RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (test kodifikat)
29.3.2011 - (COM(2010)0746 – C7‑0428/2010 – 2010/0358(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Sajjad Karim
(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (test kodifikat)
(COM(2010)0746 – C7‑0428/2010 – 2010/0358(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM[(2010)0746),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0428/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0096/2011),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
||
Brussell, id-19 ta' Jannar 2011
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (test kodifikat)
COM(2010)0746 of 15.12.2010 – 2010/0358(COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-16 ta' Diċembru 2010 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami tal-proposta, fost l-oħrajn, imsemmija hawn fuq u mressqa mill-Kummissjoni.
Fil-laqgħa[1], eżami tal-proposta għad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda li l-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
.
C. PENNERA J. SCHUTTE L. ROMERO REQUENA
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
- [1] The Consultative Working Party had at its disposal 22 language versions of the proposal and worked on the basis of the English version, being the master-copy language version of the text under discussion.
PROĊEDURA
Titolu |
L-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Kodifikazzjoni) |
||||||
Referenzi |
COM(2010)0746 – C7-0428/2010 – 2010/0358(COD) |
||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
15.12.2010 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 16.12.2010 |
||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Sajjad Karim 16.12.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
22.3.2011 |
|
|
|
|||
Data tat-tressiq |
28.3.2011 |
||||||