.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jipprijoritizzaw eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II:

5. L-awtoritajiet determinanti jistgħu jipprijoritizzaw eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II:

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fejn l-applikant għandu bżonnijiet speċjali;

(b) fejn l-applikant ikollu bżonnijiet speċjali, partikolarment minuri mhux akkumpanjati;

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 6 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-applikant għamel b’mod ċar sottomissjonijiet inkonsistenti, kontradittorji, improbabbli, insuffiċjenti jew rappreżentanzifoloz li jrendu t-talba tiegħumhux konvinċenti b’mod ċar fir-rigward tal-fatti kien suġġett għall-persekuzzjoni kif imsemmi fid-Direttiva …/../KE] (id-Direttiva dwar il-Kwalifika); jew

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 23(4)(g) tad-Direttiva 2005/85/EC għandu jinżamm. Il-possibilità li applikazzjoni tiġi miċħuda fi proċedura aċċellerata għandha tkun prevista wkoll f’każijiet fejn is-sottomissjonijiet magħmula mill-persuni li qed jitolbu protezzjoni huma b’mod ċar mhux affidabbli jew ma jistgħux jitwemmnu.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 6 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-applikazzjoni saret minn minuri mhux miżżewweġ li għalih japplika l-Artikolu 6(7)(c) wara li l-applikazzjoni tal-ġenituri jew tal-ġenitur responsabbli għall-minuri ġiet miċħuda u ma jkunux tqajmu elementi ġodda relevanti fir-rigward taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu jew tas-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu; jew

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 9.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 6 – punt f c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc) għal raġunijiet serji l-applikant jista’ jitqies bħala ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun ġie mkeċċi bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà pubblika u tal-ordni pubblika skont il-liġi nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 23(4)(m) tad-Direttiva 2005/85/KE għandu jinżamm. Il-possibilità li tingħata ordni ta’ espulsjoni immedjata ta’ persuni li jkunu ta’ riskju għas-sigurtà hija ħtieġa urġenti fi żmenijiet meta netwerks terroristiċi joperaw globalment.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet sottomessa wara dħul irregolari fit-territorju jew fil-fruntiera, inkluż iż-żoni ta' tranżitu, kif ukoll in-nuqqas ta' dokumenti jew l-użu ta' dokumenti falsifikati, m'għandhux per se jimplika rikors awtomatiku għall-proċedura ta' eżaminazzjoni mgħaġġla.

9. Il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet sottomessa wara dħul irregolari fit-territorju jew fil-fruntiera, inklużi ż-żoni ta' tranżitu, kif ukoll in-nuqqas ta' dokumenti mad-dħul jew l-użu ta' dokumenti falsifikati, m'għandhux per se jimplika rikors awtomatiku għall-proċedura ta' eżami mgħaġġel.

Ġustifikazzjoni

Persuni li jfittxu l-ażil isibu ruħhom obbligati li jużaw dokumenti falsifikati sabiex jitilqu mill-pajjiż fejn ikunu persegwitati. Madankollu għandhom jiżvelaw l-identità vera tagħhom lill-awtorità determinati wara li jidħlu. Storja tal-każ individwali ta’ persekuzzjoni tista’ tiġi stabbilita biss jekk l-identità u n-nazzjonalità tal-applikant tkun magħrufa. Ikun riskju ta’ sigurtà mill-akbar li jitħallew jibqgħu fil-pajjiż persuni li l-identità tagħhom ma tkunx ġiet stabbilita għaliex dawn jirrifjutaw li jikkooperaw.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 23, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw biss applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bħala bla bażi biss jekk l-awtorità determinanti tkun stabbilixxiet li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw biss applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bħala bla bażi biss jekk l-awtorità determinanti tkun stabbilixxiet li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

Ġustifikazzjoni

Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali m'għandhiex titqies bħala mingħajr bażi ħlief fil-każ li l-awtorità determinanti tkun stabbilixxiet li l-applikant ma jissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti biex jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tar-raġunijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 29 fiċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni li tikkunsidra applikazzjoni inammissibbli. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom iwettqu intervista personali dwar l-inammissibbiltà tal-applikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss skont l-Artikolu 36 f'każijiet ta' applikazzjonijiet sussegwenti.

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tar-raġunijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 29 fiċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni li tikkunsidra applikazzjoni inammissibbli. Għal dak l-għan, l-awtorità determinanti għandha twettaq intervista personali dwar l-inammissibbiltà tal-applikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss skont l-Artikolu 36 f'każijiet ta' applikazzjonijiet sussegwenti.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-konsegwenzi gravi possibbli ta' deċiżjoni ta' inammissibbiltà, l-intervista personali dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni għandha ssir mill-awtorità determinanti li, bi qbil mal-Artikolu 4 tal-proposta tal-Kummissjoni, għandu jkollha t-taħriġ meħtieġ biex tapplika kunċetti kumplessi bħal dawk tal-pajjiż terz bla periklu u tal-ewwel pajjiż tal-ażil.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjal tal-persunal tal-awtorità determinanti li jmexxi l-intervista dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni ma jkunx liebes uniformi.

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet tal-koerenza, obbligu simili għall-projbizzjoni tal-ilbies ta' uniformi mill-persunal li jmexxi l-intervista relatata mal-mertu ta' applikazzjoni għandha tiġi osservata wkoll mill-persunal li jmexxi l-intervista dwar l-ammissibbiltà ta' applikazzjoni. L-ilbies ta' uniformi jista' fil-fatt joħloq konfużjoni fl-applikant dwar il-funzjoni eżatta tal-persuna li jkun qed jitkellem magħha, kif ukoll jippreġudika l-perċezzjoni tal-kunfidenzjalità u tal-imparzjalità, xi ħaġa li hija indispensabbli għall-isvolġiment tajjeb tal-intervista.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) huwa jgawdi, diversament, protezzjoni suffiċjenti f'dak il-pajjiż, inkluż il-benefiċċju mill-prinċipju tan-non-refoulement;

(b) huwa jgawdi, diversament, protezzjoni effettiva f'dak il-pajjiż, inkluż il-benefiċċju mill-prinċipju tan-non-refoulement;

Ġustifikazzjoni

Il-kliem "protezzjoni suffiċjenti" mhix definita b'mod ċar hawnhekk. Il-protezzjoni li għandu jgawdi minnha min jagħmel it-talba jekk jintbagħat fl-ewwel pajjiż ta' ażil għandha tkun effikaċi u, fil-prattika, aċċessibbli.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' ażil għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali  l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tal-Artikolu 32 (1).

Fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' ażil għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali  l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-Artikolu 32 (1). L-applikant huwa awtorizzat jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' ażil minħabba li l-imsemmi l-ewwel pajjiż ta' ażil ma jkunx sikur fis-sitwazzjoni partikolari tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jissaħħu s-salvagwardji kontra l-falliment li jiġi rrispettat il-prinċipju tan-nonrefoulment, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji għal pajjiżi terzi sikuri stipulati fl-Artikolu 32(1). Bl-istess mod, filwaqt li l-Artikolu 30 jiggarantixxi d-dritt għal intervista personali, l-Artikolu 31(2) għandu jipprovdi wkoll lill-applikant b’possibilità effettiva li jirrifjuta l-preżunzjoni ta' sikurezza fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu jew tagħha, hekk kif ġie ggarantit mill-Artikolu 32(2)(c) dwar l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu

imħassar

1. L-Istati Membi jistgħu japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu biss fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li persuna li tkun qiegħda tfittex protezzjoni internazzjonali  tiġi trattata skont il-prinċipji li ġejjin fil-pajjiż terz konċernat:

 

(a) il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali jew l-opinjoni politika;

 

(b) m'hemmx riskju ta' dannu serju kif definit fid-[Direttiva …./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];

 

(c) jiġi rispettat il-prinċipju tan-non-refoulement skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

 

(d) tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta' persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman jew degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali; u wkoll

 

(e) tkun teżisti l-possibbiltà li ssir talba għall-istatus ta' rifuġjat u, jekk jinstab li l-persuna konċernata tkun rifuġjat, li din tirċievi protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

 

2. L-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu għandha tkun suġġetta għal regoli stabbiliti fil-liġi nazzjonali, inklużi:

 

(a) regoli li jirrikjedu konnessjoni bejn il-persuna li tfittex protezzjoni internazzjonali  u l-pajjiż terz ikkonċernat li abbażi tagħha jkun raġonevoli li dik il-persuna tmur f'dak il-pajjiż;

 

(b) regoli dwar il-metodoloġija li biha l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ruħhom li l-kunċett tal-pajjiz terz bla periklu jista' jiġi applikat għal xi pajjiż partikolari jew għal xi applikant partikolari. Tali metodoloġija għandha tinkludi l-konsiderazzjoni, każ b'każ, tas-sigurtà tal-pajjiż għal applikant partikolari u/jew l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi kunsidrati bħala ġeneralment bla periklu;

 

(c) regoli konformi mad-dritt internazzjonali, li jippermettu eżami individwali li jiddetermina jekk pajjiż terz konċernat huwiex bla periklu għal applikant partikolari u li, bħala minimu, għandu jippermetti lill-applikant jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu fuq il-bażi li l-pajjiż terz huwa ta' periklu għaċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu. L-applikant għandu jkun permess li jikkontesta l-eżistenza ta' konnessjoni bejnu u l-pajjiż terz skont il-punt (a)  .

 

3. Meta jimplementaw deċiżjoni bbażata biss fuq dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom:

 

(a) jinformaw lill-applikant dwar dan; u wkoll

 

(b) jipprovdulu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinetx eżaminata fis-sustanza tagħha.

 

4. Fejn il-pajjiż terz ma jippermettix l- applikant għall-protezzjoni internazzjonali  biex jidħol fit-territorju tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għal proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi deskritti fil-Kapitolu II.

 

5. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni perjodikament dwar il-pajjiżi li għalihom jiġi applikat dan il-kunċett konformement mad-dispożizzjonijet ta' dan l-Artikolu.

 

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi kunsidrati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu

imħassar

1. L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu leġiżlazzjoni li tippermetti, konformement mal-Anness II, l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-iskop tal-eżaminazzjoni ta' applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali  . .

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw reviżjoni regolari tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi indikati bħala siguri skont dan l-Artikolu.

 

3. Il-valutazzjoni ta' pajjiż sabiex jiġi determinat jekk huwiex pajjiż ta' oriġini bla periklu konformement ma' dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni mill-Istati Membri, l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra.

 

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pajjiżi li jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu konformement ma' dan l-Artikolu.

 

Ġustifikazzjoni

L-iskop huwa li tiġi stabbilita sistema komuni Ewropea għall-ażil. Id-definizzjoni ta’ pajjiżi terzi bla periklu għandha għalhekk tkun uniformi fl-Istati Membri kollha.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu

imħassar

1. Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu konformement ma' din id-Direttiva jista', wara eżami individwali tal-applikazzjoni, ikun kunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għal applikant partikolari biss jekk:

 

(a) l-applikant ikollu ċ-ċittadinanza ta' dak il-pajjiż;

 

(b) l-applikant ikun persuna apolida u kien, preċedentement, abitwalment residenti f'dak il-pajjiż;

 

(c) u ma ppreżenta l-ebda raġuni serja sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu fis-sens tal-kwalifikazzjoni tiegħu bħala rifuġjat jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja  skont id-[Direttiva …./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] .

 

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali regoli u modalitajiet ulterjuri għall-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu.

 

Ġustifikazzjoni

L-iskop huwa li tiġi stabbilita sistema komuni Ewropea għall-ażil. Id-definizzjoni ta’ pajjiżi terzi bla periklu għandha għalhekk tkun uniformi fl-Istati Membri kollha.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn persuna li applikat għall- protezzjoni internazzjonali  fi Stat Membru tagħmel sottomissjonijiet ulterjuri jew applikazzjoni sussegwenti fl-istess Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu  jeżamina dawn is-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-elementi tal-applikazzjoni sussegwenti fil-kuntest tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni preċedenti jew fil-kuntest tal-eżaminazzjoni tad-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi riveduta jew appellata safejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu kont ta' u jikkunsidraw l-elementi kollha li fuqhom ikunu bażati s-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-applikazzjoni sussegwenti f'dan il-kuntest.

1. Fejn persuna li applikat għall- protezzjoni internazzjonali  fi Stat Membru tagħmel sottomissjonijiet ulterjuri jew applikazzjoni sussegwenti fl-istess Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu  jeżamina dawn is-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-elementi tal-applikazzjoni sussegwenti fil-kuntest tal-eżami tal-applikazzjoni preċedenti jew fil-kuntest tal-eżami tad-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi riveduta jew appellata safejn l-awtorità determinanti tista’ tieħu kont ta' u tikkunsidra l-elementi kollha li fuqhom ikunu bażati s-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-applikazzjoni sussegwenti f'dan il-kuntest.

Ġustifikazzjoni

L-awtorità determinanti biss hija kompetenti biex tivvaluta l-elementi kollha li huma fil-bażi tas-sottomissjonijiet ulterjuri jew tal-applikazzjoni sussegwenti. Din il-kjarifika tikkontribwixxi wkoll għall-isforzi ta' razzjonalizzazzjoni tal-proċedura u ta' titjib tal-kwalità tal-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżaminaw ulterjorament l-applikazzjoni biss jekk l-applikant konċernat kien, mingħajr ħtija tiegħu, inkapaċi li jiddikjara s-sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu fil-proċedura preċedenti, partikolarment billi jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv skont l-Artikolu  41.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri m’għandhomx jirrifjutaw b’mod sistematiku li jeżaminaw applikazzjoni sussegwenti bl-iskuża li l-applikant seta’ jressaq l-elementi jew il-fatti l-ġodda matul il-proċedura preċedenti jew l-appell relatat. Rifjut awtomatiku ta’ dan it-tip jista' jwassal għal ksur tal-prinċipju tan-"non-refoulement".

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ammissibbiltà ta'  applikazzjoni magħmula f'postijiet bħal dawn; u/jew

(a) l-ammissibbiltà ta' applikazzjoni, skont l-Artikolu 29, magħmula f'postijiet bħal dawn; u/jew

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-konsegwenzi gravi possibbli ta' deċiżjoni ta' inammissibbiltà, l-intervista personali dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni għandha ssir mill-awtorità determinanti li, bi qbil mal-Artikolu 4 tal-proposta tal-Kummissjoni, għandu jkollha t-taħriġ meħtieġ biex tapplika kunċetti kumplessi bħal dawk tal-pajjiż terz bla periklu u tal-ewwel pajjiż tal-ażil. Il-proposta tal-Kummissjoni terġa’ tafferma li l-proċeduri tal-fruntieri jridu jikkonformaw ukoll mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta' proċeduri previsti fil-paragrafu 1 tittieħed fi żmien raġonevoli. Meta deċiżjoni ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat, l-applikant għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata konformement mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta' proċeduri previsti fil-paragrafu 1 tittieħed fi żmien raġonevoli. Meta deċiżjoni ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat, l-applikant għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata konformement mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva. Il-fatt li l-applikanti jinżammu mal-fruntiera tal-Istati Membri jew fiż-żoni ta' tranżitu ta' dawn tal-aħħar huwa ekwivalenti għal detenzjoni skont l-Artikolu 22.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-applikanti jinżammu mal-fruntieri tal-Istati Membri jew fiż-żoni ta' tranżitu huwa ekwivalenti għal detenzjoni skont l-Artikolu 5(1)(f) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-każistika tal-qorti responsabbli għall-applikazzjoni tagħha. L-arranġamenti biex l-applikanti jinżammu mal-fruntieri tal-Istati Membri jew fiż-żoni ta' tranżitu għandhom għalhekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan il-qasam fil-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ riċeviment (COM(2008) 815 finali).

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kunċett ta' pajjiżi terzi Ewropej bla periklu

Il-kunċett ta' pajjiżi terzi bla periklu

1. Kull Stat Membru jista' jipprovdi li ma jsirx eżami jew li ma jsirx eżami sħiħ tal-applikazzjoni għall-ażil u tas-sigurtà tal-applikant fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu kif deskritt fil-Kapitolu II f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet, abbażi tal-fatti, li l-applikant għall-  protezzjoni internazzjonali  ikun qiegħed ifittex li jidħol jew daħal illegalment fit-territorju tiegħu minn pajjiż terz bla periklu skont il-paragrafu 2.

 

2. Pajjiż terz jista' jkun kunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu biss għall-finijet tal-paragrafu 1 fejn:

1. Pajjiż terz jista' jkun kunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu biss fejn persuna li tkun qed tfittex il-protezzjoni internazzjonali tiġi trattata bi qbil mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet li ġejjin fil-pajjiż terz ikkonċernat:

(a) ikun irratifika u josserva d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra mingħajr limitazzjonijiet ġeografiċi;

(a) il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali jew l-opinjoni politika;

(b) għandu stabbilita proċedura ta' ażil preskritta mil-liġi; u wkoll

(b) m'hemmx riskju ta' dannu serju kif definit fid-[Direttiva …./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];

(c) ikun irratifika l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u josserva d-dispożizzjonijiet tagħha, inklużi l-istandards relatati ma' rimedji effettivi.

(c) jiġi rispettat il-prinċipju tan-non-refoulement skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

 

(d) tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta' persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman jew degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali;

 

(e) teżisti l-possibilità li jintalab l-istatus ta’ refuġjat jew forma kumplimentari oħra tal-protezzjoni komparabbli għal dik mogħtija skont [Direttiva .../... UE] [ id-Direttiva dwar il-Kwalifika] u, jekk jingħata tali status jew protezzjoni, biex tingħata protezzjoni komparabbli ma’ dik mogħtija skont [Direttiva .../... UE] [ id-Direttiva dwar il-Kwalifika];

 

(f) ikun irratifika u josserva d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra mingħajr limitazzjonijiet ġeografiċi;

 

(g) għandu stabbilita proċedura ta' ażil preskritta mil-liġi; u

 

(h) ikun ġie indikat mill-Kunsill u l-Parlament skont il-paragrafu 2.

 

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jadottaw jew jemendaw lista komuni ta' pajjiżi terzi li għandhom ikunu kkunsidrati bħala pajjiżi terzi bla periklu għall-finijiet tal-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-modalitajiet għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u l-konsegwenzi ta' deċiżjonijiet skont dawk id-dispożizzjonijiet konformement mal-prinċipju tan-non-refoulement , inklużi dispożizzjonijiet għal eċċezzjonijiet mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal raġunijiet umanitarji jew politiċi jew għal raġunijiet tad-dritt internazzjonali pubbliku.

3. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-modalitajiet għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u r-regoli li jeħtieġu:

 

(a) konnessjoni bejn il-persuna li tfittex protezzjoni internazzjonali u l-pajjiż terz ikkonċernat li abbażi tagħha jkun raġonevoli li dik il-persuna tmur f'dak il-pajjiż;

 

(b) regoli dwar il-metodoloġija li biha l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ruħhom li l-kunċett tal-pajjiz terz bla periklu jista' jiġi applikat għal xi pajjiż partikolari jew għal xi applikant partikolari. Tali metodoloġija għandha tinkludi l-konsiderazzjoni, każ b'każ, tas-sikurezza tal-pajjiż għal applikant partikolari

 

(c) regoli konformi mad-dritt internazzjonali, li jippermettu eżami individwali li jiddetermina jekk pajjiż terz konċernat huwiex bla periklu għal applikant partikolari u li, bħala minimu, għandu jippermetti lill-applikant jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu fuq il-bażi li l-pajjiż terz huwa ta' periklu għaċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu. L-applikant għandu jkun permess li jikkontesta l-eżistenza ta' konnessjoni bejnu u l-pajjiż terz skont il-punt (a)

4. Meta jimplementaw deċiżjoni bażata biss fuq dan l-Artikolu, l-Istati Membri konċernati għandhom:

4. Meta jimplementaw deċiżjoni bażata fuq dan l-Artikolu, l-Istati Membri konċernati għandhom jinformaw lill-applikant dwar dan;

(a) jinformaw lill-applikant dwar dan; u wkoll

 

(b) jipprovdulu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinetx eżaminata fis-sustanza tagħha.

 

5. Fejn il-pajjiż terz bla periklu ma jippermettix id-dħul mill-ġdid tal-applikant għall-ażil, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għal proċedura konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi deskritti fil-Kapitolu II.

5. Fejn il-pajjiż terz bla periklu ma jippermettix id-dħul mill-ġdid tal-applikant għall-ażil, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għal proċedura konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi deskritti fil-Kapitolu II.

 

5a. L-Istati Membri m’għandhomx jaħtru listi nazzjonali ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u lanqas listi nazzjonali ta’ pajjiżi terzi bla periklu.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu termini ta' żmien raġonevoli  u regoli meħtieġa oħra għall-applikant sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1.

4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu termini ta' żmien minimi u regoli meħtieġa oħra għall-applikant sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ limiti ta' żmien stipulati mill-Istati Membri u l-bżonn li jkun hemm sistema ta’ ażil komuni kif stipulat fl-Artikolu 78 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, limitu ta’ żmien minimu komuni għandu jiġi introdott biex l-applikanti jiġu pprovduti b’aċċess għal rimedju effettiv fil-liġi u l-prattika.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti ta' żmien m'għandhomx jagħmlu l-aċċess impossibbli jew eċċessivament diffiċli tal-applikanti għall-rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu reviżjoni ex officio tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 37.

L-Istati Membri għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien minimu ta' ħamsa u erbgħin jum ta' xogħol li matulhom l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju effettiv. Għall-applikanti suġġetti għall-proċedura mgħaġġla msemmija fl-Artikolu 27(6), l-Istati Membri għandhom jipprevedu limitu ta’ żmien minimu ta' tletin jum ta' xogħol. Il-limiti ta' żmien m'għandhomx jagħmlu l-aċċess impossibbli jew eċċessivament diffiċli tal-applikanti għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu reviżjoni ex officio tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 37.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ limiti ta' żmien stipulati mill-Istati Membri u l-bżonn li jkun hemm sistema ta’ ażil komuni kif stipulat fl-Artikolu 78 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, limitu ta’ żmien minimu komuni għandu jiġi introdott biex l-applikanti jiġu pprovduti b’aċċess għal rimedju effettiv fil-liġi u l-prattika. Il-limitu ta’ żmien iffissat ivarja skont il-proċedura li tkun ġiet applikata fil-każ partikolari.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fil-każ ta' deċiżjoni meħuda fil-proċedura mgħaġġla skont l-Artikolu 27 (6) u ta' deċiżjoni li applikazzjoni tkun ikkunsidrata inammissibbli skont l-Artikolu 29 (2) (d), u fejn id-dritt li tibqa' fl-Istat Membru fl-istennija tar-riżultat tar-rimedju mhuwiex previst taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, qorti jew tribunal għandhom ikollhom is-setgħa biex jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' jew le fit-territorju tal-Istat Membru, jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat jew billi jaġixxi minn jeddu.

6. Fil-każ ta' deċiżjoni meħuda fil-proċedura mgħaġġla skont l-Artikolu 27 (6) u ta' deċiżjoni li applikazzjoni tkun ikkunsidrata inammissibbli skont l-Artikolu 29 (2) (d), u jekk, f’tali każijiet, id-dritt li tibqa' fl-Istat Membru fl-istennija tar-riżultat tar-rimedju mhuwiex previst taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa biex jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' jew le fit-territorju tal-Istat Membru, jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat jew billi jaġixxi minn jeddu.

Ġustifikazzjoni

Kien hemm bżonn ta’ kjarifika biex tiġi evitata konfużjoni possibbli.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard mill- […]  , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kull emenda li tkun meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitfassal dan ir-rapport. Wara li tippreżenta r-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri mill-anqas kull ħames snin  .

Mhux aktar tard mill- […]  , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-ispiża finanzjarja ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kull emenda li tkun meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha u d-data finanzjarja meħtieġa sabiex jitfassal dan ir-rapport. Wara li tippreżenta r-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri mill-anqas kull sentejn.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 27 (3) sa [3 snin mid-data tat-traspożizzjoni]. Minn hemm ’l quddiem għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk d-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 27 (3) sa [sentejn mid-data tat-traspożizzjoni]. Minn hemm ’il quddiem għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

  • [1]  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
  • [2]  ĠU C 87E, 1.4.2010, p. 10.

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest

Il-ħidma fuq il-ħolqien ta' sistema Ewropea komuni tal-ażil (SEKA) bdiet wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Amsterdam f'Mejju 1999, fuq il-bażi tal-prinċipji approvati mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere. L-objettiv tal-ewwel fażi tas-SEKA (1999-2005) kienet tikkonsisti fl-armonizzazzjoni tal-oqfsa ġuridiċi tal-Istati Membri permezz tad-definizzjoni ta' standards minimi komuni. Adottata fl-1 ta' Diċembru 2005, id-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE dwar il-proċeduri tal-ażil (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva" jew "id-Direttiva tal-proċeduri") tikkostitwixxi l-aħħar mill-ħames elementi leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ażil.

Meta ntemmet din l-ewwel fażi, skont dak stabbilit mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere u kkonfermat mill-programm tal-Aja, il-Kummissjoni ressqet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti bl-iskop li tirranġa adegwatament in-nuqqasijiet misjuba u tiggarantixxi standards ta' protezzjoni ogħla u aktar armonizzati fi ħdan l-Unjoni. Fil-21 ta' Ottubru 2009, il-Kummissjoni għalhekk ippreżentat liż-żewġ koleġiżlaturi proposta ta' riformulazzjoni tad-Direttiva tal-proċeduri.

Imtenni b'qawwa fil-Programm ta' Stokkolma, l-objettiv tat-tieni fażi tax-xogħlijiet leġiżlattivi fil-qasam tal-ażil jikkonsisti fl-istabbiliment, sal-2012, ta' spazju komuni ta' protezzjoni u solidarjetà bbażat, fost ħwejjeġ oħra, fuq proċedura komuni tal-ażil. Dan huwa aspett kruċjali li barra minn hekk għandu jitqies f'kuntest ġuridiku ġdid: bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-kunċett ta' "standards minimi" msemmi fl-Artikolu 63 tat-Trattat KE huwa mibdul b'dak, aktar ambizzjuż, ta' "proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus uniformi ta' ażil jew ta' protezzjoni sussidjarja" (Artikolu 78(2)(d) tat-TFUE).

L-isfidi tal-fażi ta' armonizzazzjoni l-ġdida

Minkejja l-isforzi ta' armonizzazzjoni li ilhom isiru dawn l-aħħar għaxar snin fil-qasam tal-ażil, jissussistu madankollu diverġenzi importanti bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali u għal dik li hija l-applikazzjoni tagħhom. Dawn id-disparitajiet huma inkumpatibbli ma' sistema Ewropea komuni tal-ażil u jikkostitwixxu ostaklu għat-twettiq tagħha. B'mod partikolari, imorru kontra wieħed mill-prinċipji fundamentali tas-sistema ta' Dublin, li huwa bbażat fuq il-preżunzjoni li s-sistemi ta' ażil tal-Istati Membri huma kumparabbli: ikun xi jkun l-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għall-ażil, l-applikanti għandhom jibbenefikaw minn livell għoli ta' trattament ekwivalenti fl-Unjoni kollha. Jekk l-armonizzazzjoni leġiżlattiva waħedha ma tkunx suffiċjenti biex tnaqqas dawn id-differenzi u jkollha tkun assoċjata ma' tisħiħ tal-kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri, l-adozzjoni ta' qafas ġuridiku solidu se jirrappreżenta kundizzjoni sine qua non jekk l-Unjoni tkun tixtieq timplimenta sistema Ewropea komuni tal-ażil b'mod adegwat u effikaċi, kif bosta drabi impenjat ruħha li tagħmel.

L-isfidi attwali għalhekk huma ċari: it-titjib u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri u tal-garanziji relatati biss se jippermettu li titwettaq sistema komuni. F'dan il-kuntest, hija assolutament neċessarja reviżjoni fundamentali tad-Direttiva tal-proċeduri bil-għan li tiżgura proċedura aċċessibbli, ekwa u effikaċi, fl-interess kemm tal-applikanti għall-ażil kif ukoll tal-Istati Membri.

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea pragmatika u ambizzjuża

Il-Kummissjoni Ewropea tibda bi premessa ċara: it-test preċedenti, huwa u jiffavorixxi approċċ minimalista, inkuraġġixxa mhux biss il-proliferazzjoni, fuq livell nazzjonali, ta' sistemi proċedurali diversi iżda wkoll ta' nuqqasijiet fir-rigward tal-garanziji proċedurali għal dawk li jfittxu l-ażil.

Kumplessivament, ir-rapporteur tqis li x-xogħol ta' riformulazzjoni propost mill-Kummissjoni huwa sostanzjalment ta' natura tali li:

- jippermetti aktar armonizzazzjoni, b'hekk itejjeb il-koerenza bejn l-istrumenti fil-qasam tal-ażil, jiċċara u jikkonsolida l-kunċetti ġuridiċi u l-mekkaniżmi proċedurali u jissemplifika, b'tali mod, l-applikazzjoni tagħhom;

- itejjeb l-istandards ta' protezzjoni internazzjonali fi ħdan l-Unjoni, billi partikolarment jintroduċi garanziji proċedurali ġodda bil-għan li jiżguraw kumpatibilità totali bejn l-istandards tal-acquis tal-Unjoni Ewropea u dawk stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (QĠUE) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) u

- isaħħaħ il-kwalità u l-effikaċja tal-proċeduri tal-ażil billi "tantiċipa" s-servizzi, il-konsulenza u l-kompentenza u tinkoraġġixxi l-Istati Membri jadottaw, fi żmien raġonevoli, deċiżjonijiet sodi fl-ewwel istanza. L-inizjattiva proposta mill-Kummissjoni ("frontloading") tkun tippermetti, partikolarment, l-identifikazzjoni aħjar tal-applikazzjonijiet b'raġuni valida, dawk mingħajr raġuni valida jew abbużivi; it-titjib l-abbiltà ta' difiża tad-deċiżjonijiet negattivi u t-tnaqqis tar-riskju tal-annullament tagħhom minn korpi tal-appell u t-tnaqqis tal-l-ispejjeż ta' akkoljenza u ta' proċedura tal-Istati Membri. L-eżistenza ta' standards komuni, kif ukoll applikazzjoni aħjar u aktar koerenti tagħhom, għandha barra minn hekk tipprevjeni jew tnaqqas il-movimenti sekondarji fl-Unjoni u żżid il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri.

L-emendi proposti

L-emendi proposti mir-rapporteur huma għalhekk perfettament konformi mal-proposta tal-Kummissjoni u l-approċċ tagħha ta' "frontloading" biex jiġu żgurati, fil-qafas ta' sistema Ewropea komuni tal-ażil, proċeduri armonizzati, ekwi u effikaċi.

B'mod partikolari dawn jinkludu:

- konsolidament tal-koerenza tal-applikazzjoni tal-kunċetti ta' awtorità "determinanti" u awtorità "kompetenti" għall-finijiet tal-prinċipju ta' awtorità determinanti unika;

- titjib tal-koerenza bejn l-istrumenti fil-qasam tal-ażil (għal dak li jirrigwarda d-definizzjonijiet u l-mekkaniżmi applikati);

- tisħiħ tal-garanziji proċedurali minimi stabbiliti mil-ġurisprudenza tal-QĠUE u tal-QEDB (dwar, partikolarment, il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-armi, id-dritt li dak li jkun ikun infurmat, id-dritt li dak li jkun ikun mismugħ u d-dritt għall-assistenza legali mingħajr ħlas) u l-koerenza tal-applikazzjoni tagħhom fit-test;

- garanzija li jitqiesu kif suppost l-eżiġenzi tal-applikanti vulnerabbli u mill-interess superjuri tal-minorenni;

- reviżjoni tal-istrumenti proċedurali essenzjali bħall-kunċetti tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu, ta' pajjiż terz bla periklu, u ta' pajjiż terz Ewropew bla periklu, bil-għan li tiġi żgurata applikazzjoni omoġenja li tirrispetta l-garanziji u l-prinċipji minimi.

Minkejja hija konxja li għad hemm riservi serji dwar din il-proposta fi ħdan il-Kunsill, ir-rapporteur tqis madankollu bħala indispensabbli li l-Parlament Ewropew, f'din l-okkażjoni koleġiżlatur fix-xogħlijiet leġiżlattivi tat-tieni fażi, jaħtaf din l-opportunità biex jiżviluppa sistema Ewropea komuni tal-ażil li tkun ekwa u effikaċi. Il-politiki fil-qasam tal-ażil fil-fatt għandhom impatt dirett fuq il-persuni li qegħdin ifittxu protezzjoni, iżda anke fuq il-kapaċità tal-Unjoni Ewropea li tiżviluppa u twettaq spazju awtentiku ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

PRESIDENT

Ref.: D(2010)5201

Is-Sur Fernando LOPEZ AGUILAR

President tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili,

il-Ġustizzja u l-Intern

ASP 11G306

Brussell

Suġġett:   Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

           COM(2009) 554 finali tat-21.10.2009 - 2009/0165 (COD)

Għażiż President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija aktar 'il fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar ir-Riformulazzjoni, kif iddaħħal fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid hekk:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-proposta tal-Kummissjoni, huwa għandu jinnotifika immedjatament l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tinforma lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' riformulazzjoni."

Insegwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata ta' dan l-aħħar, u inkonformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwestjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta jew fil-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bida fis-sostanza tagħhom.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 87, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali qies li l-adattamenti tekniċi ssuġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv msemmi kienu neċessarji biex jiżguraw li l-proposta tikkonforma mar-regoli dwar it-tfassil mill-ġdid.

Biex nikkonkludu, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Jannar 2010, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'22 vot favur u ebda astensjoni[1], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq f'konformità mas-suġġerimenti tiegħu u skont l-Artikolu 87.

Għoddni tiegħek,

Klaus-Heiner LEHNE

Mehmuż: Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

  • [1]  Klaus-Heiner Lehne, Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Marielle Gallo, Alajos Mészáros, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Alexandra Thein, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Christian Engström, Jiří Maštálka, Francesco Enrico Speroni, Piotr Borys, Vytautas Landsbergis, Kurt Lechner, Arlène McCarthy, Toine Manders, Eva Lichtenberger, Sajjad Karim.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 23 ta' Novembru 2009

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

COM(2009)0554 tal-21.10.2009 – 2009/0165(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għal atti legali, u partikolarment il-punt 9 ta' dan il-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li hu magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni rispettivament, iltaqa' fid-29 ta' Ottubru 2009 biex jeżamina, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq ippreżentata mill-Kummissjoni.

F'dawk il-laqgħat[1], eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirriformola d-Direttiva tal-Kunsill (KE) 2005/85/KE tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, wassal sabiex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, jistabbilixxi dan li ġej.

1) 1) Il-partijiet segwenti tat-test tal-proposta riformulata kellhom jiġu identifikati permezz tal-użu ta' shading griż li normalment jintuża biex jiġi identifikat tibdil sostanzjali:

- fil-premessa 30, is-sostituzzjoni proposta tal-kliem "bħala rifuġjat" bil-kliem "għal protezzjoni internazzjonali";

- fl-Artikolu 13(4), il-kliem "paragrafu 2(b)" u t-tħassir propost tal-kliem "u (c) u paragrafu 3";

- fl-Artikolu 21(1), kliem ta' introduzzjoni, u fl-Artikolu 21(3)(a), it-tħassir propost tal-kliem "u 14" u ż-żieda proposta tal-kliem "u 15";

- fl-Artikolu 24(1)(a), iż-żieda proposta ta' Artikolu 15 u s-sostituzzjoni proposta ta' Artikolu 14 b'Artikolu 16;

- fl-Artikolu 36(3)(b), it-tħassir propost ta' Artikolu "32(2)" u ż-żieda proposta tal-Artikolu "35(3)" ;

- fl-Artikolu 40(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b), iż-żieda proposta tal-kliem "u 15";

- fl-Artikolu 46, l-ewwel paragrafu, l-aħħar sentenza "Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva";

- fl-Artikolu 46, ir-raba' paragrafu, il-kliem finali "u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva".

2) Fl-Artikolu 50, il-kliem tal-għeluq tal-Artikolu 46 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE ("skont it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea") għandu jerġa' jiddaħħal.

Konsegwentament, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jikkonkludi, bi qbil, li l-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sostanzjali barra minn dawk li ġew identifikati bħala tali fiha stess jew f'din l-opinjoni. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux mill-att ta' qabel b’dawk l-emendi sostanzjali, li l-proposta għandha kodifikazzjoni ċara tat-test eżistenti, bla ebda bidla fis-sustanza tagħha.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                                       Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjoni Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża, peress li hija l-verżjoni oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2009)0554 – C7-0248/2009 – 2009/0165(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.10.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.11.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

12.11.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sylvie Guillaume

11.1.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

1.12.2009

16.3.2010

27.9.2010

10.1.2011

 

28.2.2011

17.3.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

17.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

22

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Mario Borghezio, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Daniël van der Stoep, Axel Voss, Renate Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Ioan Enciu, Elisabetta Gardini, Nadja Hirsch, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Franziska Keller, Petru Constantin Luhan, Marian-Jean Marinescu, Kyriacos Triantaphyllides, Cecilia Wikström

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Cătălin Sorin Ivan, Traian Ungureanu, Sabine Verheyen, Åsa Westlund, Anna Záborská, Csaba Őry

Data tat-tressiq

24.3.2011