RAPPORT dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012 - Taqsima I - Il-Parlament Ewropew

25.3.2011 - (2011/2018(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: José Manuel Fernandes


Proċedura : 2011/2018(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0087/2011

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012 - Taqsima I - Il-Parlament Ewropew

(2011/2018(BUD))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali - baġit)

Il-Parlament Ewropew,

–         wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–         wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju       2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet   Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

–         wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament     Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni   finanzjarja fis-sod[2],

–         wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar il-linji gwida għall-     proċedura baġitarja 2012 – it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X[3],

–         wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz   preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012,

–         wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fit-23 ta' Marzu 2011           skont l-Artikoli 23(7) u 79(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–         wara li kkunsidra l-abbozz tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 79(2)       tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–         wara li kkunsidra l-Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–         wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati (A7-0087/2011),

A.       billi s-sitwazzjoni finanzjarja, ekonomika u soċjali attwali tal-UE tobbliga lill-istituzzjonijiet jirreaġixxu bil-kwalità u bl-effiċjenza meħtieġa u li jimpjegaw proċeduri ta' ġestjoni stretti sabiex jiġi żgurat li jinkiseb l-iffrankar; iqis li dan l-iffrankar għandu jinvolvi linji baġitarji relatati mal-Membri tal-Parlament Ewropew,

B.        billi l-istituzzjonijiet għandhom ikunu pprovduti b’riżorsi biżżejjed, għalkemm fil-kuntest ekonomiku attwali dawn ir-riżorsi għandhom jiġu ġestiti b’rigorożità u b’effiċjenza,

C.       billi huwa partikolarment mixtieq li l-Kumitat għall-Baġits u l-Bureau jkomplu bil-kooperazzjoni msaħħa tul il-proċedura baġitarja annwali skont l-Artikoli 23 u 79 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, li jipprevedu li l-Bureau huwa responsabbli biex jieħu deċiżjonijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi rigward l-organizzazzjoni interna tal-Parlament kif ukoll biex ifassal l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament u li l-Kumitat għall-Baġits huwa responsabbli għar-rapport lill-plenarja dwar l-estimi baġitarji tal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali,

D.       billi l-prerogattivi tal-plenarja biex jiġu adottati l-estimi u l-baġit finali se jinżammu għal kollox skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u r-Regoli ta' Proċedura,

E.        billi laqgħa ta' prekonċiljazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġits seħħet fil-15 u fit-22 ta' Marzu 2011;

F.        billi f'ittra riċenti, il-Kummissarju responsabbli għall-baġit stieden lill-istituzzjonijiet kollha jisfruttaw l-isforzi kollha possibbli biex tiġi limitata n-nefqa fit-tħejjija tal-estimi tagħhom tan-nefqa għall-Abbozz ta' Baġit 2012;

Il-qafas ġenerali u l-baġit globali

1.        Jilqa' l-kooperazzjoni bejn il-Bureau tal-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Baġits, li s'issa kienet tajba, matul il-proċedura baġitarja attwali u l-ftehim bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits waqt il-prekonċiljazzjoni tiegħu fit-22 ta' Marzu 2011;

2.        Jinnota li l-livell tal-Abbozz Preliminari tal-Estimi għall-baġit 2012, kif issuġġerit mis-Segretarju Ġenerali lill-Bureau, jammonta għal EUR 1 773 560 543, li jirrappreżenta 20.26% tal-intestatura 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF); jinnota li r-rata taż-żieda ssuġġerita hija 5.20% aktar mill-baġit 2011;

3.        Jilqa' l-fatt li l-Bureau tal-Parlament Ewropew kiseb iffrankar fl-Abbozz Preliminari tal-Estimi tiegħu għall-Baġit 2012, kif adottat fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta' Marzu 2011 wara l-prekonċiljazzjoni tiegħu mal-Kumitat għall-Baġits, meta mqabbel mal-Abbozz Preliminari tal-Estimi kif propost oriġinarjament; jikkonferma l-proposta tal-Bureau u jistabbilixxi l-livell globali tal-Abbozz tal-Estimi għall-2012 fil-livell ta' EUR 1 724 575 043, li jirrappreżenta 19.70% tal-intestatura 5 tal-MFF; jinnota li r-rata taż-żieda ssuġġerita hija 2.30% aktar mill-baġit 2011;

4.        Jitlob li jsir rieżami fit-tul tal-baġit tal-Parlament Ewropew; jitlob li jiġi identifikat iffrankar potenzjali futur biex jitnaqqsu l-ispejjeż u jinħolqu riżorsi għat-tħaddim fuq perjodu twil ta' żmien tal-Parlament bħala parti mill-awtorità leġiżlattiva;

5.        Jerġa' jafferma li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji diffiċli fl-Istati Membri, il-Parlament għandu juri r-responsabilità baġitarja u l-awtokontroll tiegħu billi jibqa' taħt ir-rata ta' inflazzjoni attwali[4]; skont l-orjentament interistituzzjonali, il-ħtiġijiet relatati mat-tkabbir għandhom jiġu integrati jew permezz ta' ittra ta' emenda jew ta' baġit emendatorju; anke l-ħtiġijiet għat-18-il MPE ġdid b'segwitu għat-Trattat ta' Lisbona se jiġu intergrati permezz ta' ittra ta' emenda jew ta' baġit emendatorju;

6.        Barra minn hekk iħeġġeġ lill-amministrazzjoni biex tippreżenta valutazzjoni oġġettiva tal-baġit tal-Parlament Ewropew bl-għan li jiġi identifikat l-iffrankar kollu possibbli u biex tippreżenta din il-valutazzjoni lill-Kumitat għall-Baġits biżżejjed qabel it-tmiem tal-proċedura baġitarja;

7.        Ifakkar li l-limitu massimu għall-intestatura 5 tal-MFF għall-baġit tal-UE fl-2012 huwa EUR 8 754 miljun;

8.        Huwa tal-fehma li l-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom juru responsabilità baġitarja u awtokontroll fil-kuntest ta' kriżi ekonomika u tal-piż tqil tad-dejn pubbliku, kif ukoll trażżin fi żminijiet ta' sforzi ta' konsolidazzjoni baġitarja nazzjonali li għadhom għaddejjin, mingħajr ma jdgħajfu l-għan tal-eċċellenza leġiżlattiva; għalhekk huwa lest li jaċċetta reviżjoni tal-limitu massimu tal-intestatura 5 tal-MFF skont il-punt 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA); din ir-reviżjoni għandha tkun tpaċija bi tnaqqis ta' EUR 100 miljun fil-limitu massimu tal-intestatura 5 (amministrazzjoni) u żieda korrispondenti f'intestaturi oħra favur iż-żgħażagħ;

Kwistjonijiet speċifiċi

9.        Iħeġġeġ lill-Bureau japplika approċċ strett rigward il-ġestjoni tar-riżorsi umani qabel l-istabbiliment ta' karigi ġodda fil-Parlament Ewropew;

10.      Jikkunsidra li l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiġu mmodernizzati u rrazzjonalizzati l-amministrazzjoni u l-proposti għall-2012 għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-forniment ta' servizzi esterni u jistenna li hawn isir iffrankar sinifikanti sabiex jinkiseb livell ta' nfiq komparabbli mill-inqas għal dak tal-2010;

11.      Jilqa' l-proposta tas-Segretarju Ġenerali li titkompla l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-Parlament, li tinbeda kampanja ta' informazzjoni, li jingħata appoġġ għall-istrateġija multiannwali tal-ICT u li tkompli tiġi mmodernizzata u rrazzjonalizzata l-amministrazzjoni;

12.      L-isforzi biex tiġi mmodernizzata u rrazzjonalizzata l-amministrazzjoni għandhom jinkludu wkoll is-sigurtà tal-parlament; jitlob riżerva ta' EUR 3 miljun, li tiġi rilaxxata fuq preżentazzjoni ta' kunċett vijabbli għal titjib u pjan tal-ispejjeż;

13.      Ifakkar fl-importanza tal-punti kollha msemmija fil-linji gwida għall-baġit 2012 bħall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-applikazzjonijiet tas-softwer inklużi l-istrateġija diġitali b'rabta mal-għodda Web 2.0 u n-netwerks soċjali, is-sistema tal-"cloud computing" u l-Wifi, il-politika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-sistema tal-ġestjoni tal-għarfien, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, il-politika ambjentali u l-EMAS u politiki attivi ta' kontra d-diskriminazzjoni;

14.      Iqis li fl-implimentazzjoni tal-baġit 2012 għandu jintlaħaq aktar iffrankar billi jitnaqqas il-konsum b'mod partikolari tal-ilma, tal-elettriku u tal-karti u li għandu jsir sforz biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport relatati mal-missjonijiet u mal-ivvjaġġar uffiċċjali;

15.      Jenfasizza l-ħtieġa ta' informazzjoni kostanti u mqassma b'mod ugwali taċ-ċittadini Ewropej u jitlob l-amministrazzjoni tiegħu tissorvelja b'mod kostanti l-postijiet eżistenti u potenzjali għall-uffiċċji ta' informazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fejn l-akkomodazzjoni tiġi offruta mingħajr ħlas;

Bini li jinsab f'kostruzzjoni

16.      Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu, espressa fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2012[5]; iqis li ħlas bikri, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż ta' finanzjament, jibqa' waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-ġejjieni; jitlob f'dan il-kuntest li jsir l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi baġitarji fl-aħħar tas-sena, b'mod li jiġu pprovduti riżorsi addizzjonali għal proġetti ta' bini għal żmien twil permezz tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw, liema trasferiment irid jiġi approvat mill-Kumitat għall-Baġits, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tat-trasparenza u tal-ġestjoni finanzjarja soda;

17.      Jilqa' l-informazzjoni dettaljata li waslet rigward il-kontinwazzjoni tat-twettiq tad-Dar tal-Istorja Ewropea; jieħu nota tal-istima tal-ispiża totali għat-twaqqif tad-Dar tal-Istorja Ewropea, l-istima tal-ispejjeż kurrenti u l-ħtiġijiet ta' persunal; jitlob lill-Bureau jnaqqas l-istima tal-ispejjeż kurrenti; jitlob - sabiex jinżamm djalogu trasparenti u li jħalli l-frott mal-partijiet involuti - li jiġi ppreżentat bi pjan kummerċjali li jispjega l-istrateġija kummerċjali fit-tul tad-Dar tal-Istorja Ewropea u jitlob li jiġi infurmat malajr kemm jista' jkun dwar il-proġett tal-bini skont l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju u jipproponi riżerva ta' EUR 2 miljun sakemm jirċievi dan il-pjan kummerċjali;

18.      Ma jappoġġax il-ħolqien ta' linja baġitarja ġdida f'dan l-istadju speċifikament għad-Dar tal-Istorja Ewropea; jitlob għalhekk li l-EUR 1 miljun li diġà ġie allokat għall-partita l-ġdida "3247" (Dar tal-Istorja Ewropea) jiġi ttrasferit fil-partita 101 (riżerva ta' kontinġenza); jikkunsidra madankollu li kwalunkwe ħolqien ta' tali linja għandu jkun parti minn proċedura trasparenti u għandu jkun approvat mill-awtorità tal-baġit;

Kunsiderazzjonijiet finali

19.      Jadotta l-abbozz tal-estimi għas-sena finanzjarja 2012 kif anness u jfakkar li l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz tal-Baġit, kif modifikat mill-Kunsill, se sseħħ f’Ottubru 2011, skont il-proċedura stipulata fit-Trattat;

o

o                    o

20.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

Kontribuzzjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-finanzjament tal-ispejjeż

tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012

Titolu

Ammont

 

 

Spejjeż

1 724 575 043

Riżorsi proprji

129 610 967

Kontribuzzjoni dovuta

1 594 964 076

DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Titolu

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

 

4

 

DĦUL LI ĠEJ MINGĦAND PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRAJN TAL-UNJONI

 

 

 

4 0

TAXXI U TNAQQIS VARJU

 

 

 

4 0 0

Rikavat mit-tassazzjoni fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-Membri tal-istituzzjonijiet, tal-uffiċjali, aġenti oħra u riċevituri ta' pensjonijiet

48 103 216

47 464 953

59 149 990,85

4 0 3

Rikavat tal-kontribuzzjoni temporanja mis-salarji tal-Membri tal-istituzzjonijiet, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

p. m.

p.m.

7 030,91

4 0 4

Rikavat mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-Membri tal-Istituzzjonijiet, tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra fis-servizz

8 130 225

8 109 730

6 901 334,6

 

 

Kapitolu 4 0 — Total

56 233 441

55 574 683

66 058 356,36

4 1

KONTRIBUZZJONI GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

 

 

 

4 1 0

Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet

63 032 588

58 631 602

55 583 611,27

4 1 1

Trasferimenti jew xiri tad-drittijiet għall-pensjoni mill-persunal

9 134 938

9 134 938

9 451 168,22

4 1 2

Kontribut għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti temporanji bil-liv mix-xogħol minħabba raġunijiet personali

10 000

10 000

0,00

 

 

Kapitolu 4 1 — Total

72 177 526

67 776 540

65 034 779,49

4 2

KONTRIBUZZJONIJIET OĦRA GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

 

 

 

4 2 1

Kontribuzzjonijiet tal-Membri Parlamentari għall-iskema tal-pensjonijiet

p.m.

p.m.

73 671,19

 

Kapitolu 4 2 — Total

p.m.

p.m.

73 671,19

 

 

Titolu 4 — Total

128 410 967

123 351 223

131 166 807,04

5

DĦUL MILL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

5 0

 

RIKAVAT MILL-BEJGĦ TAL-PROPRJETÀ MOBBLI (FORNIMENT TA' OĠĠETTI) U IMMOBBLI

 

 

 

5 0 0

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta’ oġġetti)

 

 

 

5 0 0 0

Rikavat mill-bejgħ ta' vetturi — Dħul allokat

p.m.

p.m.

93 942,73

5 0 0 1

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli oħra — Dħul allokat

p.m.

p.m.

2 000,00

5 0 0 2

Rikavat mill-prodotti ta' provvista mogħtija lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra — Dħul allokat

p.m.

p.m.

0,00

5 0 1

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli

p.m.

p.m.

0,00

5 0 2

Rikavat minn bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet, stampar u films — Dħul allokat

p.m.

p.m.

300 137,25

 

Kapitolu 5 0 — Total

p.m.

p.m.

396 079,98

5 1

RIKAVAT MINN KIRI

 

 

 

5 1 1

Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli u rimborż ta' infiq ieħor konnessi mal-kiri

 

 

 

5 1 1 0

Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli — Dħul allokat

p.m.

p.m.

1 319 875,47

5 1 1 1

Rimborż tal-ispejjeż tal-kiri — Dħul allokat

p.m.

p.m.

4 964,60

 

Kapitolu 5 1 — Total

p.m.

p.m.

1 324 840,07

5 2

DĦUL MINN INVESTIMENTI JEW SELF, IMGĦAX BANKARJU U IMGĦAX IEĦOR

 

 

 

5 2 0

Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjonijiet

1 200 000

1 300 000

1 082 116,96

 

Kapitolu 5 2 — Total

1 200 000

1 300 000

1 082 116,96

5 5

DĦUL LI ĠEJ MILL-FORNIMENT TA' SERVIZZI U MINN XOGĦLIJIET

 

 

 

5 5 0

Dħul mill-forniment ta' servizzi u xogħlijiet magħmula għall-istituzzjonijiet jew korpi oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għall-missjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħra mħallsa f'isimhom — Dħul allokat

p.m.

p.m.

3 087 737,58

5 5 1

Dħul li ġej minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom — Dħul allokat

p.m.

p.m.

3 949 888,58

 

Kapitolu 5 5 — Total

p.m.

p.m.

7 037 626,16

5 7

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET OĦRA MARBUTA MAL-ĦIDMA AMMINISTRATTIVA tal-ISTITUZZJONI

 

 

 

5 7 0

Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost — Dħul allokat

p.m.

p.m.

1 707 401,88

5 7 1

Dħul iddestinat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonjiet, sussidji, rigali u benefiċċji oħra, inkluż id-dħul iddestinat speċifiku għal kull istituzzjoni — Dħul allokat

p.m.

p.m.

0,00

5 7 2

Ħlas lura tan-nefqa fuq il-'welfare' li saret għan-nom ta’ istituzzjoni oħra

p.m.

p.m.

0,00

5 7 3

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-ħidma amministrattiva tal-istituzzjoni — Dħul allokat

p.m.

p.m.

89 528 615,35

 

Kapitolu 5 7 — Total

p.m.

p.m.

91 236 017,23

5 8

ĦLASIJIET VARJI

 

 

 

5 8 1

Dħul mill-ħlasijiet maħruġa mill-kumpaniji tal-assikurazzjoni — Dħul allokat

p.m.

p.m.

149 785,46

 

Kapitolu 5 8 — Total

p.m.

p.m.

149 785,46

 

 

Titolu 5 — Total

1 200 000

1 300 000

101 226 465.86

6

 

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET FIL-QAFAS TAL-FTEHIM U TAL-PROGRAMMI TAL-UNJONI

 

 

 

6 6

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET OĦRA

 

 

 

6 6 0

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

 

 

 

6 6 0 0

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra assenjati - dħul assenjat

p.m.

p.m.

10 155 209,29

6 6 0 1

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra mhux assenjati

p.m.

p.m.

0,00

 

Kapitolu 6 6 — Total

p.m.

p.m.

10 155 209,29

 

Titolu 6 — Total

p.m.

p.m.

10 155 209,29

9

DĦUL VARJU

 

 

 

9 0

DĦUL VARJU

 

 

 

9 0 0

Dħul varju

p.m.

p.m.

545 721,64

 

Kapitolu 9 0 — Total

p.m.

p.m.

545 721,64

 

Titolu 9 — Total

p.m.

p.m.

545 721,64

 

 

TOTAL GLOBALI

129 610 967

124 651 223

243 094 203,83

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA

Sommarju ġenerali tal-approprjazzjonijiet (2012 u 2011) u tar-Eżitu tal-baġit(2010)

Titolu Kapitolu

Titolu

Approprjazzjonijiet 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

 

1

 

1 0

 

PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONI

 

MEMBRI TAL-ISTITUZZJONI

209 597 938

221 289 598

207 680 219,98

1 2

UFFIĊJALI U PERSUNAL TEMPORANJU

579 397 354

569 844 235

532 628 081,59

1 4

PERSUNAL IEĦOR U SERVIZZI ESTERNI

115 346 520

122 260 343

85 755 019,65

1 6

INFIQ IEĦOR RELATAT MA’ PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONI

17 926 450

15 635 500

13 339 918,84

 

 

Titolu 1 — Total

929 268 262

929 029 676

860 233 683,63

 

2

 

 

2 0

 

BINI, GĦAMARA, TAGĦMIR U NEFQIET VARJI GĦALL-OPERAT AMMINISTRATTIV

 

 

BINI U NEFQIET RELATATI

207 730 999

183 188 366

186 396 512,82

2 1

PROĊESSAR TA' DEJTA, TAGĦMIR U GĦAMARA

129 855 624

113 787 071

137 467 641,39

2 3

IN-NEFQA AMMINISTRATTIVA KURRENTI

13 620 000

15 567 000

10 373 434,80

 

Titolu 2 — Total

351 206 623

312 542 437

334 237 589,01

 

3

 

 

3 0

 

IN-NEFQA ĠENERALI GĦALL-OPERAT AMMINISTRATTIV tal-ISTITUZZJONI

 

LAQGĦAT U KONFERENZI

38 822 350

39 499 769

30 180 428,11

3 2

L-OPINJONI tal-ESPERTI U INFORMAZZJONI: AKKWISTAR, ARKIVJAR, PRODUZZJONI U DISSEMINAZZJONI

111 367 836

103 974 776

97 821 408,11

 

 

Titolu 3 — Total

150 190 186

143 474 545

128 001 836,22

 

 

4

 

 

4 0

 

 

NEFQA LI TIRRIŻULTA MINN FUNZJONIJIET SPEĊJALI LI JSIRU MILL-ISTITUZZJONI

 

NEFQA RELATATA MA’ ĊERTI ISTITUZZJONIJIET U MA’ ĊERTI KORPI

86 850 000

83 650 000

76 088 321,79

4 2

NEFQA RELATATA mal-ASSISTENZA PARLAMENTARI

186 197 000

176 043 709

153 418 840,93

4 4

LAQGĦAT U ATTIVITAJIET OĦRA TAL-MEMBRI PARLAMENTARI ATTWALI U TAL-EX MEMBRI

340 000

340 000

310 000,00

 

 

Titolu 4 — Total

273 387 000

260 033 709

229 817 162,72

 

 

10

 

10 0

 

 

INFIQ IEĦOR

 

APPROPRJAZZJONIJIET PROVIŻORJI

5 000 000

25 914 026

0,00

10 1

RIŻERVA TA' KONTINĠENZA

14 522 972

14 000 000

0,00

10 3

RIŻERVA GĦAT-TKABBIR

p.m.

835 000

0,00

10 4

RIŻERVA GĦALL-POLITIKA TAL-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI

p.m.

p.m.

0,00

10 5

APPROPRJAZZJONI PROVIŻORJA GĦALL-BINI

p.m.

p.m.

0,00

10 6

RIŻERVA GĦALL-OBJETTIVI TA' PRIJORITÀ L-ĠODDA

p.m.

p.m.

0,00

10 8

RIŻERVA TAL-EMAS

p.m.

p.m.

0,00

 

Titolu 10 — Total

20 522 972

40 749 026

0,00

 

TOTAL GLOBALI

1 724 575 043

1 685 829 393

1 552 290 271,58

TAQSIMA I — IL-PARLAMENT

Riżorsi —  Riżorsi proprji

Titolu 4 — Dħul li ġej mingħand persuni li jaħdmu mal-istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-unjoni

Kapitolu 4 0 — taxxi u tnaqqis varji

Artikolu 4 0 0 — Rikavat mit-tassazzjoni fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-Membri tal-istituzzjonijiet, tal-uffiċjali, aġenti oħra u riċevituri ta' pensjonijiet

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

48 103 216

47 464 953

59 149 990,85

Kummenti

Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).

Artikolu 4 0 3 — Rikavat tal-kontribuzzjoni temporanja mis-salarji tal-Membri tal-istituzzjonijiet, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

7 030,91

Kummenti

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3831/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 li jemenda r-Regolamenti tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll l-iskema applikabbli għall-aġenti l-oħra ta' dawn il-Komunitajiet bil-ħsieb li tiġi stabbilita kontribuzzjoni temporanja (ĠU L 361, 31.12.1991, p. 7).

Artikolu 4 0 4 — Rikavat mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-Membri tal-Istituzzjonijiet, tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra fis-servizz

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

8 130 225

8 109 730

6 901 334,60

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 66a tagħhom.

Kapitolu 4 1 — KONTRIBUZZJONI GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

Artikolu 4 1 0 — Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

63 032 588

58 631 602

55 583 611, 27

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(2) tagħhom.

Artikolu 4 1 1 — Trasferimenti jew xiri tad-drittijiet għall-pensjoni mill-persunal

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

9 134 938

9 134 938

9 451 168,22

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 4, l-Artikolu 11(2) u (3), u l-Artikolu 48 tal-Anness VIII tagħhom.

Artikolu 4 1 2 — Kontribut għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti temporanji bil-liv mix-xogħol minħabba raġunijiet persunali

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

10 000

10 000

0,00

Kapitolu 4 2 — KONTRIBUZZJONIJIET OĦRA GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

Artikolu 4 2 1 — Kontribuzzjonijiet tal-Membri Parlamentari għall-iskema tal-pensjonijiet

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

73 671,19

Kummenti

Regoli dwar il-ħlas ta’ spejjeż u allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew, speċjalment l-Anness III tiegħu.

Titolu 5 — DĦUL MILL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

Kapitolu 5 0 — RIKAVAT MILL-BEJGĦ TAL-PROPRJETÀ MOBBLI (FORNIMENT TA' OĠĠETTI) U IMMOBBLI

Artikolu 5 0 0 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti)

Partita 5 0 0 0 — Rikavat mill-bejgħ ta' vetturi — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

93 942,73

Kummenti

Dan il-punt huwa maħsub biex jinkludi d-dħul mill-bejgħ jew mit-tpartit ta’ vetturi tal-istituzzjonijiet.

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (e) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Partita 5 0 0 1 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli oħra — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

2 000,00

Kummenti

Dan il-punt huwa maħsub biex jinkludi d-dħul mill-bejgħ jew mit-tpartit ta’ proprjetà mobbli oħra tal-istituzzjonijiet, apparti l-vetturi.

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (e) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Partita 5 0 0 2 — Rikavat mill-prodotti ta' provvista mogħtija lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (g) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt dan il-punt huma indikati f’anness ta’ dan il-baġit.

Artikolu 5 0 1 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub li jinkludi d-dħul mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli tal-istituzzjonijiet.

Artikolu 5 0 2 — Rikavat minn bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet, stampar u films — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

300 137,25

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18(1)(j) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Dan l-artikolu jinkludi wkoll id-dħul mill-bejgħ ta’ dawn il-prodotti b’mod elettroniku.

Kapitolu 5 1 — RIKAVAT MINN KIRI

Artikolu 5 1 1 — Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli u rimborż ta' infiq ieħor konnessi mal-kiri

Partita 5 1 1 0 — Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

1 319 875,47

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (e) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt dan il-punt huma indikati f’anness ta’ dan il-baġit.

Partita 5 1 1 1 — Rimborż tal-ispejjeż tal-kiri — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

4 964,60

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (e) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Kapitolu 5 2 — DĦUL MINN INVESTIMENTI JEW SELF MOGĦTI, IMGĦAX BANKARJU U MGĦAX IEĦOR

Artikolu 5 2 0 — Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjonijiet

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 200 000

1 300 000

1 082 116,96

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jinkludi d-dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjonijiet.

Kapitolu 5 5 — DĦUL LI ĠEJ MILL-FORNIMENT TA' SERVIZZI U MINN XOGĦLIJIET

Artikolu 5 5 0 — Dħul mill-forniment ta' servizzi u xogħlijiet magħmula għall-istituzzjonijiet jew korpi oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għall-missjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħra mħallsa f'isimhom — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

3 087 737,58

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (g) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Artikolu 5 5 1 — Dħul li ġej minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

3 949 888,58

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (e) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Kapitolu 5 7 — KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET OĦRA MARBUTA MAL-ĦIDMA AMMINISTRATTIVA TAL-ISTITUZZJONI

Artikolu 5 7 0 — Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

1 707 401,88

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (f) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Artikolu 5 7 1 — Dħul iddestinat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonjiet, sussidji, rigali u benefiċċji oħra, inkluż id-dħul iddestinat, speċifiku għal kull istituzzjoni — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (c) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Artikolu 5 7 2 — Ħlas lura tan-nefqa fuq il-'welfare' li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jinkludi dħul marbut ma’ ħlas lura tan-nefqa fuq il-'welfare' li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra.

Artikolu 5 7 3 — Kontribuzzjonijiet u Rifużjonijiet oħra marbuta mal-ħidma amministrattiva tal-istituzzjoni — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

89 528 615,35

Kapitolu 5 8 — ĦLASIJIET VARJI

Artikolu 5 8 1 — Dħul mill-ħlasijiet maħruġa mill-kumpaniji tal-assikurazzjoni — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

149 785,46

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18(1) (h) tar-regolament finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Dan l-artikolu jinkludi wkoll ir-rifużjoni mill-assikurazzjoni tal-pagi tal-uffiċjali involuti f’inċidenti.

Titolu 6 — KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET FIL-QAFAS TAL-FTEHIM U TAL-PROGRAMMI TAL-UNJONI

Kapitolu 6 6 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

Artikolu 6 6 0 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

Partita 6 6 0 0 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra assenjati - dħul assenjat

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

10 155 209,29

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 18 tar-regolament finanzjarju, dan il-punt huwa maħsub biex jinkludi d-dħul eventwali mhux previst fil-partijiet l-oħra tat-titolu 6 u li jwasslu għall-ftuħ ta’ approprjazzjonijiet supplimentari maħsuba biex jirffinanzjaw l-infiq li għalih huwa assenjat dan id-dħul.

Partita 6 6 0 1 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra mhux assenjati

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,00

Titolu 9 — DĦUL VARJU

Kapitolu 9 0 — DĦUL VARJU

Artikolu 9 0 0  —  Dħul varju

Figuri

Baġit 2012

Baġit 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

545 721,64

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jiġbor fih id-dħul varju.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt dan l-artikolu huma indikati f’anness ta’ dan il-baġit.

Nefqa — INFIQ

Titolu 1 — PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONI

Kapitolu 1 0 — MEMBRI TAL-ISTITUZZJONI

Artikolu 1 0 0 — Salarji u allowances

Partita 1 0 0 0 — Salarji

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

68 130 000

67 755 185

67 712 998,56

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikulari l-Artikoli 9 u 10 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 1 u 2.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-salarju stabbilit fl-Istatut tal-Membri Parlamentari.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 5,000.

Partita 1 0 0 4 — Spejjeż għall-vjaġġi regolari

Figures

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

77 657 238

75 396 756

75 133 000,00

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 10 sa 21 u 24.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri r-rifużjoni ta’ nefqiet għall-vjaġġi u spejjeż ta' sussistenza marbuta ma' vjaġġi lejn il-postijiet ta' xogħol u minn dawn il-postijiet u ma' vjaġġi oħra fuq xogħol.

Hija maħsuba wkoll biex tkopri l-infiq marbut ta' tpaċċija tal-karbonju, kif stipulat fil-pjan ta' azzjoni għal Skema ta' Treġija u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) adottat mill-Bureau.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 10 000.

Partita 1 0 0 5 — Spejjeż oħra għall-vjaġġi

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

5 399 718

9 396 317

5 293 962,21

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 22, 23 u 29.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri r-rifużjoni ta’ nefqiet addizzjonali għall-ivvjaġġar, spejjeż tal-ivvjaġġar li jkunu saru fl-Istat Membru fejn il-Membru tal-Parlament Ewropew ikun ġie elett u l-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni, inkluża l-polza tal-assikurazzjoni.

Hija maħsuba wkoll biex tkopri l-infiq marbut ma' tpattija għall-emissjonijiet tal-karbonju, kif stipulat fil-pjan ta' azzjoni tal- (EMAS) adottat mill-Bureau.

Partita 1 0 0 6 — Spejjeż għall-vjaġġi regolari

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

38 944 212

38 330 147

36 966 241,00

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 25 sa 28.

Din l-allowance hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet parlamentari tal-Membri, b'konformità mal-Artikoli msemmija tal-Miżuri ta' Applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 25 000.

Partita 1 0 0 7 — Allowances għat-twettiq tad-dmirijiet

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

181 000

179 000

172 428,79

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Deċiżjoni tal-Bureau tas-16-17 ta' Ġunju 2009.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-allowances għas-sussistenza u għar-rappreżentazzjoni marbuta mal-kariga tal-President tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 1 0 1 — Polza ta’ assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

Partita 1 0 1 0 — Polza ta’ assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

3 233 770

3 477 040

1 928 101,01

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikulari l-Artikoli 18 u 19 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 3 sa 9.

Regoli komuni rigward l-assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard kkawżat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Regoli komuni rigward l-assikurazzjoni kontra r-riskji tal-mard tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni fir-rigward tar-rimborż tal-ispejjeż mediċi.

Regoli dwar il-ħlas ta’ spejjeż u allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew, speċjalment l-Artikolu 21 tiegħu u l-Anness IV tiegħu (applikazzjoni temporanja għal 18-il xahar wara t-tmiem tas-sitt leġislatura).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri poloz tal-assikurazzjoni kontra l-inċidenti u l-ispejjeż mediċi tal-Membri Parlamentari u r-riskji ta' serq ta’ oġġetti personali tal-Membri Parlamentari.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 140,000.

Partita 1 0 1 2 — Miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-Membri Parlamentari li għandhom diżabilità

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

384 000

380 000

153 259,40

Kummenti

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u speċjalment l-Artikolu 30.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri ċerti spejjeż meħtieġa biex tkun fornuta assistenza lil Membru tal-Parlament Ewropew li jkollu diżabilità.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 5,000.

Artikolu 1 0 2 — Allowances Tranżitorji

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

490 000

1 510 000

6 250 465,65

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 45 sa 48 u 77.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-finanzjament ta’ allowance temporanja fi tmiem il-mandat ta’ Membru Parlamentari.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 5,000.

Artikolu 1 0 3 — Pensjonijiet

Partita 1 0 3 0 — Pensjonijiet tal-irtirar

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

11 084 000

11 131 000

10 182 164,82

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikulari l-Artikoli 14 u 28 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 49, 50 u 75.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ pensjoni tal-irtirar wara t-tmiem tal-mandat ta’ Membru Parlamentari.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 50 000.

Partita 1 0 3 1 — Pensjonijiet tad-diżabilità

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

418 000

406 742

344 044,77

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 51 sa 57 u 75.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ pensjoni tal-invalidità lill-Membru Parlamentari matul il-mandat tiegħu.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 20 000.

Partita 1 0 3 2 — Pensjonijiet tar-romol

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

2 930 000

3 072 147

2 797 599,03

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 58 sa 60 u 75.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ pensjoni tar-romol u/jew tal-orfni f’każ ta’ mewt ta’ Membru Parlamentari jew ta’ ex Membru Parlamentari.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 15 000.

Partita 1 0 3 3 — Skemi ta’ pensjonijiet voluntarji għall-Membri

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

46 000

55 000

45 954,74

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikolu 76.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sehem tal-istituzzjoni fl-iskema tal-pensjoni kumplimentarja voluntarja tal-membri.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 5,000.

Artikolu 1 0 5 — Korsijiet tal-lingwi u tal-ipproċessar tad-dejta

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

700 000

800 000

700 000,00

Kummenti

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikolu 44.

Deċiżjoni tal-Bureau tal-4 ta' Mejju 2009 korsijiet tal-lingwi u tal-komputer lill-Membri.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-korsijiet tal-lingwi u tal-informatika għall-Membri.

Artikolu 1 0 8 — Telf mill-Kambju

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri t-telf mill-kambju mġarrab mill-Parlament Ewropew, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-ħlas tal-allowance għan-nefqiet ġenerali.

Artikolu 1 0 9 — Approprjazzjoni proviżjorja

Partita 1 0 9 0 — Approprjazzjoni proviżjorja

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri biex tkopri l-effett ta' kwalunkwe aġġustament fir-remunerazzjoni tal-Membri tal-istituzzjoni.

Din l-approprjazzjoni hija purament proviżorja u tista' tintuża biss wara t-trasferiment tagħha lejn intestaturi oħra f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Partita 1 0 9 1 — Approprjazzjoni proviżorja għat-18-il Membru tal-Parlament Ewropew - Trattat ta’ Lisbona

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

10 605 078

9 400 264

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-wasla tat-18-il Membru tal-Parlament Ewropew supplimentari, b’applikazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona.

Din l-approprjazzjoni hija purament proviżorja u tista' tintuża biss wara t-trasferiment tagħha lejn intestaturi oħra f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Kapitolu 1 2 — UFFIĊJALI U PERSUNAL TEMPORANJU

Artikolu 1 2 0 — Remunerazzjoni u Drittijiet oħra

Partita 1 2 0 0 — Remunerazzjoni u Allowances

Figuri

 

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 2 0 0

569 408 154

562 435 035

525 864 796,40

Riżervi

 

714 026

 

Total

569 408 154

563 149 061

525 864 796,40

Kummenti

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija prinċipalment maħsuba biex, għall-uffiċjali u għall-aġenti temporanji li għandhom impjieg li jidher fl-organigramma, tkopri:

 salarji, allowances u benefiċċji relatati mas-salarji,

 ir-riskji tal-mard, tal-inċidenti, ta’ mard professjonali u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali,

 l-allowances għas-sahra,

 il-benefiċċji u l-allowances l-oħra,

 il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-uffiċjali jew għall-aġenti temporanji, għas-sieħeb/sieħba tagħhom u għall-persuni fil-kariga tagħhom, mill-post tal-impjieg sal-post tal-oriġini,

 l-impatt tal-koefiċenti korrettiv applikabbli għar-remunerazzjoni u l-proporzjon ta' emolumenti trasferiti lejn pajjiż ieħor minn dak tal-impjieg;

 ir-riskji tal-qgħad għall-aġenti temporani kif ukoll il-ħlasijiet li għandhom isiru mill-istituzzjoni favur aġenti temporanji sabiex ikunu kostitwiti jew miżmuma d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba wkoll biex tkopri l-ħlas tal-assikurazzjoni «inċidenti waqt attivitajiet sportivi» għall-persuni li jużaw iċ-ċentru sportiv tal-Parlament Ewropew fi Brussell u fi Strasburgu.

Parti minn dwn l-approprjazzjonijiet jintużaw għar-reklutaġġ ta' aġenti temporanji b'diżabilità u għarfien espert ta' drittijiet rigward diżabilità u politika non-diskriminatorja sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni 2009-2013 għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew adottat mill-Bureau (PE413.568/BUR) b'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha u l-Konvenzjoni tan-NU dwar Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. Jitħejja rapport annwali dwar l-użu tal-approprazzjonijiet għal dan l-iskop.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 1 800 000.

Kundizzjonijiet biex tiġi mmobilizzata r-riżerva

Partita 1 2 0 2 — Sahra mħallsa

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

455 200

455 200

300 000,00

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tagħhom u l-Anness VI tagħhom.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' ħin supplimentari skont il-kondizzjonijiet previsti fid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Partita 1 2 0 4 — Drittijiet marbuta mad-dħul fis-servizz, trasferimenti jew tluq mis-servizz

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

5 035 000

5 034 000

3 700 000,00

Kummenti

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż ta' vjaġġar ta’ uffiċjali u ta’ aġenti temporanji (inkluż il-membri tal-familji tagħhom) li jidħlu fi jew jitilqu s-servizz jew li jgħaddu minn bidla li timplika riorganizzazzjoni ġeografika,

 l-allowances ta' installazzjoni, ta' installazzjoni mill-ġdid u ta' trasferiment li jingħataw lill-uffiċjali u aġenti temporanji li jkollhom ibiddlu r-residenza wara li jibdew il-ħidma tagħhom, jew li jiġu trasferiti għal post tax-xogħol ġdid, jew meta jieqfu definittivament mill-ħidma tagħhom u jmorru jgħixu f’post ieħor,

 l-allowances ta' kuljum għal uffiċjali u aġenti temporanji li huma obbligati jbiddlu l-post ta’ residenza meta jieħdu l-funzjonijiet tagħhom jew meta jiġu trasferiti għal post ta’ ħidma ġdid,

 l-allowance għat-tkeċċija għal uffiċjali apprendist, imkeċċi f’każ ta’ nuqqas ċar ta’ prestazzjoni,

 l-allowance ta’ tmiem ta’ kuntratt ta’ aġent temporanju mill-istituzzjoni,

 id-differenza bejn ħlasijiet magħmula mill-istaff kontrattwali għall-iskema ta’ pensjoni ta’ Stat Membru u dawk li għandhom jitħallsu għall-iskema tal-Unjoni f’każ ta' tiġdid ta’ kuntratt.

Artikolu 1 2 2 — Allowance għall-irtirar kmieni mis-servizz

Partita 1 2 2 0 — Allowance fil-każ ta' irtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

402 000

530 000

697 937,85

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Istaff għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari l-Artikolu 41 u 50 u l-Anness VI tagħhom.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-allowances imħallsa lill-uffiċjali:

—         assenjati għal stejtus mhux attiv wara tnaqqis ta’ għadd ta' postijiet fl-istituzzjoni,

—         li għandhom post ta' AD 16 jew AD 15 li rtiraw fl-interess tas-servizz.

Din tkopri ukoll il-kontribuzzjoni ta’ min iħaddem għal assikurazzjoni tal-mard u l-impatt tad-differenzi applikabbli għal dawn l-allowances.

Partita 1 2 2 2 — Allowances għal staff li l-impjieg tagħhom jitwaqqaf u skema speċjali għall-irtirar għall-uffiċjali u aġenti temporanji

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 097 000

1 390 000

2 065 347,34

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'mod partikolari l-Artikoli 64 u 72 tagħhom.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba għall-finanzjament ta':

—         l-allowances pagabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal jew ir-regolamenti (KE, Euratom, KEFA) Nru 2689/95   u   (KE, Euratom) Nru 1748/2002,

—         il-kontribuzzjoni ta’ min iħaddem lejn assikurazzjoni kontra l-mard għar-riċevituri ta’ dan l-allowance,

—         l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għad-diversi allowances.

Bażi legali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, ECSC) Nru 2689/95 tas-17 ta’ Novembru 1995 li jintroduċi miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta’ aġenti temporanji tal-Unjoni Ewropea, bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Iżvezja (ĠU L 280, 23.11.1995, p. 4).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom ) Nru 1748/2002 tat-30 ta’ Settembru 2002 li jintroduċi, fil-kuntest tal-immodernizzar tal-istituzzjoni, miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta’ Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea maħtura f’kariga stabbilita fil-Parlament Ewropew u aġenti temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi tal-Parlament Ewropew (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 9).

Artikolu 1 2 4 — Approprjazzjoni proviżjorja

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba li tkopri l-effetti ta’ kwalunkwe aġġustament fis-salarji li jiġi deċiż mill-Kunsill matul is-sena finanzjarja.Din hija proviżorja u tista' tintuża biss wara li tiġi trasferita għall-intestaturi xierqa ta' dan il-kapitolu.

Bażi legali

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 65 u l-Anness XI tagħhom.

Kapitolu 1 4 — PERSUNAL IEĦOR U SERVIZZI ESTERNI

Artikolu 1 4 0 — Aġenti oħra u ħaddiema esterni

Partita 1 4 0 0 — Aġenti oħra

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

33 120 000

32 579 343

25 212 376,41

Kummenti

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba l-aktar biex tkopri l-ispejjeż li ġejjin:

 il-pagi, l-approprjazzjonijiet u l-allowances inklużi, tal-aġenti l-oħra, b’mod partikulari aġenti kuntrattwali, lokali, konsulenti speċjali (skont it-tifsira tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea), il-ħlasijiet ta’ min iħaddem għall-iskemi differenti ta’ sigurtà soċjali kif ukoll l-impatt tal-koefiċenti korrettiv applikabbli għar-remunerazzjoni ta’ dawn l-aġenti,

 l-impjieg ta’ staff temporanju (acting).

Parti mill-approprjazzjonijiet għandha tiġi użata għar-reklutaġġ tal-persunal b'diżabilita bil-kuntratt u b'kompetenza fid-drittijiet marbuta mad-diżabilità u l-politika ta' kontra d-diskriminazzjoni, u timplimenta l-Pjan ta' Azzjoni 2009-2013 għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità fis-Segretarjat tal-PE adottat mill-Bureau (PE413.568/BUR) b'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'modpartikolari l-Artikolu 26 tagħha, u l-Konvezjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità. Se jitfassal rapport annwali dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet għal dan l-iskop.

Partita 1 4 0 2 — Interpreti għall-konferenzi

Figuri

 

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 4 0 2

60 480 000

58 000 000

54 990 000,00

Riżervi

 

2 000 000

 

Total

60 480 000

60 000 000

54 990 000,00

Kummenti

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.Konvenzjoni dwar l-interpreti awżiljarji tal-konferenzi.Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż li ġejjin fil-qafas tal-koperazzjoni interistituzzjonali:

 ir-remunerazzjoni, il-kontribuzzjonijiet soċjali, l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u l-allowances ta’ soġġorn tal-interpreti awżiljarji tal-konferenzi li jkunu msejħa mill-Parlament għal laqgħat organizzati mill-Parlament jew minn istituzzjonijiet oħra, f’każijiet fejn is-servizzi meħtieġa ma jkunux jistgħu jingħataw mill-interpreti li huma uffiċjali jew temporanji,

 l-ispejjeż ta’ operaturi, staff tekniku u persuni responsabbli mill-immaniġġjar tal-konferenzi għal-laqgħat imsemmija hawn fuq, f’każijiet fejn is-servizzi meħtieġa ma jkunux jistgħu jingħataw minn uffiċjalim aġenti temporanji jew aġenti oħra tal-Parlament,

 is-servizzi mogħti lill-Parlament minn interpreti uffiċjali jew temporanji ta’ istituzzjonijiet oħra,

 l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-allowances ta’ sussistenza marbuta mas-servizzi pprovduti lill-Parlament fil-kuntest tal-koperazzjoni internazzjonali minn interpreti li huma membri tal-istaff ta’ istituzzjonijiet internazzjonali,

 l-attivitajiet ta’ koperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam lingwistiku.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 200 000.

Partita 1 4 0 4 — Apprentistati, għotjiet u skambji ta’ uffiċjali

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

7 961 520

7 138 000

5 552 643,24

Kummenti

Regoli li jirregolaw it-tqegħid ta' uffiċjali tal-Parlament u membri temporanji tal-istaff tal-gruppi politiċi għad dispożizzjoni ma' awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, organi assimilati ma’ dawn l-awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Parlament Ewropew

Regoli interni dwar apprendistati u żjarat ta’ studju mas-Segretarjat Ġenreali tal-Parlament Ewropew.

Din l-approprjazzjoni hija intiża biex tkopri:

 allowance u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-bidu u tat-tmiem tat-taħriġ prattiku għall-apprendisti,

 l-ispejjeż għall-assikurazzjoni tar-riskji tal-inċidenti u ta’ mard għall-apprendisti waqt l-apprendistat,

 l-ispejjeż marbuta mad-disponibilità tal-istaff bejn il-Parlament u s-settur pubbliku tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi oħra, speċifikati fir-regolament,

 l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-issekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Parlament Ewropew

 l-organizzazzjoni ta’ skemi ta’ taħriġ ta’ interpreti tal-konferenzi u ta’ tradutturi, speċjalment b’kollaborazzjoni mal-iskejjel tal-interpreti u universitajiet li joffru taħriġ fit-traduzzjoni, kif ukoll l-għoti ta’ boroż ta’ studju għat-taħriġ u għat-taħriġ professjonali avanzat tal-interpreti u t-tradutturi, ix-xiri ta’ materjal għat-tagħlim u spejjeż oħra relatati,

 in-nefqiet supplimentari tal-apprendisti tal-programm pilota ta’ apprentistati għall-persuni b’diżabilità li huma marbuta b'mod dirett mad-diżabilità tagħhom, b'mod konformi tal-Artikolu 20 (8), tar-regoli interni rigward l-apprentistati u ż-żjarat għall-istudju fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew.

Partita 1 4 0 6 — Osservaturi

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

934 686

p.m.

0,—

Kummenti

L-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas tal-ispejjeż marbuta mal-osservaturi, f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

Partita 1 4 0 7 — Allowance ta’ taħriġ (programm ta’ apprendistat tal-Parlament Ewropew)

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tħallas ix-xogħol tal-apprendisti li qed jipparteċipaw fil-programm ta’ apprendistat tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 1 4 2 — Servizzi Esterni

Partita 1 4 2 0 — Servizzi Esterni

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

23 402 000

24 200 000

20 494 609,37

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-servizzi ta’ traduzzjoni, ta’ ttajpjar, ta’ kodifikazzjoni u ta’ assistenza teknika li jitwettqu minn partijiet terzi.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 200 000.

Partita 1 4 2 2 — Attivitajiet ta' kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam lingwistiku

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

383 000

343 000

335 834,20

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija intiża biex tkopri:

— l-ispejjeż konnessi mal-azzjonijiet deċiżi mill-Kumitat Interinstituzzjonali tat-Traduzzjoni u tal-Interpretazzjoni (CITI), intiżi sabiex jippromwovu l-koperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam lingwistiku;

— il-pubblikazzjonijiet, l-attivitajiet ta’ informazzjoni, ir-relazzjonijiet pubbliċi, il-parteċipazzjoni fil-manifestazzjonijiet pubbliċi, fil-wirjiet u fil-fieri tal-lingwi.

Artikolu 1 4 4 — Approprjazzjoni proviżjorja

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba li tkopri l-effetti ta’ kwalunkwe aġġustament fis-salarji li jiġi deċiż mill-Kunsill matul is-sena finanzjarja.

Din hija proviżorja u tista' tintuża biss wara li tiġi trasferita għall-intestaturi xierqa ta' dan il-kapitolu.

Bażi legali

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Kapitolu 1 6 — INFIQ IEĦOR RELATAT MAL-PERSUNI LI JAĦDMU FL-ISTITUZZJONI

Artikolu 1 6 1 — Nefqiet relatat mal-amministrazzjoni tal-istaff

Partita 1 6 1 0 — Spejjeż għar-reklutaġġ

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

402 775

515 500

348 408,75

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 27 sa 31 u 33 u l-Anness III tagħhom.

Id-Deċiżjoni 2002/620/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat u tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 197, 26.7.2002, p. 53) u d-Deċiżjoni 2002/621/KE tas-segretarji ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat u tar-Reġjuni u tar-rappreżentant tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 dwar l-organizzazzjoni u l-ħidma tal-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 197, 26.7.2002, p. 56).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż tal-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/621/KE, kif ukoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta' soġġorn tal-kandidati f'każ ta' intervisti u ta' visti mediċi qabel ma dawn jiġu impjegati,

 l-ispejjeż tal-organizzazzjoni ta’ proċeduri tal-għażla tal-istaff.

F'każijiet motivati b’mod xieraq minn ħtiġijiet funzjonali u wara li jiġi kkonsultat l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal, din l-approprjazzjoni tista' tintuża għal kompetizzjonijiet organizzati mill-istituzzjoni nnifisha.

Partita 1 6 1 2 — Taħriġ Ulterjuri

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

4 400 000

4 100 000

3 680 849,76

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24a tagħhom.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa għat-taħriġ biex jittejbu l-ħiliet tal-persunal u r-rendiment u l-effiċjenza tal-istituzzjoni, eż. permezz ta' korsijiet tal-lingwi għall-lingwi ufficjali ta' ħidma.

Artikolu 1 6 3 — Miżuri sabiex jiġi assistit il-persunal tal-istituzzjoni

Partita 1 6 3 0 — Servizzi Soċjali

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

711 500

650 000

517 840,38

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 76 tagħhom.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 fil-qafas ta’ politika interistituzzjonali favur persuni b’diżabilità li jiffurmaw parti mill-kategoriji lil ġejjin:

 uffiċjali u aġenti temporarji f’impjieg attiv,

 is-sħab ta’ uffiċjali u ta’ aġenti temporarji f’impjieg attiv,

 tfal dipendenti fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ir-rimborż, fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli fil-baġit u wara li jkunu intużaw l-intitolamenti nazzjonali fil-pajjiż ta' residenza jew ta' oriġini, ta' spejjeż mhux mediċi, li jkunu rikonoxxuti bħala neċessarji bħala riżultat tad-diżabbiltà u li jkunu ġustifikati kif xieraq u mhux rimborżati mill-iskema komuni tal-assikurazzjoni tal-mard,

 miżuri favur uffiċjali u aġenti li jinsabu f’qagħda partikularment diffiċli,

 l-iffinanzjar ta’ għotja għall-kumitat għall-persunal u għal infiq inċidentali tas-Servizzi Soċjali. Il-kontribuzzjonijiet jew il-ħlas tal-ispejjeż mill-Kumitat għall-Persunal għal parteċipanti f'attività ta' assistenza soċjali se jkollhom l-għan li jiffinanzjaw attivitajiet li għandhom dimensjoni soċjali, kulturali jew lingwistika iżda mhu se jkun hemm l-ebda sussidji għal membri tal-persunal jew familji individwali.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 8 000.

Partita 1 6 3 1 — Mobilità

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

996 000

825 000

196 954,06

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-infiq relatat mal-mobilità fil-bosta postijiet tax-xogħol.

Partita 1 6 3 2 — Relazzjonijiet soċjali bejn il-membri tal-istaff u miżuri soċjali oħra

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

310 400

310 000

309 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tħeġġeġ u tagħti appoġġ finanzjarju lil skemi għall-promozzjoni tal-kuntatti soċjali bejn l-istaff ta' nazzjonalitajiet differenti, bħal per eżempju sussidji għal klabbs, assoċjazzjonijiet, attivitajiet kulturali tal-istaff, kif ukoll biex issir kontribuzzjoni lejn l-infiq relatat ma' ċentru permanenti fejn persuni jiltaqgħu fil-ħin liberu tagħhom (attivitajiet kulturali u sportivi, faċilitajiet tal-ikel, eċċ.).

Hija tkopri wkoll il-parteċipazzjoni finanzjarja fl-attivitajiet soċjali interistituzzjonali.

L-ammont tad-dħul assenjat taħt l-Artikolu 18(1)(e) sa (j) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li jilħaq EUR 800 000.

Artikolu 1 6 5 — Attivitajiet relatati mal-persuni kollha li jaħdmu mal-istituzzjoni

Partita 1 6 5 0 — Servizzi mediċi

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 135 000

1 285 000

810 000,00

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 59 tagħhom u l-Artikoli 8 tal-Anness II tagħhom.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-operat tal-klinika fit-tliet postijiet tax-xogħol, li tinkludi x-xiri ta’ materjal, ta’ prodotti farmaċewtiċi, eċċ., l-ispejjeż marbuta mal-eżamijiet mediċi ta’ prevenzjoni, l-ispejjeż ikkawżati mill-operat tal-kumitat tal-invalidità, kif ukoll l-ispejjeż marbuta ma' servizzi esterni mogħtija minn speċjalisti mediċi li jkunu meqjusa neċessarji mit-tobba konsulenti.

Hija tkopri wkoll l-ispejjeż għax-xiri ta’ xi apparat li jkun meqjus neċessarju fil-qasam mediku, kif ukoll l-ispejjeż marbuta mal-istaff mediku jew paramediku fl-iskema tal-għoti tas-servizzi jew ma' sostituti temporanji ta' membri tal-istaff mediku.

Partita 1 6 5 2 — Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

3 960 000

2 600 000

2 313 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-ġestjoni u l-operat tar-ristoranti u tal- kantins.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 2 000 000.

Partita 1 6 5 4 — Ċentri għat-tfal żgħar u skejjel materni approvati

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

6 010 775

5 350 000

5 163 865,89

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sehem tal-Parlament tal-ispejjeż għaċ-ċentri għat-tfal żgħar u l-iskejjel materni esterni li magħhom ikun hemm ftehim.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju li ġej mill-kontribuzzjonijiet tal-ġenituri huwa stmat li hu ta’ EUR 2 200 000.

Titolu 2 — BINI, GĦAMARA, TAGĦMIR U NEFQIET VARJI GĦALL-OPERAT AMMINISTRATTIV

Kummenti

Billi l-kumpaniji tal-assikurazzjoni m’għadhomx ikopru r-riskju ta’ kunflitti industrijali u ta’ attentati terroristiċi li għalihom huma esposti l-binjiet tal-Parlament Ewropew, dan għandu jkun kopert mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Għalhekk, l-approprjazzjonijiet stipulati f’dan it-titolu jkopru l-infiq kollu rigward ħsarat ikkawżati mill-kunflitti tax-xogħol u mill-attentati terroristiċi.

Kapitolu 2 0 — BINI U NEFQIET RELATATI

Artikolu 2 0 0 — Bini

Partita 2 0 0 0 — Kirjiet

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

33 531 999

34 327 626

31 475 172,11

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-kirjiet marbuta ma’ bini jew partijiet ta’ bini okkupati mill-istituzzjoni.

Hija tkopri wkoll it-taxxi marbuta ma’ dawn il-binjiet. Il-kirjiet jiġu kkalkulati fuq tnax-il xahar u fuq il-bażi ta’ kuntratti eżistenti jew li qed jitħejjew, li normalment jistipulaw indiċi fuq l-għoli tal-ħajja jew fuq il-prezz tal-bini.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 500 000.

Partita 2 0 0 1 — Ħlasijiet ta’ ċnus

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

25 910 000

12 155 000

5 673 000,02

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlasijiet ta’ ċnus marbuta ma’ bini jew ma’ partijiet ta’ bini koperti minn kuntratti li jinsabu fis-seħħ jew kuntratti li qed jitħejjew.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 100 000.

Partita 2 0 0 3 — Akkwist ta’ bini

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

19 101 687,92

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-akkwist ta’ bini. Is-sussidji li jikkonċernaw l-artijiet u l-vijabilità tagħhom għandhom jiġu ttrattati b'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 100 000.

Partita 2 0 0 5 — Il-kostruzzjoni ta’ bini

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

6 995 000

7 644 000

4 642 954,40

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tilqa’ r-reġistrazzjoni eventwali ta’ approprjazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ bini.

Partita 2 0 0 7 — Sistemazzjoni fil-bini

Figuri

 

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

2 0 0 7

33 625 000

22 195 000

19 256 305,98

Riżervi

2 000 000

2 500 000

 

Total

35 625 000

24 695 000

19 256 305,98

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ sistemazzjoni kif ukoll infiq ieħor marbut ma’ dawn is-sistemazzjonijiet, b’mod partikulari l-ispejjeż għall-periti u għall-inġiniera, eċċ.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 500 000.

Partita 2 0 0 8 — Ġestjoni tal-proprjetà speċifika

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

5 100 000

4 637 000

10 207 506,94

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż f’dik li hi ġestjoni tal-proprjetà immobbli bini li mhumiex speċifikament previsti f’Artikoli oħra ta’ dan il-kapitolu, speċjalment għal:

 il-ġestjoni u t-trattament tal-iskart,

 l-ispezzjonijiet obbligatorji, spezzjonijiet tal-kwalità, perizji, verifikar, sorveljanza tal-konformità, eċċ.,

 il-librerija teknika,

 l-assistenza għall-ġestjoni (Helpdesk tal-Bini),

 l-immaniġġjar tal-pjanti tal-bini u tal-midja li jappoġġaw id-dejta,

 l-ispejjeż l-oħra.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu ta’ EUR 10 000.

Artikolu 2 0 2 — In-nefqa fuq il-bini

Partita 2 0 2 2 — Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

46 965 000

44 749 000

39 351 882,15

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż ta’ manutenzjoni, żamma, operat u tindif, skont il-kuntratti fis-seħħ, tal-bini (il-lokijiet u t-tagħmir tekniku) okkupat, b'kiri jew bi sjieda, mill-Parlament Ewropew.

Qabel it-tiġdid jew il-konklużjoni tal-kuntratti, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta l-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali (il-prezz, il-munita magħżula, l-indiċi, it-tul ta’ żmien u klawżoli oħra) miksuba minn kull waħda mill-istituzzjonijiet u b’konformità mal-Artikolu 91(3) tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu ta’ EUR 75 000.

Partita 2 0 2 4 — Konsum tal-enerġija

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

18 921 000

18 947 000

16 953 364,08

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba b’mod partikulari biex tkopri l-ispejjeż tal-konsum tal-ilma, tal-gass, tal-elettriku u tat-tisħin.

Hija maħsuba wkoll biex tkopri l-infiq marbut ma' tpattija għall-emissjonijiet tal-karbonju, kif stipulat fil-pjan ta' azzjoni tal-(EMAS) adottat mill-Bureau.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu ta’ EUR 82,000.

Partita 2 0 2 6 — Sigurtà u sorveljanza tal-bini

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

2 0 2 6

35 730 000

37 624 740

38 917 197,63

Riżervi

3 000 000

 

 

Total

38 730 000

 

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex essenzjalment tkopri l-ispejjeż tal-għassa u tas-sorveljanza tal-bini okkupat mill-Parlament fit-tliet postijiet abitwali ta’ xogħol u fl-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-uffiċċji fil-pajjiżi terzi.

Qabel it-tiġdid jew il-konklużjoni tal-kuntratti, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta l-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali (il-prezz, il-munita magħżula, l-indiċi, it-tul ta’ żmien u klawżoli oħra) miksuba minn kull waħda mill-istituzzjonijiet u b’konformità mal-Artikolu 91(3) tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 180 000.

Partita 2 0 2 8 — Assikurazzjoni

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

953 000

909 000

817 441,59

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ primjums tal-assikurazzjoni.

Kapitolu 2 1 — PROĊESSAR TA’ DEJTA, TAGĦMIR U GĦAMARA

Kummenti

Fil-qasam tas-akkwist pubbliku, l-istituzzjoni tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali miksuba minn kull istituzzjoni individwali.

Artikolu 2 1 0 — L-informatika u t-telekomunikazzjonijiet

Partita 2 1 0 0 — Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

Figuri

 

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

2 1 0 0

37 392 000

32 674 000

56 626 299,47

Riżervi

 

2 500 000

 

Total

37 392 000

35 174 000

56 626 299,47

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri, il-kiri, il-manutenzjoni u l-manutenzjoni ta’ materjal u ta’ softwer għall-istituzzjoni u għax-xogħlijiet relatati. Dan il-materjal u dan is-softwer jikkonċerna b’mod partikulari s-sistemi taċ-ċentru tal-informatika u tat-telekomunikazzjoni, l-informatika fil-livell tad-dipartimenti u tal-gruppi politiċi, kif ukoll il-votazzjoni elettronika.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 65,000.

Kundizzjonijiet biex tiġi mmobilizzata r-riżerva

Partita 2 1 0 2 — Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

Figuri

 

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

2 1 0 2

62 933 000

53 981 250

55 814 489,55

Riżervi

 

2 500 000

 

Total

62 933 000

56 481 250

55 814 489,55

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż għall-assistenza li kumpaniji ta’ servizzi u ta’ konsulenza rigward l-informatika, għat-tħaddim ta’ ċentru tal-informatika u tan-netwerk, għall-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet, għall-assistenza għall-utenti, inklużi Membri Parlamentari u l-gruppi politiċi, għat-twettiq ta’ studji, u għat-tfassil u għall-input ta’ dokumentazzjoni teknika.

Hija wkoll maħsuba biex tkopri s-sehem tal-Parlament għan-nefqiet tal-Help Desk NAP (applikazzjoni ġdida ta’ ħlas) imwaqqfa permezz ta' ftehim komuni bejn l-istituzzjonijiet.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 88,000.

Kundizzjonijiet biex tiġi mmobilizzata r-riżerva

Artikolu 2 1 2 — Għamara

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

3 277 500

3 224 000

3 667 697,84

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri, il-kiri, iż-żamma u t-tiswija ta’ għamara, b’mod partikulari x-xiri ta’ għamara ergonomika tal-uffiċini, is-sostituzzjoni ta’ għamara antikwata u bla użu kif ukoll magni tal-uffiċini. Din l-approprjazzjoni hija maħsuba wkoll biex tkopri l-ispejjeż differenti ta’ ġestjoni tal-beni mobbli tal-istituzzjoni.

Rigward ix-xogħlijiet tal-arti, din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri kemm in-nefqa għall-akkwist u n-nefqa għax-xiri ta’ materjal speċifiku, kif ukoll l-ispejjeż kurrenti marbuta magħhom, bħall-ispejjeż għal konsulenza, konservazzjoni, gwarniċi, restawr, tindif u assikurazzjoni, kif ukoll spejjeż għat-trasport okkażjonali.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 5 000.

Artikolu 2 1 4 — Materjal u installazzjonijiet tekniċi

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

19 983 124

17 407 821

15 468 717,32

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba għax-xiri, il-kiri, iż-żamma u t-tiswija ta' materjal u ta' installazzjonijiet tekniċi kif ukoll għall-ġestjoni tagħhom, b'mod partikulari:

 bosta tipi ta’ materjal u ta’ installazzjonijiet tekniċi, fissi jew mobbli, marbuta mal-publikazzjoni, is-sigurtà, ir-restawr, il-bini, eċċ.,

 tagħmir, b’mod partikulari tat-tipografija, tas-servizz tat-telefown, tal-kantins, tal-ħwienet, tas-sigurtà, tas-servizz tekniku tal-konferenzi, tas-settur awdjoviżiv, eċċ.,

 materjal speċjali (elettroniku, informatiku, elettriku) flimkien mas-servizzi esterni relatati,

 taż-żewġ linji tat-telefown supplimentari li, fuq talba, iridu jiġu installati fl-uffiċini tal-Membri.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll l-ispejjeż għar-riklamar għall-bejgħ mill-ġdid u għall-iskrappjar ta’ oġġetti li m’għadhomx jaħdmu.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu ta’ EUR 205,000.

Artikolu 2 1 6 — Vetturi

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

6 270 000

6 500 000

5 890 437,21

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri, iż-żamma, l-użu u t-tiswija ta' vetturi (il-flotta tal-karozzi u tar-roti) u l-kiri ta' vetturi, taksis, kowċis u trakkijiet, b'sewwieq jew mingħajru, inkluża l-assikurazzjoni li tikkorrespondi ma’ dawn u spejjeż oħra ta' ġestjoni. Meta tiġġedded il-flotta tal-karozzi u meta jinxtraw jew jinkrew il-vetturi, tingħata preferenza għall-vetturi li l-inqas iħammġu, bħall-vetturi ibridi.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 175 000.

Kapitolu 2 3 — IN-NEFQA AMMINISTRATTIVA KURRENTI

Kummenti

Fil-qasam tas-akkwist pubbliku, l-istituzzjoni tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali miksuba minn kull istituzzjoni individwali.

Artikolu 2 3 0 — Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

2 608 000

2 575 000

1 973 879,58

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri ta’ karti, invilopps, għamara tal-uffiċini, prodotti għall-istamperija u għall-istudjows tar-riproduzzjoni, eċċ. kif ukoll l-ispejjeż ta’ ġestjoni f’dan ir-rigward.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 15 000.

Artikolu 2 3 1 — Tariffi finanzjarji

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

170 000

370 000

322 571,20

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż bankarji (prijmjums, prijmjums ta' skambju, spejjeż diversi) u l-ispejjeż finanzjarji l-oħra, fosthom l-ispejjeż marbuta mal-iffinanzjar tal-bini.

Artikolu 2 3 2 — Spejjeż legali u ħsarat

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 314 000

1 314 000

1 041 148,97

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż li l-Parlament Ewropew jista’ jiġi obbligat iħallas mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti Ġenerali, mit-Tribunal tal-Unjoni Ewropea tas-Servizz Ċivili jew mill-qrati nazzjonali,

 in-nefqiet għas-servizzi ta’ avukati esterni li jirrappreżentaw lill-Parlament fit-Tribunali tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll in-nefqiet għas-servizzi ta' konsulenti legali jew esperti biex jgħinu fis-servizz legali,

 ir-rifużjoni ta' nefqiet għas-servizzi ta’ avukat fil-kuntest tal-proċeduri dixxiplinarji u simili,

 l-ispejjeż marbuta mal-ħsarat, l-imgħax kif ukoll id-djun imsemmija fl-Artikolu 8(3), tar-Regolament Finanzjarju.

 l-ammont ta’ ħlasijiet approvati għal soluzzjoni ta' tilwimiet, skont l-applikazzjoni tal-Artikoli 69 u 70 tar-Regoli ta' Proċedura tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili tal-Unjoni Ewropea.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 5 000.

Artikolu 2 3 5 — Telekomunikazzjoni

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

7 441 000

9 405 000

5 689 527,32

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq marbut man-netwerks ta’ trasmissjoni ta’ dejta bejn it-tliet postijiet ta' ħidma, iċ-ċentri ta' dejta u l-uffiċji ta' informazzjoni kif ukoll dak li jirriżulta minn abbonamenti u spejjeż tal-komunikazzjoni (linja fissa u mowbajl, televiżjoni).

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu ta’ EUR 20 000.

Artikolu 2 3 6 — Servizzi postali u ta’ ġarr

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

352 500

422 000

222 579,14

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri t-tariffi postali, l-ipproċessar u l-kunsinna ta’ oġġetti permezz tas-servizzi postali nazzjonali jew permezz ta’ kumpaniji privati tal-ġarr.

Hija wkoll maħsuba biex tkopri servizzi pprovduti fil-qasam tal-posta.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 5 000.

Artikolu 2 3 7 — Rilokazzjonijiet

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

950 000

850 000

637 980,61

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xogħol tar-rilokazzjoni u tal-manutenzjoni magħmula permezz ta' kumpaniji ta' rilokazzjoni jew minn persunal temporanju pprovdut minn aġenziji esterni.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 40 000.

Artikolu 2 3 8 — Nefqiet amministrattivi oħra

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

784 500

631 000

485 748,98

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-assikurazzjonijiet li mhumiex stipulati b’mod speċifiku f’xi punt ieħor,

 ix-xiri u l-kura ta’ lbies speċjali għall-ushers, għax-xufiera u għall-persuni li jaħdmu fil-ġarr u għall-istaff tas-servizz mediku u tas-servizz tekniku,

 spejjeż varji għall-operat u l-ġestjoni, xiri ta' proprjetà mobbli jew ta' servizzi mhux speċifikament previsti f'partita oħra,

 xiri varju marbut mal-attivitajiet tal-EMAS.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 50 000.

Titolu 3 — IN-NEFQA ĠENERALI GĦALL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

Kapitolu 3 0 — LAQGĦAT U KONFERENZI

Artikolu 3 0 0 — Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

29 820 000

29 820 000

23 842 500,00

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu u l-Artikoli 11, 12 u 13 tal-Anness VII tiegħu.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-ivvjaġġar magħmul mill-istaff tal-istituzzjoni u mill-esperti nazzjonali indipendenti jew minn apprendisti mill-post tal-impieg lejn xi wieħed mit-tliet postijiet ta' xogħol tal-Parlament Ewropew (Brussell, Lussemburgu u Strasburgu) u għal missjonijiet lejn kull post ieħor barra mit-tliet postijiet ta' xogħol. L-ispejjeż huma spejjeż tat-trasport, il-ħlas ta’ allowances ta’ kuljum, l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni u l-allowances ta' kumpens għal xogħol li jsir barra l-ħinijiet normali. Spejjeż supplimentari (fosthom il-kanċellazzjoni ta' biljetti tat-trasport u ta' riżervazzjonijiet ta' lukandi, l-ispejjeż marbuta mas-sistema ta' fatturazzjoni elettronika, l-ispejjeż marbuta mal-assikurazzjoni għall-missjonijiet) huma koperti wkoll.

Hija maħsuba wkoll biex tkopri l-infiq marbut ma' tpattija għall-emissjonijiet tal-karbonju, kif stipulat fil-pjan ta' azzjoni tal- (EMAS) adottat mill-Bureau.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 100 000.

Artikolu 3 0 2 — Nefqiet għad-divertiment u għar-rappreżentazzjoni

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 361 350

2 047 450

813 419,17

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż marbuta mal-obbligi tal-istituzzjoni rigward riċevimenti/divertiment, inklużi dawk tal-grupp ta’ ħidma għall-Evalwazzjoni ta’ Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi (il-grupp STOA), u spejjeż ta’ rappreżentanza għall-Membri tal-istituzzjoni,

 l-ispejjeż ta’ rappreżentanza tal-President fil-vjaġġi tiegħu barra mill-postijiet tax-xogħol,

 l-ispejjeż ta’ rappreżentanza u kontribuzzjoni għall-infiq tas-segretarjat tal-uffiċċju tal-President,

 l-ispejjeż ta’ riċeviment u ta’ rappreżentanza tas-Segretarjat Ġenerali, fosthom ix-xiri ta’ artikoli u ta’ medalji għall-uffiċjali li laħqu l-ħmistax u/jew il-ħamsa u għoxrin sena ta’ servizz,

 l-ispejjeż diversi tal-protokoll, bħal bnadar, apparat tal-wiri, kartolini ta’ stedina, stampar ta’ menus, eċċ.,

 spejjeż ta' vvjaġġar u sussistenza li jkollhom il-viżitaturi VIP tal-istituzzjoni

 l-ispejjeż għar-riċeviment u għar-rappreżentazzjoni u l-ispejjeż l-oħra speċifiċi għall-Membri li għandhom funzjoni uffiċjali fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Artikolu 3 0 4 — Nefqiet varji għal laqgħat

Partita 3 0 4 0 — Nefqiet varji għal laqgħat interni

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

2 600 000

2 594 000

2 650 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta ma’ xarbiet, u kultant ikliet ħfief, servuti fil-laqgħat tal-istituzzjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ dawn is-servizzi.

Partita 3 0 4 2 — Laqgħat, kungressi u konferenzi

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 396 000

1 350 000

905 991,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat barra mill-postijiet tax-xogħol (kumitati jew id-delegazzjonijiet tagħhom, gruppi politiċi), inklużi, fejn xieraq, spejjeż ta’ rappreżentazzjoni.

 il-ħlas lill-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn il-Parlament jew wieħed mill-organi tiegħu huwa membru (l-Unjoni Interparlamentari, l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlamenti, il-Grupp 12+ tal-Unjoni Interparlamentari).

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 20 000.

Partita 3 0 4 4 — Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO u laqgħat oħra tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet ad hoc u tad-WTO

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

860 000

858 000

435 159,91

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba speċjalment biex tkopri l-ispejjeż, minbarra dawk koperti mill-Kapitolu 1 0 u l-Artikolu 3 0 0, marbuta mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet ad hoc, tal-Kumitati Parlamentari koġunti, tal-Kumitati Parlamentari għall-koperazzjoni mad-WTO, kif ukoll mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Konferenza Parlamentari tad-WTO u tal-kumitat pilota tagħha.

Partita 3 0 4 6 — Nefqiet varji għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Assemblea Parlamentari konġunta ACP-UE

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

400 000

451 000

120 187,59

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri speċjalment l-ispejjeż, minbarra dawk koperti mill-Kapitolu 1 0 u l-Artikolu 3 0 0, marbuta mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat tad-delegazzjonijiet relatati mal-Assemblea Parlamentari konġunta ACP-UE.

Partita 3 0 4 7 — Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari EuroLat.

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

82 000

80 000

54 825,44

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri speċjalment l-ispejjeż, minbarra dawk koperti mill-Kapitolu 1 0 u l-Artikolu 3 0 0, marbuta mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino Amerikana (Eurolat), tal-Kumitati tagħha u tal-Bureau tagħha.

Partita 3 0 4 8 — Spejjeż mixxellanji għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

220 000

216 319

6 595,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż, minbarra dawk koperti mill-Kapitolu 1 0 u l-Artikolu 3 0 0, marbuta mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, tal-Kumitati tagħha u tal-Bureau tagħha u l-kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-baġit tas-segretarjat awtonomu tal-Assemblea tal-Unjoni għall-Mediterran jew il-finanzjament dirett tal-infiq li jirrappreżenta l-kwota tal-Parlament Ewropew fil-baġit tal-Assemblea tal-Unjoni għall-Mediterran.

Partita 3 0 4 9 — Nefqa għall-aġenziji tal-ivjaġġar

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

2 083 000

2 083 000

1 351 750,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-operat tal-aġenzija tal-ivvjaġġar li għandhom kuntratt mal-Parlament.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 50 000.

Kapitolu 3 2 — L-OPINJONI TAL-ESPERTI U INFORMAZZJONI: AKKWISTAR, ARKIVJAR, PRODUZZJONI U DISSEMINAZZJONI

Artikolu 3 2 0 — Akkwist tal-opinjoni tal-esperti

Figuri

 

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

3 2 0

11 420 000

10 082 500

7 565 986,37

Riżervi

 

1 500 000

 

Total

11 420 000

11 582 500

7 565 986,37

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż ta’ kuntratti ma' esperti kwalifikati u istituti ta’ riċerka għall-istudji u l-attivitajiet l-oħra ta’ riċerka (workshops, round tables, bordijiet ta’ esperti, konferenzi) li saru mill-organi tal-Parlament u tal-amministrazzjoni, inklużi dawk għat-twettiq tad-Dar tal-Istorja Ewropea u tal-Uffiċċju tal-Prezz tan-Nuqqas ta' Preżenza tal-Ewropa,

 l-ispejjeż tal-evalwazzjoni ta’ studji u tal-parteċipazzjoni tal-grupp ta’ Evalwazzjoni tal-Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi (il-grupp STOA) fl-attivitajiet ta’ entitajiet xjentifiċi,

 l-ispejjeż għall-ivvjaġġar, għas-soġġorn u nfiq ieħor tal-esperti u personalitajiet oħra — inklużi persuni li jressqu petizzjonijiet lill-Parlament — li jissejħu biex jipparteċipaw fil-kumitati, fid-delegazzjonijiet u fil-gruppi ta' studju u ta' ħidma,

 l-ispejjeż sabiex jissejħu persuni esterni biex jieħdu sehem fix-xogħol ta’ entitajiet bħall-Bord tad-Dixxiplina jew il-Bord Speċjalizzat dwar l-Irregolaritajiet Finanzjarji.

Kundizzjonijiet biex tiġi mmobilizzata r-riżerva

Artikolu 3 2 2 — Akkwist tal-informazzjoni u arkivjar

Partita 3 2 2 0 — Nefqa għad-dokumentazzjoni u għal-librerija

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

4 516 686

4 593 826

3 908 448,93

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 it-tkabbir u t-tiġdid tas-settur tax-xogħlijiet ta’ referenza ġenerali u l-aġġornament tal-materjal tal-biblijoteka,

 l-abbonamenti għall-ġurnali, perjodiċi u aġenziji tal-informazzjoni, għall-pubblikazzjonijiet u s-servizzi online tagħhom, inklużi l-ispejjeż tal-copyright għar-riproduzzjoni u d-disseminazzjoni bil-miktub u/jew b’mod elettoniku ta’ dawn l-abbonamenti u l-kuntratti tas-servizz għall-analiżi tal-istampa u għall-siltiet mill-istampa,

 l-abbonamenti jew il-kuntratti ta’ servizz għall-forniment ta’ sommarji u analiżi tal-kontenut tal-perjodiċi jew il-ħażna ta’ artikolu meħuda minn sorsi ta’ dan it-tip fuq midja viżiva,

 l-ispejjeż marbuta mal-użu ta’ bażijiet ta’ dejta esterni tad-dokumentazzjoni u tal-istatistika, minbarra l-hardware, u l-infiq għat-telekomunikazzjoni,

 l-ispejjeż marbuta mal-obbligi tal-Parlament Ewropew fil-qafas tal-koperazzjoni internazzjonali u/jew interistituzzjonali,

 ix-xiri jew il-kiri ta’ materjal speċjali, inkluż il-materjal u/jew sistemi elettriċi, elettroniċi u informatiċi tal-biblijoteka, ta’ dokumentazzjoni u tal-midjateka, kif ukoll servizzi esterni għall-akkwist, l-iżvilupp, l-installazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni ta' dan il-materjal u ta' dawn is-sistemi,

 l-ispejjeż għas-servizzi tal-attivitajiet tal-biblijoteka, b’mod partikulari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-klijenti tagħha (mistoqsijiet, analiżi), is-sistema ta’ mmaniġġjar ta’ kwalità, eċċ.,

 il-materjal u x-xogħol ta’ llegar u ta’ konservazzjoni għall-biblijoteka, id-dokumentazzjoni u l-midjateka,

 l-ispejjeż, inkluż għall-materjal, ta’ pubblikazzjonijiet interni (fuljetti, studji, eċċ.) u ta’ komunikazzjoni (ittri ta’ informazzjoni, vidjows, CD-ROM, eċċ.,)

 ix-xiri jew is-sostituzzjoni ta’ dizzjunarji u glossarji ġodda ta' kull tip, anke għat-taqsimiet tal-lingwi l-ġodda, u xogħlijiet oħra għas-servizzi lingwistiċi u għall-Unità ta' Verifika tat-Testi Leġiżlattivi.

Partita 3 2 2 2 — Nefqiet għall-arkivjar

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 932 500

1 895 000

1 855 577,56

Kummenti

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43) u l-miżuri ta’ applikazzjoni tiegħu, adottati fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-informazzjoni u t-trasparenza: l-arkivji tal-Parlament Ewropew.

Regoli dwar l-ipproċessar tal-wirt arkivjali tal-ex Membri tal-Parlament Ewropew adottati mid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Ottubru 2007, hekk kif ġew emendati permezz tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-21 ta’ April 2009.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż ta’ servizzi esterni ta' arkivjar bħalma huma:

 it-trasferiment ta' arkivji ewlenin fuq midja diversa (microfilm, diski, cassettes, eċċ.), ix-xiri, il-kiri l-manutenzjoni u t-tiswija ta’ materjal speċjali (elettroniku, informatiku, elettriku, kotba, rivisti) inklużi s-servizzi esterni relatati,

 l-infiq għall-pubblikazzjoni fuq kull tip ta’ midja (fuljetti, CD-ROM, eċċ.),

 l-ispejjeż tal-attivitajiet esterni ta' akkwist ta' sorsi ta' arkivji primarji (testimonjanzi, miksuba permezz tal-ħidma tal-ġurnalisti u/jew storiċi u/jew arkivisti...) jew sekondarji (dokumenti taħt kull sura ta' midja).

Hija maħsuba wkoll biex tkopri l-ispejjeż tal-ipproċessar tal-wirt arkivjali tal-Membri tal-Parlament Ewropew miġbura fit-twettiq tal-mandat tagħhom.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 20 000.

Artikolu 3 2 3 — Relazzjonijiet mal-parlamenti ta' pajjiżi terzi u appoġġ għad-demokrazija parlamentari

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

535 000

520 000

458 853,07

Kummenti

Konklużjonijiet tal-Presidenza, Konferenza tal-Presidenti tal-Parlamenti tal-UE, Kopenħagen 2006 u Bratislava 2007.

Deċiżjoni tal-Bureau tat-18 ta' Ġunju 2007.

Zona ġeografika koperta: il-pajjiżi li mhumiex membri fl-UE, ħlief il-pajjiżi kandidati jew pre-kandidati għall-adeżjoni mal-UE.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż magħmula għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali ta’ pajjiżi terzi eletti b’mod demokratiku, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet parlamentari reġjonali korrespondenti. Hija marbuta partikularment mal-attivitajiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet parlamentari f'demokraziji ġodda jew emerġenti, u li jippromwovu l-użu ta' teknoloġiji ġodda tal-informatika mill-parlamenti.

Artikolu 3 2 4 — Produzzjoni u Tixrid

Partita 3 2 4 0 — Il-Ġurnal Uffiċjali

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

5 056 000

5 359 450

4 150 500,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sehem tal-istituzzjoni fl-infiq tal-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet, għad-disseminazzjoni u għal spejjeż oħra marbuta mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għat-testi li għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 500 000.

Partita 3 2 4 1 — Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

5 010 000

4 224 000

4 367 052,11

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 in-nefqiet kollha għall-pubblikazzjoni b’mod diġitali (siti tal-Intranet) u tradizzjonali (dokumenti u materjal stampat varji maħruġa b’sottokuntratt), inkluża d-distribuzzjoni,

 l-aġġornar u l-manutenzjoni evoluttiva u korrettiva tas-sistemi editorjali u tat-traduzzjoni.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 210 000.

Partita 3 2 4 2 — Nefqiet għall-pubblikazzjoni, t-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

21 626 000

19 615 000

13 633 132,71

Kummenti

Dn l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqiet għall-pubblikazzjonijiet ta’ tagħrif, inklużi l-pubblikazzjonijiet elettroniċi, l-attivitajiet marbuta mat-tagħrif, ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi, f’wirjiet u f’fieri fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta' adeżjoni kif ukoll fil-pajjiżi li fihom il-Parlament Ewropew għandu uffiċċju ta’ kollegament, kif ukoll l-aġġornament tal-Osservatorju Istituzzjonali u Leġiżlattiv Ewropew (OEIL).

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 5 000.

Partita 3 2 4 3 — Parlamentarium – Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

3 600 000

2 000 000

12 725 985,24

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-Parlamentarium – Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew.

Partita 3 2 4 4 — L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

28 940 000

29 710 000

24 534 586,63

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sussidji mogħtija lill-gruppi ta’ viżitaturi u l-ispejjeż ta’ sorveljanza u ta’ infrastruttura marbuta magħhom, l-ispejjeż għall-operat tal-programm Euroscola u l-iffinanzjar ta’ korsijiet għall-multiplikaturi tal-opinjoni ta’ pajjiżi terzi (EUVP). Din se tiżdied kull sena fuq il-bażi ta’ deflatur li jqis il-varjazzjonijiet tad-dħul nazzjonali gross u tal-prezzijiet.

Kull Membru tal-Parlament Ewropew għandu d-dritt jistieden, kull sena ċivili, massimu ta’ ħames gruppi, għal total ta’ 110 viżitatur. L-għadd ta’ parteċipanti preżenti għal kull żjara jista’ jvarja bejn 10 bħala minimu, u 110 bħala massimu.

Ammont xieraq huwa inkluż għall-viżitaturi b'diżabilità.

Partita 3 2 4 5 — L-organizzazzjoni ta' symposia, seminars u attivitajiet kulturali

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

3 696 650

2 475 000

2 165 974,73

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija intiża biex tkopri:

—         in-nefqa jew is-sussidji marbuta mal-organizzazzjoni ta’ symposia u seminars nazzjonali jewu multinazzjonali għall-multiplikaturi tal-opinjoni għall-Istati Membri u mal-adeżjoni ta’ pajjiżi, l-ispiża għall-organizzazzjoni ta' symposia u seminars parlamentari u mal-iffinanzjar ta’ proġetti kulturali ta’ interess Ewropew, bħall-Premju Sakharov, laqgħat konġunti tal-mexxejja politiċi żgħażagħ Ewropej, Iżraeljani u Palestinjani u l-Premju LUX tal-Parlament Ewropew għaċ-Ċinema Ewropew,

—         in-nefqiet marbuta ma' ‘avvenimenti speċjali fis-Swali tal-plenarja’, fi Strasburgu u fi Brussell, skond il-programm annwali adottat mill-Bureau,

—         miżuri li jappoġġjaw il-multilingwiżmu, bħal seminars u konferenzi, laqgħat ma’ dawk li jipprovdu taħriġ għall-interpreti, miżuri u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni għall-multilingwiżmu u l-professjoni ta’ interpretu, azzjonijiet u miżuri meħuda bħala parti mill-koperazzjoni interistituzzjonali u internazzjonali, kif ukoll il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet u miżuri simili organizzati b’mod konġunt ma’ servizzi oħra fil-kuntest tal-kooperazzjoni interistituzzjonali u internazzjonali.

—         l-ispejjeż operattivi tan-Netwerk tal-Premju Sakharov u l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-membri tiegħu.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll l-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni ta' dawn l-attivitajiet, inklużi s-servizzi u l-ispejjeż tal-kejtering.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 5 000.

Partita 3 2 4 6 — L-istazzjon televiżiv Parlamentari (Web TV)

Figuri

 

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

3 2 4 6

8 500 000

8 000 000

8 991 999,80

Riżervi

 

1 000 000

 

Total

8 500 000

9 000 000

8 991 999,80

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-istazzjon televiżiv parlamentari (web TV).

Se ssir evalwazzjoni tal-prototip. Din għandha tqis il-kontenut u l-ispejjeż tal-proġett kif ukoll l-istrutturi u l-livell ta’ parteċipazzjoni tal-gruppi politiċi u d-definizzjoni tal-kontenut tal-programmi.

Partita 3 2 4 8 — In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

14 760 000

13 600 000

12 137 103,25

Kummenti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2002 dwar il-linji ta' gwida dwar il-proċedura baġitarja 2003 (ĠU C 47 E, 27.2.2003, p. 72).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2002 dwar l-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU C 180 E, 31.7.2003, p. 150).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2003 dwar l-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 67 E, 17.3.2004, p. 179).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 il-baġit tal-operat tas-settur awdjoviżiv (inklużi s-servizzi taħt il-kontroll proprju u assistenza esterna bħal servizzi tekniċi għal stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni, tfassil, produzzjoni, koproduzzjoni u xandir ta’ programmi awdjoviżivi, kiri ta’ linji, tranżmissjoni ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju, azzjonijiet oħra ta’ żvilupp ta’ relazzjonijiet tal-istituzzjoni mal-entitajiet tax-xandir awdjoviżiv),

 l-ispejjeż marbuta max-xandir dirett, fuq l-internet, tas-seduti plenarji u tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari,

 l-irrekjordjar ta’ seduti fuq DVD-ROM,

 il-ħolqien ta’ arkivji xierqa u ta’ search engine li tiggarantixxu aċċess permanenti liċ-ċittadini għal din l-informazzjoni.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 13 000.

Partita 3 2 4 9 — Skambji ta' informazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

675 000

700 000

291 207,71

Kummenti

Konferenza tal-Presidenti tal-Assembleji Parlamentari Ewropej (Ġunju 1977) u tal-parlamenti tal-UE (Settembru 2000, Marzu 2001). Zona ġeografika koperta: il-pajjiżi tal-UE u pajjiżi kandidati u pre-kandidati għall-adeżjoni mal-UE

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż imwiegħda għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Dawn huma marbuta mar-relazzjonijiet parlamentari minbarra dawk koperti mill-kapitoli 1 0 u 3 0, l-iskambji ta’ informazzjoni u ta’ dokumentazzjoni, l-għajnuna għall-analiżi u għall-ġestjoni ta’ din l-informazzjoni, inklużi l-iskambji maċ-Ċentru Ewropew tar-Riċerka u tad-Dokumentazzjoni Parlamentari (ECPRD),

 l-iffinanzjar ta' programmi ta' koperazzjoni u ta' skemi ta' formazzjoni għal uffiċjali tal-parlamenti msemmija hawn fuq u, b'mod ġenerali, tal-attivitajiet sabiex isaħħu l-kapaċitajiet parlamentari tagħhom,

Skemi ta' taħriġ jinkludu żjarat ta' studju fil-Parlament Ewropew fi Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu; l-approprjazzjoni hija intenzjonata li tkopri n-nefqa kollha tal-parteċipanti jew parti minnha, b'mod partikolari l-vjaġġi u n-nefqiet marbuta magħhom, l-akkomodazzjoni u l-allowance għall-manteniment ta' kuljum,

 il-miżuri ta’ koperazzjoni, b’mod partikulari dawk marbuta mal-attività leġiżlattiva u l-miżuri marbuta mal-attività ta’ dokumentazzjoni, ta’ analiżi u ta’ informazzjoni, fosthom dawk imwettqa mill-ECPRD.

Artikolu 3 2 5 — In-Nefqa relatata mal-Uffiċċji tal-Informazzjoni

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

1 100 000

1 200 000

1 035 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-ispejjeż kollha (il-materjal għall-uffiċċji, it-telekomunikazzjonijiet, l-ispejjeż ta' spedizzjoni, il-manutenzjoni, it-trasport, spejjeż żgħar oħra) relatati mal-uffiċċji ta' informazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Titolu 4 — NEFQA LI TIRRIŻULTA MINN FUNZJONIJIET SPEĊJALI LI JSIRU MILL-ISTITUZZJONI

Kapitolu 4 0 — NEFQA RELATATA MA' ĊERTI ISTITUZZJONIJIET U MA' ĊERTI KORPI

Artikolu 4 0 0 — Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

55 800 000

54 850 000

53 355 141,79

Kummenti

Regoli adottati permezz tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta' Frar 2001, emendata l-aħħar fl-20 ta' Settembru 2010.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri, għall-gruppi politiċi u għall-membri mhux affiljati:

 l-ispejjeż tas-segretarjat, amministrattivi u operattivi,

 l-ispejjeż marbuta ma l-attivitajiet politiċi u informattivi tagħhom fil-qafas tal-attivitajiet politiċi tal-UE.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 50 000.

Artikolu 4 0 2 — Kontribuzzjonijiet lill-Partiti Politiċi Ewropej

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

18 900 000

17 400 000

13 954 330,00

Kummenti

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Artikolu 10(4).

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 224, ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2004 li tistabbilixxi d-dispożizzjoniet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċì fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU C 252, 3.10.2008, p. 1).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-partiti politiì fil-livell Ewropew.

Artikolu 4 0 3 — Kontribuzzjoni għal Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

12 150 000

11 400 000

8 778 850,00

Kummenti

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Artikolu 10(4).

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 224, ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2004 li tistabbilixxi d-dispożizzjoniet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċì fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU C 252, 3.10.2008, p. 1).

Approprjazzjoni maħsuba biex tiffinanzja l- Fondazzjonijiet politiì fil-livell Ewropew.

Kapitolu 4 2 — NEFQA RELATATA MAL-ASSISTENZA PARLAMENTARI

Artikolu 4 2 2 — L-assistenza parlamentari

Partita 4 2 2 0 — L-assistenza parlamentari

Figuri

 

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

4 2 2 0

185 697 000

175 793 709

152 645 162,53

Riżervi

 

13 200 000

 

Total

185 697 000

188 993 709

152 645 162,53

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 33 sa 44.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2009 tat-23 ta' Frar 2009 li jemenda l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 55, 27.2.2009 p. 1).

Miżuri ta' implimentazzjoni għat-Titolu VII tal-Kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej adottati mill-Bureau fid-9 ta'Marzu 2009.kif emendat l-aħħar fit-13 ta' Diċembru 2010.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqiet relatati mal-assistenza parlamentari.

L-ammont ta’ dħul allokat skont l-Artikolu 18(1), punti e) sa j), tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 400 000.

Partita 4 2 2 2 — Telf mill-kambju

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

500 000

250 000

773 678,40

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri t-telf mill-kambju mġarrab mill-Parlament Ewropew, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għar-rimborż tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari.

Kapitolu 4 4 — LAQGĦAT U ATTIVITAJIET OĦRA TAL-MEMBRI PARLAMENTARI ATTWALI U TAL-EX MEMBRI

Artikolu 4 4 0 — In-nefqa għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-eks Membri Parlamentari

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

200 000

200 000

170 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni tal-eks Membri tal-Parlament Ewropew u, skont il-każ, spejjeż oħra magħmula fl-istess kuntest.

Artikolu 4 4 2 — In-nefqa għal-laqgħat u attivitajiet oħra tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

140 000

140 000

140 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea u, skont il-każ, spejjeż oħra magħmula fl-istess kuntest.

Titolu 10 — INFIQ IEĦOR

Kapitolu 10 0 — APPROPRJAZZJONIJIET PROVIŻORJI

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

5 000 000

25 914 026

0,—

Kummenti

1.

Partita

2 0 0 7

Sistemazzjoni fil-bini

2.000.000

2.

Partita

2 0 2 6

Sigurtà u sorveljanza tal-bini

3.000.000

 

 

 

Total

5.000.000

Kapitolu 10 1 — RIŻERVA TA' KONTINĠENZA

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

14 522 972

14 000 000

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq mhux prevedibbli li jirriżulta mid-deċiżjonijiet baġitarji meħuda matul is-sena finanzjarja.

Kapitolu 10 3 — RIŻERVA GĦAT-TKABBIR

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

835 000

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tat-tħejjija tal-istituzzjoni għat-tkabbir.

Kapitolu 10 4 — RIŻERVA GĦALL-POLITIKA TAL-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq relatat mal-politika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Kapitolu 10 5 — APPROPRJAZZJONI PROVIŻORJA GĦALL-BINI

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq marbut mal-investimenti fil-bini u max-xogħlijiet ta’ tagħmir tal-istituzzjoni. Il-Bureau tal-Parlament huwa mitlub li jadotta strateġija fuq medda twila ta' żmien li tkun koerenti u responsabbli fil-qasam tal-proprjetà u l-binjiet li tqis il-problema partikulari taż-żieda fl-ispejjeż tal-manutenzjoni, il-bżonnijiet ta' rinnovament u l-ispejjeż marbuta mas-sigurtà u tiżgura s-sostenibilità tal-baġit tal-Parlament.

Kapitolu 10 6 — RIŻERVA GĦALL-OBJETTIVI TA' PRIJORITÀ L-ĠODDA

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri spejjeż marbuta ma’ proġetti prijoritarji tal-istituzzjoni li qed jiġu żviluppati.

Kapitolu 10 8 — Riżerva tal-EMAS

Figuri

Baġit 2012

Approprjazzjonijiet 2011

Eżitu tal-baġit 2010

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Bħala segwitu għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bureau għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-EMAS (Skema ta' Treġija u Awditjar Ekoloġiċi), b'mod partikolari wara l-evalwazzjoni tal-"carbon footprint" tal-Parlament, din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex jiġu ffinanzjati l-intestaturi operazzjonali.

TABELLA TAL-PERSUNAL

Grupp ta’ funzjoni u grad

2011

Postijiet tax-xogħol permanenti

Postijiet tax-xogħol temporanji

Oħrajn

Gruppi politiċi

Non-kategorija

1

 

 

 

AD 16

11

 

1

7

AD 15

35

 

1

4

AD 14

149

2

6

23

AD 13

279

8

2

34

AD 12

443

 

10

67

AD 11

131

 

5

37

AD 10

191

 

7

28

AD 9

155

 

6

17

AD 8

130

 

7

21

AD 7

304

 

 

22

AD 6

269

 

5

30

AD 5

382

 

3

119

Total AD

2 479

10

53

409

AST 11

151

10

 

33

AST 10

71

 

17

21

AST 9

115

 

3

30

AST 8

365

 

5

34

AST 7

753

 

1

55

AST 6

384

 

6

68

AST 5

325

 

7

66

AST 4

206

 

11

67

AST 3

184

 

14

59

AST 2

225

 

5

64

AST 1

151

 

1

98

Total AST

2 930

10

70

595

Total

5 410[1]

20[2]

123[3]

1004

Total kumplessiv

6 537[4]

Grupp ta’ funzjoni u grad

2012

Postijiet tax-xogħol permanenti

Postijiet tax-xogħol temporanji

Oħrajn

Gruppi politiċi

Non-kategorija

1

 

 

 

AD 16

11

 

1

7

AD 15

35

 

1

4

AD 14

184

2

6

24

AD 13

449

8

2

34

AD 12

238

 

11

67

AD 11

131

 

6

36

AD 10

191

 

5

28

AD 9

155

 

6

21

AD 8

167

 

7

18

AD 7

472

 

5

29

AD 6

214

 

1

48

AD 5

247

 

10

99

Total AD

2 494

10

61

415

AST 11

151

10

 

33

AST 10

71

 

17

24

AST 9

165

 

3

28

AST 8

500

 

5

39

AST 7

568

 

1

58

AST 6

424

 

6

65

AST 5

285

 

7

63

AST 4

206

 

22

70

AST 3

239

 

7

68

AST 2

205

 

1

59

AST 1

138

 

1

93

Total AST

2 952

10

70

600

Total

5 447[5]

20[6]

131

1.015

Total kumplessiv

6 593[7]

Anness

DĦUL ALLOKAT

Linja baġitarja

Titolu

Dħul imwettaq

Previżjoni

2010

2012

5000

Rikavat mill-bejgħ ta' materjal ta' trasport

93 942.73

150 000

5001

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli oħra

2 000.00

5 000

5002

Rikavat mill-prodotti ta' provvista mogħtija lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra

0.00

15 000

502

Dħul mill-bejgħ ta' pubblikazzjonijiet, stampar u films,

300 137.25

213 000

5110

Dħul minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli

1 319 875.47

1 155 000

5111

Rimborż ta' spejjeż ta' kiri

4 964.60

400 000

550

Dħul mill-forniment ta' servizzi u xogħlijiet magħmula għall-istituzzjonijiet jew korpi oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għall-missjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħra mħallsa f'isimhom

3 087 737.58

1 530 000

551

Dħul li ġej minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom

3 949 888.58

p.m.

570

Dhul li joriġina mir-rifużjoni ta' ammonti mħallsa bi żball

1 707 401.88

90 000

571

Dħul iddestinat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonjiet, sussidji, rigali u legati oħra, inkluż id-dħul iddestinat, speċifiku għal kull istituzzjoni

0,00

p.m.

573

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijijiet oħrajn marbuta mal-ħidma amministrattiva tal-istituzzjoni

89 528 615.35

p.m.

581

Dħul li ġej minn kumpaniji tal-assikurazzjoni;

149 785.46

25.000

6600

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

10 155 209.29

2 203 000

 

 TOTAL

110 299 558.19

5 786 000

  • [1]  Li minnhom ħames promozzjonijiet ad personam (tlieta AD 14 għal AD 15, waħda AST 10 għal AST 11, u waħda AST 4 għal AST 5) mogħtija f'każijiet eċċezzjonali lil uffiċjali li jkun jistħoqqilhom.
     
  • [2]  Ir-riżerva konċettwali għall-uffiċjali li jkunu ssekondati fl-interessi tas-servizz mhix inkluża fit-total sħiħ.
     
  • [3]  Li minnhom erbgħa AD fuq xogħol nofs il-ħin (għalliema tal-lingwa) u wieħed AD 10 (DG-IPOL) limitat għal 5 snin.
     
  • [4]  Wieħed AD 5 u erba’ AST 3 (taħriġ professjonali) flimkien ma’ żewġ AD 5 u żewġ AST 1 (traduzzjoni) huma mniżżla fir-riżerva fl-organigramma mingħajr l-ebda allokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet, sitta AD5 u żewġ AST1 (Librerija) huma imdaħħla fl-organigramma mingħajr allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet. 30 kariga amministrattiva (sitt AD5 u 24 AST1 huma mdaħħla fl-organigramma u l-approprjazzjonijiet korrispondenti mqiegħda fir-riżerva).
  • [5]  Li minnhom "ad personam" (3 AD14 għal AD15, 1 AST10 għal AST11 u AST4 għal AST5) mogħtija f’każijiet eċċezzjonali lil uffiċjali li jixirqilhom;
     
  • [6]  Ir-riżerva konċettwali għall-uffiċjali li jkunu ssekondati fl-interessi tas-servizz mhix inkluża fit-total sħiħ.
     
  • [7]  1 AD5 u 4 AST3 (formazzjoni professjonali), 2 AD5 u 2 AST1 (traduzzjoni), kif ukoll 6 AD% u 2AST1 (librerija) huma mdaħħla fl-organigramma mingħajr allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet ; 30 kariga amministrattiva (sitt AD5 u 24 AST1) huma mdaħħla fl-organigramma u l-approprjazzjonijiet korrispondenti mqiegħda fir-riżerva.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Reimer Böge, Lajos Bokros, Giovanni Collino, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Carl Haglund, Lucas Hartong, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, László Surján, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Boulland, Maria Da Graça Carvalho, Hynek Fajmon, Edit Herczog, Jürgen Klute, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Francesco De Angelis, Petra Kammerevert, Vittorio Prodi