RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009

6.4.2011 - (C7‑0245/2010 – 2010/2185(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Georgios Stavrakakis

Proċedura : 2010/2185(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0127/2011

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0245/2010 – 2010/2185(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi[3], u b’mod partikulari l-Artikolu 97 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[4] tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0127/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0245/2010 – 2010/2185(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi[7], u b’mod partikulari l-Artikolu 97 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[8] tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0127/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0245/2010 – 2010/2185(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[9],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi[11], u b’mod partikulari l-Artikolu 97 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[12] tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0127/2011),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assikurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li t-transazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari;

B.  billi l-2009 kienet it-tieni sena li fiha kienet operattiva l-Aġenzija;

C. billi fil-5 ta’ Mejju 2010 l-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008[13], u fir-riżoluzzjoni tiegħu li akkumpanjat id-deċiżjoni ta’ kwittanza, fost affarijiet oħra:

- ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-Qorti tal-Awdituri enfasizzat id-dewmien fl-attivitajiet operazzjonali kkawżat mid-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT u min-nuqqas ta’ persunal ikkwalifikat;

- esprima s-sodisfazzjon tiegħu bl-ewwel sena ta’ operazzjoni b’suċċess tal-Aġenzija, li għal maniġment baġitarju tagħha fl-2007 kienet responsabbli l-Kummissjoni (DĠ Intrapriża u Industrija),

D. billi l-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009 kien ta’ EUR 70 400 000, żieda ta’ 6% mis-sena finanzjarja 2008;

1. Jinnota li l-Aġenzija kienet iffinanzjata fl-2008 minn sussidju Komunitarju ta’ EUR 62 200 000 skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, u fi kwantità minuri, minn pagamenti mill-industrija għal reġistrazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi skont ir-Regolament REACH (Regolament (KE) NRU 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi[14]),

2. Jisħaq dwar il-fatt li l-introjtu tal-Aġenzija fl-2009 kien ġej prinċipalment mis-sussidju ta’ kull sena mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li żdied b'EUR 4,000,000 miljuni meta mqabbel mal-2008 (EUR 62,600,000 miljun) u mill-introjtu ġġenerat mill-miżati ta' EUR 2,200,000 miljuni; jinnota li l-introjtu mill-miżati REACH IT jidħol mill-kumpaniji oġġett għar-reġistrazzjoni u n-notifika skont ir-Regolament REACH;

3. Josserva li ż-żieda taħt it-Titolu 3 - Nefqa Operazzjonali hija dovuta l-aktar għaż-żieda fil-kostijiet tal-iżvilupp tas-software, billi kienu meħtieġa investimetni kbar għat-titjib tal-arkitettura tas-sistema REACH IT u għall-iżvilupp ulterjuri ta’ għodda komprensiva ta’ valutazzjoni tas-sigurtà kimika/rapport tas-sigurtà kimika;

4. Jieħu nota, f’dan il-kuntest, li l-Aġenzija ttrasferiet 29% tal-approprijazzjonijiet totali (EUR 20,000,000 miljun) minħabba li l-kuntratti għal proġetti ewlenin marbutin mat-tħejjija għall-ewwel skadenza tar-reġistrazzjoni ma kinux konklużi sa għeluq l-2009; jirrakkomanda li l-proporzjon ta’ trasferimenti titnaqqas ħalli jkun irrispettat il-prinċipju tal-annwalità;

Rendiment

5. Jifraħ lill-Aġenzija talli, f’tabella annessa mar-Rapport 2009 tal-Qorti tal-Awdituri, qabblet l-operazzjonijiet li saru fl-2009 ma’ dawk tal-2008 sabiex ippermettiet lill-awtorità tal-kwittanza tevalwa b’mod iktar effettiv ir-rendiment tagħha minn sena għall-oħra; jinnota li l-Aġenzija żiedet in-numru ta’ dossiers ta’ reġistrazzjoni kkompletati (500 fl-2009 u 70 fl-2008) u n-numru ta’ talbiet għall-informazzjoni (1000 fl-2009 u 250 fl-2008); jinnota wkoll żieda kemm fin-numru ta’ kontrolli tal-konformità kkompletati (14 fl-2009 u 1 fl-2008) u n-numru ta’ proposti għall-klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati (30 fl-2009 u 14 fl-2008);

6. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bit-tieni sena ta’ operazzjoni b’suċċess tal-Aġenzija, li għal maniġment baġitarju tagħha fl-2007 kienet responsabbli l-Kummissjoni (DĠ Intrapriża u Industrija), jenfasizza, b’mod partikulari, li t-twaqqif bla xkiel u relattivament rapidu tal-Aġenzija huwa dovut l-iktar għall-appoġġ effettiv ipprovdut mid-Direttorat-Ġenerali fejn oriġinat, skambji ta’ esperjenza ma’ aġenziji oħra simili u l-għoti ta’ appoġġ qawwi mill-pajjiż ospitanti;

7. Jilqa’ l-inizjattivi tal-Aġenziija għat-titjib tal-proċeduri li tuża biex tiffoka fuq il-klijent u tagħtih ir-risposti tagħha; jifraħ, b'mod partikolari, lill-Aġenzija talli wettqet stħarriġ tal-partijiet interessati fl-2009 u talli żiedet l-attivitajiet ta’ għajnuna għall-industrija (bħal pereżempju li toffri servizz ta’ pariri bit-telefown għar-reġistranti ewlenin, workshops, laqgħat tan-netwerk, konsultazzjonijiet pubbliċi, eċċ);

8. Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri twettaq verifika ta' prestazzjoni fir-rigward tal-Aġenzija;

Approprjazzjonijiet ittrasferiti

9. Jistieden lill-Aġenzija sabiex tiżviluppa aktar l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-akkwist pubbliku u l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha sabiex tnaqqas il-proporzjon ta’ approprjazzjonijiet li jkunu ttrasferiti għas-sena ta’ wara; jinnota, fil-fatt, li l-Qorti tal-Awdituri rreġistrat trasferiment għas-sena ta’ wara ta’ EUR 20,000,000 (29% tal-approprjazzjonijiet) għas-sena baġitarja 2010, li madwar 88% minnu jikkorrispondi għal attivitajiet li għadhom ma kinux implimentati (jew, f'xi każijiet, prodotti li ma waslux) fl-aħħar tas-sena; jirrimarka, barra minn hekk, li 5% tal-approprjazzjonijiet (EUR 3,000, 000) kienu kkanċellati;

10. Jilqa’, madankollu, l-impenn tal-Aġenzija biex għall-2010 tnaqqas it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn taħt l-20% u tillimita l-approprjazzjonijiet ikkanċellati għal livell ħafna iktar baxx meta mqabbel mal-2008; jistieden, għalhekk, lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi f'din il-kwistjoni;

Riżorsi umani

11. Jinnota li n-numru totali ta’ postijiet fit-tabella tal-persunal żdied b’47% meta mqabbel mal-2008; jilqa’ l-fatt li sal-aħħar tas-sena l-Aġenzija wettqet 90% tax-xogħol li kellha tagħmel rigward it-tabella tal-persunal; ifakkar, madankollu, li hu importanti li l-Aġenzija tibqa’ timmonitorja l-implimentazzjoni tal-baġit u tal-pjan ta’ reklutaġġ tagħha;

Il-verifika interna

12. Jifraħ lill-Aġenzija talli waqqfet kapaċita tal-verifika interna (IAC) bi rwol tat-tmexxija tal-verifiki interni u li tagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar-riskju billi tagħti opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indipendenti;

13. Jirrikonoxxi li s-Servizz ta’ Verifika Interna (IAS) issottometta l-pjan ta' verifika strateġika finali tiegħu għall-2010-2012 fl-1 ta’ Diċembru 2009 (tliet snin fuq bażi kontinwa u permezz ta’ aġġornament annwali); jistieden, għalhekk, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-kontenut ta’ dan il-pjan ta’ verifika;

14. Jistieden lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-passi meħuda għat-titjib tas-sistema ta’ kontroll tagħha bit-tisħiħ taċ-ċirkwiti finanzjarji, tal-flussi tax-xogħol, tal-verifiki, tal-pjanijiet ta’ azzjoni, u tal-evalwazzjonijiet tar-riskju tagħha;

15. Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex effettivament tiżgura li:

- il-komponenti kollha għal deċiżjonijiet ta’ finanzjament ikunu stabbiliti (eż. formati standard għall-Programm ta’ Ħidma Annwali u d-deċiżjonijiet finanzjarji tagħha),

- l-informazzjoni meħtieġa f'kull livell ġewwa l-organizzazzjoni tkun iddefinita u indirizzata kif suppost,

- il-programm ta’ ħidma annwali juri r-riżorsi kollha disponibbli permezz tal-baġit,

- id-dokumentazzjoni tal-proċeduri finanzjarji u l-listi ta’ kontroll ikunu iffinalizzati u aġġornati;

°

° °

16. Rigward l-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, jirreferi għar-riżoluzzjoni ta’ ... Mejju 2011[15] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

16.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2009

(C7-0245/2010 - 2010/2185(DEC))

Rapporteur: Jutta Haug

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifisser is-sodisfazzjon tiegħu bil-ħidma ta’ suċċess tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minn mindu tnediet; iqis li l-2009 kien parti mill-fażi ta’ bidu mmirat lejn it-twaqqif tal-infrastrutturi u l-proċeduri neċessarji derivanti mill-iskadenzi għar-reġistrazzjoni;

2.  Jinnota, f’dan il-kuntest, li l-għadd totali ta’ vakanzi fil-pjan ta' twaqqif żdied b'104 meta mqabbel mal-220 vakanza fil-pjan ta' twaqqif tal-2008; iqis li din iż-żieda hija neċessarju biex jimtlew il-kompiti assenjati lill-Aġenzija mir-regolamentazzjoni relevanti tal-kimiċi;

3.  Jisħaq dwar il-fatt li l-introju tal-Aġenzija fl-2009 kien ġej prinċipalment mis-sussidju ta’ kull sena mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li żdied b'EUR 4,000,000 miljuni meta mqabbel mal-2008 (EUR 62,600,000 miljun) u mill-introjtu ġġenerat mill-miżati ta' EUR 2,200,000 miljuni; jinnota li l-introjtu mill-miżati REACH IT jidħol mill-kumpaniji suġġetti għar-reġistrazzjoni u n-notifika skont ir-Regolament Reach[16];

4.  Josserva li ż-żieda fl-infiq operazzjonijiet tat-Titolu 3 hija dovuta l-aktar għaż-żieda fil-kostijiet tal-iżvilupp tas-software, billi kienu meħtieġa investimetni kbar għat-titjib tal-arkitettura tas-sistema REACH IT u għal żvilupp ulterjuri ta’ għodda komprensiva ta’ valutazzjoni tas-sigurtà kimika/rapport tas-sigurtà kimika;

5.  Jieħu nota, f’dan il-kuntest, li l-Aġenzija rriportat 29% tal-approprijazzjonijiet totali (EUR 20,000,000 miljun) dovuti għall-ikkuntrattar tal-proġetti ewlenin marbutin mat-tħejjija għall-ewwel skadenza tar-reġistrazzjoni, li ma kinux konklużi sa għeluq l-2009; jirrakkomanda li l-proporzjon ta’ riporti titnaqqas ħalli jkun irrispettat il-prinċipju tal-annwalità;

6.   Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri twettaq verifika ta' prestazzjoni fir-rigward tal-Aġenzija.

7.  Huwa tal-fehma, fuq il-bażi tad-data disponibbli, li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi jista’ jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-ECHA għas-sena finanzjarja 2009.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Julie Girling, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Daciana Octavia Sârbu, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Marisa Matias, Bill Newton Dunn, Bart Staes, Eleni Theocharous, Thomas Ulmer, Anna Záborská

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Jorgo Chatzimarkakis, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Monica Luisa Macovei, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Derk Jan Eppink, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu

  • [1]  ĠU C 338, 14.12.2010, p.34.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
  • [4]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [5]  ĠU C 338, 14.12.2010, p.34..
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
  • [8]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [9]  ĠU C 338, 14.12.2010, p.34.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
  • [12]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [13]  ĠU L 252, 25.9.2010, p. 146.
  • [14]  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
  • [15]  Test adottati, P7_TA-PROV(2011).
  • [16]  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.