RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 dwar il-prova tal-oriġini ta’ ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta’ din il-prova u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

18.4.2011 - (COM(2010)0544 – C7‑0316/2010 – 2010/0272(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Jan Zahradil

Proċedura : 2010/0272(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0156/2011
Testi mressqa :
A7-0156/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 dwar il-prova tal-oriġini ta’ ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta’ din il-prova u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi,

(COM(2010)0544 – C7‑0316/2010 – 2010/0272(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0544),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0316/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0156/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni li jiġi revokat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98[1] u jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93[2], kif ippreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, timxi skont l-impenn tal-politika tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssemplifikata l-leġiżlazzjoni fis-seħħ bl-għan li jinħoloq ambjent leġiżlattiv aħjar u aktar ċar għan-negozji, prinċipalment fir-rigward tas-semplifikazzjoni ta’ formalitajiet tad-dwana li jsiru minn importaturi ta’ ċerti prodotti tessili rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, li jaqgħu taħt it-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda[3], elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93. Barra minn hekk, l-obbjettiv tal-Kummissjoni huwa wkoll li tissaħħaħ l-uniformità tar-regoli għall-importazzjoni billi r-regoli relatati mal-importazzjoniijiet tat-tessuti jsiru konformi ma’ dawk relatati ma’ prodotti industrijali oħra, li għandu jtejjeb il-konsistenza ġenerali tal-ambjent leġiżlattiv f’dan il-qasam.

L-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98

L-istrument legali li għandu jiġi revokat jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta’ provi tal-oriġini għal ċerti tessuti u oġġetti tessili li joriġinaw minn pajjiż terzi, u li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Maqgħuda: ħarir; suf, xagħar fin jew aħrax ta' annimali, ħjut u drapp minsuġ minn krin; qoton; fibri oħrajn ta' tessuti veġetali; ħjut tal-karta; filamenti magħmulin mill-bniedem; strixxi u oġġetti simili ta’ materjali tessili magħmulin mill-bniedem; fibri magħmulin mill-bniedem ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple); materjal tessili artab, feltru u materjali mhux minsuġin; ħjut speċjali; spag, ċwiemi, ħbula u kejbils u oġġetti minnhom; twapet u kisi tal-art ieħor ta’ tessuti; drappijiet speċjali minsuġin; drappijiet ta’ tessuti bil-bżiebeż; bizzilla; tapizzeriji; aċċessorji; rakkmu; stanza oħra (impregnated), miksijin, mgħottijin jew laminati; oġġetti ta’ tessuti ta’ tip tajbin għal użu industrijali; drappijiet maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted); oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted); oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted); Oġġetti oħrajn manifatturati ta’ tessuti; settijiet; ħwejjeġ li jintlibsu u oġġetti ta’ tessuti li jintlibsu; ċraret, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.

Ġustifikazzjoni għar-Revoka

1) Tibdiliet fl-Ambjent Regolatorju

L-Unjoni Ewropea fil-bidu adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 biex tintroduċi rekwiżiti speċifiċi għall-preżentazzjoni ta’ prova tal-oriġini għall-prodotti tessili msemmija hawn fuq li joriġinaw minn pajjiżi terzi li għalihom kienu japplikaw ir-restrizzjonijiet kwantitattivi. L-objettiv kien prinċipalment biex tiġi pprovduta għodda għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-politika tal-kummerċ adottati sabiex jiġi evitat xkiel ikkaġunat minn żieda f’daqqa tal-importazzjonijiet minn pajjiż terzi bħalma hija r-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Sussegwentament, restrizzjonijiet kwantitattivi fuq importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi Membri tad-WTO ġew eliminati bl-iskadenza tal-Ftehim tad-WTO dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ, fl-2005. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ salvagwardja għall-importazzjonijiet tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina koperti mill-Ftehim dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ (ATC), dawn spiċċaw ukoll fil-31 ta’ Diċembru 2008, u skada r-reġim tas-sistema ta’ sorveljanza b’kontroll doppju tal-kategoriji tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RP taċ-Ċina.

Ir-Rapporteur, bħall-Kummissjoni, huwa tal-fehma li bħala konsegwenza ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-miżuri tassew limitati tal-politika tal-kummerċ fis-settur tat-tessuti li ġew applikati mill-Unjoni jistgħu jiġu ġestiti mingħajr ma jiġi imponut piż amministrattiv żejjed marbut mal-preżentazzjoni ta’ prova tal-oriġini għal kull importazzjoni li ssir.

2) Strumenti Attwali ta’ Kontroll fuq Importazzjonijiet tal-Prodotti Tessili

Sabiex jibqa’ jsir kontroll fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tessili li għadhom soġġetti għar-restrizzjonijiet kwantitattivi li għad baqa’ u li joriġinaw mill-Bjelorussja u l-Korea ta’ Fuq, li għad mhumiex membri tad-WTO, l-UE issa tiddependi fuq awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni. Dan jgħin biex tiġi evitata l-problema ta’ distorsjonijiet fis-suq li jkunu kaġunati minħabba żieda f’daqqa tal-importazzjonijiet tal-prodotti tessili partikolari fis-suq tal-UE, jekk il-kwoti stipulati ma jiġux rispettati.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti li jidħlu fit-Taqsima XI tan-NM li mhumiex soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi ta’ importazzjoni, u huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-UE, sistema ta’ sorveljanza tal-istatistika ex-post qiegħda tiġi applikata biex tissorvelja l-impatt tagħhom fis-suq tal-UE. Din is-sistema hija amministrata b’konformità mal-Artikolu 308(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju[4].

L-aħħar iżda mhux l-inqas, b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, il-pajjiż ta’ oriġini għall-prodotti kollha importati għandu jitniżżel fil-Kaxxa 34 tad-dokument uniku amministrattiv li l-importaturi għandhom jimlew biex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti. Din l-indikazzjoni hija soġġetta għall-verifiki mill-awtoritajiet doganali li jistgħu jirrikjedu prova addizzjonali, fejn ikun xieraq, fuq bażi ta’ każ b’każ.

Informazzjoni aħjar għall-konsumaturi

Ir-Rapporteur jixtieq ukoll ifakkar li minbarra l-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-importazzjoni ta’ prodotti tessili fl-UE msemmija hawn fuq, il-Parlament Ewropew adotta fl-2010, fl-ewwel qari, ir-rapport mis-Sa Cristiana Muscardini MPE[5] dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta’ ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi (Magħmul Fi), li jikkonċerna wkoll it-tessuti u l-ħwejjeġ. Għalkemm ir-Rapport Muscardini ma jintroduċix mekkaniżmu ta’ kontroll ġdid, huwa jipproponi Regolament dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini li, ladarba jidħol fis-seħħ, se jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġini ta’ diversi prodotti, inklużi tat-tessuti u tal-ħwejjeġ lill-konsumaturi Ewropej.

  • [1]  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 tat-13 ta’ Lulju 1998 dwar il-prova tal-oriġini ta’ ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta’ din il-prova.
  • [2]  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi.
  • [3]  In-Nomenkaltura Maqgħuda (NM) hija n-nomenklatura komuni tal-UE. Tinkludi sottointestaturi bi tmien numri li jintużaw f’dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni u f’dikjarazzjonijiet ta’ statistika dwar is-suq intern biex bihom jiġu identifikati kategoriji differenti ta’ prodotti. In-NM tiġi aġġornata kull sena u l-verżjoni l-ġdida li tidħol fis-seħħ fil-bidu tas-sena ta’ wara hija ppubblikata annwalment fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Ottubru.
  • [4]  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju.
  • [5]  Ir-Rapport Muscardini ġie adottat mill-INTA fid-29 ta’ Settembru 2010 (19-il vot favur u 2 kontra); il-PE adottah fl-ewwel qari fil-21 ta’ Ottubru 2010 (525 vot favur, 49 kontra, u 44 astensjoni). Il-proposta għal Regolament dwar “Magħmul fi” għadha soġġetta għal approvazzjoni min-naħa tal-Kunsill.

PROĊEDURA

Titolu

Revoka tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 dwar il-prova tal-oriġini ta’ ċerti prodotti tessili

Referenzi

COM(2010)0544 – C7-0316/2010 – 2010/0272(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.10.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.10.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jan Zahradil

26.10.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

26.1.2011

15.3.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

13.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Paul Murphy, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Jörg Leichtfried, Georgios Papastamkos, Carl Schlyter

Data tat-tressiq

18.4.2011