RAPPORT dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (test kodifikat)

29.3.2011 - (COM(2010)0641 – C7‑0403/2010 – 2007/0206(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Sajjad Karim
(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0206(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0100/2011
Testi mressqa :
A7-0100/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (test kodifikat)

(COM(2010)0641 – C7‑0403/2010 – 2007/0206(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali - kunsultazzjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0587),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2008[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0403/2010),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0100/2011),

A. billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwestjoni fiha evidentement kodifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU C 184E, 6.8.2009, p. 119.
  • [2]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 3 ta' Jannar 2011

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar on the structure and rates of excise duty applied to manufactured tobacco (test kodifikat)

COM(2010)0641 of 9.11.2010 – 2007/0206(CNS)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għal kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari għal punt 4, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti fis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fit-23 ta’ Novembru 2010 għall-iskop ta’ eżaminar tal-proposta msemmija qabel imressqa mill-Kummissjoni.

Fil-laqgħa[1], analiżi tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti, id-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti u d-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat wasslet biex il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, mingħajr dissensi, li l-proposta hija evidentement kodifikazzjoni tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                            L. ROMERO REQUENA

Ġuriskonsult                                     Ġuriskonsult                           Direttur Ġenerali

  • [1]               Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu fid-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni fil-lingwi tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni bl-Ingliż, peress li din hija l-galvu tal-lingwa tat-test diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat

Referenzi

COM(2010)0641 – C7-0403/2010 – COM(2007)0587 – C6-0392/2007 – 2007/0206(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

24.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.12.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sajjad Karim

13.12.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Data tat-tressiq

29.3.2011