RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju

15.4.2011 - (COM(2010)0471 – C7‑0270/2010 – 2010/0252(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Gunnar Hökmark


Proċedura : 2010/0252(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0151/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju

(COM(2010)0471 – C7‑0270/2010 – 2010/0252(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0471),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0270/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta Frar 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0151/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 8a(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex ikunu stabbiliti programmi pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru skont id-direttivi applikabbli għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għandhom jirreferu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-ispettru li jkunu meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-UE eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva 1999/5/KE u d-Direttivi 2002/20/KE u 2002/21/KE, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Hija wkoll mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, f’konformità mal-liġi tal-UE, sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva u mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għal finijiet u għad-difiża tal-ordni pubbliku u tas-sigurtà pubblika.

(1) L-Artikolu 8a(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex ikunu stabbiliti programmi pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru skont id-direttivi applikabbli għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għandhom jirreferu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-ispettru li jkunu meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern. Il-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju jappoġġa l-għanijiet u l-azzjonijiet prinċipali deskritti fl-Istrateġija UE2020 u fl-Aġenda Diġitali, u huwa inkluż fost il-50 azzjoni ta’ prijorità tal-Att dwar is-Suq Uniku. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-UE eżistenti, b’mod partikolari d-Direttivi 1999/5/KE, 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2009/140/KE, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Hija wkoll mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, f’konformità mal-liġi tal-UE, sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva u mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għal finijiet u għad-difiża tal-ordni pubbliku u tas-sigurtà pubblika.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-ispettru huwa riżorsa prinċipali għas-setturi u għas-servizzi essenzjali, inklużi l-komunikazzjonijiet mobbli, broadband bla fili u satellitari, ix-xandir bit-televiżjoni u bir-radju, it-trasport, ir-radjolokazzjoni, u applikazzjonijiet bħal sistemi ta’ allarm, kontrolli mill-bogħod, apparati li jgħinu s-smigħ, mikrofoni u tagħmir mediku. Huwa jappoġġja servizzi pubbliċi bħas-servizzi tas-sigurtà u tas-sikurezza, inkluża l-protezzjoni ċivili, u l-attivitajiet xjentifiċi, bħall-meteoroloġija, l-osservazzjoni tad-Dinja, ir-radjuastronomija u r-riċerka spazjali. Il-miżuri regolatorji dwar l-ispettru b’hekk għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi, għas-sikurezza, għas-saħħa, għall-interess pubbliku, kulturali, xjentifiċi, soċjali, ambjentali u tekniċi.

(2) L-ispettru huwa riżorsa pubblika prinċipali għas-setturi u għas-servizzi essenzjali, inklużi l-komunikazzjonijiet mobbli, broadband bla fili u satellitari, ix-xandir bit-televiżjoni u bir-radju, it-trasport, ir-radjolokazzjoni, u applikazzjonijiet bħal sistemi ta’ allarm, kontrolli mill-bogħod, apparati li jgħinu s-smigħ, mikrofoni u tagħmir mediku. Huwa jappoġġja servizzi pubbliċi bħas-servizzi tas-sigurtà u tas-sikurezza, inkluża l-protezzjoni ċivili, u l-attivitajiet xjentifiċi, bħall-meteoroloġija, l-osservazzjoni tad-Dinja, ir-radjuastronomija u r-riċerka spazjali. L-użu effiċjenti tal-Ispettru għandu rwol ukoll fl-aċċess universali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari għaċ-ċittadini u n-negozji lokalizzati f’żoni inqas popolati jew f’postijiet remoti, bħaż-żoni rurali jew il-gżejjer. Il-miżuri regolatorji dwar l-ispettru b’hekk għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi, għas-sikurezza, għas-saħħa, għall-interess pubbliku, kulturali, xjentifiċi, soċjali, ambjentali u tekniċi.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Għandu jiġi adottat approċċ ekonomiku u soċjali mġedded fir-rigward tal-ġestjoni, l-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru, b’attenzjoni partikolari għall-formulazzjoni tar-regolamentazzjoni li tiżgura effiċjenza akbar tal-ispettru, ippjanar u salvagwardji aħjar tal-frekwenza kontra mġiba antikompetittiva u t-teħid ta’ miżuri antisoċjali fir-rigward tal-użu tal-ispettru.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni għandhom ikabbru s-suq uniku għas-servizzi u għat-tagħmir tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bla fili kif ukoll politiki oħrajn tal-Unjoni li jeżiġu l-użu tal-ispettru, biex b’hekk joħolqu opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni u jagħtu kontribut għall-irkupru ekonomiku u għall-integrazzjoni soċjali mal-Unjoni kollha, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru. Għal dan il-għan, l-Unjoni għalhekk teħtieġ programm ta’ politika li jkopri s-suq intern fl-oqsma kollha tal-politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), it-trasport u l-enerġija.

(3) L-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni għandhom ikabbru s-suq uniku għas-servizzi u għat-tagħmir tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bla fili kif ukoll politiki oħrajn tal-Unjoni li jeżiġu l-użu tal-ispettru, biex b’hekk joħolqu opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni, ħolqien ta’ impjiegi, u simultanjament jagħtu kontribut għall-irkupru ekonomiku u għall-integrazzjoni soċjali mal-Unjoni kollha, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru. L-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru hija essenzjali anki biex tiġi garantita l-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-komunikazzjonijiet elettroniċi u biex jinħolqu ekonomiji ta' skala li jnaqqsu kemm l-ispejjeż tal-istallazzjoni ta' netwerks bla fili u l-ispejjeż tal-apparat bla fili għall-konsumaturi. Għal dan il-għan, l-Unjoni għalhekk teħtieġ programm ta’ politika li jkorpi s-suq intern fl-oqsma kollha tal-politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D), it-trasport, il-kultura u l-enerġija. Għandu jkun assolutament evitat dewmien tar-riforma neċessarja permezz tad-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Dan l-ewwel programm għandu jippromwovi l-kompetizzjoni, joħloq kundizzjonijiet ta' parità fuq livell pan-Ewropew u jqiegħed is-sisien għal suq diġitali uniku ġenwin. Sabiex jiġu żgurati l-potenzjal sħiħ u l-benefiċċji għall-konsumaturi ta' dan il-programm għall-ispettru tar-radju u tas-suq uniku, il-progamm għandu jkun integrat bi proposti futuri u ġodda li se jippermettu l-iżvilupp tal-ekonomija onlajn bħall-protezzjoni tad-data u sistema Ewropea tal-liċenzji għall-kontenut onlajn;

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Dan l-ewwel programm għandu jappoġġja b’mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv meta jiġi kkunsidrat il-potenzjal kbir tas-servizzi bla fili sabiex jippromwovu ekonomija bbażata fuq l-informazzjoni, jiżviluppaw u jgħinu lis-setturi li jiddependu mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u jegħlbu l-qasma diġitali. Dan il-programm huwa wkoll azzjoni prinċipali fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa li għandha l-għan li twassal internet bil-broadband veloċi fl-ekonomija tal-għarfien futura bbażata fuq in-netwerks, b’mira ambizzjuża għal koperatura broadband universali b’veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps għall-Ewropej kollha sal-2020, biex b’hekk jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli ta’ suq diġitali uniku. Barra minn hekk, għandu jappoġġja u jippromwovi politiki settorjali oħrajn tal-Unjoni bħal ambjent sostenibbli u inklużjoni ekonomika u soċjali għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Minħabba l-importanza tal-applikazzjonijiet bla fili għall-innovazzjoni, dan il-programm huwa wkoll inizjattiva prinċipali li jappoġġja l-politiki tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni.

(4) Dan l-ewwel programm għandu jappoġġja b’mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv meta jiġi kkunsidrat il-potenzjal kbir tas-servizzi bla fili sabiex jippromwovu ekonomija bbażata fuq l-informazzjoni, jiżviluppaw u jgħinu lis-setturi li jiddependu mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u jegħlbu l-qasma diġitali. L-esplożjoni tas-servizzi tal-mezzi ta' komunikazzjoni awdjoviżiva u l-kontenut onlajn, b'mod partikolari, qiegħda żżid id-domanda għall-veloċità u l-kopertura. Dan il-programm huwa wkoll azzjoni prinċipali fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa li għandha l-għan li twassal internet bil-broadband veloċi fl-ekonomija tal-għarfien futura bbażata fuq in-netwerks, b’mira ambizzjuża għal koperatura broadband universali. Il-provvista tal-ogħla veloċitajiet u l-aħjar kapaċitajiet possibbli għall-internet bil-broadband, l-iżgurar ta' veloċitajiet ta' mill-inqas 30 Mbps għal kulħadd sal-2020 fejn tal-inqas nofs id-djar Ewropej ikollhom aċċess għall-broadband b'veloċità ta' mill-inqas 100 Mbps huma fatturi importanti biex irawmu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività globali, biex b’hekk jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli ta’ suq diġitali uniku. Barra minn hekk, għandu jappoġġja u jippromwovi politiki settorjali oħrajn tal-Unjoni bħal ambjent sostenibbli u inklużjoni ekonomika u soċjali għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Minħabba l-importanza tal-applikazzjonijiet bla fili għall-innovazzjoni, dan il-programm huwa wkoll inizjattiva prinċipali li jappoġġja l-politiki tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) L-ewwel programm għandu jwitti l-pedamenti għal żvilupp fejn l-Unjoni tista’ tieħu r-riedni f’idejha fir-rigward tal-veloċitajiet, tal-mobilità, tal-kopertura u tal-kapaċità tal-broadband. Tali sens ta’ tmexxija huwa essenzjali biex jiġi stabbilit suq uniku diġitali kompetittiv, liema suq iwassal għall-ftuħ ta’ suq intern għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-ewwel programm għandu jispeċifika l-prinċipji u l-għanijiet ta’ gwida għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sal-2015, u għandu jistabbilixxu inizjattivi implimentattivi speċifiċi. Filwaqt li l-ġestjoni tal-ispettru għadha fil-parti l-kbira kompetenza nazzjonali, din għandha tkun eżerċitata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni eżistenti u għandha tagħti lok għal azzjoni sabiex ikunu segwiti l-politiki tal-Unjoni.

(5) L-ewwel programm għandu jistipula l-prinċipji u l-għanijiet għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sal-2015, u għandu jistabbilixxu inizjattivi implimentattivi speċifiċi. Filwaqt li l-ġestjoni tal-ispettru għadha fil-parti l-kbira kompetenza nazzjonali, din għandha tkun eżerċitata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni eżistenti u għandha tagħti lok għal azzjoni sabiex ikunu segwiti l-politiki tal-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Biex ikun żgurat l-użu ottimali tal-ispettru jistgħu jkunu mitluba soluzzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni innovattivi bħall-użu kollettiv tal-ispettru, awtorizzazzjonijiet ġenerali jew kondiviżjoni tal-infrastruttura. L-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ din ix-xorta fl-Unjoni tista’ tiġi ffaċilitata bid-definizzjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet komuni jew konverġenti għall-użu tal-ispettru. L-awtorizzazzjonijiet ġenerali, li huma l-inqas sistema ta’ awtorizzazzjoni oneruża, huma ta’ interess partikolari fejn l-interferenza ma tirriskjax li tfixkel l-iżvilupp ta’ servizzi oħrajn.

(7) L-iżgurar tal-użu ottimali u produttiv tal-ispettru bħala prodott pubbliku jista’ jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri joħorġu b’soluzzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni innovattivi bħall-użu kollettiv tal-ispettru, awtorizzazzjonijiet ġenerali jew kondiviżjoni tal-infrastruttura apparti soluzzjonijiet tradizzjonali bħall-irkanti. L-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ din ix-xorta fl-Unjoni tista’ tiġi ffaċilitata bl-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki u bl-inkoraġġiment tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, kif ukoll bid-definizzjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet komuni jew konverġenti għall-użu tal-ispettru. L-awtorizzazzjonijiet ġenerali, li huma l-iktar sistema adegwata u l-inqas sistema ta’ awtorizzazzjoni oneruża, huma ta’ interess partikolari fejn l-interferenza ma tirriskjax li tfixkel l-iżvilupp ta’ servizzi oħrajn, u l-aktar xierqa bi qbil mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/20/KE.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Filwaqt li mil-lat teknoloġiku għadhom qegħdin jiżviluppaw, l-hekk imsejħa "teknoloġiji konjittivi" jistgħu diġà jiġu eżaminati ulterjorment u saħansitra implimentati permezz ta' informazzjoni ġeolokalizzata dwar l-użu tal-ispettru, li idealment tista' tiġi mappata fl-inventarju.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) In-negozju fid-drittijiet tal-ispettru flimkien ma’ kundizzjonijiet flessibbli ta’ użu għandhom ikunu ta’ benefiċċju sostanzjali għat-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, il-meded fejn il-liġi tal-Unjoni diġà introduċiet użu flessibbli għandhom ikunu jistgħu jiġu nnegozjati immedjatament f’konformità mad-Direttiva Kwadru. Barra minn hekk, prinċipji komuni għall-format u għall-kontenut ta’ drittijiet li jistgħu jiġu nnegozjati ta’ din ix-xorta kif ukoll miżuri komuni sabiex tkun ipprevenuta akkumulazzjoni tal-ispettru li tista’ toħloq pożizzjonijiet dominanti kif ukoll nuqqas mhux xieraq li jintuża l-ispettru akkwistat, għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni koordinata mill-Istati Membri kollha ta’ dawn il-miżuri u jiffaċilitaw l-akkwist ta’ drittijiet ta’ din ix-xorta fi kwalunkwe post fl-Unjoni.

(8) In-negozju fid-drittijiet tal-ispettru flimkien ma’ kundizzjonijiet flessibbli ta’ użu għandhom ikunu ta’ benefiċċju sostanzjali għat-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, il-meded fejn il-liġi tal-Unjoni diġà introduċiet użu flessibbli għandhom ikunu jistgħu jiġu nnegozjati immedjatament f’konformità mad-Direttiva Kwadru. Barra minn hekk, prinċipji komuni għall-format u għall-kontenut ta’ drittijiet li jistgħu jiġu nnegozjati ta’ din ix-xorta kif ukoll miżuri komuni sabiex tkun ipprevenuta akkumulazzjoni tal-ispettru li tista’ toħloq pożizzjonijiet dominanti kif ukoll nuqqas mhux xieraq li jintuża l-ispettru akkwistat, għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni koordinata mill-Istati Membri kollha ta’ dawn il-miżuri u jiffaċilitaw l-akkwist ta’ drittijiet ta’ din ix-xorta fi kwalunkwe post fl-Unjoni. Barra minn hekk, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-‘Aġenda Diġitali għall-Ewropa’, parti mir-rikavat li ġej mill-bejgħ bi rkant tad-drittijiet tal-ispettru tar-radju ('dividend diġitali') għandha tintuża biex jaċċelera l-espansjoni tal-kopertura bil-broadband.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla fili huwa mezz importanti sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni, lill-għażla tal-konsumaturi u lill-aċċess f’żoni rurali u żoni oħrajn, fejn l-użu tal-broadband bil-fili huwa diffiċli jew mhux vijabbli ekonomikament. Madankollu, il-ġestjoni tal-ispettru tista’ taffettwa l-kompetizzjoni billi tbiddel l-irwol u s-setgħa tal-parteċipanti fis-suq, pereżempju jekk l-utenti eżistenti jirċievu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa. Aċċess limitat għall-ispettru, b’mod partikolari meta l-ispettru adattat isir iktar skars, jista’ joħloq ostakolu għad-dħul ta’ servizzi jew applikazzjonijiet ġodda u jfixkel l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. L-akkwist ta’ drittijiet ġodda għall-użu, inkluż permezz tan-negozju fl-ispettri, jew ta’ tranżazzjonijiet oħrajn bejn l-utenti, u l-introduzzjoni ta’ kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni kompetittiva eżistenti. L-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu miżuri regolatorji ex ante jew ex post xierqa (bħal azzjoni sabiex jiġu emendati d-drittijiet eżistenti, ikunu pprojbiti ċerti akkwisti tad-drittijiet tal-ispettru, ikunu imposti kundizzjonijiet fuq il-ħżin tal-ispettru u fuq l-użu effiċjenti, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(7) tad-Direttiva Kwadru, sabiex ikun limitat l-ammont ta’ spettru għal kull operatur, jew sabiex tkun evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta’ spettru), sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni skont il-prinċipji tal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta' "Awtorizzazzjoni" ) u l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 87/372/KEE (id-Direttiva "GSM").

(9) Kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla fili huwa mezz importanti sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni, lill-kundizzjonijiet ta' parità fuq livell pan-Ewropew, lill-għażla tal-konsumaturi u lill-aċċess f’żoni rurali u żoni oħrajn, fejn l-użu tal-broadband bil-fili huwa diffiċli jew mhux vijabbli ekonomikament. Madankollu, il-ġestjoni tal-ispettru tista’ taffettwa l-kompetizzjoni billi tbiddel ir-rwol u s-setgħa tal-parteċipanti fis-suq, pereżempju jekk l-utenti eżistenti jirċievu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa. Aċċess limitat għall-ispettru, b’mod partikolari meta l-ispettru adattat isir iktar skars, jista’ joħloq ostakolu għad-dħul ta’ servizzi jew applikazzjonijiet ġodda u jfixkel l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. L-akkwist ta’ drittijiet ġodda għall-użu, inkluż permezz tan-negozju fl-ispettri, jew ta’ tranżazzjonijiet oħrajn bejn l-utenti, u l-introduzzjoni ta’ kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni kompetittiva eżistenti. L-Istati Membri għandhom għalhekk iwettqu analiżi bir-reqqa tal-effetti tal-kompetizzjoni qabel allokazzjonijiet ġodda tal-ispettru kif ukoll jieħdu miżuri regolatorji ex ante jew ex post xierqa (bħal azzjoni sabiex jiġu emendati d-drittijiet eżistenti, ikunu pprojbiti ċerti akkwisti tad-drittijiet tal-ispettru, ikunu imposti kundizzjonijiet fuq il-ħżin tal-ispettru u fuq l-użu effiċjenti, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(7) tad-Direttiva Kwadru, sabiex ikun limitat l-ammont ta’ spettru għal kull operatur, jew sabiex tkun evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta’ spettru), sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni skont il-prinċipji tal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoni) u l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 87/372/KEE (id-Direttiva “GSM”). L-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu passi biex jiksbu allokazzjoni iktar ugwali tal-ispettru bejn l-operaturi ekonomiċi billi jirriservaw spettru għall-applikanti l-ġodda għal firxa ta’ frekwenza jew grupp ta’ firxiet b’karatteristiċi simili;

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-użu ottimali u effiċjenti tal-ispettru jeżiġi monitoraġġ kontinwu tal-iżviluppi, u informazzjoni trasparenti aġġornata dwar l-użu tal-ispettru mal-Unjoni kollha. Filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità teżiġi li l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar id-drittijiet għall-użu, fl-Unjoni huma meħtieġa inventarju dettaljat tal-użu eżistenti tal-ispettru flimkien ma’ metodoloġija effettiva ta’ analiżi u ta’ valutazzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru u tat-tagħmir tar-radju, b’mod partikolari bejn it-300 MHz u t-3 GHz. Dan għandu jgħin biex jiġu identifikati teknoloġiji u użi ineffiċjenti kemm fis-setturi kummerċjali kif ukoll f’dawk pubbliċi, u anki assenjazzjonijiet u opportunitajiet għal kondiviżjoni mhux użati, u sabiex ikunu evalwati l-ħtiġijiet futuri tal-konsumaturi u tan-negozji.

(10) L-użu ottimali u effiċjenti tal-ispettru jeżiġi monitoraġġ kontinwu tal-iżviluppi, u informazzjoni trasparenti aġġornata dwar l-użu tal-ispettru mal-Unjoni kollha. Filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispettru fil-Komunità6 teżiġi li l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar id-drittijiet għall-użu, fl-Unjoni huwa meħtieġ inventarju dettaljat tal-użu eżistenti tal-ispettru u l-effiċjenza tiegħu, wara metodoloġija ta’ analiżi u ta’ valutazzjoni komuni, sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru u tat-tagħmir tar-radju, b’mod partikolari bejn it-300 MHz u s-6 GHz, imma wkoll minn 6GHz sa 70GHz għax dawn il-frekwenzi se jsiru aktar u aktar importanti wara l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi. L-inventarju għandu jkun biżżejjed dettaljat biex jiġu identifikati teknoloġiji u użi ineffiċjenti kemm fis-setturi privati kif ukoll f’dawk pubbliċi, u anki assenjazzjonijiet u opportunitajiet għal kondiviżjoni mhux użati, u sabiex ikunu evalwati l-ħtiġijiet futuri tal-konsumaturi u tan-negozji. Barra minn hekk, meta dak li jkun iqis it-tkabbir kontinwu tal-għadd ta' applikazzjonijiet li jużaw data bla fili, l-Istati Membri jmisshom jippromwovu l-użu effiċjenti tal-ispettru għall-applikazzjonijiet tal-utenti.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Standards armonizzati skont id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom7 huma essenzjali sabiex jinkiseb użu effiċjenti tal-ispettru u għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tal-kondiviżjoni ddefiniti legalment. L-istandards Ewropej għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi mhux tar-radju għandhom ukoll jevitaw disturbi għall-użu tal-ispettru. L-impatt kumulattiv taż-żieda fil-volum u fid-densità tal-apparati u tal-applikazzjonijiet bla fili flimkien mad-diversità tal-użu tal-ispettru jikkumplika l-approċċi attwali għall-ġestjoni tal-interferenzi. Dawn għandhom jiġu eżaminati u vvalutati mill-ġdid flimkien mal-karatteristiċi tar-riċevituri u ma’ mekkaniżmi iktar sofistikati biex ikunu evitati l-interferenzi.

(11) Standards armonizzati skont id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom7 huma essenzjali sabiex jinkiseb użu effiċjenti tal-ispettru u għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tal-kondiviżjoni ddefiniti legalment. L-istandards Ewropej għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi mhux tar-radju għandhom ukoll jevitaw disturbi għall-użu tal-ispettru. L-impatt kumulattiv taż-żieda fil-volum u fid-densità tal-apparati u tal-applikazzjonijiet bla fili flimkien mad-diversità tal-użu tal-ispettru jikkumplika l-approċċi attwali għall-ġestjoni tal-interferenzi. Dawn għandhom jiġu eżaminati u vvalutati mill-ġdid flimkien mal-karatteristiċi tar-riċevituri u ma’ mekkaniżmi iktar sofistikati biex ikunu evitati l-interferenzi, bil-għan li jiġu evitati interferenza jew disturb dannużi għall-użu attwali u futur tal-ispettru. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu, fejn hu xieraq, jintroduċu, bi qbil mal-liġi nazzjonali, miżuri ta’ kumpens relatati mal-ispiża diretta biex jissolvew il-kwistjonijiet ta’ interferenza u l-ispejjeż ta’ migrazzjoni.

 

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Skont l-għanijiet tal-inizjattiva prinċipali tal-Kummissjoni “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, il-broadband bla fili jista’ jagħti kontribut sostanzjali għall-irkupru u għat-tkabbir ekonomiku jekk ikun disponibbli spettru suffiċjenti, id-drittijiet għall-użu jingħataw malajr u n-negozju jitħalla jadatta ruħu għall-evoluzzjoni tas-suq. L-Aġenda Diġitali tagħmel sejħa biex sal-2020 iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għal broadband ta’ mill-inqas 30 Mbps. Għalhekk, l-ispettru li diġà kien indikat għandu jkun awtorizzat sal-2012 għall-komunikazzjonijiet terrestri sabiex ikun żgurat aċċess faċli għall-broadband bla fili għal kulħadd, b’mod partikolari fil-meded tal-ispettru indikati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/477/KE, 2008/411/KE u 2009/766/KE. Sabiex ikunu kkomplementati s-servizzi broadband terrestri u sabiex tkun żgurata kopertura tal-parti l-kbira taż-żoni l-iktar imbiegħda tal-Unjoni, aċċess broadband satellitari bi prezzijiet għall-bwiet ta’ kulħadd jista’ jkun soluzzjoni veloċi u fattibbli.

(12) Skont l-għanijiet tal-inizjattiva prinċipali tal-Kummissjoni “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, is-servizzi tal-broadband bla fili jagħtu kontribut sostanzjali għall-irkupru u għat-tkabbir ekonomiku jekk ikun disponibbli spettru suffiċjenti, id-drittijiet għall-użu jingħataw malajr u n-negozju jitħalla jadatta ruħu għall-evoluzzjoni tas-suq. L-Aġenda Diġitali tagħmel sejħa biex sal-2020 iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għal broadband ta’ mill-inqas 30 Mbps. Għalhekk, l-ispettru li diġà kien armonizzat għandu jkun awtorizzat sal-2012 għall-komunikazzjonijiet terrestri sabiex ikun żgurat aċċess faċli għall-broadband bla fili għal kulħadd, b’mod partikolari fil-meded tal-ispettru indikati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/477/KE, 2008/411/KE u 2009/766/KE. Sabiex ikunu kkomplementati s-servizzi broadband terrestri u sabiex tkun żgurata kopertura tal-parti l-kbira taż-żoni l-iktar imbiegħda tal-Unjoni, aċċess broadband satellitari bi prezzijiet għall-bwiet ta’ kulħadd jista’ jkun soluzzjoni veloċi u fattibbli.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Skont dak li jirriżulta minn studji konverġenti multipli, it-traffiku mobbli ta' data qed jiżdied rapidament u attwalment qed jirdoppja kull sena. B’din ir-rata, li jidher li se tkompli għaddejja fis-snin li ġejjin, it-trażmissjoni tad-data bil-mowbajls se tkun żdiedet bi kważi 40 darba iktar bejn l-2009 u l-2014. Sabiex jiġi ġestit dan it-tkabbir esponenzjali, se jkun meħtieġ li r-regolaturi u l-operaturi tas-suq jieħdu għadd ta' azzjonijiet biex iżidu l-effiċjenza ġenerali tal-ispettru, jallokaw eventwalment aktar frekwenzi armonizzati tal-ispettru tal-broadband bla fili u jniżżlu t-traffiku f'netwerks oħrajn permezz ta' apparat multimodali.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Għandhom jiġu introdotti aktar arranġamenti flessibbli li jiggvernaw l-użu tal-ispettru biex ikunu jitrawmu l-innovazzjoni u l-konnessjonijiet veloċi bil-broadband li jippermettu lill-impriżi jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom u jżidu l-kompetittività tagħhom u li jagħmlu possibbli l-iżvilupp ta' servizzi interattivi ġodda onlajn fl-oqsma, pereżempju, tal-edukazzjoni u tas-saħħa u tas-servizzi ta' interess ġenerali.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12c) Suq Ewropew bi kważi 500 miljun persuna konnessi mal-internet bil-broadband veloċi għandu jwassal għall-iżvilupp tas-suq intern, billi joħloq massa kritika unika ta’ utenti, billi jesponi lir-reġjuni kollha għal opportunitajiet ġodda u billi jagħti lil kull utent valur miżjud u lill-Unjoni l-kapaċità li tkun l-aqwa ekonomija bbażata fuq l-għarfien fid-dinja. Id-distribuzzjoni rapida tal-broadband hija kruċjali għall-iżvilupp tal-produttività Ewropea u għall-emerġenza ta’ intrapriżi ġodda u żgħar li jistgħu jkunu minn ta’ quddiem f’setturi differenti, pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-manifattura u fl-industrija tas-servizzi.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12d) L-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (ITU) stmat li r-rekwiżiti tal-bandwidth tal-ispettru fil-futur għall-iżvilupp tat- Telekomunikazzjonijiet Mobbli Internazzjonali-2000 (IMT-2000) u s-sistemi avvanzati IMT (jiġifieri komunikazzjonijiet bil-mowbajls permezz tat-3G u l-4G) se jammontaw għal 1280 u 1720 MHz fl-2020 għall-industrija tal-mowbajls kummerċjali għal kull reġjun ITU inkluża l-Ewropa. Jekk ma jkunx hemm spettru addizzjonali disponibbli, preferibbilment armonizzat fil-livell globali, is-servizzi ġodda u t-tkabbir ekonomiku se jiġu mfixkla minn restrizzjonijiet ta’ kapaċità fin-netwerks tal-mowbajl.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-medda tat-800 MHz hija ottimali biex żoni kbar ikunu koperti mis-servizzi broadband bla fili. Il-bini fuq l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi skont id-Deċiżjoni 2010/267/UE, u fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2013 li tagħmel sejħa biex ix-xandir analoġiku jintefa sal-1 ta’ Jannar 2012, u meta jiġu kkunsidrati l-iżviluppi regolatorji nazzjonali mgħaġġla, fil-prinċipju din il-medda għandha tkun disponibbli għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni sal-2015. F’perjodu itwal ta’ żmien, jista’ jkun previst anki spettru addizzjonali taħt is-790 MHz, jiddependi mill-esperjenza u min-nuqqas ta’ spettru f’meded oħrajn adegwati għall-kopertura. Meta tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-medda tat-800 MHz sabiex tittrażmetti fuq żoni kbar, mad-drittijiet għandhom ikunu marbuta obbligi ta’ kopertura.

(13) Barra minn ftuħ fil-pront u favorevoli għall-kompetizzjoni tal-medda ta' 900 MHz skont id-Direttiva 2009/114/KE dwar il-GSM, il-medda tat-800 MHz tista’ tintuża b’mod ottimali biex żoni kbar ikunu koperti mis-servizzi broadband bla fili. Il-bini fuq l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi skont id-Deċiżjoni 2010/267/UE, u fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2013 li tagħmel sejħa biex ix-xandir analoġiku jintefa sal-1 ta’ Jannar 2012, u meta jiġu kkunsidrati l-iżviluppi regolatorji nazzjonali mgħaġġla, fil-prinċipju din il-medda għandha tkun disponibbli għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni sal-2015. Implimentazzjoni mgħaġġla fil-kuntest ta’ dik il-band hija bżonnjuża biex jiġu evitati disturbi tekniċi, b’mod partikolari fir-reġjuni transkonfinali bejn l-Istati Membri.

Meta tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-medda tat-800 MHz sabiex tittrażmetti fuq żoni kbar, mad-drittijiet għandhom ikunu marbuta obbligi ta’ kopertura miksuba permezz tal-prinċipji tan-newtralità teknika u tas-servizzi. Spettru addizzjonali għal servizzi broadband bla fili fil-medda 1.5 GHz (1452-1492 MHz), il-medda 2.3 GHz (2300-2400 MHz) għandha tingħata biex tissodisfa d-domanda dejjem ikbar għat-traffiku tal-mowbajls u għandha tiżgura kundizzjonijiet ta' parità bejn id-diversi soluzzjonijiet teknoloġiċi u sostenn għall-emerġenza ta' operaturi pan-Ewropej fi ħdan l-Unjoni. L-allokazzjoni għas-servizzi mobbli ta' aktar frekwenzi tal-ispettru, pereżempju l-medda ta' 700 MHz (694-790 MHz) għandha tkun valutata skont ir-rekwiżiti futuri ta' kapaċità għas-servizzi bil-broadband bla fili u t-TV terrestri.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a) Żieda fl-opportunitajiet ta’ internet bil-broadband fuq il-mowbajls hija kruċjali biex is-settur kulturali jiġi provdut bi pjattaformi ġodda ta’ distribuzzjoni, u b’hekk titwitta t-triq għall-iżvilupp prosperu tas-settur fil-futur. Huwa essenzjali li s-servizzi tat-televixin terresti u atturi oħra jkunu kapaċi jżommu s-servizzi eżistenti meta parti addizzjonali tal-ispettru tkun disponibbli għas-servizzi bla fili. L-ispejjeż tal-migrazzjoni, li jirriżultaw mill-ftuħ ta’ spettru addizzjonali, jistgħu jiġu koperti permezz ta’ miżati għal-liċenzji, biex b’hekk ikun hemm il-possibbiltà li x-xandara jkollhom l-istess opportunitajiet li attwalment jeżistu f’partijiet oħra tal-ispettru.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Sistemi ta’ aċċess bla fili, inklużi n-netwerks ta’ aċċess lokali tar-radju qed jisbqu l-allokazzjonijiet attwali fuq bażi mhux liċenzjata ta’ 2.4GHz u 5GHz. Il-fattibbiltà tal-estensjoni tal-allokazzjonijiet ta' spettru mingħajr liċenzja, inklużi n-netwerks ta' aċċess lokali tar-radju, stabbilita permezz tad-Deċiżjoni 2005/513/KE, għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-inventarju tal-użi attwali u mal-ħtiġijiet emerġenti għall-ispettru u li jiddependu fuq l-użu tal-ispettru għal użi oħrajn.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c) Filwaqt li x-xandir ser jibqa' pjattaforma importanti ta' distribuzzjoni ta' kontenut, peress li din hi l-aktar pjattaforma ekonomika għad-distribuzzjoni tal-massa, broadband, tal-linji fissi u tal-mowbajl, u servizzi oħrajn ġodda, li jipprovdu opportunitajiet ġodda biex is-settur kulturali jiddiversifika l-firxa ta' pjattaformi ta' distribuzzjoni tiegħu, sabiex joffri servizzi fuq talba u biex isir użu mill-potenzjal ekonomiku għal-tkabbir qawwi fit-trażmissjoni tad-data.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13d) L-istess bħal fil-każ tal-GSM, sistema li ġiet adottata b’suċċess madwar id-dinja grazzi għal armonizzazzjoni bikrija u deċiżiva pan-Ewropea, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tistabbilixxi l-aġenda globali għall-allokazzjonijiet mill-ġdid tal-ispettru fil-futur speċjalment għall-iktar parti effiċjenti tal-ispettru. Ftehimiet li jistgħu jintlaħqu fil-Konferenza Dinjija dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju tal-2016 se jkunu kruċjali biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni globali u l-koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi ġirien.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13e) Sistemi ta’ aċċess bla fili, inklużi n-netwerks ta’ aċċess lokali tar-radju qed jisbqu l-allokazzjonijiet attwali fuq bażi mhux liċenzjata ta’ 2.4GHz u 5GHz. Sabiex nakkomodaw il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ teknoloġiji bla fili jeħtieġ li jkun hemm mezzi usa’, biex b’hekk veloċitajiet ogħla minn 1Gbps ikunu possibbli,

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Peress li approċċ komuni u l-ekonomiji ta’ skala huma kruċjali sabiex jiġu żiluppati komunikazzjonijiet broadband mal-Unjoni kollha u sabiex ikunu pprevenuti d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq fost l-Istati Membri, ċerti kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u proċedurali jistgħu jiġu ddefiniti f’azzjoni miftiehma, fost l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu obbligi ta’ kopertura, daqs tal-blokk tal-ispettru, l-għażla taż-żmien meta jingħataw id-drittijiet, l-aċċess għall-operaturi tan-netwerk ċellulari virtwali (MVNO) u kemm idumu d-drittijiet għall-użu. Filwaqt li jirriflettu l-importanza tan-negozju fl-ispettru għal użu effiċjenti dejjem ikbar tal-ispettru u filwaqt li jiżviluppaw is-suq intern għat-tagħmir u għas-servizzi bla fili, dawn il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw għall-meded tal-ispettru li jiġu allokati lill-komunikazzjonijiet bla fili, u li għalihom id-drittijiet għall-użu jistgħu jiġu ttrasferiti jew jinkrew.

(14) Peress li approċċ komuni u l-ekonomiji ta’ skala huma kruċjali sabiex jiġu żiluppati komunikazzjonijiet broadband mal-Unjoni kollha u sabiex ikunu pprevenuti d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq fost l-Istati Membri, ċerti kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u proċedurali għandhom jiġu ddefiniti f’azzjoni miftiehma, fost l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet għandhom primarjament jiżguraw aċċess ta' membri ġodda għal meded aktar baxxi permezz ta' rkanti jew ta' proċeduri ta' kompetizzjoni oħrajn. Il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu wkoll obbligi ta’ kopertura, daqs tal-blokk tal-ispettru, l-għażla taż-żmien meta jingħataw id-drittijiet, l-aċċess għall-operaturi tan-netwerk ċellulari virtwali (MVNO) u kemm idumu d-drittijiet għall-użu. Filwaqt li jirriflettu l-importanza tan-negozju fl-ispettru għal użu effiċjenti dejjem ikbar tal-ispettru, filwaqt li jiffaċilitaw l-emerġenza ta' servizzi pan-Ewropej ġodda u filwaqt li jiżviluppaw is-suq intern għat-tagħmir u għas-servizzi bla fili, dawn il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw għall-meded tal-ispettru li jiġu allokati lill-komunikazzjonijiet bla fili, u li għalihom id-drittijiet għall-użu jistgħu jiġu ttrasferiti jew jinkrew.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Spettru addizzjonali jista’ jkun meħtieġ minn setturi oħrajn bħat-trasport (għal sistemi ta’ sikurezza, informazzjoni u ġestjoni), ir-R&Ż, il-protezzjoni tal-pubbliku u l-għajnuna f’diżastri, is-saħħa elettronika (e-health) u l-inklużjoni elettronika (e-inclusion). L-ottimizzazzjoni tas-sinerġji bejn il-politika dwar l-ispettru u l-attivitajiet ta’ R&Ż kif ukoll it-twettiq ta’ studji dwar il-kompatibbiltà tar-radju bejn l-utenti differenti tal-ispettru għandhom jgħinu lill-innovazzjoni. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni għandu jgħin fl-iżvilupp tal-aspetti tekniċi tar-regolamentazzjoni tal-ispettru, prinċipalment billi jipprovdi faċilitajiet għall-ittestjar sabiex ikunu vverifikati l-mudelli tal-interferenzi rilevanti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-riżultati tar-riċerka taħt is-Seba’ Programm Qafas jeżiġu l-eżami tal-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-proġetti li jista’ jkollhom potenzjal ekonomiku jew ta’ investiment kbir, b’mod partikolari għall-SMEs, eż. ir-radju konjittiv jew is-saħħa elettronika. Għandha tkun żgurata anki protezzjoni adegwata minn interferenza dannuża sabiex ikunu sostnuti attivitajiet ta’ R&Ż u xjentifiċi.

(15) Spettru addizzjonali jista’ jkun meħtieġ minn setturi oħrajn bħat-trasport (għal sistemi ta’ sikurezza, informazzjoni u ġestjoni), ir-R&Ż, il-kultura, is-saħħa elettronika (e-health), l-inklużjoni elettronika (e-inclusion) u l-protezzjoni tal-pubbliku u l-għajnuna f’diżastri (PPDR), u din tal-aħħar b'kunsiderazzjoni tal-użu akbar tat-trażmissjonijiet ta' vidjo u data biex jingħata servizz rapidu u aktar effiċjenti. L-ottimizzazzjoni tas-sinerġji u tar-rabtiet diretti bejn il-politika dwar l-ispettru u l-attivitajiet ta’ R&Ż kif ukoll it-twettiq ta’ studji dwar il-kompatibbiltà tar-radju bejn l-utenti differenti tal-ispettru għandhom jgħinu lill-innovazzjoni. Organizzazzjonijiet ta’ riċerka rilevanti għandhom jgħinu fl-iżvilupp tal-aspetti tekniċi tar-regolamentazzjoni tal-ispettru, prinċipalment billi jipprovdu faċilitajiet għall-ittestjar sabiex ikunu vverifikati l-mudelli tal-interferenzi rilevanti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-riżultati tar-riċerka taħt is-Seba’ Programm Qafas jeżiġu l-eżami tal-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-proġetti li jista’ jkollhom potenzjal ekonomiku jew ta’ investiment kbir, b’mod partikolari għall-SMEs, eż. ir-radju konjittiv jew is-saħħa elettronika. Għandha tkun żgurata anki protezzjoni adegwata minn interferenza dannuża sabiex ikunu sostnuti attivitajiet ta’ R&Ż u xjentifiċi.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-ħarsien tas-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi huwa essenzjali għall-benesseri taċ-ċittadini u għal approċċ koerenti għall-awtorizzazzjoni tal-ispettru fl-Unjoni; filwaqt li huwa suġġett għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE dwar kemm il-pubbliku ġenerali jista’ jesponi ruħu fit-tul għall-kampijiet elettromanjetiċi, huwa essenzjali li jiġi żgurat monitoraġġ kostanti tal-effetti jonizzanti u mhux jonizzanti tal-użu tal-ispettru fuq is-saħħa, inklużi l-effetti kumulattivi fuq il-ħajja reali tal-użu tal-ispettru f’diversi frekwenzi minn numru dejjem ikbar ta’ tipi ta’ tagħmir.

(17) Il-ħarsien tas-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi huwa essenzjali għall-benesseri taċ-ċittadini u għal approċċ koerenti għall-awtorizzazzjoni tal-ispettru fl-Unjoni; filwaqt li huwa suġġett għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE dwar kemm il-pubbliku ġenerali jista’ jesponi ruħu fit-tul għall-kampijiet elettromanjetiċi, huwa essenzjali li jinkiseb għarfien aħjar tar-reazzjonijiet ta' organiżmi ħajjin għall-kampijiet elettromanjetiċi u biex jiġi żgurat monitoraġġ kostanti tal-effetti jonizzanti u mhux jonizzanti tal-użu tal-ispettru fuq is-saħħa, inklużi l-effetti kumulattivi fuq il-ħajja reali tal-użu tal-ispettru f’diversi frekwenzi minn numru dejjem ikbar ta’ tipi ta’ tagħmir. Filwaqt li tinkiseb sigurtà pubblika adegwata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw miżuri protettivi b'teknoloġija u servizzi newtrali.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-għanijiet essenzjali ta’ interess pubbliku bħas-sikurezza tal-ħajja jitolbu soluzzjonijiet tekniċi koordinati għall-ħidma kkombinata tas-servizzi ta’ sikurezza u ta’ emerġenza bejn l-Istati Membri. Għandu jkun disponibbli, fuq bażi koerenti, spettru suffiċjenti għall-iżvilupp u għaċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi u tal-apparati tas-sikurezza u għal soluzzjonijiet pan-Ewropej jew interoperabbli innovattivi ta’ sikurezza u ta’ emerġenza. Studji diġà wrew il-ħtieġa għal spettru armonizzat addizzjonali taħt il-1 GHz sabiex jingħataw servizzi broadband mobbli għall-protezzjoni tal-pubbliku u għall-għajnuna f’diżastri, mal-Unjoni kollha bejn il-5 u l-10 snin li ġejjin.

(18) L-għanijiet essenzjali ta’ interess pubbliku bħas-sikurezza tal-ħajja jitolbu soluzzjonijiet tekniċi koordinati għall-ħidma kkombinata tas-servizzi ta’ sikurezza u ta’ emerġenza bejn l-Istati Membri. Għandu jkun disponibbli, fi blokk tal-ispettru tar-radju koordinat b’mod pan-Ewropew, spettru suffiċjenti għall-iżvilupp u għaċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi u tal-apparati tas-sikurezza u għal soluzzjonijiet pan-Ewropej jew interoperabbli innovattivi ta’ sikurezza u ta’ emerġenza. Studji diġà wrew il-ħtieġa għal spettru armonizzat addizzjonali taħt il-1 GHz sabiex jingħataw servizzi broadband mobbli għall-protezzjoni tal-pubbliku u għall-għajnuna f’diżastri, mal-Unjoni kollha bejn il-5 u l-10 snin li ġejjin. Kull allokazzjoni armonizzata addizzjonali tal-ispettru għall-PPDR li hi anqas minn 1 GHz għandha tinkludi wkoll rieżami tad-disponibbiltà jew tal-qsim potenzjali ta' spettru ieħor miżmum mill-PPDR.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Ir-regolamentazzjoni tal-ispettru għandha dimensjonijiet transkonfinali jew internazzjonali kbar, minħabba karatteristiċi ta’ propagazzjoni, in-natura internazzjonali tas-swieq li jiddependu minn servizzi bbażati fuq ir-radju, u l-ħtieġa li tkun evitata interferenza dannuża bejn il-pajjiżi. Barra minn hekk, ir-referenzi għal ftehimiet internazzjonali fid-Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE kif emendati ifissru li l-Istati Membri m’għandhomx jidħlu għal obbligi internazzjonali li jipprevjenu jew jirrestrinġu t-twettiq tal-obbligi tagħhom tal-Unjoni . L-Istati Membri għandhom, skont il-ġurisprudenza, jidħlu għall-isforzi kollha meħtieġa biex jippermettu rappreżentanza xierqa tal-Unjoni fi kwistjonijiet taħt il-kompetenza tagħha f'entitajiet internazzjonali inkarigati bil-koordinazzjoni tal-ispettru. Barra minn hekk, fejn tkun involuta politika jew kompetenza tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tixpruna politikament il-preparazzjoni tan-negozjati u jkollha rwol f’negozjati multilaterali, inkluż fl-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) li jikkorrispondi għal-livell ta’ responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet relatati mal-ispettru skont il-liġi tal-Unjoni.

(19) Ir-regolamentazzjoni tal-ispettru għandha dimensjonijiet transkonfinali jew internazzjonali kbar, minħabba karatteristiċi ta’ propagazzjoni, in-natura internazzjonali tas-swieq li jiddependu minn servizzi bbażati fuq ir-radju, u l-ħtieġa li tkun evitata interferenza dannuża bejn il-pajjiżi. Barra minn hekk, ir-referenzi għal ftehimiet internazzjonali fid-Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE kif emendati ifissru li l-Istati Membri m’għandhomx jidħlu għal obbligi internazzjonali li jipprevjenu jew jirrestrinġu t-twettiq tal-obbligi tagħhom tal-Unjoni . L-Istati Membri għandhom, skont il-ġurisprudenza, jidħlu għall-isforzi kollha meħtieġa biex jippermettu rappreżentanza xierqa tal-Unjoni fi kwistjonijiet taħt il-kompetenza tagħha f'entitajiet internazzjonali inkarigati bil-koordinazzjoni tal-ispettru. Barra minn hekk, fejn tkun involuta politika jew kompetenza tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tixpruna politikament il-preparazzjoni tan-negozjati u għandha tiżgura li l-Unjoni titkellem b'leħen wieħed f’negozjati multilaterali, għall-ħolqien ta' sinerġiji u ekonomiji ta' skala globali fl-użu tal-ispettru inkluż fl-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) li jikkorrispondi għal-livell ta’ responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet relatati mal-ispettru skont il-liġi tal-Unjoni.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-WRC tal-2012 tinkludi kwistjonijiet speċifiċi ta’ rilevanza għall-Unjoni bħad-dividend diġitali, is-servizzi xjentifiċi u metereoloġiċi, l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, il-komunikazzjonijiet satellitari u l-użu tal-ispettru għal GALILEO (stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 876/2002 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2002 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita), kif ukoll il-programm Ewropew ta’ Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) għal użu aħjar tad-dejta tal-osservazzjoni tad-Dinja.

(21) Sabiex tiġi evitata pressjoni dejjem akbar fuq il-medda ta' frekwenza riżervata għan-navigazzjoni satellitari u għall-komunikazzjoni satellitari, il-medda ta' frekwenza tagħha għandha tkun żgurata fl-ippjanar tal-użu tal-ispettru l-ġdid. Il-WRC tal-2012 tinkludi kwistjonijiet speċifiċi ta’ rilevanza għall-Unjoni bħad-dividend diġitali, is-servizzi xjentifiċi u metereoloġiċi, l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, il-komunikazzjonijiet satellitari u l-użu tal-ispettru għal GALILEO (stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 876/2002 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2002 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita), kif ukoll il-programm Ewropew ta’ Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) għal użu aħjar tad-data tal-osservazzjoni tad-Dinja.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu appoġġ dwar il-koordinazzjoni tal-frekwenzi f’negozjati bilaterali flimkien ma’ pajjiżi ġirien li mhumiex membri tal-Unjoni, inklużi l-pajjiżi ta’ adeżjoni jew dawk kandidati, sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Unjoni tagħhom rigward il-kwistjonijiet tal-koordinazzjoni tal-frekwenzi. Dan għandu jgħin ukoll sabiex tkun evitata interferenza dannuża u sabiex jittejbu l-effiċjenza tal-ispettru u l-konverġenza tal-użu tal-ispettru anki lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni. L-azzjoni hija partikolarment urġenti fil-meded tat-800 MHz u tat-3.4-3.8 GHz għat-tranżizzjoni għat-teknoloġiji broadband ċellulari u għall-armonizzazzjoni tal-ispettru meħtieġa għall-modernizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(22) L-Istati Membri huma mħeġġa jkomplu n-negozjati bilaterali ma’ pajjiżi terzi ġirien, inklużi pajjiżi kandidati u dawk potenzjali, sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Unjoni tagħhom rigward il-kwistjonijiet tal-koordinazzjoni tal-frekwenzi u sabiex jippruvaw jilħqu ftehim li jista’ jistabbilixxi preċedent pożittiv għal Stati Membri oħra. L-Unjoni għandha tassisti lill-Istati Membri permezz ta’ appoġġ tekniku u politiku fin-negozjati bilaterali u multilaterali tagħhom ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi ġirien inklużi pajjiżi kandidati u dawk potenzjali. Dan għandu jgħin ukoll sabiex tkun evitata interferenza dannuża u sabiex jittejbu l-effiċjenza tal-ispettru u l-konverġenza tal-użu tal-ispettru anki lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni. L-azzjoni hija partikolarment urġenti fil-meded tat-800 MHz u tat-3.4-3.8 GHz għat-tranżizzjoni għat-teknoloġiji broadband ċellulari u għall-armonizzazzjoni tal-ispettru meħtieġa għall-modernizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba taħt din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar l-azzjonijiet futuri ppjanati.

(24) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta annwalment rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba taħt din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar l-azzjonijiet futuri ppjanati.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni mogħtija lill-atturi fis-suq permezz tad-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi1.

 

---------------

1 ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Għan

Għan u ambitu

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm multiannwali tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

 

2. Din id-Deċiżjoni tkopri s-suq intern fl-oqsma kollha ta' politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru kif inhu, iżda mhux limitat biss, għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, it-trasport, l-enerġija u l-politika awdjoviżiva;

 

3. Din id-Deċiżjoni hi bi qbil mal-liġi attwali tal-UE, u b'mod partikolari mad-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 1999/05/KE, kif ukoll mad-Deċiżjoni Nru 67/2002/KE, u wkoll ma' miżuri meħuda fil-livell nazzjonali, b'konformità mal-liġi tal-UE u b'rispett tal-ftehimiet internazzjonali speċifiċi, inkluż ir-Regolamenti tar-Radju tal-ITU;

 

4. Din id-Deċiżjoni hi mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda fil-livell nazzjonali, b'konformità mal-liġi tal-UE, għall-ilħuq ta' objettivi ta' interess ġenerali b'mod partikolari rigward ir-regolamentazzjoni tal-kontenut u tal-politika awdjoviżiva;

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Applikazzjoni tal-prinċipji regolatorji ġenerali

Prinċipji regolatorji ġenerali

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b’mod trasparenti sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-prinċipji regolatorji ġenerali li ġejjin mal-Unjoni kollha:

1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b’mod trasparenti sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-prinċipji regolatorji ġenerali li ġejjin mal-Unjoni kollha:

(a) ikun inkoraġġit l-użu effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi sodisfatta bl-aħjar mod id-domanda dejjem ikbar għall-użu tal-frekwenzi;

(a) ikun inkoraġġit l-użu effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi sodisfatta bl-aħjar mod id-domanda dejjem ikbar għall-użu tal-frekwenzi li jirriflettu l-valur soċjali, kulturali u ekonomiku tal-ispettru;

(b) tiġi applikata n-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi fl-użu tal-ispettru għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru),u fejn ikun possibbli għal setturi u għal applikazzjonijiet oħrajn, b’tali mod li tkun promossa l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru, b’mod partikolari billi titrawwem il-flessibbiltà, u tkun promossa l-innovazzjoni;

(b) tiġi applikata l-iktar sistema xierqa u non-diskriminatorja u l-inqas sistema ta’ awtorizzazzjoni oneruża possibbli b’tali mod li jiġu massimizzati l-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru;

(c) tiġi applikata l-inqas sistema ta’ awtorizzazzjoni oneruża possibbli b’tali mod li jiġu massimizzati l-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru;

(c) jiġi ggarantit l-iżvilupp tas-suq intern u tas-servizzi diġitali billi jkunu żgurati l-kompetizzjoni effettiva u kundizzjonijiet ta' parità pan-Ewropej u billi tiġi promossa l-emerġenza ta’ servizzi pan-Ewropej;

(d) jiġi ggarantit il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari billi tkun żgurata kompetizzjoni effettiva.

(d) il-promozzjoni tal-innovazzjoni;

 

(e) titqies b’mod sħiħ il-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-impatt tal-emissjonijiet mill-kampijiet elettromanjetiċi fuq is-saħħa tal-bniedem, meta jkunu qed jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispettru.

 

(f) tiġi promossa n-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi fl-użu tal-ispettru.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Bi qbil mal-Artikoli 8a, 9 u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE u mad-Deċiżjoni 676/2002/KE, għandhom jiġu applikati l-prinċipji speċifiċi li ġejjin għall-komunikazzjonijiet elettroniċi:

 

(a) tiġi applikata n-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi fl-użu tal-ispettru għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u t-trasferiment jew il-kiri ta' drittijiet individwali għall-użu ta' frekwenzi tar-radju;

 

(b) tiġi promossa l-armonizzazzjoni tal-użu tal-frekwenzi tar-radju fl-Unjoni kollha, f’konsistenza mal-ħtieġa li jiġi żgurat użu effettiv u effiċjenti;

 

(c) l-iffaċilitar taż-żieda tat-trażmissjoni tad-data tal-mowbajls u tas-servizzi tal-broadband, b’mod partikolari billi titrawwem il-flessibbiltà, u tkun promossa l-innovazzjoni, billi titqies il-ħtieġa li tiġi evitata l-interferenza dannuża u tiġi żgurata l-kwalità teknika tas-servizz;

 

(d) tinżamm u tiġi żviluppata kompetizzjoni effikaċi, bil-prevenzjoni tal-akkumulu eċċessiv ta’ frekwenzi tar-radju b'miżuri ex-ante jew ex-post li jirriżulta fi ħsara sinifikanti għall-kompetizzjoni.

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikun disponibbli f’mument adattat spettru xieraq suffiċjenti sabiex ikunu appoġġjati l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni;

(a) ikun allokat spettru xieraq u suffiċjenti għat-traffiku tad-data tal-mowbajls, li jammonta għal tal-anqas 1200 MHz sal-2015, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju,

sabiex ikunu appoġġjati l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni, biex jissodisfaw bl-aħjar mod id-domanda dejjem ikbar għat-traffiku tad-data tal-mowbajls, biex b’hekk isir possibbli l-iżvilupp ta’ servizzi kummerċjali u pubbliċi, filwaqt li jitqiesu objettivi importanti ta’ interess ġenerali bħalma huma d-diversità kulturali u l-pluraliżmu tal-midja;

Emenda          39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) titnaqqas il-qasma diġitali u jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali, billi jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għall-broadband, mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 u billi jkun possibbli li l-Unjoni jkollha l-ogħla veloċità u l-aħjar kapaċità ta’ broadband possibbli;

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt a b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) tingħata l-possibbiltà lill-Unjoni li tkun minn ta’ quddiem fil-komunikazzjoni elettronika bla fili tas-servizzi tal-broadband billi tiftaħ spettru addizzjonali suffiċjenti fil-meded li huma l-iktar effiċjenti f’sens ta’ infiq biex dawn is-servizzi jkunu disponibbli kullimkien;

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt a c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ac) billi jiġu żgurati opportunitajiet kemm għas-settur kummerċjali kif ukoll għas-servizzi pubbliċi permezz ta’ żieda fil-kapaċitajiet tal-broadband fuq il-mowbajls;

L-emenda m’għandhiex bżonn ta’ spjegazzjoni.

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tiġi massimizzata l-flessibbiltà fl-użu tal-ispettru, sabiex ikunu promossi l-innovazzjoni u l-investiment, permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi, il-ftuħ tal-ispettru għal servizzi ġodda, u l-possibbiltà li jsir negozju fid-drittijiet tal-ispettru;

(b) tiġi massimizzata l-flessibbiltà fl-użu tal-ispettru, sabiex ikunu promossi l-innovazzjoni u l-investiment, permezz ta’ applikazzjoni konsistenti tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi applikati b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha ħalli jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs pan-Ewropej għall-partijiet kollha bejn is-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jistgħu jiġu adottati u permezz ta' prevedibbiltà regolatorja adegwata, il-ftuħ tal-ispettru armonizzat għal teknoloġiji avvanzati ġodda, u l-possibbiltà li jsir negozju fid-drittijiet tal-ispettru, u b’hekk jinħolqu l-opportunitajiet biex jiġu stabbiliti servizzi pan-Ewropej;

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) jinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tal-infrastruttura passiva fejn din tkun proporzjonali u mhux diskriminatorja, kif hemm previst fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/21/KE;

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tinżamm u tiġi żviluppata kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi tkun ipprevenuta akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-ante jew billi jinsab rimedju għal akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-post li tirriżulta fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni ;

(d) tinżamm u tiġi żviluppata kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi tkun ipprevenuta akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-ante jew billi jinsab rimedju għal akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-post li tirriżulta fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni permezz ta’ rtirar tad-drittijiet tal-frekwenza jew miżuri oħrajn, jew billi jiġu assenjati frekwenzi b’tali mod li jiġu kkoreġuti d-distorsjonijiet tas-suq;

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq intern billi jittejbu l-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu u għad-disponibbiltà tal-ispettru, kif inhu xieraq, inkluż l-iżvilupp tas-servizzi transnazzjonali, u billi jkunu promossi ekonomiji ta’ ambitu u ta’ skala fuq il-livell tal-Unjoni;

(e) titnaqqas il-frammentazzjoni u jintuża bl-aħjar mod il-potenzjal tas-suq intern sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ parità fil-livell pan-Ewropew ħalli jittrawmu t-tkabbir ekonomiku u l-ekonomiji ta’ ambitu u ta’ skala fil-livell tal-Unjoni billi jittejbu l-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu u għad-disponibbiltà tal-ispettru, kif inhu xieraq;

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) meta jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet tekniċi għall-allokazzjoni tal-ispettru, jitqiesu b’mod sħiħ ir-riżultati tar-riċerka ċċertifikati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti fl-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem tal-emissjonijiet tal-kampijiet elettromanjetiċi.

(g) meta jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet tekniċi għall-allokazzjoni tal-ispettru, jitqiesu b’mod sħiħ ir-riżultati tar-riċerka ċċertifikati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti fl-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem tal-emissjonijiet tal-kampijiet elettromanjetiċi u jiġu applikati b’mod li jkun newtrali kemm fis-sens teknoloġiku u kemm fis-sens tas-servizzi.

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti u t-teknoloġiji l-ġodda tal-konsumatur ħalli tiġi żgurata l-approvazzjoni tal-konsumaturi għat-tranżizzjoni għat-teknoloġija diġitali u l-użu effiċjenti tad-dividen diġitali;

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt g b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) titnaqqas il-marka tal-karbonju tal-Unjoni billi tittejjeb l-effiċjenza teknika tan-netwerks u l-applikazzjonijiet tal-komunikazzjoni bla fili;

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ allokazzjoni xierqa għall-iżvilupp tas-servizzi broadband, f’konformità mad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), bħal li l-operaturi rilevanti, fejn ikun possibbli u fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 11, jitħallew ikollhom aċċess dirett jew indirett għal blokki biswit xulxin tal-ispettru ta’ mill-inqas 10 MHz.

1. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ allokazzjoni li huma simili għal xulxin u xierqa għall-iżvilupp tas-servizzi broadband, f’konformità mad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), bħal li l-operaturi rilevanti, fejn ikun possibbli u fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 11, jitħallew ikollhom aċċess dirett jew indirett għal blokki biswit xulxin tal-ispettru ta’ mill-inqas 10 MHz, biex b’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu l-aħjar kapaċitajiet u l-ogħla veloċitajiet broadband possibbli, kif ukoll biex tkun possibbli kompetizzjoni effettiva.

Emenda  50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom irawmu, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-użu kollettiv tal-ispettru kif ukoll l-użu kondiviż tal-ispettru.

2. L-Istati Membri għandhom irawmu, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-użu kollettiv tal-ispettru kif ukoll l-użu tal-ispettru b’mod kondiviż u eżentat minn liċenzja, u jittrawmu teknoloġiji attwali u ġodda bħal ma huma d-databases tal-ġeolokalizzazzjoni u r-radju konjittiv biex jiġu żviluppati pereżempju fl-ispazji bojod wara li tkun saret valutazzjoni kif suppost tal-impatt.

 

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżviluppaw u jarmonizzaw l-istandards għat-tagħmir tar-radju u għat-terminali tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi bbażati, fejn ikun meħtieġ, fuq mandati ta’ standardizzazzjoni mill-Kummissjoni lill-korpi ta’ standardizzazzjoni rilevanti.

3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżviluppaw u jarmonizzaw l-istandards għat-tagħmir tar-radju u għat-terminali tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi bbażati, fejn ikun meħtieġ, fuq mandati ta’ standardizzazzjoni mill-Kummissjoni lill-korpi ta’ standardizzazzjoni rilevanti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil standards ta' tagħmir li għandu jintuża minn persuni b’diżabilità, iżda mingħajr ma jiċċaħħdu mid-dritt li jużaw tagħmir mhux standardizzat jekk din tkun il-preferenza tagħhom. Koordinazzjoni effiċjenti ta' armonizzazzjoni u standardizzazzjoni tal-ispettru għandha tkun partikolarment importanti f'dan ir-rigward sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jużaw tagħmir li jiddependi mill-ispettru tar-radju mingħajr restrizzjoni u fis-suq intern kollu.

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jintensifikaw ir-R&Ż dwar teknoloġiji ġodda bħalma huma t-teknoloġiji konoxxittivi peress li l-iżvilupp tagħhom jista’ jirrappreżenta valur miżjud fil-ġejjieni f’dik li hi effiċjenza tal-użu tal-ispettru.

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ selezzjoni jippromwovu l-investiment u l-użu effiċjenti tal-ispettru.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ selezzjoni jippromwovu l-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ta’ parità fuq livell pan-Ewropew, l-investiment u l-użu effiċjenti tal-ispettru bħala prodott pubbliku kif ukoll il-koeżistenza bejn is-servizzi u l-apparati ġodda u eżistenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu effiċjenti dejjem għaddej tal-ispettru kemm għan-netwerks u kemm għall-applikazzjonijiet tal-utenti.

Emenda  54

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Sabiex tkun evitata frammentazzjoni possibbli tas-suq intern minħabba kundizzjonijiet u proċeduri ta’ selezzjoni diverġenti għal meded tal-ispettru armonizzati allokati lis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li setgħu jiġu nnegozjati fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 9b tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa linji gwida dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għal meded ta’ din ix-xorta, b’mod partikolari dwar kundizzjonijiet ta’ kondiviżjoni tal-infrastruttura u ta’ kopertura;

5. Sabiex tkun evitata frammentazzjoni possibbli tas-suq intern minħabba kundizzjonijiet u proċeduri ta’ selezzjoni diverġenti għal meded tal-ispettru armonizzati allokati lis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li setgħu jiġu nnegozjati fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 9b tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, u bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandha tidentifika l-aqwa prattiki u tinkoraġixxi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni għal meded ta’ din ix-xorta u tiżviluppa linji gwida dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għal meded ta’ din ix-xorta, pereżempju dwar kundizzjonijiet ta’ kondiviżjoni tal-infrastruttura u ta’ kopertura, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ parità fuq il-livell pan-Ewropew, li twettqu permezz tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz;

Emenda  55

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull meta jkun meħtieġ sabiex ikun żgurat l-użu effettiv tad-drittijiet tal-ispettru u jkun evitat il-ħżin tal-ispettru, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa inklużi penali finanzjarji jew l-irtirar tad-drittijiet.

6. Sabiex ikun żgurat l-użu effettiv tad-drittijiet tal-ispettru u jkun evitat il-ħżin tal-ispettru, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun meħtieġ, jieħdu miżuri xierqa inklużi penali finanzjarji, l-użu ta’ onorarji ta’ inċentiv u l-irtirar tad-drittijiet.

Emenda  56

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Il-miżuri li jiprovvdi għalihom il-paragrafu 1 għandhom jittieħdu flimkien mal-ftuħ tal-medda 900 MHz fil-futur qrib, skont id-Direttiva "GSM" u b'tali mod li jippromwovi kompetizzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu b'mod mhux diskriminatorju u ma jistgħux ifixklu l-kompetizzjoni għall-vantaġġ tal-operaturi li huma diġà dominanti fis-suq.

Emenda  57

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iżommu u jippromwovu kompetizzjoni effettiva u jevitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

1. L-Istati Membri għandhom iżommu u jippromwovu kompetizzjoni effettiva u jevitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kemm fis-suq intern u kemm fis-swieq nazzjonali speċifiċi.

Emenda  58

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-obbligi tal-paragrafu 1, u b’mod partikolari sabiex jiżguraw irwieħhom li l-kompetizzjoni ma tkunx suġġetta għal distorsjonijiet minħabba kwalunkwe akkumulazzjoni, trasferiment jew modifika fid-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri jistgħu jadottaw, fost l-oħrajn, il-miżuri li ġejjin, li huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni:

 

2. Sabiex jimplimentaw għal kollox l-obbligi tal-paragrafu 1, u b’mod partikolari sabiex jiżguraw irwieħhom li l-kompetizzjoni ma tkunx suġġetta għal distorsjonijiet minħabba kwalunkwe allokazzjoni, akkumulazzjoni, trasferiment jew modifika fid-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri għandhom, qabel l-allokazzjoni ppjanata tal-ispettru, jeżaminaw bir-reqqa jekk l-allokazzjoni tkunx probabbli li tgħawweġ jew tnaqqas il-kompetizzjoni fis-swieq mobbli kkonċernati, filwaqt li jqisu d-drittijiet eżistenti tal-ispettru li jinsabu f’idejn operaturi relevanti tas-suq. Jekk l-allokazzjoni tal-ispettru x’aktarx li tgħawweġ jew tnaqqas il-kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri l-aktar xierqa biex jippromwovu kompetizzjoni effikaċi, u tal-anqas waħda mill-miżuri li ġejjin, li huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni:

Emenda  59

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont ta’ spettru li għalih jingħataw drittijiet għall-użu lil kwalunkwe operatur ekonomiku jew jistgħu jorbtu kundizzjonijiet ma’ drittijiet għall-użu ta’ din ix-xorta, bħall-provvista ta’ aċċess bl-ingrossa, f’ċerti meded jew f’ċerti gruppi ta’ meded b’karatteristiċi simili, pereżempju l-meded taħt il-1 GHz allokati lis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(a) L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont ta’ spettru li għalih jingħataw drittijiet għall-użu lil kwalunkwe operatur jew jistgħu jorbtu kundizzjonijiet ma’ drittijiet għall-użu ta’ din ix-xorta, bħall-provvista ta’ aċċess bl-ingrossa, roaming nazzjonali jew reġjonali, f’ċerti meded jew f’ċerti gruppi ta’ meded b’karatteristiċi simili, pereżempju l-meded taħt il-1 GHz allokati lis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

Emenda  60

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) L-Istati Membri jistgħu jirriservaw ċerta parti minn medda tal-ispettru jew grupp ta' meded tal-ispettru biex ikunu allokati lil min ikun dieħel ġdid li ma jkunux ġew allokati xi spettru qabel jew li kienu allokati spettru konsiderevolment inqas biex ikun żgurat li jkun hemm sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet indaqs bejn dawk li jkunu daħlu fi stadju bikri fis-suq mobbli u dawk li jkunu għadhom deħlin ġodda billi jiġi żgurat aċċess għall-meded aktar baxxi tal-ispettru fuq termini ugwali;

Emenda  61

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu drittijiet għall-użu ġodda jew jippermettu użi ta’ spettru ġodda f’ċerti meded, jew jistgħu jorbtu kundizzjonijiet mal-għoti ta’ drittijiet għall-użu ġodda jew mal-awtorizzazzjoni ta’ użi tal-ispettru ġodda, meta dan jista’ jwassal għal akkumulazzjoni ta’ frekwenzi tal-ispettru minn ċerti operaturi ekonomiċi li x'aktarx jirriżultaw fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni.

(b) L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu drittijiet għall-użu ġodda jew jippermettu użi ta’ spettru ġodda f’ċerti meded, jew jistgħu jorbtu kundizzjonijiet mal-għoti ta’ drittijiet għall-użu ġodda jew mal-awtorizzazzjoni ta’ użi tal-ispettru ġodda, meta dan jista’ jwassal għal akkumulazzjoni ta’ frekwenzi tal-ispettru minn ċerti operaturi ekonomiċi, f’każijiet fejn tali akkumulazzjoni x'aktarx tirriżulta fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni.

Emenda  62

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) L-Istati Membri jistgħu jemendaw id-drittijiet eżistenti, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata l-akkumulazzjoni eċċessiva tal-frekwenzi tal-ispettru ex-post f’ċerti operaturi ekonomiċi li tagħmel ħsara b’mod sinifikanti lill-kompetizzjoni.

(d) L-Istati Membri jistgħu jemendaw id-drittijiet eżistenti, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata l-akkumulazzjoni eċċessiva tal-frekwenzi tal-ispettru ex-post f’ċerti operaturi ekonomiċi li għandha ċans kbir li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

Emenda  63

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-Istati Membri jkunu jixtiequ jadottaw kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri kif inhu stipulat fil-paragrafu 2, huma għandhom jagħmlu dan billi jimponu l-kundizzjonijiet f’konformità mal-proċeduri dwar l-impożizzjoni jew il-varjazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu tal-ispettru stipulati fid-Direttiva 2002/20/KE.

Emenda  64

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ selezzjoni jevitaw id-dewmien u jippromwovu kompetizzjoni effettiva.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ selezzjoni jevitaw id-dewmien, huma nondiskriminatorji u jippromwovu kompetizzjoni effettiva billi jipprevjenu kull eżitu potenzjali kontra l-kompetittività għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-UE.

Emenda  65

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tan-newtralità tas-servizzi u tat-teknoloġija, l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li fl-Unjoni jiġi allokat spettru suffiċjenti armonizzat għal finijiet ta’ kopertura u ta’ kapaċità, biex b’hekk l-Unjoni jkollha l-ogħla veloċità ta’ broadband fid-dinja ħalli jkun żgurat li l-applikazzjonijiet bla fili u s-sens ta’ tmexxija tal-Ewropa fir-rigward tas-servizzi l-ġodda jagħtu kontribut effettiv għat-tkabbir ekonomiku, sabiex tintlaħaq il-mira li, sal-2020, iċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal broadband b’veloċitajiet ta’ mhux inqas minn 30 Mbps.

Emenda  66

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sal-1 ta’ Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-użu tal-ispettru kollu indikat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/477/KE (2.5–2.69 GHz), 2008/411/KE (3.4–3.8 GHz) u 2009/766/KE (900/1800 MHz), f’kundizzjonijiet li jipprovdu lill-konsumaturi b’aċċess faċli għas-servizzi broadband bla fili.

2. Sal-1 ta’ Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-meded indikati mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/477/KE (2.5–2.69 GHz), 2008/411/KE (3.4–3.8 GHz) u 2009/766/KE (900/1800 MHz), disponibbli, bil-għan li jippromwovu disponibbiltà aktar wiesgħa tas-servizzi broadband bla fili għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-UE, mingħajr ħsara għall-installar eżistenti u futur ta’ servizzi oħra li għandhom aċċess ugwali għal dan l-ispettru taħt il-kondizzjonijiet speċifikati f’dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

Emenda  67

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu t-titjib dejjem għaddej min-naħa tal-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tan-netwerks tagħhom biex jilħqu t-teknoloġija l-aktar riċenti u l-aktar effiċjenti, bil-għan li joħolqu d-dividenti tagħhom stess.

Emenda  68

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-medda tat-800 MHz disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. F’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati b’mod xieraq minħabba raġunijiet tekniċi, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza derogi speċifiċi sal-2015. Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha żżomm taħt eżami l-użu tal-ispettru taħt il-1 GHz u tivvaluta jekk l-ispettru addizzjonali jistax jiġi lliberat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ applikazzjonijiet ġodda.

3. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-medda tat-800 MHz disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. F’każijiet eċċezzjonali biss iġġustifikati kif suppost għal raġunijiet tekniċi u storiċi, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza derogi speċifiċi sa tmiem l-2015 bħala tweġiba għal applikazzjoni motivata kif suppost mill-Istat Membru ikkonċernat. Jekk il-problemi traskonfinali tal-koordinazzjoni tal-frekwenzi ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar ikomplu jipprevjenu aktar id-disponibbiltà tal-medda, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza derogi annwali eċċezzjonali sakemm tali ostakoli jitneħħew. Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha żżomm taħt eżami l-użu tal-ispettru taħt il-1 GHz u tivvaluta jekk l-ispettru addizzjonali jistax jiġi lliberat u disponibbli.

Emenda  69

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, hija mistiedna tieħu azzjoni fil-livelli xierqa biex tikseb armonizzazzjoni ulterjuri u tuża b’mod aktar effiċjenti l-medda ta' 1.5 GHz (1452-1492 MHz) u l-medda ta' 2.3 GHz (2300-2400 MHz) għal servizzi broadband bla fili.

 

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament ir-rekwiżiti ta’ kapaċità għas-servizzi broadband bla fili u, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tevalwa, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015, il-ħtieġa għal azzjoni għall-armonizzazzjoni ta’ meded addizzjonali tal-ispettru, bħal pereżempju l-medda ta' 700 MHz (694-790 MHz). Din il-valutazzjoni għandha tqis l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tal-ispettru, l-esperjenzi tas-suq ma’ servizzi ġodda, il-ħtiġijiet futuri possibbli tax-xandir tar-radju u tat-televixin terrestri u n-nuqqas ta’ spettru f’meded oħrajn adegwati għall-kopertura tal-broadband bla fili.

 

L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li, fejn huwa xieraq, l-ispiża diretta għall-migrazzjoni jew l-allokazzjoni mill-ġdid tal-użu tal-ispettru jkunu adegwatament ikkumpensati skont il-liġi nazzjonali.

Emenda  70

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw irwieħhom li l-provvista ta’ aċċess għall-kontenut u għas-servizzi broadband permezz tal-medda ta’ 790-862 MHz (800 MHz) ikun inkoraġġit f’żoni ftit li xejn popolati, b’mod partikolari permezz tal-obbligi tal-koperatura; meta jagħmlu dan, huma għandhom jeżaminaw modi u, fejn ikun meħtieġ, jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw irwieħhom li l-liberalizzazzjoni tal-medda tat-800 MHz ma taffetwax ħażin lill-utenti tal-ħolqien ta’ programmi u ta’ avvenimenti speċjali (PMSE).

4. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura ruħha li l-provvista ta’ aċċess għas-servizzi broadband permezz tal-medda ta’ 790-862 MHz (800 MHz) ikun inkoraġġit f’żoni ftit li xejn popolati, pereżempju permezz tal-obbligi tal-koperatura akkwistati bi qbil mal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi;

 

L-Istati Membri, f’kooperazjoni mal-Kummissjoni, għandha teżamina modi u, fejn ikun meħtieġ, tieħu miżuri tekniċi u regolatorji sabiex tiżgura ruħha li l-liberalizzazzjoni tal-medda tat-800 MHz ma taffettwax ħażin lill-utenti tal-ħolqien ta’ programmi u ta’ avvenimenti speċjali (PMSE).

Emenda  71

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tevalwa l-probabilità li testendi l-allokazzjonijiet tal-ispettru mingħajr liċenzja għas-sistemi ta’ aċċess bla fili inklużi n-netwerks lokali tar-radju stabbiliti mid-Deċiżjoni 2005/513/KE għall-medda kollha tal-5GHz.

 

Il-Kummissjoni hija mistiedna tkompli bl-aġenda armonizzata adottata fil-fora internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-Konferenzi Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni ITU.

Emenda  72

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni qed tiġi mistiedna tadotta, bħala prijorità, miżuri xierqa, skont l-Artikolu 9b(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, sabiex tiżgura ruħha li l-Istati Membri jippermettu negozju fl-Unjoni tad-drittijiet għall-użu tal-ispettru fil-meded armonizzati ta’ 790–862 MHz (il-“medda tat-800 MHz”), 880–915 MHz, 925–960 MHz, 1710–1785 MHz, 1805–1880 MHz, 1900–1980 MHz, 2010–2025 MHz, 2110–2170 MHz, 2.5–2.69 GHz, u 3.4–3.8 GHz.

5. Il-Kummissjoni qed tiġi mistiedna tadotta, bħala prijorità, miżuri xierqa, skont l-Artikolu 9b(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, sabiex tiżgura ruħha li l-Istati Membri jippermettu negozju fl-Unjoni tad-drittijiet għall-użu tal-ispettru fil-meded armonizzati ta’ 790–862 MHz (il-“medda tat-800 MHz”), 880–915 MHz, 925–960 MHz, 1710–1785 MHz, 1805–1880 MHz, 1900–1980 MHz, 2010–2025 MHz, 2110–2170 MHz, 2.5–2.69 GHz, u 3.4–3.8 GHz u partijiet addizzjonali oħra tal-ispettru li qed tiġi liberalizzata għas-servizzi mobbli, mingħajr preġudizzju għall-użu eżistenti u futur ta’ servizzi oħra li għandhom aċċess ugwali għal dan l-ispettru taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

Emenda  73

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha mid-disponibbiltà ta’ meded tal-ispettru addizzjonali għall-provvista ta’ servizzi satellitari armonizzati għal aċċess broadband li se jkopru t-territorju kollu tal-Unjoni inklużi l-iktar żoni mbiegħda b’offerta ta’ broadband li tagħti l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għall-Internet bi prezz paragunabbli għall-offerti terrestri.

6. Biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal servizzi diġitali avvanzati inkluż il-broadband, b’mod partikolari żoni mbiegħda u li fihom ma tantx joqgħodu nies, l-Istati Membri u l- Kummissjoni tista' tesplora d-disponibbiltà ta’ meded tal-ispettru suffiċenti għall-provvista ta’ servizzi satellitari broadband li tagħti l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għall-internet.

Emenda  74

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. L-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jeżaminaw il-possibbiltà li jinxterdu d-disponibbiltà u l-użu taċ-ċelloli pico u femto.

Emenda  75

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu - 7 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -7

Ħtiġijiet relatati mal-ispettru għal politiki ta’ komunikazzjoni bla fili oħra

 

Biex jappoġġjaw l-iżvilupp addizzjonali tal-midja awdjoviżiva innovattiva u ta’ servizzi oħra għaċ-ċittadini Ewropej, billi jikkunsidraw il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali ta’ suq diġitali uniku, l-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw biżżejjed disponibbiltà tal-ispettru għall-provvista satellitari u terrestri ta’ servizzi bħal dawn.

Emenda  76

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħtiġijiet relatati mal-ispettru għal politiki speċifiċi tal-Unjoni

Ħtiġijiet relatati mal-ispettru għal politiki speċifiċi tal-Unjoni oħra

Emenda  77

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq studji u teżamina l-possibbiltà li tfassal skemi ta’ awtorizzazzjoni li għandhom jagħtu kontribut għal politika dwar livell baxx ta’ karbonju, billi tiġi ffrankata l-enerġija fl-użu tal-ispettru kif ukoll billi l-ispettru jitqiegħed għad-dispożizzjoni tat-teknoloġiji bla fili b’potenzjal biex itejbu l-iffrankar tal-enerġija, inklużi l-grids intelliġenti u s-sistemi ta’ miters intelliġenti.

2. F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq studji u teżamina l-possibbiltà li tfassal skemi ta’ awtorizzazzjoni li għandhom jagħtu kontribut għal politika dwar livell baxx ta’ karbonju, billi tiġi ffrankata l-enerġija fl-użu tal-ispettru kif ukoll billi l-ispettru jitqiegħed għad-dispożizzjoni tat-teknoloġiji bla fili b’potenzjal biex itejbu l-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija ta’ netwerks tad-distribuzzjoni oħrajn bħall-provvista tal-ilma, inklużi l-grids intelliġenti u s-sistemi ta’ miters intelliġenti.

Emenda  78

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li jkun disponibbli spettru suffiċjenti f’kundizzjonijiet armonizzati sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ sikurezza u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-apparati relatati kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet interoperabbli u innovattivi għall-protezzjoni tal-pubbliku u għall-għajnuna f’diżastri.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li jkun disponibbli spettru suffiċjenti f’kundizzjonijiet armonizzati u f'meded armonizzati għall-PPDR (Protezzjoni tal-Pubbliku u l-Għajnuna f’Diżastri) u biex jittieħdu azzjonijiet sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ sikurezza u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-apparati relatati kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet interoperabbli u innovattivi għall-PPDR. Biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru, il-Kummissjoni għandha, f’dan ir-rigward, teżamina l-possibbiltà li jintużaw frekwenzi militari mill-PPDR.

Emenda  79

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw il-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-komunità xjentifika u jikkollaboraw magħha; għandhom jidentifikaw numru ta’ inizjattivi ta’ riċerka u ta’ żvilupp kif ukoll applikazzjonijiet innovattivi li jista’ jkolhom impatt soċjoekonomiku kbir u/jew potenzjal għal investiment kbir u jippreparaw għall-allokazzjoni ta’ spettru suffiċjenti għal applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta f’kundizzjonijiet tekniċi armonizzati u bl-inqas piż amministrattiv oneruż.

4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw il-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-komunità xjentifika u akkademika u jikkollaboraw magħha; għandhom jidentifikaw numru ta’ inizjattivi ta’ riċerka u ta’ żvilupp kif ukoll applikazzjonijiet innovattivi li jista’ jkolhom impatt soċjoekonomiku kbir u/jew potenzjal għal investiment kbir u jippreparaw għall-allokazzjoni ta’ spettru suffiċjenti għal applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta f’kundizzjonijiet tekniċi armonizzati u bl-inqas piż amministrattiv oneruż.

Emenda  80

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, ifittxu sett minimu ta’ meded ċentrali armonizzati għall-għamla ta’ programmi u avvenimenti speċjali (PMSE) fl-Unjoni, skont l-objettivi tal-Unjoni biex itejbu l-integrazzjoni tas-suq intern u l-aċċess għall-kultura. Dawn il-meded armonizzati għandhom ikunu tal-frekwenza 1GHz jew ogħla.

Ġustifikazzjoni

Artisti u gruppi li jivvjaġġaw attwalment qed jiffaċċaw problemi peress li mikrofoni bla fili ngħataw frekwenzi differenti, mhux biss fi Stati Membri differenti, iżda wkoll bejn bliet u reġjuni differenti. Il-PMSEs m'għandhomx bżonn żoni kbar ta' kopertura u b'hekk frekwenzi ’l fuq minn 1GHz ikunu ideali.

Emenda  81

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw d-disponibbiltà tal-ispettru għall-RFID u teknoloġiji oħra tal-komunikazzjoni bla fili tal-Internet of Things (IOT) u għandhom jaħdmu favur l-istandardizzazzjoni tal-allokazzjoni tal-ispettru għall-komunikazzjoni tal-IOT fl-Istati Membri.

Emenda  82

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni, mgħejjuna mill-Istati Membri, li għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha xierqa dwar l-użu tal-ispettru, għandha toħloq inventarju tal-użu eżistenti tal-ispettru u tal-ħtiġijiet futuri possibbli għall-ispettru fl-Unjoni, b’mod partikolari fil-medda mit-300 MHz sat-3 GHz.

1. Il-Kummissjoni għandha toħloq inventarju tal-użu eżistenti sħiħ tal-ispettru tar-radju li għal dik ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data fattwali neċessarja kollha.

 

L-informazzjoni provduta mill-Istati Membri għandha tkun dettaljata biżżejjed biex tagħmilha possibbli li l-inventarju jivvaluta l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru kif ukoll jidentifka opportunitajiet futuri possibbli għall-armonizzazzjoni tal-ispettru sabiex jiġu appoġġati l-politiki tal-Unjoni.

 

Bħala l-ewwel pass, l-inventarju għandu jinkludi frekwenzi fil-medda mit-300 MHz sas-6 GHz, li għandhom jiġu segwiti minn frekwenzi fil-medda mis-6 GHz sas-70 GHz.

 

Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni fuq bażi speċifika għal-liċenzja li tinkludi utenti kemm mis-settur pubbliku kif ukoll kummerċjali bla preġudizzju għaż-żamma ta' informazzjoni li tkun sensittiva għan-negozju u kunfidenzjali.

Emenda  83

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-inventarju msemmi fil-paragrafu (1) għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-effiċjenza teknika tal-użi eżistenti tal-ispettru u l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji u tal-applikazzjonijiet ineffiċjenti, kif ukoll tal-opportunitajiet tal-ispettru u tal-kondiviżjoni tal-ispettru li ma ntużawx jew li ntużaw b’mod ineffiċjenti. Huwa għandu jqis il-ħtiġijiet futuri għal spettru bbażat fuq id-domandi tal-konsumaturi u tal-operaturi, u l-possibbiltà li jiġu sodisfatti ħtiġijiet ta’ din ix-xorta.

2. L-inventarju msemmi fil-paragrafu (1) għandu, fuq il-bażi ta' kriterji u metodi trasparenti u definiti b'mod ċar, jippermetti l-valutazzjoni tal-effiċjenza teknika tal-użi eżistenti tal-ispettru u l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji u tal-applikazzjonijiet ineffiċjenti, kif ukoll tal-opportunitajiet tal-ispettru u tal-kondiviżjoni tal-ispettru li ma ntużawx jew li ntużaw b’mod ineffiċjenti, ibbażati fuq kriterji u metodoloġiji trasparenti, ċari u definiti b’mod konġunt. Dan għandu jiżgura wkoll li, fil-każ ta’ użu mhux ottimu tal-ispettru, jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi massimizzata l-effiċenza. Huwa għandu jqis il-ħtiġijiet futuri, inklużi dawk għaż-żmien twil, għal spettru bbażat fuq id-domandi tal-konsumaturi, tal-komunitajiet, tan-negozji u tal-operaturi, u l-possibbiltà li jiġu sodisfatti ħtiġijiet ta’ din ix-xorta.

Emenda          84

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-inventarju għandu jinkludi wkoll rapport tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jiġu implimentati deċiżjonijiet fil-livell tal-UE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u l-użu tal-meded ta’ frekwenza speċifiċi.

Emenda  85

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Unjoni għandha tipparteċipa f’negozjati internazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet relatati mal-ispettru sabiex tiddefendi l-interessi tagħha, filwaqt li taġixxi skont il-liġi tal-Unjoni dwar, fost l-oħrajn, il-prinċipji tal-kompetenzi interni u esterni tal-Unjoni.

1. L-Unjoni għandha tipparteċipa f’negozjati internazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet relatati mal-ispettru sabiex tiddefendi l-interessi tagħha u tiżgura li l-Unjoni jkollha pożizzjoni waħda, filwaqt li taġixxi skont il-liġi tal-Unjoni dwar, fost l-oħrajn, il-prinċipji tal-kompetenzi interni u esterni tal-Unjoni.

Emenda  86

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamenti internazzjonali jippermettu l-użu sħiħ tal-meded ta' frekwenza għall-għanijiet li għalihom ġew iddeżinjati skont il-liġi tal-Unjoni; u li ammont suffiċjenti ta’ spettru protett b’mod xieraq ikun disponibbli għall-politiki settorjali tal-Unjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamenti internazzjonali jippermettu l-użu sħiħ tal-meded ta' frekwenza għall-għanijiet li għalihom ġew iddeżinjati skont il-liġi tal-Unjoni; u li ammont suffiċjenti ta’ spettru protett b’mod xieraq ikun disponibbli għall-implimentazzjoni tal-politiki settorjali tal-Unjoni.

Emenda          87

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Unjoni għandha tipprovdi, meta tintalab tagħmel dan, appoġġ politiku u tekniku lill-Istati Membri fin-negozjati bilaterali tagħhom ma’ pajjiżi ġirien li mhumiex membri tal-Unjoni, inklużi l-pajjiżi ta’ adeżjoni u dawk kandidati, sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-ispettru li ma jħallux li l-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni rigward il-politika u l-ġestjoni tal-ispettru. L-Unjoni għandha tappoġġja wkoll l-isforzi ta’ pajjiżi terzi sabiex jimplimentaw ġestjoni tal-ispettru li tkun kompatibbli ma’ dik tal-Unjoni, ħalli jiġu salvagwardjati l-għanijiet tal-politika dwar l-ispettru tal-Unjoni.

4. Sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-ispettru li inkella ma jħallux li l-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni rigward il-politika u l-ġestjoni tal-ispettru, l-Unjoni għandha tgħin lill-Istati Membri b’appoġġ politiku u tekniku fin-negozjati bilaterali u multilaterali tagħhom ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi ġirien li mhumiex membri tal-Unjoni, inklużi l-pajjiżi ta’ adeżjoni u dawk kandidati. L-Unjoni għandha tappoġġja wkoll l-isforzi ta’ pajjiżi terzi sabiex jimplimentaw ġestjoni tal-ispettru li tkun kompatibbli ma’ dik tal-Unjoni, ħalli jiġu salvagwardjati l-għanijiet tal-politika dwar l-ispettru tal-Unjoni.

Emenda  88

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-applikazzjoni ta’ dan il-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet żviluppati u l-miżuri adottati skont din id-Deċiżjoni.

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-applikazzjoni ta’ dan il-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju. Il-Kummissjoni, annwalment, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet żviluppati u l-miżuri adottati skont din id-Deċiżjoni.

  • [1]  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53–57.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Ewropa hija l-akbar ekonomija fid-dinja. La l-Istati Uniti u lanqas iċ-Ċina mhuma ikbar, għall-kuntrarju ta’ dak li jingħad normalment fid-diskussjoni dwar min hu jew min se jkun in-numru wieħed fl-ekonomija globali. Id-differenza hija li l-Istati Uniti u ċ-Ċina għandhom swieq ikbar, u għaldaqstant joffru prekondizzjonijiet aħjar għall-kompetizzjoni, il-kompetittività, is-servizzi ġodda, il-prodotti u l-innovazzjonijiet. Il-ħtieġa għal suq intern uniku wieħed hija kruċjali biex l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem fl-ekonomija globali, b’enfasi fuq is-settur tas-servizzi u l-ekonomija tal-għarfien. Huwa paradossali l-fatt li iktar ma l-ekonomija Ewropea tiżviluppa f’ekonomija tal-għarfien, inqas is-suq intern joffri opportunitajiet lin-negozji Ewropej.

L-Aġenda Diġitali u l-ekonomija diġitali jistgħu jwasslu biex is-suq intern isir realtà fil-partijiet kollha tal-ekonomija tagħna. Dan jirrikjedi l-abilità li jitrawwen sens ta’ tmexxija fir-rigward tal-broadband u l-użu tal-Internet. Dan huwa kruċjali biex jerġa’ jinkiseb is-sens ta’ tmexxija globali għall-industrija tat-telekomunikazzjoni Ewropea iżda wkoll biex inkunu minn ta’ quddiem fl-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni nnifishom u fl-emerġenza ta’ servizzi u applikazzjonijiet ġodda. Iżda barra minn hekk, dan kollu huwa saħansitra iktar importanti u kruċjali biex jinħoloq impetu għal produttività, koeżjoni, kompetittività ikbar, u biex ikun possibbli l-aċċess għal suq uniku wieħed għall-industrija Ewropea fit-totalità tagħha.

Ir-rapporteur huwa konvint li l-Ewropa għandha tkun minn ta’ quddiem f’dan il-proċess ta’ kambjament, billi toħloq l-aħjar opportunitajiet għal ekonomija ta’ għarfien kompetittiva fl-Ewropa li tkun kompetittiva u kkaratterizzata minn vitalità, tibdil u innovazzjonijiet. Dan jirrikjedi l-aċċess għall-aħjar kapaċità u l-ogħla veloċità fir-rigward tal-applikazzjonijiet tal-Internet u l-broadband.

Illum il-ġurnata, l-Ewropa waqgħet lura meta mqabbla ma’ atturi globali oħra, fejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jagħmlu disponibbli partijiet kbar tal-ispettru biex jippermettu li jseħħ żvilupp rapidu tas-servizzi ġodda u li jkun hemm veloċitajiet għoljin tal-Internet fuq il-mowbajls li jintużaw miċ-ċittadini tagħhom għall-konnessjonijiet b’kapaċitajiet għoljin.

L-għan tagħna għandu jkun li naraw li l-Ewropa tkun l-aqwa u għandna nagħmlu dak li hu fl-aħjar interess għall-Ewropa: niftħu servizzi ġodda u nżidu t-trażmissjonijiet bil-mowbajls, inwittu t-triq għal opportunitajiet ġodda għall-kultura u l-kontenut, għax-xandara u s-servizzi pubbliċi fil-qafas tal-broadband u fl-istess ħin niżguraw l-istess opportunitajiet għax-xandir mil-lum.

L-objettivi stipulati mill-Aġenda Diġitali juru: kopertura broadband mill-2013 għaċ-ċittadini kollha tal-Ewropa u, sal-2020, kopertura b’veloċità għolja sa 30 megabits fis-sekonda jew iktar (sa 100 Mbps għal nofs id-djar fl-Ewropa). Dawn l-objettivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala minimu u l-ambizzjonijiet u l-miri tal-politika tal-ispettru għandhom jikkontribwixxu biex l-Ewropa jkollha l-aħjar kapaċità u l-ogħla veloċitajiet broadband fid-dinja. L-għan tagħna għandu jkun li l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem għall-iżvilupp f’dan il-qasam, biex b’hekk l-Ewropa tkun l-aqwa fid-dinja tat-telekomunikazzjoni kif ukoll fl-iżvilupp ta’ servizzi ġodda u fl-użu ta’ iżjed produttività tas-servizzi broadband avvanzati.

Għall-kuntrarju, il-Korea ta’ Isfel ħejjiet pjan nazzjonali biex il-konnessjonijiet b’veloċità ta’ 1,000 Mbps (gigabit) jsiru ħaġa komuni sal-2012. Illum il-ġurnata l-Korea ta’ Isfel diġà qiegħda minn ta’ quddiem permezz tal-konnessjoni medja attwali ta’ 12 Mbps (fl-Ewropa huma biss 18% tal-konnessjonijiet li jaqbżu l-10 Mbps). L-UE għandha tkun kapaċi tikkompeti mar-reġjuni kollha fid-dinja biex tkun fl-ewwel post.

Il-broadband bla fili huwa essenzjali biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom servizzi ġodda u innovattivi. L-Ewropa ma tistax taqta’ lura. Jidher ovvju li dan l-objettiv ma jistax jintlaħaq permezz tal-użu tal-fibri ottiċi, li l-installazzjoni tagħhom tirrikjedi investiment konsiderevoli, iżda permezz tal-użu ta’ taħlita ta’ teknoloġiji bla fili disponibbli biex tiġi estiża l-kopertura broadband (sistemi ta’ radju terrestri, kejbils, fibri jew satelliti) biex ikun kopert it-territorju Komunitarju kollha, biż-żoni rurali u periferali inklużi, biex b’hekk is-suq ikun jista’ jagħżel l-iktar teknoloġija effiċjenti mill-perspettiva tal-ispiża għall-operaturi u ċ-ċittadini.

Mingħajr pjattaformi ta’ broadband bla fili ma tistax tiġi pprovduta kopertura 100%. Għandna nadattaw għall-iżviluppi teknoloġiċi u x-xejriet tal-udjenza dejjem jinbidlu u niżguraw li l-aċċess għat-TV ikun possibbli fuq il-pjattaformi kollha, inklużi l-pjattaformi tal-mowbajls.

Id-domanda min-naħa tal-konsumaturi għall-bandwidth qiegħda tiżdied b’mod rapidu ħafna. L-implimentazzjoni (roll-out) tal-fibri ottiċi (linji fissi) tiswa l-flus u mhux se tkun f’pożizzjoni li tissodisfa d-domanda kollha għall-bandwidth.

Sorsi differenti jiddikjaraw li t-trażmissjoni tad-data se tirdoppja kull sena sal-2013, jew li se tkun żdiedet b’sitt darbiet iktar bejn l-2008 u l-2013. Fl-2009, in-numru ta’ abbonati 3G fis-27 Stat Membru tal-UE żdied għal 166 miljun, li jaqbeż in-numru ta’ linji fissi broadband fi ħdan l-UE. Il-kumpanija O2 ibbażata fir-Renju Unit irrappurtat li t-trażmissjoni tad-data bil-mowbajls tagħha fl-Ewropa rdoppjat kull tliet xhur fl-2009. Il-kumpanija Telecom Italia qalet li t-trażmissjoni bil-mowbajls tagħha żdiedet b’216 fil-mija min-nofs l-2008 sa nofs l-2009. Il-kumpanija AT&T irrappurtat li t-trażmissjoni bil-mowbajls tagħha żdiedet b’5000 fil-mija fl-aħħar tliet snin. Is-CEO tal-kumpanija Ericsson jipprevedi li 50 biljun apparat se jkun konness sal-2020. Skont l-indiċi tan-netwerk viżwali tas-Cisco, globalment, it-trażmissjoni tad-data bil-mowbajls se tirdoppja kull sena sal-2014, u se tiżdied b’39 darba iktar bejn l-2009 u l-2014.

Huwa propju għalhekk li l-Ewropa teħtieġ tpoġġi għad-dispożizzjoni iktar spettru għall-broadband bla fili. Dan għandu u jista’ jsir fir-rigward tax-xandir preżenti, billi jiġu żgurati l-istess opportunitajiet li x-xandara jgawdu minnhom illum, b’kumpens tal-ispejjeż eventwali tal-migrazzjoni meta jkun hemm il-bżonn. L-opportunitajiet broadband fuq il-mowbajls għandhom ikunu tali li x-xandir u l-kultura jkunu parti naturali tal-iżvilupp tas-servizzi bla fili.

1. Kummenti ġenerali

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda d-Direttivi preċedenti 2002/21 dwar qafas regolatorju komuni, id-Direttiva 2002/19 dwar l-aċċess u l-interkonnessjonijiet, id-Direttiva 2002/20 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, tistipola fi premessa 28 il-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-funzjonijiet tal-ġestjoni tal-ispettru, iżda l-ippjanar strateġiku, il-koordinazzjoni u, fejn xieraq, l-armonizzazzjoni f’livell Komunitarju jistgħu jgħinu jiżguraw li l-utenti tal-ispettru jiksbu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern.

Għal dan l-iskop, il-programmi leġiżlattivi multiannwali tal-politika tal-ispettru tar-radju għandhom jiġu stabbiliti biex jiġu stipulati l-orjentazzjonijiet u l-objettivi tal-politika għall-ippjanar u l-armonizzazzjoni strateġiċi tal-użu tal-ispettru tar-radju fil-Komunità.

Il-programm fuq ħames snin dwar il-Politika tal-Ispettru tar-Radju (RSPP), li ġie ppreżentat fl-20 ta’ Settembru 2010 mill-Kummissjoni Ewropea, għandu l-għan li jiżgura li parti mid-dividend diġitali, li jinkiseb permezz tat-tranżizzjoni tat-teknoloġija analoġika għal dik diġitali, tkun disponibbli għas-servizzi broadband bla fili madwar l-UE bl-għan li jkun hemm użu armonizzat tal-medda tat-800 MHz (790-862 MHz). Il-proposta tfakkar xi pożizzjonijiet li diġà ġew espressi mill-Parlament Ewropew xi xhur ilu, bl-adozzjoni tar-rapport dwar l-“Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu (ir-rapport ta’ Del Castillo A7-0066/2010)”.

L-RSPP jindika interazzjoni iktar mill-qrib bejn l-obbligi tas-Suq Intern u l-għażla tal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE għall-Ispettru tar-Radju, il-miżuri tal-ippjanar u l-armonizzazzjoni, u fl-istess ħin joffri sigurtà lill-entitajiet privati, operaturi, manifatturi, utenti jew amministraturi pubbliċi, biex ikun hemm politika fuq perjodu ta’ żmien twil u programmi bbażati fuq sett ta’ miżuri leġiżlattivi solidi.

Il-proposta għal deċiżjoni dwar l-RSPP hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-istabbiliment tas-suq intern u tikkunsidra l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-ispettru huwa riżorsa nazzjonali, l-obbjettivi strateġiċi stabbiliti mill-Artikolu 3 tal-proposta - dawk li jgħidu li għandu jkun hemm biżżejjed spettru tar-radju biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-UE, li għandu jkun hemm titjib tal-użu tal-ispettru tar-radju permezz ta’ użu flessibbli biex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva fl-użu tal-ispettru – jeħtieġu approċċ koordinat fil-livell Ewropew.

L-Artikolu 5 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tas-sussidjarjetà bħala wieħed mill-bażijiet fundamentali tal-Unjoni biex jiġu eżerċitati s-setgħat tal-Istati Membri bil-kompetenzi tal-UE. Id-Direttiva dwar Regolazzjoni Aħjar tirrikonoxxi l-kompetenza tal-Istati Membri dwar il-ġestjoni tal-ispettru soġġetta għall-armonizzazzjoni tal-UE, fejn huwa xieraq, meta dak ikun l-aħjar mod biex jinkisbu l-benefiċċji tas-Suq Intern.

Hemm distinzjoni ċara bejn l-armonizzazzjoni teknika mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi, u l-armonizzazzjoni leġiżlattiva li tirrikjedi evalwazzjoni speċifika tal-kondizzjonijiet ta’ sussidjarjetà.

2. Kummenti speċifiċi

L-Objettivi tal-Politika (l-Artikolu 3)

Huwa importanti li jiġi żgurat li jkun hemm allokat biżżejjed spettru għal skopijiet ta’ kapaċità u kopertura b’mod li ż-żieda fid-domanda għat-trażmissjoni tad-data bil-mowbajls tkun tista’ tiġi ssodisfata u li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkollhom aċċess għall-broadband b’veloċità għolja, kif definit fl-Aġenda Diġitali. L-Ewropa għandha tkun ambizzjuża u għandu jkollha l-għan li talloka tal-anqas 1200 MHz għas-servizzi bla fili.

Spettru għal komunikazzjonijiet broadband bla fili (l-Artikolu 6)

Ir-rapporteur jemmen li huwa kruċjali li niddefendu d-dati stipulati mill-Kummissjoni (pereżempju medda ta’ 800 MHz disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika sal-1 ta’ Jannar 2013). Kwalunkwe eċċezzjoni jew deroga għandha tokkorri biss għal raġunijiet purament tekniċi filwaqt li l-ħtiġijiet speċifiċi għas-sigurtà u d-difiża għandhom jiġu kkunsidrati. Il-meded li diġà ġew imfassla mill-Kummissjoni għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni sal-1 ta’ Jannar 2012, skont il-proposta tal-Kummissjoni.

L-Unjoni għandha taħdem biex ikun hemm iktar frekwenzi allokati għas-servizzi tal-mowbajl, b’mira ta’ ammont minimu ta’ 1200 MHz. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-prinċipji t-tajbin li jistgħu jippermettu li jkun hemm spettri addizzjonali disponibbli fil-futur.

Diversi problemi jistgħu jiġu indirizzati, fosthom il-problema dwar l-ispiża biex il-medda titpoġġa għad-dispożizzjoni, liema problema hija l-iktar ovvja. L-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabilità li jikkumpensaw lill-atturi rilevanti għall-ispejjeż addizzjonali meta jkun hemm il-ħtieġa.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (23.3.2011)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju
(COM(2010)0471 – C7‑0269/2010 – 2010/0252(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eija-Riitta Korhola

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. L-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP) huwa pass sinifikattiv biex jiġi żgurat użu effiċjenti u ottimali ta’ din ir-riżorsa limitata. Il-politika tal-ispettru hija fil-qalba tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, emblematika għall-Kummissjoni, u hija kruċjali għar-realizzazzjoni tal-objettivi tal-politika fl-istrateġija UE 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, u l-programm huwa inkluż fost il-50 azzjoni ta’ prijorità tal-Att dwar is-Suq Uniku.

2. L-RSPP jimmira għall-kreazzjoni ta’ industrija Ewropea kompetittiva u vibranti għall-provvista ta’ servizzi u tagħmir broadband bla fili. Dan il-programm huwa maħsub biex jikseb ambjent fejn servizzi pan-Ewropej jistgħu jiffjorixxu.

3. L-allokazzjoni ta’ spettru, benefiċċju pubbliku, għandha ssegwi l-aħjar interessi taċ-ċittadini Ewropej. L-allokazzjoni effiċjenti u effettiva tal-ispettru se tipprovdi benefiċċji soċjali, kulturali u ekonomiċi ulterjuri, tagħti spinta lill-għażla għall-konsumatur, tavvanza l-kompetittività fuq tul ta’ żmien tal-indusrtriji Ewropej u tikkontribwixxi għas-suq intern diġitali.

4. L-użu tal-ispettru għall-broadband mobbli qed iġib żieda fil-benessri għaċ-ċittadini u d-data trażmessa min-netwerks mobbli żdiedet b’qawwa kbira f’dawn l-aħħar snin. Dan huwa l-każ anki issa waqt li l-ammont ta’ smartphones, tablet PCs u dongles għadu jkompli jikber f’pass ugwalment mgħaġġel. Barra minn hekk, il-broadband mobbli għandha rwol dejjem iktar importanti fl-għoti ta’ servizzi u servizzi innovattivi f’oqsma oħra bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-kultura u l-amministrazzjoni pubblika.

5. L-armonizzazzjoni tal-frekwenzi se tnaqqas l-ispejjeż għall-istallazzjoni ta’ netwerks mobbli, tnaqqas l-ispejjeż tat-tagħmir mobbli għall-konsumaturi u tagħti spinta qawwija lill-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumaturi. Barra minn hekk, se tnaqqas l-interferenza u d-disturb transkonfinali dannużi.

6. L-użu effiċjenti tal-ispettru jista’ jgħin b’mod sinifikattiv l-aċċess universali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari għaċ-ċittadini u n-negozji lokalizzati f’żoni inqas popolari jew f’postijiet remoti, bħal żoni rurali jew gżejjer.

7. L-isforzi ta’ armonizzazzjoni tal-ispettru u biex il-broadband bla fili jkun jista’ jiżviluppa jipprovdu għodod u opportunitajiet biex jitwassal kontenut kulturali. Fl-istess ħin huwa importanti li jiġu żgurati l-opportunitajiet eżistenti għax-xandir terrestri. L-ispejjeż addizzjonali għall-iklerjar tal-band għandhom jiġu kkompensati mill-Istati Membri fejn ikun meħtieġ.

8. L-RSPP għandu jkollu miri realistiċi u ambizzjużi biex jgħin lill-kumpaniji Ewropej jikkompetu b’aktar saħħa fis-suq dinji. Mingħajr miri ambizzjużi bħal dawn l-Unjoni Ewropea tirriskja li taqa’ lura. Barra minn hekk, ir-rilaxx tal-ispettru bla fili minn 790MHz – 862MHz (800Mhz) huwa kruċjali fid-dawl tal-kisba tal-għanijiet stabbiliti mill-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kemm f’termini ta’ aċċess rapidu tal-Internet u kif ukoll biex jonqos id-distakk diġitali. Il-proċess ta’ rilaxx għandu jitwettaq kemm jista’ jkun malajr iżda mhux aktar tard mill-2013. L-eGovernment, inkluża t-tmexxija tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’sistema elettronika, għandu jikkontribwixxi għall-istallazzjoni tal-broadband madwar l-UE.

9. Jeħtieġ li jkun hemm impenn strateġiku, anki lil hinn mill-2015. Huwa importanti li wieħed joffri ċertezza regolatorja meta jkunu involuti investimenti sostanzjali.

Rigward il-proposta dwar l-RSPP, ir-rapporteur jenfasizza l-bżonn li:

a.) Jinħolqu bands tal-ispettru armonizzati biex jinkoraġġixxu servizzi pan-Ewropej, inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jkomplu jsaħħu s-suq intern.

b.) Jiġi enfasizzat ir-rilaxx tal-ispettru minn 790 – 862MHz għall-broadband mobbli sal-2013.

c.) Wieħed jeżamina r-rilaxx ulterjuri tal-ispettru fit-“tieni sub-band” taħt 790MHz biex inkunu nistgħu nlaħħqu maż-żieda kontinwa fit-taffiku ta’ data.

d.) Nippromwovu frekwenzi biex tiġi pprovduta kapaċità akbar, bħat-2.3 GHz,

e.) Niftakru li huwa kruċjali li l-RSPP jiġi adottat malajr kemm jista' jkun. Approċċ li jimxi fuq il-kunsens u li jiffoka fuq aspetti ewlenin u primarjament sabiex jinkisbu aktar frekwenzi għas-servizzi mobbli huwa kruċjali.

Minn perspettiva tas-suq intern, l-għanijiet spjegati fid-dettall hawn fuq huma t-triq li rridu nimxu biex insaħħu t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fl-Ewropa. L-industrija tal-komunikazzjoni mobbli storikament kienet katalista għall-iżvilupp ekonomiku għall-komunità fuq firxa wiesgħa. Għalhekk, irridu noħolqu ambjent li jippromwovi l-investiment, joħloq spazju għat-tkabbir u jagħti lill-Ewropa pożizzjoni ta’ mexxejja fis-suq dinji.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 8a(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex ikunu stabbiliti programmi pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru skont id-direttivi applikabbli għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għandhom jirreferu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-ispettru li jkunu meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-UE eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva 1999/5/KE u d-Direttivi 2002/20/KE u 2002/21/KE, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Hija wkoll mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, f’konformità mal-liġi tal-UE, sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva u mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għal finijiet u għad-difiża tal-ordni pubbliku u tas-sigurtà pubblika.

(1) L-Artikolu 8a(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex ikunu stabbiliti programmi pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru skont id-direttivi applikabbli għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għandhom jirreferu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-ispettru li jkunu meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern. Il-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju jappoġġa l-għanijiet u l-azzjonijiet prinċipali deskritti fl-Istrateġija UE2020 u fl-Aġenda Diġitali, u huwa inkluż fost il-50 azzjoni ta’ prijorità tal-Att dwar is-Suq Uniku. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-UE eżistenti, b’mod partikolari d-Direttivi 1999/5/KE, 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2009/140/KE, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Hija wkoll mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, f’konformità mal-liġi tal-UE, sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva u mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għal finijiet u għad-difiża tal-ordni pubbliku u tas-sigurtà pubblika.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-ispettru huwa ġid li huwa proprjetà tal-pubbliku u li ma jistax ikun proprjetà privata iżda li għandu jkun regolat mill-istati sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tiegħu permezz ta’ drittijiet ta’ trażmissjoni bil-liċenzja jew drittijiet ta’ użu mingħajr liċenzja.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-ispettru huwa riżorsa prinċipali għas-setturi u għas-servizzi essenzjali, inklużi l-komunikazzjonijiet mobbli, broadband bla fili u satellitari, ix-xandir bit-televiżjoni u bir-radju, it-trasport, ir-radjolokazzjoni, u applikazzjonijiet bħal sistemi ta’ allarm, kontrolli mill-bogħod, apparati li jgħinu s-smigħ, mikrofoni u tagħmir mediku. Huwa jappoġġja servizzi pubbliċi bħas-servizzi tas-sigurtà u tas-sikurezza, inkluża l-protezzjoni ċivili, u l-attivitajiet xjentifiċi, bħall-meteoroloġija, l-osservazzjoni tad-Dinja, ir-radjuastronomija u r-riċerka spazjali. Il-miżuri regolatorji dwar l-ispettru b’hekk għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi, għas-sikurezza, għas-saħħa, għall-interess pubbliku, kulturali, xjentifiċi, soċjali, ambjentali u tekniċi.

(2) L-ispettru huwa riżorsa pubblika prinċipali għas-setturi u għas-servizzi essenzjali, inklużi l-komunikazzjonijiet mobbli, broadband bla fili u satellitari, ix-xandir bit-televiżjoni u bir-radju, it-trasport, ir-radjolokazzjoni, u applikazzjonijiet bħal sistemi ta’ allarm, kontrolli mill-bogħod, apparati li jgħinu s-smigħ, mikrofoni u tagħmir mediku. Huwa jappoġġja servizzi pubbliċi bħas-servizzi tas-sigurtà u tas-sikurezza, inkluża l-protezzjoni ċivili, u l-attivitajiet xjentifiċi, bħall-meteoroloġija, l-osservazzjoni tad-Dinja, ir-radjuastronomija u r-riċerka spazjali. L-użu effiċjenti tal-Ispettru għandu rwol ukoll fl-aċċess universali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari għaċ-ċittadini u n-negozji lokalizzati f’żoni inqas popolati jew f’postijiet remoti, bħaż-żoni rurali jew il-gżejjer. Il-miżuri regolatorji dwar l-ispettru b’hekk għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi, għas-sikurezza, għas-saħħa, għall-interess pubbliku, kulturali, xjentifiċi, soċjali, ambjentali u tekniċi.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Għandu jiġi adottat approċċ ekonomiku u soċjali mġedded fir-rigward tal-ġestjoni, l-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru, b’attenzjoni partikolari għall-formulazzjoni tar-regolamentazzjoni li tiżgura effiċjenza akbar tal-ispettru, ippjanar u salvagwardji aħjar tal-frekwenza kontra mġiba antikompetittiva u t-teħid ta’ miżuri antisoċjali fir-rigward tal-użu tal-ispettru.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni għandhom ikabbru s-suq uniku għas-servizzi u għat-tagħmir tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bla fili kif ukoll politiki oħrajn tal-Unjoni li jeżiġu l-użu tal-ispettru, biex b’hekk joħolqu opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni u jagħtu kontribut għall-irkupru ekonomiku u għall-integrazzjoni soċjali mal-Unjoni kollha, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru. Għal dan il-għan, l-Unjoni għalhekk teħtieġ programm ta’ politika li jkorpi s-suq intern fl-oqsma kollha tal-politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D), it-trasport u l-enerġija.

(3) L-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni għandhom ikabbru s-suq uniku għas-servizzi u għat-tagħmir tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bla fili kif ukoll politiki oħrajn tal-Unjoni li jeżiġu l-użu tal-ispettru, biex b’hekk joħolqu opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni u jagħtu kontribut għall-irkupru ekonomiku u għall-integrazzjoni soċjali mal-Unjoni kollha, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru. L-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru hija essenzjali wkoll biex tiġi żgurata kwalità tas-servizzi pprovduti mill-komunikazzjonijiet elettroniċi u biex jinħolqu ekonomiji ta’ skala li jnaqqsu kemm l-ispejjeż tal-istallazzjoni ta’ netwerks mobbli u l-ispejjeż tal-apparat mobbli għall-konsumaturi. Għal dan il-għan, l-Unjoni għalhekk teħtieġ programm ta’ politika li jkorpi s-suq intern fl-oqsma kollha tal-politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D), it-trasport u l-enerġija. Fl-ebda ċirkostanza l-preokkupazzjonijiet tad-detenturi attwali tad-drittijiet tal-ispettru dwar dak li huma possibilment intitolati għalih ma għandu jtawwal iż-żmien għar-riformi neċessarji.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Dan l-ewwel programm għandu jappoġġja b’mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv meta jiġi kkunsidrat il-potenzjal kbir tas-servizzi bla fili sabiex jippromwovu ekonomija bbażata fuq l-informazzjoni, jiżviluppaw u jgħinu lis-setturi li jiddependu mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u jegħlbu l-qasma diġitali. Da il-programm huwa wkoll azzjoni prinċipali fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa4 li għandha l-għan li twassal internet bil-broadband veloċi fl-ekonomija tal-għarfien futura bbażata fuq in-netwerks, b’mira ambizzjuża għal koperatura broadband universali b’veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps għall-Ewropej kollha sal-2020, biex b’hekk jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli ta’ suq diġitali uniku. Barra minn hekk, għandu jappoġġja u jippromwovi politiki settorjali oħrajn tal-Unjoni bħal ambjent sostenibbli u inklużjoni ekonomika u soċjali għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Minħabba l-importanza tal-applikazzjonijiet bla fili għall-innovazzjoni, dan il-programm huwa wkoll inizjattiva prinċipali li jappoġġja l-politiki tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni.

(4) Dan l-ewwel programm għandu jappoġġja b’mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv meta jiġi kkunsidrat il-potenzjal kbir tas-servizzi bla fili sabiex jippromwovu ekonomija bbażata fuq l-informazzjoni, iħeġġu, jiżviluppaw u jgħinu lis-setturi li jiddependu mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħall-kummerċ elettroniku u jegħlbu l-qasma diġitali. Dan il-programm huwa wkoll azzjoni prinċipali fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa4 li għandha l-għan li twassal internet bil-broadband veloċi fl-ekonomija tal-għarfien futura bbażata fuq in-netwerks, b’mira ambizzjuża għal koperatura broadband universali b’veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps għall-Ewropej kollha sal-2020, biex b’hekk jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli ta’ suq diġitali uniku. B’mod partikolari, jippromwovi l-iżvilupp ta’ swieq ġodda u servizzi ġodda għall-SMEs u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Jinkoraġġixxi wkoll il-kompetizzjoni u jippermetti li l-konsumaturi jibbenefikaw minn għażla ikbar u prezzijiet aħjar għall-prodotti u s-servizzi. L-eGovernment, inklużi l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’sistema elettronika, għandu jikkontribwixxi għall-istallazzjoni tal-broadband. Barra minn hekk, il-programm għandu jappoġġa u jippromwovi politiki settorjali oħrajn tal-Unjoni bħal ambjent sostenibbli u inklużjoni ekonomika u soċjali għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-persuni b’diżabilità u ċ-ċittadini li jgħixu f’żoni remoti. Minħabba l-importanza tal-applikazzjonijiet bla fili għall-innovazzjoni, dan il-programm huwa wkoll inizjattiva prinċipali li jappoġġja l-politiki tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-ewwel programm għandu jispeċifika l-prinċipji u l-għanijiet ta’ gwida għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sal-2015, u għandu jistabbilixxu inizjattivi implimentattivi speċifiċi. Filwaqt li l-ġestjoni tal-ispettru għadha fil-parti l-kbira kompetenza nazzjonali, din għandha tkun eżerċitata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni eżistenti u għandha tagħti lok għal azzjoni sabiex ikunu segwiti l-politiki tal-Unjoni.

(5) L-ewwel programm għandu jispeċifika l-prinċipji u l-għanijiet ta’ gwida għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sal-2015, u għandu jistabbilixxu inizjattivi implimentattivi speċifiċi. Filwaqt li l-ġestjoni tal-ispettru hija fil-parti l-kbira kompetenza nazzjonali, din għandha tkun eżerċitata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni eżistenti u għandha tagħti lok għal azzjoni sabiex ikunu segwiti l-politiki tal-Unjoni. Għandhom jiġu evitati arranġamenti nazzjonali speċifiċi għall-prevenzjoni ta' effetti ostruttivi fuq is-swieq Ewropej, għalkemm id-deċiżjonijiet biex jingħataw id-drittijiet tal-użu għandhom jibqgħu jittieħdu fil-livell nazzjonali u fir-rigward ta' mudelli ta' negozju nazzjonali eżistenti.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) In-negozju fid-drittijiet tal-ispettru flimkien ma’ kundizzjonijiet flessibbli ta’ użu għandhom ikunu ta’ benefiċċju sostanzjali għat-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, il-meded fejn il-liġi tal-Unjoni diġà introduċiet użu flessibbli għandhom ikunu jistgħu jiġu nnegozjati immedjatament f’konformità mad-Direttiva Kwadru. Barra minn hekk, prinċipji komuni għall-format u għall-kontenut ta’ drittijiet li jistgħu jiġu nnegozjati ta’ din ix-xorta kif ukoll miżuri komuni sabiex tkun ipprevenuta akkumulazzjoni tal-ispettru li tista’ toħloq pożizzjonijiet dominanti kif ukoll nuqqas mhux xieraq li jintuża l-ispettru akkwistat, għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni koordinata mill-Istati Membri kollha ta’ dawn il-miżuri u jiffaċilitaw l-akkwist ta’ drittijiet ta’ din ix-xorta fi kwalunkwe post fl-Unjoni.

(8) In-negozju fid-drittijiet tal-ispettru flimkien ma’ kundizzjonijiet flessibbli ta’ użu għandhom ikunu ta’ benefiċċju sostanzjali għat-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, il-meded fejn il-liġi tal-Unjoni diġà introduċiet użu flessibbli għandhom ikunu jistgħu jiġu nnegozjati immedjatament f’konformità mad-Direttiva Kwadru. Barra minn hekk, prinċipji komuni għall-format u għall-kontenut ta’ drittijiet li jistgħu jiġu nnegozjati ta’ din ix-xorta, miżuri komuni sabiex tkun ipprevenuta akkumulazzjoni tal-ispettru li tista’ toħloq pożizzjonijiet dominanti kif ukoll nuqqas mhux xieraq li jintuża l-ispettru akkwistat u standards komuni għat-tneħħija ta’ dawn id-drittijiet bil-liċenzja għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni koordinata mill-Istati Membri kollha ta’ dawn il-miżuri u jiffaċilitaw l-akkwist ta’ drittijiet ta’ din ix-xorta fi kwalunkwe post fl-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla fili huwa mezz importanti sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni, lill-għażla tal-konsumaturi u lill-aċċess f’żoni rurali u żoni oħrajn, fejn l-użu tal-broadband bil-fili huwa diffiċli jew mhux vijabbli ekonomikament. Madankollu, il-ġestjoni tal-ispettru tista’ taffetwa l-kompetizzjoni billi tbiddel ir-rwol u s-setgħa tal-parteċipanti fis-suq, pereżempju jekk l-utenti eżistenti jirċievu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa. Aċċess limitat għall-ispettru, b’mod partikolari meta l-ispettru adattat isir iktar skars, jista’ joħloq ostakolu għad-dħul ta’ servizzi jew applikazzjonijiet ġodda u jfixkel l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. L-akkwist ta’ drittijiet ġodda għall-użu, inkluż permezz tan-negozju fl-ispettri, jew ta’ tranżazzjonijiet oħrajn bejn l-utenti, u l-introduzzjoni ta’ kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru jista' jkollhom impattfuq is-sitwazzjoni kompetittiva eżistenti.. L-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu miżuri regolatorji ex ante jew ex post xierqa (bħal azzjoni sabiex jiġu emendati d-drittijiet eżistenti, ikunu pprojbiti ċerti akkwisti tad-drittijiet tal-ispettru, ikunu imposti kundizzjonijiet fuq il-ħżin tal-ispettru u fuq l-użu effiċjenti, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(7) tad-Direttiva Kwadru, sabiex ikun limitat l-ammont ta’ spettru għal kull operatur, jew sabiex tkun evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta’ spettru), sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni skont il-prinċipji tal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta' "Awtorizzazzjoni" ) u l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 87/372/KEE (id-Direttiva "GSM").

(9) Kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla fili huwa mezz importanti sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni, lill-għażla tal-konsumaturi u lill-aċċess f’żoni rurali u żoni oħrajn, fejn l-użu tal-broadband bil-fili huwa diffiċli jew mhux vijabbli ekonomikament. Madankollu, il-ġestjoni tal-ispettru tista’ taffetwa l-kompetizzjoni billi tbiddel ir-rwol u s-setgħa tal-parteċipanti fis-suq, pereżempju jekk l-utenti eżistenti jirċievu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa. Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenzji għandhom jitfasslu b’tali mod li jkun hemm kundizzjonijiet indaqs fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi u ma jiġix ostakolat id-dħul fis-suq ta’ kompetituri ġodda. Teknoloġiji ġodda, bl-istess mod, ma għandhomx ikunu żvantaġġati sempliċement għaliex ikunu disponibbli fis-suq f’data aktar tard. Aċċess limitat għall-ispettru, b’mod partikolari meta l-ispettru adattat isir iktar skars, jista’ joħloq ostakolu għad-dħul ta’ servizzi jew applikazzjonijiet ġodda u jfixkel l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. L-akkwist ta’ drittijiet ġodda għall-użu, inkluż permezz tan-negozju fl-ispettri, jew ta’ tranżazzjonijiet oħrajn bejn l-utenti, u l-introduzzjoni ta’ kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru jista' jkollhom impattfuq is-sitwazzjoni kompetittiva eżistenti.. L-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu miżuri regolatorji ex ante jew ex post xierqa (bħal azzjoni sabiex jiġu emendati d-drittijiet eżistenti, ikunu pprojbiti ċerti akkwisti tad-drittijiet tal-ispettru, ikunu imposti kundizzjonijiet fuq il-ħżin tal-ispettru u fuq l-użu effiċjenti, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(7) tad-Direttiva Kwadru, sabiex ikun limitat l-ammont ta’ spettru għal kull operatur, jew sabiex tkun evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta’ spettru), sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni skont il-prinċipji tal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta' "Awtorizzazzjoni" ) u l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 87/372/KEE (id-Direttiva "GSM").

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-użu ottimali u effiċjenti tal-ispettru jeżiġi monitoraġġ kontinwu tal-iżviluppi, u informazzjoni trasparenti aġġornata dwar l-użu tal-ispettru mal-Unjoni kollha. Filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità teżiġi li l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar id-drittijiet għall-użu, fl-Unjoni huma meħtieġa inventarju dettaljat tal-użu eżistenti tal-ispettru flimkien ma’ metodoloġija effettiva ta’ analiżi u ta’ valutazzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru u tat-tagħmir tar-radju, b’mod partikolari bejn it-300 MHz u t-3 GHz. Dan għandu jgħin biex jiġu identifikati teknoloġiji u użi ineffiċjenti kemm fis-setturi kummerċjali kif ukoll f’dawk pubbliċi, u anki assenjazzjonijiet u opportunitajiet għal kondiviżjoni mhux użati, u sabiex ikunu evalwati l-ħtiġijiet futuri tal-konsumaturi u tan-negozji.

(10) L-użu ottimali u effiċjenti tal-ispettru jeżiġi monitoraġġ kontinwu tal-iżviluppi, u informazzjoni trasparenti aġġornata dwar l-użu tal-ispettru mal-Unjoni kollha. Filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità teżiġi li l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar id-drittijiet għall-użu, fl-Unjoni huma meħtieġa inventarju dettaljat tal-użu eżistenti tal-ispettru flimkien ma’ metodoloġija effettiva ta’ analiżi u ta’ valutazzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru u tat-tagħmir tar-radju, b’mod partikolari bejn it-300 MHz u t-6 GHz. Dan għandu jgħin biex jiġu identifikati teknoloġiji u użi ineffiċjenti kemm fis-setturi kummerċjali kif ukoll f’dawk pubbliċi, u anki assenjazzjonijiet u opportunitajiet għal kondiviżjoni mhux użati, u sabiex ikunu evalwati l-ħtiġijiet futuri tal-konsumaturi u tan-negozji. Biex dan ikun komplut, l-inventarju għandu jinkludi wkoll rapport dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jimplimentaw deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-UE rigward l-armonizzazzjoni u l-użu tal-bands ta’ frekwenza speċifiċi.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-medda tat-800 MHz hija ottimali biex żoni kbar ikunu koperti mis-servizzi broadband bla fili. Il-bini fuq l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi skont id-Deċiżjoni 2010/267/UE, u fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 li tagħmel sejħa biex ix-xandir analogue jintefa sal-1 ta’ Jannar 2012, u meta jiġu kkunsidrati l-iżviluppi regolatorji nazzjonali mgħaġġla, fil-prinċipju din il-medda għandha tkun disponibbli għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni sal-2013. F’perjodu itwal ta’ żmien, jista’ jkun previst anki spettru addizzjonali taħt is-790 MHz, jiddependi mill-esperjenza u min-nuqqas ta’ spettru f’meded oħrajn adegwati għall-kopertura. Meta tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-medda tat-800 MHz sabiex titrażmetti fuq żoni kbar, mad-drittijiet għandhom ikunu marbuta obbligi ta’ kopertura.

(13) Il-medda tat-800 MHz hija ottimali biex żoni kbar ikunu koperti mis-servizzi broadband bla fili. Il-bini fuq l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi skont id-Deċiżjoni 2010/267/UE, u fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 li tagħmel sejħa biex ix-xandir analogue jintefa sal-1 ta’ Jannar 2012, u meta jiġu kkunsidrati l-iżviluppi regolatorji nazzjonali mgħaġġla, fil-prinċipju din il-medda għandha tkun disponibbli għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni sal-2013. F’każijiet lokali eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza derogi speċifiċi sal-2015, bħala reazzjoni għat-talbiet ġustifikati kif xieraq min-naħa tal-Istati Membri. F’perjodu itwal ta’ żmien, jista’ jkun previst anki spettru addizzjonali fil-medda UHF, fuq il-bażi tal-inventarju tal-użu eżistenti tal-ispettru u l-ħtiġijiet possibbli fil-ġejjieni għall-ispettru fl-Unjoni, jiddependi mit-talbiet attwali fis-suq, mill-objettivi soċjali u kulturali, mill-esperjenza u min-nuqqas ta’ spettru f’meded oħrajn adegwati għall-kopertura. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni mgħaġġla tad-Direttiva “GSM”, bi qbil mal-prinċipji tal-kompetizzjoni, hija ta’ inportanza fundamentali.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Peress li approċċ komuni u l-ekonomiji ta’ skala huma kruċjali sabiex jiġu żiluppati komunikazzjonijiet broadband mal-Unjoni kollha u sabiex ikunu pprevenuti d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq fost l-Istati Membri, ċerti kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u proċedurali jistgħu jiġu ddefiniti f’azzjoni miftiehma, fost l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu obbligi ta’ kopertura, daqs tal-blokk tal-ispettru, l-għażla taż-żmien meta jingħataw id-drittijiet, l-aċċess għall-operaturi tan-netwerk ċellulari virtwali (MVNO) u kemm idumu d-drittijiet għall-użu. Filwaqt li jirriflettu l-importanza tan-negozju fl-ispettru għal użu effiċjenti dejjem ikbar tal-ispettru u filwaqt li jiżviluppaw is-suq intern għat-tagħmir u għas-servizzi bla fili, dawn il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw għall-meded tal-ispettru li jiġu allokati lill-komunikazzjonijiet bla fili, u li għalihom id-drittijiet għall-użu jistgħu jiġu ttrasferiti jew jinkrew.

(14) Peress li approċċ komuni u l-ekonomiji ta’ skala huma kruċjali sabiex jiġu żiluppati komunikazzjonijiet broadband mal-Unjoni kollha u sabiex ikunu pprevenuti d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq fost l-Istati Membri, ċerti kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u proċedurali jistgħu jiġu ddefiniti f’azzjoni miftiehma, fost l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu l-għażla taż-żmien meta jingħataw id-drittijiet, kemm idumu d-drittijiet għall-użu u l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jiġu rtirati jew trasferiti d-drittijiet. Filwaqt li jirriflettu l-importanza tan-negozju fl-ispettru għal użu effiċjenti dejjem ikbar tal-ispettru u filwaqt li jiżviluppaw is-suq intern għat-tagħmir u għas-servizzi bla fili, dawn il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw għall-meded tal-ispettru li jiġu allokati lill-komunikazzjonijiet bla fili, u li għalihom id-drittijiet għall-użu jistgħu jiġu ttrasferiti jew jinkrew.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba taħt din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar l-azzjonijiet futuri ppjanati.

(24) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’intervalli regolari dwar ir-riżultati miksuba taħt din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar l-azzjonijiet futuri ppjanati.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) L-ebda ħaġa f'din id-Deċiżjoni ma hija maħsuba biex tnaqqas mill-protezzjonijiet mogħtija lill-operaturi ekonomiċi permezz tad-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi1.

 

_______

1 ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għan

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

 

______________

1ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal-liġi eżistenti tal-UE u l-miżuri meħuda f’livell nazzjonali, bi qbil mal-liġi tal-UE, biex jaqdu għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva kif ukoll mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għall-ordni pubbliku u għal skopijiet ta’ sigurtà pubblika u difiża.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2, punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikun inkoraġġit l-użu effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi sodisfatta bl-aħjar mod id-domanda dejjem ikbar għall-użu tal-frekwenzi;

(a) ikun inkoraġġit l-użu effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi sodisfatta d-domanda dejjem ikbar għall-użu tal-frekwenzi bl-iktar mod effettiv possibbli u mal-qasam kollu, biex titjieb il-kwalità tas-servizzi u jiġi żgurat aċċess universali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jegħleb id-differenzi ġeografiċi attwali, filwaqt li fl-istess ħin jiġu rispettati l-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru. Dan għandu jintlaħaq filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd u mingħajr diskriminazzjoni, u s-salvagwardjar ta' kwalitajiet nazzjonali b'rabta ma' mudelli kummerċjali;

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tiġi applikata l-inqas sistema ta’ awtorizzazzjoni oneruża possibbli b’tali mod li jiġu massimizzati l-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru;

(c) tiġi applikata s-sistema ta’ awtorizzazzjoni l-iktar xierqa u mhux diskriminatorja li tkun l-inqas oneruża possibbli, sabiex jiġu massimizzati l-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru;

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiġi ggarantit il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari billi tkun żgurata kompetizzjoni effettiva.

(d) jiġi ggarantit il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari billi tkun żgurata kompetizzjoni effettiva u koordinazzjoni effiċjenti tal-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-ispettru.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3, punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikun disponibbli f’mument adattat spettru xieraq suffiċjenti sabiex ikunu appoġġjati l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni;

(a) ikun disponibbli f’mument adattat spettru xieraq suffiċjenti sabiex ikunu appoġġjati l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni, partikolarment il-prijoritizzazzjoni tal-provvista tal-broadband, permezz ta’ implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva “GSM”, u wkoll jkun promoss l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi li jiddependu mill-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħall-e-commerce, f'oqsma li attwalment mhumiex servuti minn konnessjonijiet broadband. Dan għandu jintlaħaq filwaqt li tiġi garantita l-kompetizzjoni u jiġu kkunsidrati objettivi importanti ta' interess ġenerali bħad-diversità kulturali u l-pluraliżmu tal-midja, kif ukoll l-interessi ta' diversi utenti tal-ispettru tar-radju;

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tinżamm u tiġi żviluppata kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi tkun ipprevenuta akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-ante jew billi jinsab rimedju għal akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-post li tirriżulta fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni ;

(d) tinżamm u tiġi żviluppata kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi tkun ipprevenuta akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-ante jew billi jinsab rimedju għal akkumulazzjoni eċċessiva ta’ frekwenzi tar-radju minn ċertu operaturi ekonomiċi ex-post li tirriżulta fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni permezz tal-irtirar tad-drittijiet tal-frekwenzi jew miżuri oħra;

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) billi jiġu definiti dawk iż-żoni tal-ispettru li għandhom ikunu aċċessibbli biex jintużaw mingħajr drittijiet ta’ liċenzja u/jew riservati għar-riċerka xjentifika;

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ allokazzjoni xierqa għall-iżvilupp tas-servizzi broadband, f’konformità mad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), bħal li l-operaturi rilevanti, fejn ikun possibbli u fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 11, jitħallew ikollhom aċċess dirett jew indirett għal blokki biswit xulxin tal-ispettru ta’ mill-inqas 10 MHz.

1. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ allokazzjoni xierqa għall-iżvilupp tas-servizzi broadband, f’konformità mad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżviluppaw u jarmonizzaw l-istandards għat-tagħmir tar-radju u għat-terminali tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi bbażati, fejn ikun meħtieġ, fuq mandati ta’ standardizzazzjoni mill-Kummissjoni lill-korpi ta’ standardizzazzjoni rilevanti.

3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżviluppaw u jarmonizzaw l-istandards għat-tagħmir tar-radju u għat-terminali tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi bbażati, fejn ikun meħtieġ, fuq mandati ta’ standardizzazzjoni mill-Kummissjoni lill-korpi ta’ standardizzazzjoni rilevanti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil standards ta' tagħmir li għandu jintuża minn persuni b’diżabilità, iżda mingħajr ma jiċċaħħdu mid-dritt li jużaw tagħmir mhux standardizzat jekk din tkun il-preferenza tagħhom. Koordinazzjoni effiċjenti ta' armonizzazzjoni u standardizzazzjoni tal-ispettru għandha tkun partikolarment importanti f'dan ir-rigward sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jużaw tagħmir li jiddependi mill-ispettru tar-radju mingħajr restrizzjoni u fis-suq intern kollu.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ selezzjoni jippromwovu l-investiment u l-użu effiċjenti tal-ispettru.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ selezzjoni jippromwovu l-investiment u l-użu effiċjenti tal-ispettru bħala ġid pubbliku.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Il-miżuri li jiprovvdi għalihom il-paragrafu 1 għandhom jittieħdu flimkien mal-ftuħ tal-medda 900 MHz fil-futur qrib, skont id-Direttiva "GSM" emendata u b'tali mod li jippromwovi kompetizzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu b'mod mhux diskriminatorju u ma jistgħux ifixklu l-kompetizzjoni għall-vantaġġ tal-operaturi li huma diġà dominanti fis-suq.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-obbligi tal-paragrafu 1, u b’mod partikolari sabiex jiżguraw irwieħhom li l-kompetizzjoni ma tkunx suġġetta għal distorsjonijiet minħabba kwalunkwe akkumulazzjoni, trasferiment jew modifika fid-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri jistgħu jadottaw, fost l-oħrajn, il-miżuri li ġejjin, li huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni:

2. Sabiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-obbligi tal-paragrafu 1, u b’mod partikolari sabiex jiżguraw irwieħhom li l-kompetizzjoni ma tkunx suġġetta għal distorsjonijiet minħabba kwalunkwe akkumulazzjoni, trasferiment jew modifika fid-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri għandhom, meta jippjanaw l-allokazzjoni tal-ispettru, jeżaminaw b’attenzjoni jekk l-allokazzjoni ppjanata tal-ispettru, meta jqisu l-allokazzjonijiet eżistenti tal-ispettru lill-operaturi mobbli fil-kompetizzjoni, fit-territorju tagħhom, għandhiex il-possibilità li tnaqqas jew tgħawweġ il-kompetizzjoni fis-swieq mobbli kkonċernati. Fejn l-allokazzjoni ppjanata tal-ispettru, meta jitqiesu l-allokazzjonijiet eżistenti tal-ispettru, aktarx li tirriżulta fi tnaqqis jew tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom jindirizzaw tali tnaqqis jew tgħawiġ billi jadottaw mill-inqas waħda mill-miżuri li ġejjin, li huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni:

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) L-Istati Membri jistgħu jieħdu passi biex jiksbu allokazzjoni iktar ugwali tal-ispettru bejn l-operaturi ekonomiċi billi jirriservaw spettru għall-applikanti l-ġodda għal medda ta’ frekwenza jew grupp ta’ meded b’karatteristiki simili jew billi jirriservaw spettru għal użu mingħajr liċenzja f'dawk il-meded;

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ selezzjoni jevitaw dewmien u jippromwovu kompetizzjoni effettiva.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ selezzjoni jevitaw dewmien u diskriminazzjoni u jippromwovu kompetizzjoni effettiva.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta l-Istati Membri jkunu jixtiequ jadottaw waħda mill-miżuri stipulati fil-paragrafu 2, huma għandhom jagħmlu dan billi jimponu l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u f’konformità mal-proċeduri dwar l-impożizzjoni jew il-varjazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu għall-frekwenzi tar-radju stipulati fid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi1.

 

__________

1 ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-emenda hu li ġġib it-test konformi mal-qafas regolatorju tat-telekom. B'mod partikolari, mhuwiex ċar jekk din id-Deċiżjoni (art 5.2) tipproponix poteri ġodda għall-NRAs jew jekk ir-rimedji u s-salvagwardji humiex dawk li joħorġu minn leġiżlazzjoni attwali. Partikolarment, l-NRAs m'għandhomx ikunu jistgħu jevitaw il-proċess tar-reviżjoni tas-suq (inkluż l-Artikolu 7, Direttiva Kwadru) u jimponu obbligi tal-aċċess fejn qabel ma kinux jistgħu.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-medda tat-800 MHz disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. F’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati b’mod xieraq minħabba raġunijiet tekniċi, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza derogi speċifiċi sal-2015. Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha żżomm taħt eżami l-użu tal-ispettru taħt il-1 GHz u tivvaluta jekk l-ispettru addizzjonali jistax jiġi lliberat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ applikazzjonijiet ġodda.

3. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-medda tat-800 MHz disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/267/UE, skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. F’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati b’mod xieraq minħabba raġunijiet tekniċi, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza derogi speċifiċi sal-2015. Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha żżomm taħt eżami l-użu tal-medda UHF (jiġifieri tal-ispettru bejn 300 MHz u 3GHz) u tivvaluta jekk l-ispettru addizzjonali jistax jiġi lliberat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ applikazzjonijiet ġodda. B’mod partikolari, għandu jitqies it-tieni Dividend Diġitali fuq medda twila ta’ żmien.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw irwieħhom li l-provvista ta’ aċċess għall-kontenut u għas-servizzi broadband permezz tal-medda ta’ 790-862 MHz (800 MHz) ikun inkoraġġit f’żoni ftit li xejn popolati, b’mod partikolari permezz tal-obbligi tal-koperatura; meta jagħmlu dan, huma għandhom jeżaminaw modi u, fejn ikun meħtieġ, jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw irwieħhom li l-liberalizzazzjoni tal-medda tat-800 MHz ma taffetwax ħażin lill-utenti tal-ħolqien ta’ programmi u ta’ avvenimenti speċjali (PMSE).

4. L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw irwieħhom li l-provvista ta’ aċċess għall-kontenut u għas-servizzi broadband permezz tal-medda ta’ 790-862 MHz (800 MHz) ikun inkoraġġit f’żoni ftit li xejn popolati; meta jagħmlu dan, huma għandhom jeżaminaw modi u, fejn ikun meħtieġ, jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw irwieħhom li l-liberalizzazzjoni tal-medda tat-800 MHz ma taffetwax ħażin lill-utenti tal-ħolqien ta’ programmi u ta’ avvenimenti speċjali (PMSE).

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u regolatorji neċessarji li jipprevjenu interferenza dannuża bejn servizzi ċellulari u utenti tax-xandir tal-PMSE. L-Istati Membri għandhom jipprovdu biżżejjed fondi fi żmien adegwat sabiex ikopru l-ispejjeż tal-migrazzjoni assoċjati mal-liberazzjoni tal-medda 800 MHz u l-miżuri li jipproteġu kontra l-interferenza.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha mid-disponibbiltà ta’ meded tal-ispettru addizzjonali għall-provvista ta’ servizzi satellitari armonizzati għal aċċess broadband li se jkopru t-territorju kollu tal-Unjoni inklużi l-iktar żoni mbiegħda b’offerta ta’ broadband li tagħti l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għall-Internet bi prezz paragunabbli għall-offerti terrestri.

6. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha mid-disponibbiltà kontinwa tal-ispettru għall-provvista ta’ servizzi satellitari armonizzati għal aċċess broadband li se jkopru t-territorju kollu tal-Unjoni inklużi l-iktar żoni mbiegħda b’offerta ta’ broadband li tagħti l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għall-Internet.

Ġustifikazzjoni

Naħsbu li hu barra mill-ambitu ta' din id-Deċiżjoni għall-Kummissjoni li tiżgura d-disponibbiltà ta' servizzi armonizzati tas-satellita għal aċċess broadband "li jagħti l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għall-Internet bi prezz paragunabbli għall-offerti terrestri" u li spettru tal-medda S liċenzjat f'livell Ewropew fl-2009 jissodisfa r-rekwiżiti ta' servizzi armonizzati tas-satellita għall-aċċess tal-broadband.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7, punt -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Biex jappoġġaw l-iżvilupp addizzjonali tal-midja awdjoviżiva innovattiva u ta’ servizzi oħra għaċ-ċittadini Ewropej, billi jikkunsidraw il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali ta’ suq diġitali uniku, l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw biżżejjed disponibilità tal-ispettru għall-provvista satellitari u terrestri għal servizzi bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Mhux ix-xandir terrestri biss jeħtieġ spettru suffiċjenti biex jissodisfa objettivi ta' interess ġenerali, iżda s-satelliti jeħtieġu wkoll spettru suffiċjenti biex jibqgħu jkunu pijunieri ta' u jużaw teknoloġiji innovattivi li jippromwovu servizzi diġitali avvanzati, inklużi servizzi awdjoviżivi ġodda ta' kwalità għolja, bħal HDTV jew 3DTV. Huwa importanti li wieħed jieħu approċċ komprensiv għall-użu tal-ispettru, li jippromwovi t-teknoloġiji kollha sabiex joffri benefiċċji ekonomiċi u soċjali liċ-ċittadini u lill-intrapriżi, u b'hekk jikkontribwixxi għal suq diġitali uniku li jiffunzjona bis-sħiħ.

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li jkun disponibbli spettru suffiċjenti f’kundizzjonijiet armonizzati sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ sikurezza u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-apparati relatati kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet interoperabbli u innovattivi għall-protezzjoni tal-pubbliku u għall-għajnuna f’diżastri.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li jkun disponibbli spettru suffiċjenti f’kundizzjonijiet armonizzati sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ sikurezza u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-apparati relatati kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet interoperabbli u innovattivi għall-protezzjoni tal-pubbliku u għall-għajnuna f’diżastri.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, ifittxu sett minimu ta’ meded ċentrali armonizzati għall-PMSEs fl-Unjoni, skont l-objettivi tal-Unjoni biex itejbu l-integrazzjoni tas-suq intern u l-aċċess għall-kultura. Dawn il-meded armonizzati għandhom ikunu fuq 1GHz jew frekwenzi ogħla.

Ġustifikazzjoni

Artisti u gruppi li jivvjaġġaw attwalment qed jiffaċċaw problemi peress li mikrofoni bla fili ngħataw frekwenzi differenti, mhux biss fi Stati Membri differenti, iżda wkoll bejn bliet u reġjuni differenti. Il-PMSEs m'għandhomx bżonn żoni kbar ta' kopertura u b'hekk frekwenzi ’l fuq minn 1GHz ikunu ideali.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw disponibilità tal-medda għall-RFID u teknoloġiji oħra tal-komunikazzjoni Internet tal-Oġġetti (IOT – Internet of Things) u għandhom jaħdmu lejn standardizzazzjoni tal-allokazzjoni tal-ispettru għall-komunikazzjoni IOT fost l-Istati Membri.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni, mgħejjuna mill-Istati Membri, li għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha xierqa dwar l-użu tal-ispettru, għandha toħloq inventarju tal-użu eżistenti tal-ispettru u tal-ħtiġijiet futuri possibbli għall-ispettru fl-Unjoni, b’mod partikolari fil-medda mit-300 MHz sat-3 GHz.

1. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Istati Membri, li għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha xierqa dwar l-użu tal-ispettru, għandha toħloq inventarju tal-użu eżistenti tal-ispettru u tal-ħtiġijiet futuri possibbli għall-ispettru armonizzat fl-Unjoni. Bħala pass inizjali, tali inventarju għandu jinkludi frekwenzi fil-medda mit-300 MHz sas-6 GHz. L-inventarju għandu jinkludi wkoll rapport dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jimplimentaw deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-UE rigward l-armonizzazzjoni u l-użu tal-bands ta’ frekwenza speċifiċi.

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-inventarju msemmi fil-paragrafu (1) għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-effiċjenza teknika tal-użi eżistenti tal-ispettru u l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji u tal-applikazzjonijiet ineffiċjenti, kif ukoll tal-opportunitajiet tal-ispettru u tal-kondiviżjoni tal-ispettru li ma ntużawx jew li ntużaw b’mod ineffiċjenti. Huwa għandu jqis il-ħtiġijiet futuri għal spettru bbażat fuq id-domandi tal-konsumaturi u tal-operaturi, u l-possibbiltà li jiġu sodisfatti ħtiġijiet ta’ din ix-xorta.

2. L-inventarju msemmi fil-paragrafu (1) għandu, fuq il-bażi ta' kriterji u metodi trasparenti u definiti b'mod ċar, jippermetti l-valutazzjoni tal-effiċjenza teknika tal-użi eżistenti tal-ispettru u l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji u tal-applikazzjonijiet ineffiċjenti, kif ukoll tal-opportunitajiet tal-ispettru u tal-kondiviżjoni tal-ispettru li ma ntużawx jew li ntużaw b’mod ineffiċjenti. Huwa għandu jqis il-ħtiġijiet futuri għal spettru bbażat fuq id-domandi tal-konsumaturi, tan-negozji u tal-operaturi, u l-possibbiltà li jiġu sodisfatti ħtiġijiet ta’ din ix-xorta.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fejn hu possibbli, il-Kummissjoni, fl-inventarju li saret referenza għalih fil-paragrafu 1, għandha tinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-medda minn terzi stati sieħba li jista' jkollhom effett dirett jew indirett fuq l-użu tal-ispettru fl-Unjoni.

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Unjoni għandha tipprovdi, meta tintalab tagħmel dan, appoġġ politiku u tekniku lill-Istati Membri fin-negozjati bilaterali tagħhom ma’ pajjiżi ġirien li mhumiex membri tal-Unjoni, inklużi l-pajjiżi ta’ adeżjoni u dawk kandidati, sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-ispettru li ma jħallux li l-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni rigward il-politika u l-ġestjoni tal-ispettru. L-Unjoni għandha tappoġġja wkoll l-isforzi ta’ pajjiżi terzi sabiex jimplimentaw ġestjoni tal-ispettru li tkun kompatibbli ma’ dik tal-Unjoni, ħalli jiġu salvagwardjati l-għanijiet tal-politika dwar l-ispettru tal-Unjoni.

4. L-Unjoni għandha tassisti lill-Istati Membri b’appoġġ politiku u tekniku fin-negozjati bilaterali u multilaterali ma’ pajjiżi ġirien li mhumiex membri tal-Unjoni, inklużi l-pajjiżi ta’ adeżjoni u dawk kandidati, sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-ispettru li ma jħallux li l-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni rigward il-politika u l-ġestjoni tal-ispettru. L-Unjoni għandha tappoġġja wkoll l-isforzi ta’ pajjiżi terzi sabiex jimplimentaw ġestjoni tal-ispettru li tkun kompatibbli ma’ dik tal-Unjoni, ħalli jiġu salvagwardjati l-għanijiet tal-politika dwar l-ispettru tal-Unjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Politika tal-ispettru tar-radju

Referenzi

COM(2010)0471 – C7-0270/2010 – 2010/0252(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

23.9.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eija-Riitta Korhola

13.10.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Iliana Ivanova, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Toine Manders, Gianni Pittella, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Kyriacos Triantaphyllides, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Simon Busuttil, Cornelis de Jong, Ashley Fox, Constance Le Grip, Pier Antonio Panzeri, Antonyia Parvanova, Sylvana Rapti, Amalia Sartori

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (15.3.2011)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju
(COM(2010)0471 – C7-0270/2010 – 2010/0252(COD))

Rapporteur għall-opinjoni: Petra Kammerevert

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1.  Permezz tal-proposta għal deċiżjoni, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta l-ewwel programm tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-Ewropa kollha, għall-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fi ħdan l-UE (minn hawn ’il quddiem “RSPP” – Radio Spectrum Policy Programme).

2.  Dan jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ spettru għal komunikazzjonijiet broadband bla fili, bil-għan li jitwettaq l-għan imsemmi fl-Aġenda Diġitali, jiġifieri li sal-2020, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jingħataw aċċess għal servizzi broadband b’veloċità ta’ mill-inqas 30 Mbps.

3.  Il-frekwenzi tal-ispettru huma beni pubbliċi u riżorsa skarsa ferm. Huma indispensabbli għall-qadi ta’ kompiti varji soċjali, kulturali u ekonomiċi. Bir-reviżjoni tal-2009 tal-qafas legali Komunitarju għall-qasam tal-komunikazzjoni elettronika l-Kummissjoni ntrabtet li fil-ġestjoni tal-ispettru tikkunsidra dawn l-aspetti b’mod ugwali u adegwat. B’hekk, huwa assolutament inevitabbli li r-rekwiżiti stabbiliti mill-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni jiffurmaw il-bażi tal-RSPP. Għaldaqstant, għandu jiġi żgurat li l-RSPP, mingħajr l-ebda eċċezzjoni, jikkonforma ma’ dan il-qafas legali u ma jaqax lura meta mqabbel mal-prinċipji legali stipulati fih.

4.  B’mod partikolari għandu jiġi żgurat li

a)  L-RSPP jagħti biżżejjed lok għall-iżvilupp xieraq tax-xandir diġitali terrestri u tat-televiżjoni ibrida. Fl-Ewropa, it-tifrix ta’ programmi mhux kodifikati permezz tal-istandards dvb-t jew dvb-t2 sar pilastru indispensabbli għall-pluraliżmu fil-midja. Barra minn hekk, is-sistema terrestri hija l-unika sistema mhux proprjetarja ta’ tifrix għax-xandir li tinsab għad-dispożizzjoni tal-utenti kollha b’mod identiku u ndaqs. Għandha tiġi żgurata l-koeżistenza, mingħajr interferenza, tal-komunikazzjonijiet mobbli u tax-xandir fil-meded rispettivi, b’mod partikolari fejn jistgħu jinzertaw ħdejn xulxin riċevituri bi standards differenti. Xi drabi x-xandir terrestri jibqa’ l-uniku metodu ta’ xandir ekonomikament adatt għar-radju u t-televiżjoni portabbli u mobbli, u b’hekk anki sostenibbli.

b)  Il-frekwenzi disponibbli jiġu utilizzati b’mod effiċjenti. Biex dan isir, tinħtieġ evalwazzjoni regolari tal-użu tal-ispettru. Skont il-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni, dan il-kompitu jaqa’ fil-kompetenza tal-Istati Membri. Il-livell Ewropew m’għandux jinvolvi ruħu ħlief l-aktar l-aktar fil-koordinazzjoni.

c)  Jiġu evitati kemm jista’ jkun disturbi u interferenzi kkawżati mill-allokazzjoni ta’ frekwenzi ġodda tal-ispettru.

d)  Ikunu previsti b’mod obbligatorju miżuri ta’ kumpens għal investimenti fil-meded tal-ispettru użati preċedentement (pereżempju għad-dvb-t) jew investimenti neċessarji minħabba l-allokazzjoni ta’ frekwenzi ġodda (pereżempju PMSE).

5.  L-ispettru tar-radju jservi biex jaqdi interessi pubbliċi, differenti ħafna bejniethom, fl-Istati Membri. F’dan ir-rigward, hemm diversi speċifiċitajiet nazzjonali u reġjonali li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati. Hemm dubju dwar jekk l-UE hijiex f’pożizzjoni li tibbilanċja dawn l-interessi b’mod tajjeb u effiċjenti daqs l-Istati Membri tagħha. Għaldaqstant (u fid-dawl tal-kompetenza allokata lilhom kif stipulat fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva Kwadru) għandhom jiġu miċħuda ppjanar u ġestjoni superjuri f’livell Ewropew. Bl-istess mod, hemm xettiċiżmu kbir fir-rigward ta’ kompetenza proprja tal-Kummissjoni għal negozjati internazzjonali. Għall-kuntrarju ta’ dan, jintlaqa’ b’sodisfazzjon irwol kumplimentari tal-UE bħala koordinatriċi billi din tappoġġja lill-Istati Membri tagħha.

6.  Barra minn hekk, għandhom jiġu evitati deċiżjonijiet għaġġelija dwar l-allokazzjoni ta’ frekwenzi, u bis-saħħa ta’ miżuri adattati għandu jiġi żgurat li fil-frekwenzi allokati l-ġodda jiġu applikati standards ta’ trażmissjoni msejsa fuq bażi xjentifika suffiċjentement soda li jiggarantixxu l-aħjar kwalità possibbli tas-servizz ipprovdut bl-inqas spejjeż ta’ distribuzzjoni. Diġà issa huwa ppruvat, pereżempju, li l-istandard LTE mhuwiex aktar effiċjenti mill-istandard dvb-t2.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 8a(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex ikunu stabbiliti programmi pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru skont id-direttivi applikabbli għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għandhom jirreferu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-ispettru li jkunu meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-UE eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva 1999/5/KE u d-Direttivi 2002/20/KE u 2002/21/KE, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Hija wkoll mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, f’konformità mal-liġi tal-UE, sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva u mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għal finijiet u għad-difiża tal-ordni pubbliku u tas-sigurtà pubblika.

(1) L-Artikolu 8a(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 20091 jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex ikunu stabbiliti programmi pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru skont id-direttivi applikabbli għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika għandhom jirreferu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-ispettru li jkunu meħtieġa għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern. Barra minn hekk, wara li ġie kkunsidrat li hemm riskju reali ta’ interferenza fir-riċezzjoni ġenerali tax-xandir awdjoviżiv, indipendentement minn jekk huwiex analogue jew le, tali politiki u s-suq li jirreferi għalih għandhom jiżguraw protezzjoni qawwija tad-drittijiet tal-konsumatur u informazzjoni pubblika xierqa dwar il-bidla li jmiss issir.

 

1 ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.

Emenda          2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-ispettru huwa riżorsa prinċipali għas-setturi u għas-servizzi essenzjali, inklużi l-komunikazzjonijiet mobbli, broadband bla fili u satellitari, ix-xandir bit-televiżjoni u bir-radju, it-trasport, ir-radjolokazzjoni, u applikazzjonijiet bħal sistemi ta’ allarm, kontrolli mill-bogħod, apparati li jgħinu s-smigħ, mikrofoni u tagħmir mediku. Huwa jappoġġja servizzi pubbliċi bħas-servizzi tas-sigurtà u tas-sikurezza, inkluża l-protezzjoni ċivili, u l-attivitajiet xjentifiċi, bħall-meteoroloġija, l-osservazzjoni tad-Dinja, ir-radjuastronomija u r-riċerka spazjali. Il-miżuri regolatorji dwar l-ispettru b’hekk għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi, għas-sikurezza, għas-saħħa, għall-interess pubbliku, kulturali, xjentifiċi, soċjali, ambjentali u tekniċi.

(2) L-ispettru huwa ġid pubbliku li għandu valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti ħafna. Huwa riżorsa prinċipali għas-setturi u għas-servizzi essenzjali, inklużi l-komunikazzjonijiet mobbli, broadband bla fili u satellitari, ix-xandir bit-televiżjoni u bir-radju, it-trasport, ir-radjolokazzjoni, u applikazzjonijiet bħal sistemi ta’ allarm, kontrolli mill-bogħod, apparati li jgħinu s-smigħ, mikrofoni bla fili u tagħmir mediku. Huwa jappoġġja servizzi pubbliċi bħas-servizzi tas-sigurtà u tas-sikurezza, inkluża l-protezzjoni ċivili, il-faċilitazzjoni tar-relazzjonijiet bejn iċ-ċittadin u l-Istat permezz ta’ governanza elettronika u l-attivitajiet xjentifiċi, bħall-meteoroloġija, l-osservazzjoni tad-Dinja, ir-radjuastronomija u r-riċerka spazjali. Il-miżuri regolatorji dwar l-ispettru b’hekk għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi, għas-sikurezza, għas-saħħa, għall-interess pubbliku, kulturali, xjentifiċi, soċjali, ambjentali u tekniċi.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni għandhom ikabbru s-suq uniku għas-servizzi u għat-tagħmir tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bla fili kif ukoll politiki oħrajn tal-Unjoni li jeżiġu l-użu tal-ispettru, biex b’hekk joħolqu opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni u jagħtu kontribut għall-irkupru ekonomiku u għall-integrazzjoni soċjali mal-Unjoni kollha, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru. Għal dan il-għan, l-Unjoni għalhekk teħtieġ programm ta’ politika li jkorpi s-suq intern fl-oqsma kollha tal-politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D), it-trasport u l-enerġija.

(3) L-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fuq il-livell tal-Unjoni għandhom ikabbru s-suq uniku għas-servizzi u għat-tagħmir tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bla fili kif ukoll politiki oħrajn tal-Unjoni li jeżiġu l-użu tal-ispettru, biex b’hekk joħolqu opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni u jagħtu kontribut għall-irkupru ekonomiku u għall-integrazzjoni soċjali mal-Unjoni kollha, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti tal-ispettru. Għal dan il-għan, l-Unjoni għalhekk teħtieġ programm ta’ politika li jkorpi s-suq intern fl-oqsma kollha tal-politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D), it-trasport, il-kultura u l-enerġija.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-ewwel programm għandu jispeċifika l-prinċipji u l-għanijiet ta’ gwida għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sal-2015, u għandu jistabbilixxu inizjattivi implimentattivi speċifiċi. Filwaqt li l-ġestjoni tal-ispettru għadha fil-parti l-kbira kompetenza nazzjonali, din għandha tkun eżerċitata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni eżistenti u għandha tagħti lok għal azzjoni sabiex ikunu segwiti l-politiki tal-Unjoni.

(5) L-ewwel programm għandu jispeċifika l-prinċipji u l-għanijiet ta’ gwida għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sal-2015, u għandu jistabbilixxu inizjattivi implimentattivi speċifiċi. Il-ġestjoni tal-ispettru hi kompetenza nazzjonali u għandha tkun eżerċitata b’konformità mal-liġi eżistenti tal-EU u għandha tagħti lok biex jiġu adottati miżuri ħalli tiġi segwita politika tal-ispettru tal-UE. Skont l-Artikolu 8a(1) tad-Direttiva Qafas, l-Istati Membri meħtieġa jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b’rabta mal-ippjanar strateġiku, il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru.

Emenda          5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-programm għandu jikkunsidra wkoll id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) u l-kompetenza teknika tal-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), sabiex il-politiki tal-Unjoni li jiddependu mill-ispettru u ġew miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill ikunu jistgħu jiġu implimentati permezz ta’ miżuri tekniċi implimentattivi (fejn jiġi nnotat li tali miżuri jistgħu jittieħdu kull meta jkun meħtieġ sabiex jiġu implimentati politiki tal-Unjoni diġà eżistenti).

(6) Il-programm għandu jikkunsidra wkoll id-Deċiżjoni Nru. 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) u l-kompetenza teknika tal-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT). Il-politiki tal-Unjoni li jiddependu mill-ispettru u ġew miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill għandhom ikunu jistgħu jiġu implimentatati permezz ta' regoli tekniċi ta' implimentazzjoni. Dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-orjentazzjonijiet u l-għanijiet tal-politika tal-frekwenza tal-UE li ġew stipulati fl-Artikolu 8a tad-direttiva qafas.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) In-negozju fid-drittijiet tal-ispettru flimkien ma’ kundizzjonijiet flessibbli ta’ użu għandhom ikunu ta’ benefiċċju sostanzjali għat-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, il-meded fejn il-liġi tal-Unjoni diġà introduċiet użu flessibbli għandhom ikunu jistgħu jiġu nnegozjati immedjatament f’konformità mad-Direttiva Kwadru. Barra minn hekk, prinċipji komuni għall-format u għall-kontenut ta’ drittijiet li jistgħu jiġu nnegozjati ta’ din ix-xorta kif ukoll miżuri komuni sabiex tkun ipprevenuta akkumulazzjoni tal-ispettru li tista’ toħloq pożizzjonijiet dominanti kif ukoll nuqqas mhux xieraq li jintuża l-ispettru akkwistat, għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni koordinata mill-Istati Membri kollha ta’ dawn il-miżuri u jiffaċilitaw l-akkwist ta’ drittijiet ta’ din ix-xorta fi kwalunkwe post fl-Unjoni.

(8) In-negozju fid-drittijiet tal-ispettru flimkien ma’ kundizzjonijiet flessibbli ta’ użu għandhom ikunu ta’ benefiċċju sostanzjali għat-tkabbir ekonomiku. Barra minn hekk, prinċipji komuni għall-format u għall-kontenut ta’ drittijiet li jistgħu jiġu nnegozjati ta’ din ix-xorta kif ukoll miżuri komuni sabiex tkun ipprevenuta akkumulazzjoni tal-ispettru li tista’ toħloq pożizzjonijiet dominanti kif ukoll nuqqas mhux xieraq li jintuża l-ispettru akkwistat, għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni koordinata mill-Istati Membri kollha ta’ dawn il-miżuri u jiffaċilitaw l-akkwist ta’ drittijiet ta’ din ix-xorta fi kwalunkwe post fl-Unjoni.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla fili huwa mezz importanti sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni, lill-għażla tal-konsumaturi u lill-aċċess f’żoni rurali u żoni oħrajn, fejn l-użu tal-broadband bil-fili huwa diffiċli jew mhux vijabbli ekonomikament. Madankollu, il-ġestjoni tal-ispettru tista’ taffetwa l-kompetizzjoni billi tbiddel ir-rwol u s-setgħa tal-parteċipanti fis-suq, pereżempju jekk l-utenti eżistenti jirċievu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa. Aċċess limitat għall-ispettru, b’mod partikolari meta l-ispettru adattat isir iktar skars, jista’ joħloq ostakolu għad-dħul ta’ servizzi jew applikazzjonijiet ġodda u jfixkel l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. L-akkwist ta’ drittijiet ġodda għall-użu, inkluż permezz tan-negozju fl-ispettri, jew ta’ tranżazzjonijiet oħrajn bejn l-utenti, u l-introduzzjoni ta’ kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru jista' jkollhom impattfuq is-sitwazzjoni kompetittiva eżistenti.. L-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu miżuri regolatorji ex ante jew ex post xierqa (bħal azzjoni sabiex jiġu emendati d-drittijiet eżistenti, ikunu pprojbiti ċerti akkwisti tad-drittijiet tal-ispettru, ikunu imposti kundizzjonijiet fuq il-ħżin tal-ispettru u fuq l-użu effiċjenti, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(7) tad-Direttiva Kwadru, sabiex ikun limitat l-ammont ta’ spettru għal kull operatur, jew sabiex tkun evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta’ spettru), sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni skont il-prinċipji tal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta' "Awtorizzazzjoni" ) u l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 87/372/KEE (id-Direttiva "GSM").

(9) Kif ġie enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla fili huwa mezz importanti sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni, lill-għażla tal-konsumaturi u lill-aċċess f’żoni rurali u żoni oħrajn, fejn l-użu tal-broadband bil-fili huwa diffiċli jew mhux vijabbli ekonomikament. Madankollu, il-ġestjoni tal-ispettru tista’ taffetwa l-kompetizzjoni billi tbiddel ir-rwol u s-setgħa tal-parteċipanti fis-suq, pereżempju jekk l-utenti eżistenti jirċievu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa. Aċċess limitat għall-ispettru, b’mod partikolari meta l-ispettru adattat isir iktar skars, jista’ joħloq ostakolu għad-dħul ta’ servizzi jew applikazzjonijiet ġodda u jfixkel l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. L-akkwist ta’ drittijiet ġodda għall-użu, inkluż permezz tan-negozju fl-ispettri, jew ta’ tranżazzjonijiet oħrajn bejn l-utenti, u l-introduzzjoni ta’ kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru jista' jkollhom impattfuq is-sitwazzjoni kompetittiva eżistenti.. L-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu miżuri regolatorji ex ante jew ex post xierqa (bħal azzjoni sabiex jiġu emendati d-drittijiet eżistenti, ikunu pprojbiti ċerti akkwisti tad-drittijiet tal-ispettru, ikunu imposti kundizzjonijiet fuq il-ħżin tal-ispettru u fuq l-użu effiċjenti, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(7) tad-Direttiva Kwadru, sabiex ikun limitat l-ammont ta’ spettru għal kull operatur, jew sabiex tkun evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta’ spettru), sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni skont il-prinċipji tal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoni”) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-25 ta’ Novembru 2009 u l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 87/372/KEE (id-Direttiva “GSM”) kif emendata bid-Direttiva 2009/114/KE tas-16 ta’ Settembru 2009.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-użu ottimali u effiċjenti tal-ispettru jeżiġi monitoraġġ kontinwu tal-iżviluppi, u informazzjoni trasparenti aġġornata dwar l-użu tal-ispettru mal-Unjoni kollha. Filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità6 teżiġi li l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar id-drittijiet għall-użu, fl-Unjoni huma meħtieġa inventarju dettaljat tal-użu eżistenti tal-ispettru flimkien ma’ metodoloġija effettiva ta’ analiżi u ta’ valutazzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru u tat-tagħmir tar-radju, b’mod partikolari bejn it-300 MHz u t-3 GHz. Dan għandu jgħin biex jiġu identifikati teknoloġiji u użi ineffiċjenti kemm fis-setturi kummerċjali kif ukoll f’dawk pubbliċi, u anki assenjazzjonijiet u opportunitajiet għal kondiviżjoni mhux użati, u sabiex ikunu evalwati l-ħtiġijiet futuri tal-konsumaturi u tan-negozji.

(10) L-użu ottimali u effiċjenti tal-ispettru jeżiġi monitoraġġ kontinwu tal-iżviluppi, u informazzjoni trasparenti aġġornata dwar l-użu tal-ispettru mal-Unjoni kollha. Filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità6 teżiġi li l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar id-drittijiet għall-użu, fl-Unjoni huma meħtieġa inventarju dettaljat tal-użu eżistenti tal-ispettru flimkien ma’ metodoloġija effettiva ta’ analiżi u ta’ valutazzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru u tat-tagħmir tar-radju, b’mod partikolari bejn it-300 MHz u t-3 GHz. Dan għandu jgħin biex jiġu identifikati teknoloġiji u użi ineffiċjenti kemm fis-setturi privati kif ukoll f’dawk pubbliċi, u anki assenjazzjonijiet u opportunitajiet għal kondiviżjoni mhux użati, u sabiex ikunu evalwati l-ħtiġijiet futuri tal-konsumaturi u tan-negozji.

Ġustifikazzjoni

Tinħtieġ kjarifika. L-ispettru jintuża wkoll kemm mis-settur privat kif ukoll minn dak mhux kummerċjali.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Standards armonizzati skont id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom huma essenzjali sabiex jinkiseb użu effiċjenti tal-ispettru u għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tal-kondiviżjoni ddefiniti legalment. L-istandards Ewropej għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi mhux tar-radju għandhom ukoll jevitaw disturbi għall-użu tal-ispettru. L-impatt kumulattiv taż-żieda fil-volum u fid-densità tal-apparati u tal-applikazzjonijiet bla fili flimkien mad-diversità tal-użu tal-ispettru jikkumplika l-approċċi attwali għall-ġestjoni tal-interferenzi. Dawn għandhom jiġu eżaminati u vvalutati mill-ġdid flimkien mal-karatteristiċi tar-riċevituri u ma’ mekkaniżmi iktar sofistikati biex ikunu evitati l-interferenzi. .

(11) Standards armonizzati skont id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet, ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom u armonizzazzjonijiet tan-netwerks elettroniċi u l-apparat bla fili fil-futur huma essenzjali sabiex jinkiseb użu effiċjenti tal-ispettru u għandhom jiżguraw l-użu parallel tal-applikazzjonijiet eżistenti u ġodda. L-istandards Ewropej għat-tagħmir u għan-netwerks elettriċi u elettroniċi mhux tar-radju għandhom ukoll jevitaw disturbi għall-użu tal-ispettru. L-impatt kumulattiv taż-żieda fil-volum u fid-densità tal-apparati u tal-applikazzjonijiet bla fili flimkien mad-diversità tal-użu tal-ispettru jikkumplika l-approċċi attwali għall-ġestjoni tal-interferenzi. Dawn għandhom jiġu eżaminati u vvalutati mill-ġdid flimkien mal-karatteristiċi tar-riċevituri u ma’ mekkaniżmi iktar sofistikati – bħall-affidabilità miżjuda tar-riċevituri kif ukoll livelli adegwati għal apparat emittenti - biex ikunu evitati l-interferenzi.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) F’diversi Stati Membri qed jitnedew netwerks ġodda ta’ komunikazzjoni mobbli tat-tip broadband LTE (Long Term Evolution). Dawn in-netwerks jużaw il-medda ta’ frekwenza bejn is-790 u t-862 MHz. Hemm xi radjomikrofoni li attwalment joperaw f’din il-medda, u b’hekk jista’ jkun li qed jikkawżaw interferenza. Jista’ jkun li dan jikkonċerna wkoll apparat użat fi skejjel, teatri, swali tal-konferenzi jew minn utenti kummerċjali, pubbliċi jew privati oħra. L-adattament tekniku sussegwenti meħtieġ tas-sistemi ma jistax isir mingħajr spejjeż ekonomiċi sostanzjali, u huwa imperattiv li tiġi ċċarata ta’ min hi r-responsabilità f’dan ir-rigward.

Emenda          11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-medda tat-800 MHz hija ottimali biex żoni kbar ikunu koperti mis-servizzi broadband bla fili. Il-bini fuq l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi skont id-Deċiżjoni 2010/267/UE, u fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 li tagħmel sejħa biex ix-xandir analogue jintefa sal-1 ta’ Jannar 2012, u meta jiġu kkunsidrati l-iżviluppi regolatorji nazzjonali mgħaġġla, fil-prinċipju din il-medda għandha tkun disponibbli għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni sal-2013. F’perjodu itwal ta’ żmien, jista’ jkun previst anki spettru addizzjonali taħt is-790 MHz, jiddependi mill-esperjenza u min-nuqqas ta’ spettru f’meded oħrajn adegwati għall-kopertura. Meta tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-medda tat-800 MHz sabiex titrażmetti fuq żoni kbar, mad-drittijiet għandhom ikunu marbuta obbligi ta’ kopertura.

(13) Il-medda tat-800 MHz tista’ tintuża biex żoni kbar ikunu koperti, pereżempju, mis-servizzi broadband bla fili. Il-bini fuq l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi skont id-Deċiżjoni 2010/267/UE, u fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2015 li tagħmel sejħa biex ix-xandir analogue jintefa sal-1 ta’ Jannar 2012, u meta jiġu kkunsidrati l-iżviluppi regolatorji nazzjonali mgħaġġla, fil-prinċipju din il-medda għandha tkun disponibbli għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni sal-2015. Meta tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-medda tat-800 MHz sabiex titrażmetti fuq żoni kbar, mad-drittijiet se jkunu marbuta obbligi ta’ kopertura.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Spettru addizzjonali jista’ jkun meħtieġ minn setturi oħrajn bħat-trasport (għal sistemi ta' sikurezza, informazzjoni u ġestjoni),l-R&D, il-protezzjoni tal-pubbliku u l-għajnuna f’diżastri, is-saħħa elettronika (e-health) u l-inklużjoni elettronika (e-inclusion). L-ottimizzazzjoni tas-sinerġji bejn il-politika dwar l-ispettru u l-attivitajiet ta’ R&D kif ukoll it-twettiq ta’ studji dwar il-kompatibbiltà tar-radju bejn l-utenti differenti tal-ispettru għandhom jgħinu lill-innovazzjoni. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni għandu jgħin fl-iżvilupp tal-aspetti tekniċi tar-regolamentazzjoni tal-ispettru, prinċipalment billi jipprovdi faċilitajiet għall-ittestjar sabiex ikunu vverifikati l-mudelli tal-interferenzi rilevanti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-riżultati tar-riċerka taħt is-Seba’ Programm Qafas jeżiġu l-eżami tal-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-proġetti li jista’ jkollhom potenzjal ekonomiku jew ta’ investiment kbir, b’mod partikolari għall- SMEs, eż. ir-radju konjittiv jew is-saħħa elettronika. Għandha tkun żgurata anki protezzjoni adegwata minn interferenza dannuża sabiex ikunu sostnuti attivitajiet ta’ R&D u xjentifiċi.

(15) Spettru addizzjonali jista’ jkun meħtieġ minn setturi oħrajn bħat-trasport (għal sistemi ta’ sikurezza, informazzjoni u ġestjoni), l-R&D, il-protezzjoni tal-pubbliku u l-għajnuna f’diżastri, is-saħħa elettronika (e-health), l-inklużjoni elettronika (e-inclusion) u l-kultura. L-ottimizzazzjoni tas-sinerġji bejn il-politika dwar l-ispettru u l-attivitajiet ta’ R&D kif ukoll it-twettiq ta’ studji dwar il-kompatibbiltà tar-radju bejn l-utenti differenti tal-ispettru għandhom jgħinu lill-innovazzjoni. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni għandu jgħin fl-iżvilupp tal-aspetti tekniċi tar-regolamentazzjoni tal-ispettru, prinċipalment billi jipprovdi faċilitajiet għall-ittestjar sabiex ikunu vverifikati l-mudelli tal-interferenzi rilevanti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-riżultati tar-riċerka taħt is-Seba’ Programm Qafas jeżiġu l-eżami tal-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-proġetti li jista’ jkollhom potenzjal ekonomiku jew ta’ investiment kbir, b’mod partikolari għall- SMEs, eż. ir-radju konjittiv jew is-saħħa elettronika. Għandha tkun żgurata anki protezzjoni adegwata minn interferenza dannuża sabiex ikunu sostnuti attivitajiet ta’ R&D u xjentifiċi.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Barra minn hekk, l-espansjoni tal-ispettru mis-setturi msemmija hawn fuq għandha tkun akkumpanjata b’informazzjoni pubblika dwar l-użu addizzjonali tal-ispettru, kif ukoll bi programmi ta’ taħriġ, li jippermettu liċ-ċittadini jwessgħu l-inizjattivi uffiċjali inerenti u joħolqu kapaċità reali li tiġi mmobilizzata s-soċjetà.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Ir-regolamentazzjoni tal-ispettru għandha dimensjonijiet transkonfinali jew internazzjonali kbar, minħabba karatteristiċi ta’ propagazzjoni, in-natura internazzjonali tas-swieq li jiddependu minn servizzi bbażati fuq ir-radju, u l-ħtieġa li tkun evitata interferenza dannuża bejn il-pajjiżi. Barra minn hekk, ir-referenzi għal ftehimiet internazzjonali fid-Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE kif emendati ifissru li l-Istati Membri m’għandhomx jidħlu għal obbligi internazzjonali li jipprevjenu jew jirrestrinġu t-twettiq tal-obbligi tagħhom tal-Unjoni . L-Istati Membri għandhom, skont il-ġurisprudenza, jidħlu għall-isforzi kollha meħtieġa biex jippermettu rappreżentanza xierqa tal-Unjoni fi kwistjonijiet taħt il-kompetenza tagħha f'entitajiet internazzjonali inkarigati bil-koordinazzjoni tal-ispettru. Barra minn hekk, fejn tkun involuta politika jew kompetenza tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tixpruna politikament il-preparazzjoni tan-negozjati u jkollha rwol f’negozjati multilaterali, inkluż fl-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) li jikkorrispondi għal-livell ta’ responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet relatati mal-ispettru skont il-liġi tal-Unjoni.

(19) Ir-regolamentazzjoni tal-ispettru għandha dimensjonijiet transkonfinali jew internazzjonali kbar, minħabba karatteristiċi ta’ propagazzjoni, in-natura internazzjonali tas-swieq li jiddependu minn servizzi bbażati fuq ir-radju, u l-ħtieġa li tkun evitata interferenza dannuża bejn il-pajjiżi. Barra minn hekk, ir-referenzi għal ftehimiet internazzjonali fid-Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE kif emendati ifissru li l-Istati Membri m’għandhomx jidħlu għal obbligi internazzjonali li jipprevjenu jew jirrestrinġu t-twettiq tal-obbligi tagħhom tal-Unjoni . L-Istati Membri għandhom, skont il-ġurisprudenza u b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jeżaminaw x’arranġamenti hemm bżonn biex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa tal-interessi komuni tal-Unjoni f’entitajiet internazzjonali inkarigati bil-koordinazzjoni tal-ispettru, u jimplimentaw ir-riżultati miksuba mingħajr dewmien.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex ikun hemm evoluzzjoni mill-prattika attwali u bini fuq il-prinċipji ddefiniti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Frar 1992 dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-Konferenza Amministrattiva Dinjija tar-Radju tal-1992, u fejn il-Konferenzi Dinjija dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju (WRC) u negozjati multiltaterali oħrajn imissu prinċipji u kwistjonijiet ta’ politika b’dimensjoni sinifikanti tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tkun tista’ tistabbilixxi proċeduri ġodda sabiex tiddefendi l-interessi tagħha f’negozjati multilaterali, minbarra l-għan fit-tul li ssir membru tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni flimkien mal-Istati Membri; għal dan il-għan, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG), tista’ anki tipproponi għanijiet ta’ politika komuni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif inhu stabbilit fid-Direttiva 2002/21/KE .

(20) Filwaqt li taġixxi bi ftehim mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta dwar kif, fil-Konferenzi Dinjija dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju (WRC) u f’negozjati multiltaterali oħrajn li jmissu prinċipji u kwistjonijiet ta’ politika b’dimensjoni sinifikanti tal-Unjoni, l-interessi komuni tal-Unjoni jistgħu jiġu rrappreżentati b’mod xieraq mill-istituzzjonijiet tagħha. Fl-istess ħin, bi ftehim mal-Kunsill, għandha tiġi eżaminata u, jekk xieraq, implimentata s-sħubija tal-Unjoni fl-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni flimkien mal-Istati Membri.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba taħt din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar l-azzjonijiet futuri ppjanati.

(24) Il-Kummissjoni se tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba taħt din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar l-azzjonijiet futuri ppjanati.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-protezzjoni mogħtija lill-atturi tas-suq permezz tad-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi1;

 

---------------

1 ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għan

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, b’konformità mad-Direttiva Qafas u d-Direttivi 2002/20/KE u 2002/19/KE kif emendati bid-Direttiva 2009/140/KE, id-Direttiva 2002/22/KE kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE, u d-Deċiżjoni Nru 67/2002/KE, programm tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għal-liġi eżistenti tal-UE u l-miżuri meħuda f’livell nazzjonali, b’konformità mal-liġi tal-UE, biex jiġu segwiti għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari b’rabra mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u l-politika awdjoviżiva, kif ukoll mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għal skopijiet ta’ ordni pubblika u sigurtà pubblika u tad-difiża.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikun inkoraġġit l-użu effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi sodisfatta bl-aħjar mod id-domanda dejjem ikbar għall-użu tal-frekwenzi;

(a) ikun inkoraġġit l-użu effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi sodisfatta bl-aħjar mod id-domanda dejjem ikbar għall-użu tal-frekwenzi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku tal-ispettru b’mod ġenerali;

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tiġi applikata n-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi fl-użu tal-ispettru għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru),u fejn ikun possibbli għal setturi u għal applikazzjonijiet oħrajn, b’tali mod li tkun promossa l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru, b’mod partikolari billi titrawwem il-flessibbiltà, u tkun promossa l-innovazzjoni;

(b) tiġi applikata n-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi fl-użu tal-ispettru għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE, u fejn ikun possibbli għal setturi u għal applikazzjonijiet oħrajn, b’tali mod li tkun promossa l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru, b’mod partikolari billi titrawwem il-flessibbiltà, u tkun promossa l-innovazzjoni;

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tiġi applikata l-inqas sistema ta’ awtorizzazzjoni oneruża possibbli b’tali mod li jiġu massimizzati l-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru;

(c) tiġi applikata l-aktar sistema xierqa ta’ awtorizzazzjoni possibbli b’tali mod li jiġu massimizzati l-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru;

Emenda          24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiġi ggarantit il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari billi tkun żgurata kompetizzjoni effettiva.

(d) jiġi ggarantit il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari billi tkun żgurata kompetizzjoni effettiva, biex jitrawmu kemm id-diversità kulturali u l-pluraliżmu fil-midja b’konformità mad-Direttiva Qafas kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE, kif ukoll il-koeżjoni soċjali u territorjali.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikun disponibbli f’mument adattat spettru xieraq suffiċjenti sabiex ikunu appoġġjati l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni;

(a) ikun disponibbli f’mument adattat spettru xieraq suffiċjenti sabiex ikunu appoġġjati l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni dwar l-ispettru filwaqt li jitiqes il-potenzjal ta’ żvilupp tax-xandir bir-radju;

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tiġi massimizzata l-flessibbiltà fl-użu tal-ispettru, sabiex ikunu promossi l-innovazzjoni u l-investiment, permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi, il-ftuħ tal-ispettru għal servizzi ġodda, u l-possibbiltà li jsir negozju fid-drittijiet tal-ispettru;

(b) tiġi massimizzata l-flessibbiltà fl-użu tal-ispettru, sabiex ikunu promossi l-innovazzjoni u l-investiment, permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizzi, il-ftuħ tal-ispettru għal servizzi ġodda, u l-possibbiltà li jsir negozju fid-drittijiet tal-ispettru; F’dan ir-rigward, L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri li jitbiegħdu minn dan il-prinċipju jekk il-miżuri inkwistjoni jkunu jaqdu l-għanijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva Kwadru;

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru billi tingħata preferenza lit-teknoloġiji li jużaw ammont żgħir ta’ spettru; isir użu komplementari ta’ teknoloġiji bħal pereżempju Hotspots u Wi-Fi, li ma jeħtiġu l-ebda spettru.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jitkabbar l-użu effiċjenti tal-ispettru billi jsir użu mill-benefiċċji tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u jiġi miżjud l-użu ta’ tipi ta’ awtorizzazzjoni ta’ din ix-xorta;

(c) jitkabbar l-użu effiċjenti tal-ispettru billi jsir użu mill-benefiċċji tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u jiġi miżjud l-użu ta’ tipi ta’ awtorizzazzjoni ta’ din ix-xorta, u titjieb il-pożizzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tal-koeżistenza ta’ applikazzjonijiet qodma u ġodda;

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) tkun evitata interferenza dannuża jew disturbi dannużi minn apparati tar-radju jew mhux tar-radju oħrajn billi jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ standards li jagħtu lok għal użu flessibbli u effiċjenti tal-ispettru, u billi titkabbar l-immunità tar-riċevituri għall-interferenza, fejn jitqies partikolarment l-impatt kumulattiv tal-volumi u tad-densità dejjem ikbar tal-apparati u tal-applikazzjonijiet tar-radju;

(f) tkun evitata interferenza dannuża jew disturbi dannużi bejn apparati billi jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ standards li jagħtu lok għal użu flessibbli u effiċjenti tal-ispettru, u billi titkabbar l-immunità tar-riċevituri għall-interferenza jew kontrolli ta’ ħruġ xierqa għalihom, fejn jitqies partikolarment l-impatt kumulattiv tal-volumi u tad-densità dejjem ikbar tal-apparati u tal-applikazzjonijiet tar-radju;

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ allokazzjoni xierqa għall-iżvilupp tas-servizzi broadband, f’konformità mad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), bħal li l-operaturi rilevanti, fejn ikun possibbli u fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 11, jitħallew ikollhom aċċess dirett jew indirett għal blokki biswit xulxin tal-ispettru ta’ mill-inqas 10 MHz.

1. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ allokazzjoni xierqa għall-iżvilupp tas-servizzi broadband, f’konformità mad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE, bħal li l-operaturi rilevanti, fejn ikun possibbli u fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 11, jitħallew ikollhom aċċess dirett jew indirett għal blokki biswit xulxin tal-ispettru ta’ mill-inqas 10 MHz.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ selezzjoni jippromwovu l-investiment u l-użu effiċjenti tal-ispettru.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ selezzjoni jippromwovu l-investiment u l-użu effiċjenti tal-ispettru u l-koeżistenza bejn is-servizzi u l-apparati ġodda u eżistenti għall-benefiċċju tal-utenti aħħarin u l-konsumaturi.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompetizzjoni

Prinċipji regolatorji dwar il-kompetizzjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iżommu u jippromwovu kompetizzjoni effettiva u jevitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

imħassar

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-obbligi tal-paragrafu 1, u b’mod partikolari sabiex jiżguraw irwieħhom li l-kompetizzjoni ma tkunx suġġetta għal distorsjonijiet minħabba kwalunkwe akkumulazzjoni, trasferiment jew modifika fid-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri jistgħu jadottaw, fost l-oħrajn, il-miżuri li ġejjin, li huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni:

2. Sabiex tinżamm u tiġi promossa kompetizzjoni effikaċi fis-suq intern u skont l-Artikolu 9(7) tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jadottaw, fost l-oħrajn, il-miżuri li ġejjin, li huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni:

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) L-Istati Membri jistgħu jemendaw id-drittijiet eżistenti, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata l-akkumulazzjoni eċċessiva tal-frekwenzi tal-ispettru ex-post f’ċerti operaturi ekonomiċi li tagħmel ħsara b’mod sinifikanti lill-kompetizzjoni.

(d) L-Istati Membri jistgħu jemendaw id-drittijiet eżistenti, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata l-akkumulazzjoni eċċessiva tal-frekwenzi tal-ispettru ex-post f’ċerti operaturi ekonomiċi li tagħmel ħsara b’mod sinifikanti lill-kompetizzjoni.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ selezzjoni jevitaw dewmien u jippromwovu kompetizzjoni effettiva.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ta’ selezzjoni jippromwovu kompetizzjoni effettiva, jevitaw id-dewmien mhux ġustifikat u jqisu l-pożizzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tal-koeżistenza ta’ applikazzjonijiet.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sal-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-medda tat-800 MHz disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. F’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati b’mod xieraq minħabba raġunijiet tekniċi, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza derogi speċifiċi sal-2015. Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha żżomm taħt eżami l-użu tal-ispettru taħt il-1 GHz u tivvaluta jekk l-ispettru addizzjonali jistax jiġi lliberat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ applikazzjonijiet ġodda.

3. Sas-17 ta’ Ġunju 2015, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-medda tat-800 MHz disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Fl-Istati Membri fejn il-proċess tal-bidla diġitali diġà jinsab avvanzat ġmielu jew diġà tlesta u fejn il-migrazzjoni tas-servizzi obbligatorji tista’ tkun ġestita fil-ħin, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-medda ssir disponibbli sal-1 ta’ Jannar 2013.

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw irwieħhom li l-provvista ta’ aċċess għall-kontenut u għas-servizzi broadband permezz tal-medda ta’ 790-862 MHz (800 MHz) ikun inkoraġġit f’żoni ftit li xejn popolati, b’mod partikolari permezz tal-obbligi tal-koperatura; meta jagħmlu dan, huma għandhom jeżaminaw modi u, fejn ikun meħtieġ, jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw irwieħhom li l-liberalizzazzjoni tal-medda tat-800 MHz ma taffetwax ħażin lill-utenti tal-ħolqien ta’ programmi u ta’ avvenimenti speċjali (PMSE).

4. L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw irwieħhom li l-provvista ta’ aċċess għall-kontenut u għas-servizzi broadband permezz tal-medda ta’ 790-862 MHz (800 MHz) ikun inkoraġġit f’żoni ftit li xejn popolati, b’mod partikolari permezz tal-obbligi tal-koperatura; meta jagħmlu dan, huma għandhom jiżguraw irwieħhom li l-liberalizzazzjoni tal-medda tat-800 MHz ma taffettwax ħażin lill-utenti ta’ servizzi tal-ħolqien ta’ programmi u ta’ avvenimenti speċjali (PMSE) u t-trażmissjonijiet bir-radju eżistenti jew futuri u li jittieħdu miżuri xierqa sabiex l-utenti eżistenti jiġu kkumpensati għall-ispejjeż attwali u futuri tal-migrazzjoni. B’rabta mat-tqassim mill-ġdid tal-medda tat-800 MHz, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-użu ta’ riċevituri mingħajr interferenza min-naħa tal-utenti finali.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri, b’koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw li l-miżuri tekniċi u regolatorji meħtieġa jiġu implimentati sabiex jiġu evitati l-interferenzi bejn is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-medda tal-frekwenza ta’ 800 MHz u l-utenti tal-PMSE taħt is-790 MHz.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni qed tiġi mistiedna tadotta, bħala prijorità, miżuri xierqa, skont l-Artikolu 9b(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, sabiex tiżgura ruħha li l-Istati Membri jippermettu negozju fl-Unjoni tad-drittijiet għall-użu tal-ispettru fil-meded armonizzati ta’ 790–862 MHz (il-“medda tat-800 MHz”), 880–915 MHz, 925–960 MHz, 1710–1785 MHz, 1805–1880 MHz, 1900–1980 MHz, 2010–2025 MHz, 2110–2170 MHz, 2.5–2.69 GHz, u 3.4–3.8 GHz.

5. Il-Kummissjoni qed tiġi mistiedna tadotta, bħala prijorità, miżuri xierqa, skont l-Artikolu 9b(3) tad-Direttiva Qafas, sabiex tiżgura ruħha li l-Istati Membri jippermettu negozju fl-Unjoni tad-drittijiet għall-użu tal-ispettru fil-meded armonizzati ta’ 790–862 MHz (il-“medda tat-800 MHz”), 880–915 MHz, 925–960 MHz, 1710–1785 MHz, 1805–1880 MHz, 1900–1980 MHz, 2010–2025 MHz, 2110–2170 MHz, 2.5–2.69 GHz, u 3.4–3.8 GHz.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha mid-disponibbiltà ta’ meded tal-ispettru addizzjonali għall-provvista ta’ servizzi satellitari armonizzati għal aċċess broadband li se jkopru t-territorju kollu tal-Unjoni inklużi l-iktar żoni mbiegħda b’offerta ta’ broadband li tagħti l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għall-Internet bi prezz paragunabbli għall-offerti terrestri.

6. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha mid-disponibbiltà kontinwa tal-ispettru għall-provvista ta’ servizzi satellitari armonizzati għal aċċess broadband li se jkopru t-territorju kollu tal-Unjoni inklużi l-iktar żoni mbiegħda b’offerta ta’ broadband li tagħti l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għall-Internet.

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sabiex jappoġġjaw l-iżvilupp futur tas-servizzi medjatiċi awdjoviżivi innovattivi, li jirriżultaw b’mod partikolari mit-tranżizzjoni għat-televiżjoni diġitali, l-Istati Membri, b’koperazzjoni mal-Kummissjoni, u filwaqt li jikkunsidraw il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tas-suq intern diġitali, għandhom jiżguraw id-disponibilità tal-ispettru għall-forniment ta’ servizzi medjatiċi awdjoviżivi u jipproteġu l-frekwenzi tar-radju li dawn jeħtieġu.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li jkun disponibbli spettru suffiċjenti f’kundizzjonijiet armonizzati sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ sikurezza u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-apparati relatati kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet interoperabbli u innovattivi għall-protezzjoni tal-pubbliku u għall-għajnuna f’diżastri.

3. L-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżguraw li jkun disponibbli spettru suffiċjenti f’kundizzjonijiet armonizzati sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ sikurezza u ċ-ċirkolazzjoni libera tal-apparati relatati kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet interoperabbli u innovattivi għall-protezzjoni tal-pubbliku u għall-għajnuna f’diżastri. L-ispettru użat għax-xandir tar-radju m’għandux jiġi affettwat.

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw il-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-komunità xjentifika u jikkollaboraw magħha; għandhom jidentifikaw numru ta’ inizjattivi ta’ riċerka u ta’ żvilupp kif ukoll applikazzjonijiet innovattivi li jista’ jkolhom impatt soċjoekonomiku kbir u/jew potenzjal għal investiment kbir u jippreparaw għall-allokazzjoni ta’ spettru suffiċjenti għal applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta f’kundizzjonijiet tekniċi armonizzati u bl-inqas piż amministrattiv oneruż.

4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw il-ħtiġijiet relatati mal-ispettru tal-komunità xjentifika u akkademika u jikkollaboraw magħha; għandhom jidentifikaw numru ta’ inizjattivi ta’ riċerka u ta’ żvilupp kif ukoll applikazzjonijiet innovattivi li jista’ jkolhom impatt soċjoekonomiku kbir u/jew potenzjal għal investiment kbir u jippreparaw għall-allokazzjoni ta’ spettru suffiċjenti għal applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta f’kundizzjonijiet tekniċi armonizzati u bl-inqas piż amministrattiv oneruż.

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Inventarju u monitoraġġ tal-użi eżistenti ta’ u tal-ħtiġijiet emerġenti għall-ispettru

Inventarju tal-użi eżistenti ta’ u tal-ħtiġijiet emerġenti għall-ispettru

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni, mgħejjuna mill-Istati Membri, li għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha xierqa dwar l-użu tal-ispettru, għandha toħloq inventarju tal-użu eżistenti tal-ispettru u tal-ħtiġijiet futuri possibbli għall-ispettru fl-Unjoni, b’mod partikolari fil-medda mit-300 MHz sat-3 GHz.

1. B’konformità mas-sistemi ta’ kompetenzi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri, għandhom joħolqu inventarju tal-użu eżistenti tal-ispettru u tal-ħtiġijiet futuri possibbli għall-ispettru fit-territorji rispettivi tagħhom, b’mod partikolari fil-medda mit-300 MHz sat-3 GHz. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-effiċjenza teknika tal-frekwenzi użati għal servizzi ġodda.

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-inventarju msemmi fil-paragrafu (1) għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-effiċjenza teknika tal-użi eżistenti tal-ispettru u l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji u tal-applikazzjonijiet ineffiċjenti, kif ukoll tal-opportunitajiet tal-ispettru u tal-kondiviżjoni tal-ispettru li ma ntużawx jew li ntużaw b’mod ineffiċjenti. Huwa għandu jqis il-ħtiġijiet futuri għal spettru bbażat fuq id-domandi tal-konsumaturi u tal-operaturi, u l-possibbiltà li jiġu sodisfatti ħtiġijiet ta’ din ix-xorta.

2. L-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-effiċjenza teknika tal-użi eżistenti tal-ispettru u l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji u tal-applikazzjonijiet ineffiċjenti, kif ukoll tal-opportunitajiet tal-ispettru u tal-kondiviżjoni tal-ispettru li ma ntużawx jew li ntużaw b’mod ineffiċjenti. Barra minn hekk għandu jiġi żgurat li fil-każ ta’ użu mhux ottimali jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tintlaħaq utilizzazzjoni kemm jista’ jkun effiċjenti. Huwa għandu jqis il-ħtiġijiet futuri għal spettru bbażat fuq id-domandi tal-konsumaturi u tal-operaturi, u l-possibbiltà li jiġu sodisfatti ħtiġijiet ta’ din ix-xorta.

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Unjoni għandha tipparteċipa f’negozjati internazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet relatati mal-ispettru sabiex tiddefendi l-interessi tagħha, filwaqt li taġixxi skont il-liġi tal-Unjoni dwar, fost l-oħrajn, il-prinċipji tal-kompetenzi interni u esterni tal-Unjoni.

imħassar

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamenti internazzjonali jippermettu l-użu sħiħ tal-meded ta' frekwenza għall-għanijiet li għalihom ġew iddeżinjati skont il-liġi tal-Unjoni; u li ammont suffiċjenti ta’ spettru protett b’mod xieraq ikun disponibbli għall-politiki settorjali tal-Unjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamenti internazzjonali jippermettu l-użu sħiħ tal-meded ta’ frekwenza għall-għanijiet li għalihom ġew iddeżinjati skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, u li ammont suffiċjenti ta’ spettru protett b’mod xieraq ikun disponibbli għall-politiki settorjali tal-Unjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Il-politika tal-ispettru tar-radju

Referenzi

COM(2010)0471 – C7-0270/2010 – 2010/0252(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

23.9.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Petra Kammerevert

19.10.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

2.12.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

3.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Silvia Costa, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marietje Schaake, Timo Soini, Emil Stoyanov, Helga Trüpel, Marie-Christine Vergiat, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Iosif Matula, Georgios Papanikolaou, Hella Ranner, Mitro Repo, Joanna Katarzyna Skrzydlewska

PROĊEDURA

Titolu

Politika tal-ispettru tar-radju

Referenzi

COM(2010)0471 – C7-0270/2010 – 2010/0252(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.9.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

23.9.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

23.9.2010

ENVI

23.9.2010

IMCO

23.9.2010

REGI

23.9.2010

 

CULT

23.9.2010

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

19.10.2010

ENVI

5.10.2010

REGI

27.9.2010

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Gunnar Hökmark

20.10.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

9.12.2010

28.2.2011

31.3.2011

 

Data tal-adozzjoni

12.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Lena Ek, Ioan Enciu, Adam Gierek, Robert Goebbels, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Romana Jordan Cizelj, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Niki Tzavela, Vladimir Urutchev, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonio Cancian, António Fernando Correia De Campos, Francesco De Angelis, Ilda Figueiredo, Cristina Gutiérrez-Cortines, Gunnar Hökmark, Yannick Jadot, Silvana Koch-Mehrin, Bernd Lange, Werner Langen, Vladko Todorov Panayotov, Catherine Trautmann

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

Data tat-tressiq

15.4.2011