RAPPORT dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009
5.4.2011 - (C7‑0250/2010 – 2010/2190(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Georgios Stavrakakis
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009
(C7‑0250/2010 – 2010/2190(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[1],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (5894/2011 – C7‑0051/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-"Impriża Konġunta ARTEMIS" għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi tal-Kompjuter[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0126/2011),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2009;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta ARTEMIS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009
(C7‑0250/2010 – 2010/2190(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[4],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (5894/2011 – C7‑0051/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-"Impriża Konġunta ARTEMIS" għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi tal-Kompjuter[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0126/2011),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ARTEMIS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009
(C7‑0250/2010 – 2010/2190(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[7],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (5894/2011 – C7‑0051/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-"Impriża Konġunta ARTEMIS" għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi tal-Kompjuter[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta ARTEMIS adottati permezz ta' Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tagħha fit-18 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0126/2011),
A. billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,
B. billi l-Impriża Konġunta ARTEMIS twaqqfet f'Diċembru 2007 biex tiddefinixxi u timplimenta "Aġenda ta' Riċerka" għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għas-sistemi integrati tal-kompjuter f'oqsma ta' applikazzjoni varji sabiex issaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbilità Ewropea, u tippermetti l-ħolqien ta' swieq ġodda u applikazzjonijiet soċjetali,
C. billi l-Impriża Konġunta tinsab f'fażi ta' tnedija u kienet għadha ma stabbilietx bis-sħiħ il-kontrolli interni u s-sistemi għar-rappurtar finanzjarju tagħha sa tmiem l-2009;
L-implimentazzjoni tal-baġit
1. Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2009 kien jinkludi EUR 46 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 8 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jirrikonoxxi wkoll li r-rati ta’ utilizzazzjoni tal-approprijazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet kienu 81 % u 20 % rispettivament;
2. Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta tinsab f'fażi ta' tnedija u għalhekk jifhem ir-rata ta' utilizzazzjoni relattivament baxxa għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet;
Kontribuzzjoni tal-membri
3. Jistieden lill-Impriża Konġunta tarmonizza l-preżentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-membri fil-kontijiet skont il-gwida tal-Kummissjoni;
4. Jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tiżviluppa d-dispożizzjonijiet dwar is-sħubija u l-kofinanzjament u, b'mod partikolari, dwar:
- l-arraġamenti għall-adeżjoni ta' membri ġodda,
- il-kontribuzzjonijiet in natura mill-membri,
- it-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom l-Impriża Konġunta tista' tivverifika l-kontribuzzjonijiet tal-membri,
- il-kundizzjonijiet li skonthom il-Bord ta’ Tmexxija jista' japprova kofinanzjament;
Sistemi ta’ kontroll intern
5. Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tikkompleta l-implimentazzjoni tal-kontrolli interni u s-sistema ta' informazzjoni finanzjarja tagħha; jitlob b'mod speċifiku lill-Impriża Konġunta biex:
- ittejjeb id-dokumentazzjoni tal-attivitajiet u l-proċessi tal-IT u l-elenkar tar-riskji tal-IT,
- tiżviluppa pjan għall-kontinwità tal-operat,
- tiżviluppa politika ta’ protezzjoni tad-data;
6. Jistieden lill-Impriża Konġunta tinkludi fir-Regoli Finanzjarji tagħha riferenza speċifika għas-setgħat tas-Servizzi ta' Verifika Interna tal-Kummissjoni bħala l-awditur intern tagħha, abbażi tad-dispożizzjoni stipulata fir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi tal-Komunità;
7. Jikkunsidra, b'mod partikolari, li r-rwol tal-Kummissjoni bħala awditur intern għandu jkun li tagħti parir lill-Impriża Konġunta dwar kif għandha tittratta r-riskji, billi toħroġ opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta' amministrazzjoni u ta' kontroll u billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u għall-promozzjoni ta' amministrazzjoni finanzjarja soda; jikkunsidra li huwa essenzjali wkoll li l-Impriża Konġunta tippreżenta lill-awtorità li tagħti l-kwittanza rapport imħejji mid-Direttur Eżekuttiv tagħha li jissintetizza l-għadd u t-tip ta' verifiki interni magħmula mill-awditur intern, ir-rakkommandazzjonijiet li jkunu saru u l-azzjonijiet meħuda rigward dawn ir-rakkommandazzjonijiet;
8. Huwa tal-fehma li, minħabba d-daqs tal-baġit tagħha u l-komplessità tal-kompiti tagħha, l-Impriża Konġunta għandha tikkunsidra li tistabbilixxi kumitat ta' verifika li jirrapporta direttament lill-Bord ta’ Tmexxija;
Nuqqas ta’ ftehim ospitanti
9. Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tikkonkludi malajr ftehim ospitanti mal-Belġju rigward akkomodazzjoni għall-uffiċċju, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandhom jiġu pprovduti mill-Belġju lill-Impriża Konġunta kif stipulat skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 74/2008.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
21.3.2011 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 1 2 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Jorgo Chatzimarkakis, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Monica Luisa Macovei, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Derk Jan Eppink, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu |
|||||