RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa
20.4.2011 - (COM(2010)0539 – C7‑0294/2010 – 2010/0267(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Paolo De Castro
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa
(COM(2010)0539 – C7‑0294/2010 – 2010/0267(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0539),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0294/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Litwan, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu u mid-Diet u s-Senat Pollakki, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0158/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li ma jkunux essenzjali. L-elementi li għalihom il-poter jista' jkun eżerċitat għandhom ikunu definiti, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun soġġetta dik id-delegazzjoni. |
(3) Biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament, il-poter li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jingħata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Adattament tat-test legali skont il-Ftehim Komuni dwar arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti ddelegati (Artikolu 290 TFUE). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni uniformi tar-Regolament Nru 73/2009 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha jkollha l-poter li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Salv meta hu espliċitament ipprovdut mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru X/XXXX tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-... |
(4) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata poteri ta' implimentazzjoni. Dawn il-poteri, ħlief meta jkun previst espliċitament mod ieħor, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewrepow u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni*, | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
* ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13 | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Skont il-mudelli għal dispożizzjonijiet dwar l-atti tal-implimentazzjoni soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri, b'konformità mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Il-Kummissjoni, permezz ta' atti tal-implimentazzjoni, għandha tapprova l-għoti ta' ċertu appoġġ speċifiku, tiddeċiedi liema Stati Membri jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet rigward il-primjum tal-baqar li jreddgħu u tawtorizza lil Stati Membri ġodda jikkomplementaw, skont ċerti kundizzjonijiet, kwalunkwe pagamenti diretti. Minħabba n-natura speċjali ta' dawk l-atti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadottahom mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat għal Pagamenti Diretti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-każijiet li fihom il-Kummissjoni taġixxi 'mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat stipulat fl-Artikolu 141c', premessa għandha tispjega din il-kompetenza, billi din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 2a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kliem użat mhuwiex ċar, il-leġiżlazzjoni diġà tkun adottata qabel l-emenda tal-anness, għalhekk il-frażi "tista' ssir neċessarja" hija superfluwa. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 6 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Modifika tal-annessi, kundizzjoni formali għall-modifika ta' element mhux essenzjali tal-att bażiku. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-użu ta’ kliem bħal ‘leġiżlazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja’ f’dispożizzjonijiet li jittrasferixxu setgħat lill-Kummissjoni mhux f’loku. Il-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-delegi għandu jkun definit b’mod preċiż. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 11 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Iż-żamma tal-Artikolu 11 (dwar id-dixxiplina finanzjarja) kif inhu - filwaqt li l-Kunsill jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni - tikkostitwixxi tkomplija tal-fatt li l-poteri ta' implimentazzjoni jibqgħu biss tal-Kunsill skont l-ex Artikolu 202 KE. Madankollu, fil-kuntest leġiżlattiv il-ġdid, ir-Rapporteur iqis li l-fatt li l-poteri ta' implimentazzjoni jibqgħu biss tal-Kunsill m'għadux ġustifikat. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 12 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 12 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kliem użat huwa ġenerali wisq, u huwa diffiċli li wieħed jiddistingwi bejn tipi oħra ta' miżuri possibbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 12 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proposti tal-Kummissjoni f’dan il-qasam mhumiex biżżejjed u għadhom jinvolvu l-ħtieġa tat-twettiq ta' kontrolli fuq il-post f’100% tal-każi. Il-kontrolli fuq il-post ta’ segwitu fil-każ ta’ infrazzjonijiet minuri jwasslu għal żieda sinifikanti fin-numru ta' kontrolli fuq il-post obbligatorji. Minħabba f’hekk jinħoloq piż amministrattiv sinifikanti. Għalhekk hu importanti li jkun abolit l-obbligu li jitwettqu kontrolli ta’ segwitu fil-każijiet ta’ infrazzjonijiet minuri. Dan inaqqas il-piż amministrattiv. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 13 – punt b Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proposti tal-Kummissjoni f’dan il-qasam mhumiex biżżejjed u għadhom jinvolvu l-ħtieġa tat-twettiq ta' kontrolli fuq il-post f’100% tal-każi. Il-kontrolli fuq il-post ta’ segwitu fil-każ ta’ infrazzjonijiet minuri jwasslu għal żieda sinifikanti fin-numru ta' kontrolli fuq il-post obbligatorji. Minħabba f’hekk jinħoloq piż amministrattiv sinifikanti. Għalhekk hu importanti li jkun abolit l-obbligu li jitwettqu kontrolli ta’ segwitu fil-każijiet ta’ infrazzjonijiet minuri. Dan inaqqas il-piż amministrattiv. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 27 a – paragrafu 1 – punt e | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 17 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 31a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dawn il-miżuri, adottati f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jistgħu jkunu tal-istess natura bħal miżuri normalment adottati skont l-Artikolu 290 TFUE (atti ddelegati). Billi hija prevista proċedura ta' urġenza għall-atti ddelegati, ir-Rapporteur jipproponi li tintuża, biex tkun żgurata l-effiċjenza tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 18 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 33 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kliem użat mhuwiex ċar, il-leġiżlazzjoni diġà tkun adottata qabel l-emenda tal-anness, għalhekk il-frażi "tista' ssir neċessarja" hija superfluwa. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 23 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Modifika tal-annessi, kundizzjoni formali għall-modifika ta' element mhux essenzjali tal-att bażiku. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 25 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 42 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kliem użat huwa ġenerali wisq, u huwa diffiċli li wieħed jiddistingwi bejn tipi oħra ta' miżuri simili. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 28 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 45a – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 39 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 70 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 57 – punt b Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 105 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dawn it-tipi ta' miżuri jistgħu joħolqu drittijiet jew, bil-kontra jkollhom konsegwenzi negattivi għall-bdiewa, u għalhekk għandhom jiġu ttrattati bħal atti ddelegati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 58 – punt c Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 110 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dawn it-tipi ta' miżuri jitqiesu bħala atti ddelegati fl-Artikolu 116(7), għalhekk il-konsistenza hija meħtieġa fit-test legali kollu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 61 – punt b – parti introduttorja Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 113 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Bidla teknika, preżentazzjoni ta' emendi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 61 – punt b Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 113 – paragrafu 5 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Bidla teknika, preżentazzjoni ta' emendi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 61 – punt b Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 113 – paragrafu 5 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dawn it-tipi ta' miżuri jistgħu joħolqu drittijiet jew, bil-kontra jkollhom konsegwenzi negattivi għall-bdiewa, u għalhekk għandhom jiġu ttrattati bħal atti ddelegati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 62 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 115 – paragrafu 4 – punt e | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Bidla teknika, preżentazzjoni ta' emendi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 62 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 115 – paragrafu 4 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dawn it-tipi ta' miżuri jitqiesu bħala atti ddelegati fl-Artikolu 116(7), għalhekk il-konsistenza hija meħtieġa fit-test legali kollu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 76 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 141b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Adattament tal-kliem użat skont il-Ftehim Komuni dwar arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti ddelegati (Artikolu 290 TFUE). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 76 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 141 b a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Adattament tal-kliem użat skont il-Ftehim Komuni dwar arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti ddelegati (Artikolu 290 TFUE). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 76 Regolament (KE) Nru 73/2009 Artikolu 141c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Skont il-mudelli għal dispożizzjonijiet dwar l-atti tal-implimentazzjoni soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri, b'konformità mar-Regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni. |
- [1] ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30.
NOTA SPJEGATTIVA
It-Trattat ta' Lisbona jabolixxi s-sistema l-antika tal-komitoloġija, li kienet ibbażata fuq il-proċeduri klassiċi tal-komitoloġija (konsultattivi, regolatorji, ta' ġestjoni) u fuq il-proċedura regolatorja bi skrutinju. Din is-sistema issa nbidlet bi struttura fuq żewġ livelli, li tikkonsisti minn atti ddelegati u atti tal-implimentazzjoni (tal-ewwel jinkludu d-dritt għall-veto tal-Parlament), li jippermettu lill-Kummissjoni teżerċita l-poteri kemm fl-implimentazzjoni kif ukoll fl-eżekuzzjoni. Għalhekk, il-korp eżistenti ta' leġiżlazzjoni jrid ikun allinjat ma' din ir-realtà legali ġdida.
Waħda mill-ewwel proposti hija l-konformità tal-proposta preżenti għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa.
Il-proposta fiha modifiki fir-rigward tal-konformità, iżda tipprevedi wkoll għas-simplifikazzjoni tar-Regolament 73/2009.
Allinjament mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar il-poteri ta' implimentazzjoni
Wara t-Trattat ta' Lisbona, il-poteri mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jridu jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddistingwu bejn żewġ tipi differenti ta' atti tal-Kummissjoni:
– l-Artikolu 290 jippermetti lil-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni l-poter li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex temenda jew iżżid ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv. Atti legali adottati mill-Kummissjoni b'dan il-mod, fit-terminoloġija użata mit-Trattat, jissejħu "atti delegati" (l-Artikolu 290(3));
– l-Artikolu 291 tat-TFUE jippermetti lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha ta' liġi nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' atti tal-Unjoni legalment vinkolanti. Dawk l-atti jistgħu jagħtu poteri ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fejn kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tagħhom huma meħtieġa. Atti legali adottati mill-Kummissjoni b'dan il-mod, fit-terminoloġija użata mit-Trattat, jissejħu "atti tal-implimentazzjoni" (l-Artikolu 291(4)).
Proposti tar-Rapporteur dwar l-allinjament
Meta jitqies kollox, ir-Rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta test bilanċjat u teknikament sod. Abbażi tal-kriterji definiti għal kull tip ta' att, ir-Rapporteur skrutinizza bir-reqqa l-proposta tal-Kummissjoni u identifika oqsma fejn il-kundizzjonijiet għal atti ddelegati kienu ssodisfati. Konsegwentement, ir-Rapporteur jipproponi l-użu ta' atti ddelegati fil-każijiet li ġejjin:
- f'każijiet fejn l-att bażiku jiġi emendat, partikolarment fir-rigward ta' tibdil fl-annessi tat-test legali;
- f'każijiet fejn il-bdiewa jingħataw drittijiet jew, bil-kontra, fejn jistgħu jġarrbu konsegwenzi negattivi;
- f'każijiet fejn sabiex tinżamm il-konsistenza tat-test legali, ċertu tip ta' miżura titqies li tittieħed dejjem permezz ta' att iddelegat biss jew ta' att tal-implimentazzjoni biss.
Barra minn hekk, wara l-konklużjoni reċenti ta' Ftehim Komuni dwar l-arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti iddelegati (Artikolu 290 TFUE), kif ukoll il-konklużjoni tal-proċedura dwar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, ir-Rapporteur jipproponi verżjoni aġġornata tat-test legali, inkluż il-kliem li ftiehmu dwaru l-Parlament u l-Kunsill, kif ukoll fir-rigward ta' kundizzjonijiet oħra tad-delega (perijodu tad-delega, perijodu ta' żmien biex titqajjem oġġezzjoni għal att iddelegat, tiġdid ta' dak il-perijodu, proċedura tal-kumitat, eċċ.).
Fir-rigward tal-proċedura definita fl-Artikolu 11 tar-Regolament 73/2009 (dwar il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja), ir-Rapporteur iqis li ma tistax tibqa' tiġi applikata mingħajr l-involviment tal-Parlament Ewropew, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-Politika Agrikola Komuni u l-proċedura baġitarja. Iż-żamma tal-Artikolu 11 kif inhu - filwaqt li l-Kunsill jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni - tikkostitwixxi tkomplija tal-fatt li l-poteri ta' implimentazzjoni jibqgħu biss tal-Kunsill skont l-ex Artikolu 202 KE. Madankollu, fil-kuntest leġiżlattiv il-ġdid, ir-Rapporteur iqis li l-fatt li l-poteri ta' implimentazzjoni jibqgħu biss tal-Kunsill m'għadux ġustifikat.
Simplifikazzjoni
Il-proposta tinkludi wkoll għadd ta' dispożizzjonijiet bl-għan li jissimplifikaw l-ambjent leġiżlattiv attwali u li jħaffef il-piżi amministrattiv għall-Istati Membri.
Dawn l-emendi jikkonċernaw il-kundizzjonalità, kif ukoll il-possibbiltà għall-Istati Membri li jeżentaw lill-bdiewa li ma japplikawx għal pagamenti relatati mal-erja u jiddikjaraw biss żoni żgħar (ta' inqas minn ettaru) mir-rekwiżit ta' dikjarazzjoni tal-erja sejra tikkonċerna b'mod prinċipali l-produtturi tal-bhejjem mingħajr ebda art eliġibbli sabiex japplikaw għal pagamenti relatati mal-erja.
Jitqies li huwa diffiċili li wieħed jipprevedi l-għadd ta' bdiewa li jistgħu jiġu affettwati, iżda wieħed jista' jassumi li sejjer ikun limitat, meta jitqies id-diżakkoppjament kontinwu ta' pagamenti tal-bhejjem u t-trasferiment għal pagamenti relatati mal-erja. L-emenda madankollu tirrappreżenta tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq ċerti Stati Membri.
Ir-Rapporteur jappoġġja l-modifiki proposti, kif ukoll l-għoti ta' definizzjonijiet, sabiex jinkisbu ċarezza u ċertezza legali aħjar.
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa |
|||||||
Referenzi |
(COM(2010)0539 – C7-0294/2010 – 2010/0267(COD)) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
30.9.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 19.10.2010 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 19.10.2010 |
REGI 19.10.2010 |
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 28.10.2010 |
REGI 14.2.2011 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Paolo De Castro 27.10.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
30.11.2010 |
14.3.2011 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
12.4.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 1 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Ashworth, Liam Aylward, José Bové, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, Stéphane Le Foll, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, James Nicholson, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Giovanni La Via, Astrid Lulling, Christel Schaldemose |
|||||||
Data tat-tressiq |
20.4.2011 |
|||||||